This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021XX0426(01)
Summary of the Opinion of the European Data Protection Supervisor on the Proposal for a Digital Markets Act (The full text of this Opinion can be found in English, French and German on the EDPS website www.edps.europa.eu)l 2021/C 147/04
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Att dwar is-Swieq Diġitali (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu) 2021/C 147/04
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Att dwar is-Swieq Diġitali (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu) 2021/C 147/04
ĠU C 147, 26.4.2021, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 147/4 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Att dwar is-Swieq Diġitali
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2021/C 147/04)
Fil-15 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali). Il-Proposta ssegwi l-Komunikazzjoni Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa, li indikat li jistgħu jkunu meħtieġa regoli addizzjonali biex jiġu żgurati l-kontestabbiltà, il-ġustizzja u l-innovazzjoni u l-possibbiltà tad-dħul fis-suq, kif ukoll l-eżistenza ta’ interessi pubbliċi li jmorru lil hinn mill-kompetizzjoni jew mill-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. Il-Proposta tistabbilixxi regoli ex ante biex tiżgura li s-swieq ikkaratterizzati minn pjattaformi kbar li għandhom effetti sinifikanti tan-network (“gwardjani”), jibqgħu ġusti u kontestabbli.
B’dan il-mod, il-Proposta tistipula dispożizzjonijiet dwar id-deżinjazzjoni tal-gwardjani li tikkunsidra l-vantaġġ xprunat mid-data relatat fost oħrajn mal-aċċess tal-fornitur għad-data personali u l-ġbir tagħha; obbligi u projbizzjonijiet li l-gwardjani huma soġġetti għalihom; ir-regoli għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tas-suq; id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Proposta.
F’din l-Opinjoni, l-EDPS jilqa’ l-proposta, għaliex tfittex li tippromwovi swieq ġusti u miftuħa u l-ipproċessar ġust tad-data personali. Diġà fl-2014, l-EPDS indika kif il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data huma tlett oqsma ta’ politika marbuta b’mod inseparabbli fil-kuntest tal-ekonomija tal-pjattaformi online. L-EPDS ikkunsidra li r-relazzjoni bejn dawn it-tlett oqsma għandha tkun relazzjoni ta’ kumplimentarjetà, mhux relazzjoni fejn qasam wieħed jissostitwixxi jew jidħol f’kunflitt ma’ qasam ieħor.
L-EPDS jenfasizza f’din l-Opinjoni dawk id-dispożizzjonijiet tal-Proposta li jipproduċu l-effett tal-kontestabbiltà ta’ tisħiħ reċiproku tas-suq u fl-aħħar mill-aħħar il-kontroll mill-persuna kkonċernata tad-data personali tagħha wkoll. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-Artikolu 5(f), li jipprojbixxi l-abbonament obbligatorju mill-utenti finali għal servizzi ewlenin tal-pjattaforma offruti mill-gwardjan; l-Artikolu 6(1)(b), li jippermettu lill-utent finali li jħassar applikazzjonijiet tas-software installati minn qabel fuq is-servizz ewlieni tal-pjattaforma; l-Artikolu 6(1)(e), li jipprojbixxi lill-gwardjan milli jillimitaw il-kapaċità tal-utenti finali li jaqilbu bejn applikazzjonijiet tas-software u servizzi differenti; u l-Artikolu 13, li jistabbilixxi l-obbligu li gwardjan jippreżenta deskrizzjoni awditjata b’mod indipendenti lill-Kummissjoni ta’ kull teknika għat-tfassil tal-profili dwar il-konsumaturi li l-gwardjan japplika għas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma tiegħu, jew fihom.
Fl-istess ħin, l-EDPS jipprevedi rakkomandazzjonijiet speċifiċi li jgħinu biex jiġi żgurat li l-Proposta tikkumplimenta l-GDPR b’mod effettiv, billi iżżid il-protezzjoni għad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-persuni, u tevita l-kunflitti mar-regoli għall-protezzjoni tad-data attwali. F’dan ir-rigward, l-EDPS jirrakkomanda b’mod partikolari li jiġi speċifikat fl-Artikolu 5(a) tal-Proposta li l-gwardjani għandhom jipprovdu lill-utenti finali aċċessibbiltà faċli u fil-pront għall-ġestjoni tal-kunsens; li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferibbiltà tad-data prevista fl-Artikolu 6(1)(h) tal-Proposta; u li jiġi rriformulat l-Artikolu 6(1)(i) tal-Proposta biex tiġi żgurata l-konsistenza sħiħa mal-GDPR; u titqajjem l-attenzjoni dwar il-ħtieġa għal anonimizzazzjoni effettiva u testijiet ta’ riidentifikazzjoni meta tiġi kondiviża data dwar il-klassifikazzjoni, il-klikks u l-viżjonijiet fir-rigward ta’ tiftix mingħajr ħlas u bi ħlas iġġenerati mill-utenti finali fuq il-magni tat-tiftix online tal-gwardjan.
Barra minn hekk, l-EDPS jistieden lill-koleġiżlaturi jqisu l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ interoperabbiltà minimi għall-gwardjani u l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ standards tekniċi fil-livell Ewropew, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea.
Fl-aħħar nett, billi jibni fost oħrajn fuq l-esperjenza tad-Digital Clearinghouse, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi speċifikat taħt l-Artikolu 32(1) li l-Kumitat Konsultattiv għas-Swieq Diġitali għandu jinkludi rappreżentanti tal-EDPB, u jitlob, b’mod aktar wiesa’, kooperazzjoni istituzzjonalizzata u strutturata bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data. Din il-kooperazzjoni għandha tiżgura b’mod partikolari li l-informazzjoni rilevanti kollha tista’ tiġi skambjata mal-awtoritajiet rilevanti sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rwol kumplimentari tagħhom, filwaqt li jaġixxu skont il-mandati istituzzjonali rispettivi tagħhom.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
1. |
Fil-15 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (minn hawn ’il quddiem, “il-Proposta”) (1). |
2. |
Il-Proposta ssegwi l-Komunikazzjoni Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa, li indikat li jistgħu jkunu meħtieġa regoli addizzjonali biex jiġu żgurati l-kontestabbiltà, il-ġustizzja u l-innovazzjoni u l-possibbiltà tad-dħul fis-suq, kif ukoll l-eżistenza ta’ interessi pubbliċi li jmorru lil hinn mill-kompetizzjoni jew mill-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi. Il-Komunikazzjoni ħabbret ukoll li l-Kummissjoni se tesplora r-regoli ex ante sabiex tiżgura li s-swieq ikkaratterizzati minn pjattaformi kbar li għandhom effetti sinifikanti tan-network u li jaġixxu bħala gwardjani, jibqgħu ġusti u kontestabbli għall-innovaturi, għan-negozji u għall-parteċipanti ġodda fis-suq. (2) |
3. |
Skont il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta, għadd żgħir ta’ pjattaformi kbar qed jaġixxu dejjem aktar bħala gateways jew gatekeepers jew “gwardjani” bejn l-utenti kummerċjali u l-utenti finali. Tali gwardjani jingħad li huma stabbiliti fis-swieq diġitali, u dan iwassal għal dipendenzi sinifikanti ta’ ħafna utenti kummerċjali u effetti negattivi fuq il-kontestabbiltà tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma kkonċernati. Xi drabi, id-dipendenzi jwasslu għal imġiba inġusta fil-konfront ta’ dawn l-utenti kummerċjali (3). |
4. |
L-objettiv tal-Proposta huwa li jindirizza fil-livell tal-UE l-aktar inċidenzi importanti ta’ prattiki inġusti u kontestabbiltà dgħajfa fir-rigward tal-hekk imsejħa “servizzi ewlenin tal-pjattaforma”. (4) Għal dan il-għan, il-Proposta:
|
5. |
L-EDPS kien ikkonsultat b’mod informali dwar l-abbozz ta’ Proposta għal Att dwar is-Servizzi Diġitali fit-8 ta’ Diċembru 2020. L-EDPS jilqa’ l-fatt li ġie kkonsultat f’dan l-istadju bikri tal-proċedura. |
6. |
Flimkien mal-Proposta, il-Kummissjoni adottat ukoll Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE. F’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament 2018/1725, l-EPDS ġie kkonsultat ukoll dwar il-Proposta għal Att dwar is-Servizzi Diġitali, li hija s-suġġett ta’ Opinjoni separata. |
2. KONKLUŻJONIJIET
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
— |
li jiġi speċifikat li l-Proposta tikkumplimenta kemm ir-Regolament 2016/679 kif ukoll id-Direttiva 2002/58/KE, u li l-Proposta ma tiddettaljax jew tissostitwixxi kwalunkwe obbligu tas-servizzi ewlenin tal-pjattaforma taħt ir-Regolament 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE; |
— |
li jiġi speċifikat fl-Artikolu 5(a) tal-Proposta li l-gwardjan għandu jipprovdi lill-utenti finali soluzzjoni faċli għall-utent (ta’ aċċessibilità faċli u fil-pront) għall-ġestjoni tal-kunsens bi qbil mar-Regolament 2016/679, u, b’mod partikolari, ir-rekwiżit tal-privatezza mid-disinn u l-privatezza b’mod awtomatiku stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament 2016/679; |
— |
li tiżdied referenza għall-utenti finali taħt l-Artikolu 5(f) tal-Proposta; |
— |
li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferibbiltà tad-data prevista fl-Artikolu 6(1)(h) tal-Proposta; |
— |
li jiġi rriformulat l-Artikolu 6(1)(i) tal-Proposta biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-GDPR, billi titqies b’mod paritkolari d-definizzjoni ta’ “data personali” taħt l-Artikolu 4(1) tal-GDPR; |
— |
li tissaħħaħ ir-referenza fl-Artikolu 6(1)(j) tal-Proposta li tispeċifika fi premessa li l-gwardjan għandu jkun kapaċi juri li d-data dwar il-klassifikazzjoni, il-mistoqsijiet, il-klikks u l-viżjonijiet anonimizzata ġiet ittestjata għal kwalunkwe riskji ta’ riidentifikazzjoni possibbli; |
— |
li tiżdied referenza għall-utenti finali fl-Artikolu 10(2)(a) tal-Proposta; |
— |
li jiġi rriformulat l-Artikolu 11(2) tal-Proposta billi tiġi sostitwita “jew” bi “u”; |
— |
li jiġi speċifikat li d-deskrizzjoni awditjata għandha tiġi kondiviża mill-Kummissjoni mal-EDPB jew mill-inqas l-awtorità superviżorji kompetenti taħt il-GDPR fuq it-talba tagħhom; |
— |
li jiġi speċifikat taħt l-Artikolu 32(1) li l-Kumitat Konsultattiv għas-Swieq Diġitali għandu jikkonsisti mir-rappreżentanti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, kif ukoll mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-kompetizzjoni, il-komunikazzjoni elettronika, is-servizzi awdjoviżivi, is-sorveljanza elettorali, u l-protezzjoni tal-konsumatur; |
— |
tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ interoperabbiltà minimi għall-gwardjani u l-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ standards tekniċi fil-livell Ewropew, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea; |
— |
li tiġi stabbilita kooperazzjoni istituzzjonalizzata u strutturata bejn l-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti rilevanti, inklużi l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data. Din il-kooperazzjoni għandha tiżgura b’mod partikolari li l-informazzjoni rilevanti kollha tista’ tiġi skambjata mal-awtoritajiet rilevanti sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rwol kumplimentari tagħhom, filwaqt li jaġixxu skont il-mandat istituzzjonali rispettiv tagħhom. |
Brussell, 10 ta’ Frar 2021.
Wojciech WIEWIÓROWSKI
(1) COM(2020) 842 finali.
(2) COM(2020) 67 final.
(3) COM(2020) 842 final p. 1.
(4) COM(2020) 842 final p. 2.