Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022DC0567

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni fl-2021 skont ir-Regolament li jirrigwarda l-kummerċ f’ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

    COM/2022/567 final

    Brussell, 31.10.2022

    COM(2022) 567 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni fl-2021 skont ir-Regolament li jirrigwarda l-kummerċ f’ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra


    1.Introduzzjoni

    L-objettiv tar-Regolament (UE) 2019/125 (“ir-Regolament”) dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra 1 huwa li jipprevjeni, f’pajjiżi barra l-UE, il-piena kapitali, minn naħa waħda, u t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, min-naħa l-oħra. Jiddistingwi bejn:

    -oġġetti li huma abbużivi b’mod inerenti u ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati għalkollox (l-Anness II); u

    -oġġetti li jista’ jkollhom użi leġittimi, bħal tagħmir tal-infurzar tal-liġi (l-Anness III) u oġġetti għal użu terapewtiku (l-Anness IV).

    Il-kummerċ tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IV huwa soġġett għal ċerti restrizzjonijiet.

    L-Artikolu 26(3) tar-Regolament jiddikjara li l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport annwali pubbliku tal-attività. Ir-rapport irid jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet riċevuti, l-oġġetti u l-pajjiżi kkonċernati, u d-deċiżjonijiet li ttieħdu dwar l-applikazzjonijiet. L-Artikolu 26(4) jiddikjara li l-Kummissjoni jeħtiġilha tfassal rapport annwali magħmul mir-rapporti annwali tal-attività ppubblikati mill-Istati Membri. Jeħtiġilha tagħmel ir-rapport disponibbli pubblikament.

    Dan ir-rapport tal-Kummissjoni jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ awtorizzazzjoni tal-Istati Membri rigward l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti fl-2021 2 li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali.

    L-Istati Membri kollha rrapportaw dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni mogħtija u rifjutati skont l-Artikoli 11(1) u 16(1) tar-Regolament u dwar l-oġġetti u l-pajjiżi ta’ destinazzjoni inkwistjoni. F’xi każijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rrapportaw ukoll dwar l-għadd jew il-kwantitajiet ta’ oġġetti awtorizzati għall-esportazzjoni u l-kategorija tal-utent aħħari li lilu jkunu ġew fornuti l-oġġetti.

    Awtorizzazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2019/125

    L-Artikoli 11(1) u 16(1) tar-Regolament jirrikjedu awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet 3 tal-oġġetti elenkati fl-Anness III u fl-Anness IV, rispettivament.

    L-Anness III jelenka ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-fini ta’ tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. L-oġġetti fl-Anness III jaqgħu taħt l-intestaturi li ġejjin: oġġetti maħsuba għat-trażżin tal-bnedmin; armi u tagħmir maħsuba għall-fini ta’ kontroll tal-irvellijiet jew ta’ awtoprotezzjoni; u armi u tagħmir għat-tferrix ta’ sustanzi kimiċi inkapaċitanti jew irritanti għall-fini ta’ kontroll tal-irvellijiet jew ta’ awtoprotezzjoni, u ċerti sustanzi relatati.

    L-Anness IV jelenka ċerti sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw f’injezzjonijiet letali.

    Minbarra meta l-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni (Union General Export Authorisation, GEA) stabbiliti fl-Anness V jintużaw għall-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Anness IV, l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni għandha tinkiseb mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat, kif elenkat fl-Anness I tar-Regolament.

    L-esportazzjonijiet lejn destinazzjonijiet elenkati fil-GEA tal-Unjoni normalment jistgħu jsiru mingħajr ma tinkiseb awtorizzazzjoni individwali jew globali mogħtija minn Stat Membru. L-approċċ sa issa kien li jiġi inkluż pajjiż mhux tal-UE fl-Anness V jekk ikun irratifika ftehim internazzjonali rilevanti b’impenn li jabolixxi l-piena kapitali għar-reati kollha. Għall-pajjiżi li mhumiex membri tal-Kunsill tal-Ewropa, il-pajjiż inkwistjoni jrid jkun irratifika t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) mingħajr riżerva.

    Madankollu, jekk ikun hemm suspett raġonevoli dwar l-abbiltà tal-esportatur li jikkonforma mat-termini tal-awtorizzazzjoni jew mal-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tal-esportazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi lill-esportatur milli juża l-GEA tal-Unjoni.

    L-Artikolu 20(2) tar-Regolament jiddikjara li awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mogħtija minn Stat Membru tista’ tkun awtorizzazzjoni individwali (awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn utent aħħari jew destinatarju wieħed f’pajjiż mhux tal-UE) jew awtorizzazzjoni globali (awtorizzazzjoni għall-esportazzjonijiet lejn utent aħħari jew distributur speċifikat wieħed jew aktar f’pajjiż mhux tal-UE speċifikat wieħed jew aktar) 4 .

    L-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament jipprojbixxu l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-tranżitu, rispettivament, tal-oġġetti elenkati fl-Anness II. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu deroga mill-projbizzjoni, iżda biss jekk jintwera li l-oġġetti kkonċernati se jintużaw esklużivament għal wiri pubbliku f’mużew (f’pajjiż mhux tal-UE jew, f’konformità mal-Artikolu 4, fi Stat Membru) fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom.

    2.Awtorizzazzjonijiet mogħtija u rifjutati

    Fl-2021, l-għadd totali ta’ awtorizzazzjonijiet irrapportati ammontaw għal 275, b’disgħa Stati Membri jirrapportaw li kienu taw awtorizzazzjonijiet. L-Istati Membri li fadal informaw lill-Kummissjoni li ma kienu rċevew l-ebda applikazzjoni għal awtorizzazzjonijiet skont ir-Regolament.

    Billi d-definizzjonijiet ta’ “awtorizzazzjoni individwali” u ta’ “awtorizzazzjoni globali” fl-Artikolu 2 tar-Regolament ma jinkludux komponent kwantitattiv, indikazzjoni tal-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija ma tagħtix indikazzjoni tal-għadd jew tal-kwantità ta’ oġġetti kkonċernati minn dawn l-awtorizzazzjonijiet. L-informazzjoni li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni tipikament lanqas ma tagħmel distinzjoni bejn awtorizzazzjonijiet individwali u awtorizzazzjonijiet globali.

    L-Istati Membri rrapportaw li kienu rrifjutaw żewġ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni fl-2021. Il-każijiet ta’ rifjut irrappurtati kienu jikkonċernaw ċerti tranżazzjonijiet maħsuba ma’ klijenti fiċ-Ċilì u fiċ-Ċina. L-esportazzjoni maħsuba lejn iċ-Ċilì kienet tikkonċerna l-oġġetti elenkati fl-Anness III, il-kodiċi 3.1 5 , filwaqt li l-esportazzjoni maħsuba lejn iċ-Ċina kienet tikkonċerna l-oġġetti elenkati fl-Anness III, il-kodiċi 3.6 6 .

    L-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament jipprojbixxu l-esportazzjoni, l-importazzjoni u t-tranżitu, rispettivament, tal-oġġetti elenkati fl-Anness II. Ir-Regolament jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jagħtu deroga mill-projbizzjoni, iżda biss jekk jintwera li l-oġġetti kkonċernati se jintużaw esklużivament għal wiri pubbliku f’mużew (f’pajjiż mhux tal-UE jew, f’konformità mal-Artikolu 4, fi Stat Membru) fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti rrapportaw li huma ma tawx tali derogi fl-2021.

    L-Anness 1 ta’ dan ir-rapport jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-2021, skont il-kategorija ta’ oġġetti (l-Annessi III u IV tar-Regolament). L-esportazzjonijiet skont il-GEA tal-Unjoni (l-Anness V) mhumiex inklużi fl-informazzjoni dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija.

    L-Anness 2 jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet u rifjuti għall-esportazzjoni rrapportati skont il-kategorija ta’ oġġetti (l-Annessi III u IV tar-Regolament).

    L-Anness 3 jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet awtorizzati u rifjutati matul il-perjodu 2017-2021.

    L-Anness 4 jipprovdi informazzjoni dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni rrapportati maħruġa mill-Istati Membri.

    L-Anness 5 jipprovdi informazzjoni dwar id-destinazzjonijiet irrapportati ewlenin ta’ esportazzjonijiet awtorizzati.

    L-Anness 6 jiġbor fil-qosor l-informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni dwar l-użu aħħari rrapportat ta’ esportazzjonijiet awtorizzati fl-2021.

    L-Annessi 7 u 8 jipprovdu ħarsa ġenerali tal-oġġetti awtorizzati għall-esportazzjoni, id-destinazzjonijiet tagħhom u l-użu aħħari rrapportat tagħhom.

    (1)

    ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1.

    (2)

    Dan ir-rapport ma jipprovdix informazzjoni dwar l-użu mill-esportaturi tal-Awtorizzazzjonijiet Ġenerali għall-Esportazzjoni tal-Unjoni, skont l-Anness V tar-Regolament, għall-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Anness IV.

    (3)

    L-Artikolu 2(d) tar-Regolament jiddefinixxi “esportazzjoni” bħala “kwalunkwe ħruġ ta’ oġġetti mit-territorju doganali tal-Unjoni, inkluż il-ħruġ ta’ oġġetti li jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u l-ħruġ ta’ oġġetti wara li jkunu ġew maħżuna f’żona ħielsa fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.

    (4)

    L-Artikolu 2(p) jiddefinixxi bis-sħiħ “awtorizzazzjoni individwali”. L-Artikolu 2(q) jiddefinixxi bis-sħiħ “awtorizzazzjoni globali”.

    (5)

    Oġġetti elenkati fl-Anness III bil-kodiċi 3.1: Armi u tagħmir li jistgħu jinġarru li jamministraw jew iferrxu doża ta’ sustanza kimika inkapaċitanti jew irritanti.

    (6)

    Oġġetti elenkati fl-Anness III bil-kodiċi 3.6: Tagħmir fiss jew li jiġi mmuntat għat-tifrix ta’ aġenti kimiċi inkapaċitanti jew irritanti li jkopri firxa wiesgħa

    Top

    Brussell, 31.10.2022

    COM(2022) 567 final

    ANNESSI

    to the

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni fl-2021 skont ir-Regolament li jirrigwarda l-kummerċ f’ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra


    Anness 1:

    Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni rrapportati maħruġa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2019/125 skont l-annotazzjoni fl-Anness

    Anness 2:

    Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet u rifjuti għall-esportazzjoni rrapportati skont l-annotazzjoni fl-Anness

    Anness 3:

    Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni rrapportati maħruġa mill-Istati Membri matul il-perjodu 2017–2021

    Anness 4:

    Għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni rrapportati maħruġa mill-Istati Membri

    Anness 5:

    Destinazzjonijiet irrapportati 1 ta’ esportazzjonijiet awtorizzati fl-2021 2

    Anness 6:

    Użu aħħari rrapportat tal-esportazzjonijiet awtorizzati lejn pajjiżi terzi fl-2021 3

    Anness 7:

    Ħarsa ġenerali lejn l-esportazzjonijiet awtorizzati rrapportati tal-oġġetti tal-Anness III fl-2021

    Kodiċi

    Prodott tal-Anness III

    Destinazzjoni

    Użu aħħari

    Awtorità kompetenti

    1.1

    Qajd u ktajjen tal-gruppi (ħlief manetti ordinarji)

    Il-Montenegro (1), l-Iżvizzera (5), l-Istati Uniti (3), ir-Renju Unit (2)

    L-użu aħħari mhuwiex stipulat

    DE

    2.1

    Armi ta’ skarika elettrika li jistgħu jinġarru, inkluż iżda mhux limitat għal-lenbubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet elettriċi

    Andorra (1)

    Negozjanti

    FR

    L-Istati Uniti (2), Pajjiżi multipli (l-Awstralja, l-Iżlanda, in-Norveġja, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Iżvizzera) (1)

    Negozjanti (l-Istati Uniti), Infurzar tal-Liġi (Pajjiżi multipli)

    NL

    Andorra (1)

    Infurzar tal-liġi

    ES

    2.2

    Kits li fihom il-komponenti essenzjali kollha għall-assemblaġġ ta’ armi ta’ skarika elettrika li jistgħu jinġarru

    L-Istati Uniti (1)

    Negozjanti

    ES

    3.1

    Armi u tagħmir li jistgħu jinġarru li jamministraw jew iferrxu doża ta’ sustanza kimika inkapaċitanti jew irritanti.

    L-Emirati Għarab Magħquda (1)

    Negozjanti

    CZ

    Andorra (7), il-Bangladesh (1), il-Bożnija-Ħerzegovina (4), l-Iran (1), il-Ġappun (6), il-Ġordan (1), il-Kosovo* 4 (1), il-Montenegro (1), in-Namibja (1), New Caledonia (1), il-Maċedonja ta’ Fuq (1), in-Norveġja (3), il-Paragwaj (2), l-Iżvizzera (17), is-Serbja (3), l-Afrika t’Isfel (9), it-Tajwan (1), it-Turkija (1), l-Ukrajna (1), ir-Renju Unit (3)

    L-użu aħħari mhuwiex stipulat

    DE

    Andorra (1), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), in-Niġer (1)

    Infurzar tal-liġi, Negozjanti (Andorra)

    FR

    Pajjiżi multipli (Aruba, Bonaire, Saba, Sint Eustatius, Curaçao, Sint Maarten) (1), Pajjiżi multipli (Bonaire, Saba, Sint Eustatius), (2), Sint Maarten (1), Curaçao (1)

    Infurzar tal-liġi

    NL

    Il-Kuwajt (1), ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), il-Qatar (3), Andorra (1), il-Perù (1), il-Bożnija-Ħerzegovina (2)

    Infurzar tal-liġi, Negozjanti (Andorra)

    ES

    Pajjiżi multipli (l-Istati Uniti, l-Iżvizzera) (2)

    Oħrajn

    SE

    3.2

    Vanillilamide tal-aċidu pelargoniku (PAVA)

    L-Albanija (1), l-Awstralja (3), il-Brażil (1), l-Indja (3), il-Ġappun (2), il-Każakistan (1), il-Pakistan (1), ir-Repubblika tal-Korea (2), ir-Russja (2), l-Iżvizzera (1), l-Afrika t’Isfel (2), it-Tajwan (1), iċ-Ċina (4)

    L-użu aħħari mhuwiex stipulat

    DE

    3.3

    Oleoreżina tal-kapsiku (OC)

    L-Arġentina (1), il-Kenja (1), l-Iżvizzera (5), it-Tuneżija (1), l-Ukrajna (2), l-Emirati Għarab Magħquda (1), ir-Renju Unit (1)

    L-użu aħħari mhuwiex stipulat

    DE

    L-Indoneżja (2)

    Oħrajn

    NL

    Iċ-Ċilì (2)

    Infurzar tal-liġi

    ES

    3.4

    3.4 Taħlitiet li fihom mill-inqas 0,3 % bil-piż ta’ PAVA jew OC u solvent (pepper spray)

    L-Indja (1), il-Ġappun (1), ir-Russja (1), l-Iżvizzera (7), Singapore (2), l-Afrika t’Isfel (1), it-Turkija (1), l-Ukrajna (5), l-Użbekistan (1), ir-Renju Unit (3), iċ-Ċina (1)

    L-użu aħħari mhuwiex stipulat

    DE

    New Caledonia (1)

    Negozjanti

    FR

    Andorra (1)

    Negozjanti

    ES

    Anness 8:

    Ħarsa ġenerali lejn l-esportazzjonijiet awtorizzati rrapportati ta’ oġġetti tal-Anness IV fl-2021

    Kodiċi

    Prodott tal-Anness IV

    Destinazzjoni

    Użu aħħari

    Awtorità kompetenti

    1.1 (d)

    Melħ tas-sodju tal-pentobarbital (CAS 57-33-0)

    Ir-Renju Unit (1)

    Użu veterinarju

    FR

    Il-Kanada (5), l-Awstralja (1), il-Malażja (3), Curaçao (1), Aruba (2)

    Użu veterinarju

    NL

    1.1 (g)

    Tijopental (CAS RN 76-75-5)

    Il-Bożnija-Ħerzegovina (3) , is-Serbja (3)

    Użu mediku u farmaċewtiku

    AT

    1.1 (h)

    Melħ tas-sodju tijopental (CAS RN 71-73-8), magħruf ukoll bħala tijopenton sodiku

    L-Albanija (1), il-Libanu (1), l-Alġerija (1), l-Iraq (1), l-Iran (1)

    Użu mediku u farmaċewtiku, Negozjanti (l-Iraq)

    CZ

    Il-Bangladesh (1), l-Ukrajna (1), il-Messiku (1), il-Brażil (1), l-Arġentina (3), it-Turkija (1)

    Użu mediku u farmaċewtiku

    IT

    L-Indja (5), il-Bangladesh (2), ir-Russja (2)

    Użu mediku u farmaċewtiku

    LV

    Sao Tomé en Principe (1), il-Djibouti (1), il-Kongo (1), Fiġi (1), Bonaire (1), l-Angola (1), il-Mali (2), it-Tanzanija (1), il-Malawi (2), Sierra Leone (1), il-Liberja (1), l-Eritrea (1), Timor Leste (1), il-Ghana (1), l-Iżrael (1), is-Somalja (4)

    Użu mediku u farmaċewtiku

    NL

    1.1

    Aġenti anestetiċi barbiturati oħra li jaġixxu fuq perjodu qasir u intermedju

    L-Eġittu (3), l-Arġentina (4), l-Awstralja (5), iċ-Ċilì (2), l-Indoneżja (2), l-Iran (2), il-Ġappun (1), il-Kanada (3), il-Kolombja (5), il-Malażja (1), il-Messiku (1), New Zealand (2), il-Kenja (1), il-Perù (1), ir-Republika tal-Korea (1), l-Iżvizzera (4), l-Afrika t’Isfel (1), l-Uganda (2), ir-Renju Unit (1), Pajjiżi multipli (il-Kenya, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel, iż-Żimbabwe) (1)

    L-użu aħħari mhuwiex stipulat

    DE

    Il-Messiku (1)

    Użu mediku u farmaċewtiku

    IT

    (1)

    Jekk isem partikolari jintuża fil-lista ta’ destinazzjonijiet, ma għandux jiġi interpretat bħala li jmur lil hinn mir-referenza għal territorju (doganali) magħruf komunement b’dak l-isem.

    (2)

     “Destinazzjonijiet oħra” tinkludi dawk li fihom tkun ġiet irrapportata awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni waħda biss, jiġifieri: L-Alġerija, l-Angola, Bonaire, il-Djibouti, Timor Leste, l-Eritrea, Fiġi, il-Ghana, l-Iraq, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Każakistan, il-Kosovo (din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija skont l-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo), il-Kuwajt, il-Libanu, il-Liberja, in-Namibja, in-Niġer, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Pakistan, Sao Tomé en Principe, Sierra Leone, Sint Maarten, it-Tanzanija, it-Tuneżija, l-Użbekistan. “Destinazzjonijiet b’pajjiżi multipli” tirreferi għal dawk l-awtorizzazzjonijiet maħruġa darba għall-istess oġġett esportat lejn aktar minn pajjiż wieħed.

    (3)

    L-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjoni ma jaqbilx mal-għadd imsemmi fl-Annessi preċedenti, billi mhux l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri jistipulaw l-użu aħħari.

    (4)

    * L-użu ta’ dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa skont l-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-Indipendenza

    tal-Kosovo.

    Top