This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021XR2507
Resolution of the European Committee of the Regions' proposals in view of the European Commission Work Programme for 2022
Riżoluzzjoni dwar il-proposti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022
Riżoluzzjoni dwar il-proposti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022
COR 2021/02507
ĠU C 440, 29.10.2021, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 440/1 |
Riżoluzzjoni dwar il-proposti tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022
(2021/C 440/01)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,
wara li kkunsidra:
— |
il-Protokoll ta' Kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea ta' Frar 2012, |
— |
ir-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-prijoritajiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2020-2025 (1), |
— |
il-kontributi tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi li ġew riċevuti fil-qafas tal-ftehim ta’ kooperazzjoni KtR-CALRE |
Irkupru u Koeżjoni
1. |
peress li l-implimentazzjoni tal-istrument Next Generation EU ser tkun prijorità fundamentali tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2022, il-KtR jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (NRRPs), li huwa fattur essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), biex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar mal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u mal-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti żviluppati mir-reġjuni, u biex jiġu evitati rati ta’ assorbiment potenzjalment baxxi. Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-proċessi tas-Semestru Ewropew, peress li l-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għandhom dimensjoni lokali u reġjonali; |
2. |
itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fi ħdan Semestru Ewropew riformat, timmappjahom fl-NRRPs, u fuq din il-bażi tintegrahom fiċ-ċiklu li jmiss, billi tibda bl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli. Il-KtR jistenna wkoll li tiġi stabbilita pjattaforma ta’ diversi partijiet ikkonċernati tal-UE dwar l-SDGs biex tappoġġja u toffri pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni f’waqtha tal-SDGs; |
3. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta biex testendi sa tmiem l-2022 il-miżuri attwali ta’ flessibbiltà ta’ eċċezzjoni taħt l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus, bħall-possibbiltà ta’ rata ta’ kofinanzjament tal-UE ta’ 100 %, u tikkunsidra żieda temporanja tal-livell limitu tal-għajnuna mill-Istat de minimis sabiex tkompli tappoġġja l-investimenti sostenibbli għall-istess perjodu; |
4. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan direzzjonali legalment vinkolanti biex jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda matul il-perjodu tal-QFP attwali, inkluż billi tagħmel proposti leġiżlattivi f’waqthom; |
5. |
jistieden lill-Kummissjoni biex, fit-tnedija mill-ġdid tagħha tar-rieżami tal-qafas ta’ governanza ekonomika Ewropea, tqis ir-realtà u l-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-livelli tad-dejn u tad-defiċit, b’mod partikolari fir-rigward tal-investiment pubbliku fil-livelli kollha tal-gvern; |
6. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tqiegħed l-iżvilupp sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi fil-qalba tar-reviżjoni tal-Istrateġija tal-UE għar-Reġjuni Ultraperiferiċi, fid-dawl tal-konsegwenzi serji li l-pandemija tal-COVID-19 kellha fuq dawn ir-reġjuni; jieħu impenn li jinvolvi ruħu fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; |
7. |
jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-kunsiderazzjonijiet demografiċi fil-politiki kollha tagħha u tipprevedi strumenti finanzjarji li jippermettu l-iżvilupp ta’ azzjonijiet u miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi f’dawk ir-reġjuni fejn il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku għandhom impatt partikolari; |
Ambjent u Sostenibbiltà
8. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi monitoraġġ tat-Tniġġis Żero b’mod konġunt mal-KtR u, fi stadju aktar tard, Tabella ta’ Valutazzjoni tal-prestazzjoni ekoloġika tar-reġjuni tal-UE fi ħdan il-pjan ta’ azzjoni tagħha ta’ tniġġis żero; jipproponi li ssir ħidma flimkien għall-monitoraġġ tal-progress u tal-impatti tal-politiki kollha tal-Patt Ekoloġiku, inkluża l-implimentazzjoni tal-azzjoni klimatika u tal-Irkupru Ekoloġiku, fil-livell reġjonali; jitlob li jkun involut fl-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea għal Bliet Aktar Ekoloġiċi, jekk din tiġi kkonfermata għall-2022, u li jitqiesu l-partikolaritajiet taż-żoni rurali, speċjalment dawk l-aktar depopolati, fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Patt Ekoloġiku; |
9. |
jistieden lill-Kummissjoni biex fil-Patt Ekoloġiku Ewropew tintegra Liġi dwar l-Oċeani bħala strateġija globali b’miri li jistgħu jitkejlu u bi skadenzi għall-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, għat-tnaqqis tat-tniġġis u għall-irkupru lura mit-telfien tal-bijodiversità, filwaqt li jiġu protetti u promossi l-operaturi tas-sajd fuq skala żgħira; |
10. |
jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tintroduċi l-kunċett ta’ koeżjoni ambjentali u klimatika bħala dimensjoni komplementari għall-kunċett ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali, territorjali u diġitali, bħala element ewlieni għall-irkupru fl-Ewropa u fid-dinja, kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli, l-aġenda 2030 tan-NU, l-SDGs u l-objettiv ta’ newtralità f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju; |
11. |
jingħaqad mat-talba tal-Parlament Ewropew biex il-Kummissjoni tippreżenta Liġi dwar il-Bijodiversità legalment vinkolanti sa tmiem l-2022. Din jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn mekkaniżmu ta’ monitoraġġ b’indikaturi, u li tinvolvi formalment lill-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
12. |
jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, sabiex ir-Regolament ikun adatt għall-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku, sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-kontributi sottonazzjonali fil-pjani nazzjonali, u sabiex il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs) jiġu allinjati mal-pjani nazzjonali tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u l-qafas tal-SDGs tan-NU; jipproponi qafas għal azzjoni sottonazzjonali biex jitqies b’mod formali fil-qafas tal-UNFCCC u l-governanza klimatika tal-UE li tirriżulta minnu; |
13. |
jistenna li l-Kummissjoni tibda bil-proċess biex tintegra d-dimensjoni tal-ġeneru fil-proċessi ta’ politika tagħha: fil-Patt Ekoloġiku, fl-NRRPs u fil-Ftehimiet ta’ Sħubija taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE, b’mod speċifiku billi, f’konformità mal-Artikolu 16(f) tal-Ftehim Interistituzzjonali u mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023, tressaq metodoloġija li tivvaluta l-impatt tal-programmi tal-UE b’rabta mad-dimensjoni tal-ġeneru; |
14. |
jistieden lill-Kummissjoni tiftaħ djalogu strutturat mal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pakkett “Fit for 55”; |
15. |
jappoġġja l-miri ppreżentati mill-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”, li għad iridu jiġu trasposti fil-leġiżlazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tressaq skemi għal tikkettar ġust dwar in-nutrizzjoni, kif ukoll tikkettar dwar l-oriġini u l-metodi ta’ produzzjoni tal-prodotti tal-annimali; |
16. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li l-Aġenda Rurali Ewropea tiġi implimentata fil-politiki kollha u jkollha objettivi politiċi ambizzjużi u konkreti biex tissaħħaħ id-dinamika innovattiva tat-territorji rurali, torganizza l-kooperazzjoni interterritorjali intelliġenti, u tistimola l-azzjoni taċ-ċittadini fl-istrateġiji ta’ żvilupp lokali; |
Tranżizzjoni diġitali u Industrija
17. |
jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-koeżjoni diġitali bħala dimensjoni komplementari għall-kunċett ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u b’hekk tipprevjeni “distakk diġitali doppju” li jinħoloq minn nuqqas ta’ infrastruttura, nuqqas ta’ aċċess għal apparat elettroniku, u nuqqas ta’ kompetenzi diġitali; |
18. |
jistieden lill-Kummissjoni tqis id-differenzi reġjonali u lokali u l-indikaturi relatati fir-rapport ta’ valutazzjoni komparattiva tal-gvern elettroniku, peress li d-distakk urban-rurali qed jikber f’termini tal-użu tas-servizzi tal-gvern elettroniku; |
19. |
jistieden lill-Kummissjoni tipprevedi djalogu strutturat mal-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa dwar kif jistgħu jissaħħu l-ekosistemi industrijali reġjonali, ir-raggruppamenti u l-alleanzi interreġjonali matul l-implimentazzjoni tal-istrateġija industrijali, filwaqt li jitqiesu l-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti, peress li l-approċċ ibbażat fuq il-post fil-biċċa l-kbira mhuwiex inkluż fil-Komunikazzjoni dwar “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali tal-2020”; |
Kooperazzjoni transfruntiera u Mobilità
20. |
jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tipproponi Strument ta’ Emerġenza tas-Suq Uniku, u jitlob li titfassal leġiżlazzjoni li tiżgura standards u proċeduri minimi Ewropej li jiggarantixxu fruntieri interni miftuħa, anke waqt il-kriżijiet; |
21. |
jenfasizza l-ħtieġa għal qafas ta’ politika tal-UE li jippermetti li s-servizzi pubbliċi transfruntiera jiġu stabbiliti u ġestiti b’mod effiċjenti; iħeġġeġ ukoll lil-leġiżlatur Ewropew, lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali biex ikomplu jiżviluppaw u jippromovu għodod għal demokrazija transfruntiera parteċipattiva li jikkontribwixxu għall-involviment taċ-ċittadini fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea fuq il-post; |
22. |
huwa diżappuntat ħafna li ma rnexxewx id-diskussjonijiet bejn l-Istati Membri dwar il-Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew (ECBM) propost; peress li l-ostakli legali u amministrattivi jillimitaw ħafna l-kooperazzjoni transfruntiera u l-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni tal-fruntiera, il-KtR jappella għal proposta ġdida tal-Kummissjoni għal Regolament tal-ECBM; |
23. |
jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tagħti segwitu permezz ta’ linji gwida konkreti dwar il-qafas il-ġdid tal-mobilità urbana, li se jagħmel il-mobilità urbana aktar sostenibbli u jnaqqas l-impatt tagħha fuq is-saħħa tan-nies; |
24. |
jilqa’ l-ftehim interistituzzjonali dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Jittama li l-proġetti kofinanzjati b’rabta man-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) u mal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (TEN-E) ser jikkontribwixxu biex jeliminaw il-konnessjonijiet neqsin, speċjalment fir-reġjuni transfruntiera, u jfakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tiddedika biżżejjed baġit għall-kofinanzjament ta’ proġetti dwar in-network komprensiv; |
Migrazzjoni u Protezzjoni soċjali
25. |
jissuġġerixxi li tiġi stabbilita tabella ta’ valutazzjoni soċjali fil-livell reġjonali sabiex jittieħed kont sħiħ tal-isfidi soċjali fl-UE u biex jiġi żgurat li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPRS) jiġi implimentat fil-livelli kollha; |
26. |
jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u timmonitorja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, u tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan ir-rigward; |
27. |
jistenna li l-Kummissjoni tressaq proposta ambizzjuża dwar it-Titjib tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għall-Ħaddiema tal-Pjattaformi li tirrispetta l-mudelli nazzjonali tas-suq tax-xogħol u s-setgħat tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE; |
28. |
jistieden lill-Kummissjoni tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-KtR fl-Inizjattiva dwar il-Kura fit-Tul, minħabba r-rabta qawwija tagħha man-nuqqas serju ta’ ħiliet f’dan il-qasam u mat-tibdil demografiku, li huma partikolarment akuti f’reġjuni b’popolazzjoni li qed tixjieħ; |
29. |
jimpenja ruħu li jaqdi rwol attiv fil-Pjattaforma Ewropea dwar il-ġlieda kontra l-problema ta’ persuni mingħajr dar, li għandha tiġi kkomplementata minn proposta tal-Kummissjoni għal qafas tal-UE għal strateġiji nazzjonali għall-problema ta’ persuni mingħajr dar; |
30. |
jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali biex tirrinforza l-irkupru u r-reżiljenza tas-setturi kulturali u kreattivi fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, u tindirizza l-prekarjetà tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-artisti billi tiffaċilita l-mobilità u r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus tagħhom; |
Migrazzjoni u Integrazzjoni
31. |
jistieden lill-Kummissjoni tiżgura progress lejn l-istabbiliment ta’ qafas Ewropew għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-ażil, skont il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil; itenni li d-dimensjoni lokali u reġjonali tal-migrazzjoni u tal-integrazzjoni għandha titqies u tiġi appoġġjata mis-sħubija l-ġdida bejn il-KtR u l-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni; |
Sigurtà
32. |
jistieden lill-Kummissjoni tinkludi lill-KtR bħala msieħeb sħiħ fl-Impenn tal-UE dwar is-Sigurtà Urbana u r-Reżiljenza, u fl-inizjattiva l-ġdida dwar il-Bliet kontra r-Radikalizzazzjoni u t-Terroriżmu; |
Saħħa, Protezzjoni Ċivili u Turiżmu
33. |
ifakkar lill-Kummissjoni li kwalunkwe rieżami tal-qafas legali ta’ Schengen irid iqis il-fehmiet u l-ħtiġijiet tal-bliet u r-reġjuni qrib il-fruntieri interni; jitlob li jiġi kkonsultat fi stadju bikri, skont il-Protokoll Nru 2 dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tas-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità; |
34. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tmexxi proċedura rapida bil-għan li tinstab soluzzjoni sodisfaċenti u permanenti għall-problema tal-kriżi umanitarja fil-Mediterran, qabel kollox iffukata fuq il-protezzjoni tal-ħajja tal-migranti, iżda wkoll fuq l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Il-KtR u l-awtoritajiet lokali u reġjonali joffru l-kooperazzjoni l-aktar profonda tagħhom; |
35. |
jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti kuraġġużi għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ mediċini essenzjali fl-UE, sabiex tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-UE billi titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi terzi; jistenna li l-Kummissjoni tipproponi wkoll miżuri konkreti u robusti biex jiġi stimolat l-aċċess għal mediċini ġeneriċi u bijosimili u anke biex jiġi żgurat l-aċċess għall-farmaċewtiċi fi żminijiet ta’ kriżi; |
36. |
jappoġġja rieżami tar-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-politika dwar is-saħħa pubblika fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, meta jitqies li l-politika tas-saħħa hija kompetenza primarja tal-Istati Membri u spiss tiġi indirizzata fil-livell sottonazzjonali; |
37. |
jistenna li l-Opinjoni tiegħu dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transfruntiera, kif ukoll ir-riżultati tat-tielet konsultazzjoni tar-RegHub jiġu riflessi fit-tielet rapport dwar it-tħaddim tad-Direttiva mistenni fl-2022; |
38. |
jistenna bil-ħerqa li jikkontribwixxi għall-Proposta tal-Kummissjoni għal kalendarju tat-tilqim u kard tat-tilqim Ewropej biex jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkollhom id-dritt għal – u prova ta’ – protezzjoni offruta permezz tal-inokulazzjoni, irrispettivament minn fejn jgħixu; |
39. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tavvanza bl-istabbiliment u l-iżvilupp tal-għanijiet tal-Unjoni dwar ir-reżiljenza għad-diżastri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, bħala objettivi mhux vinkolanti li jappoġġjaw azzjonijiet ta’ prevenzjoni u tħejjija, filwaqt li jenfasizza li dan jeħtieġ li jsir f’kooperazzjoni mhux biss mal-gvernijiet nazzjonali iżda wkoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jistenna bil-ħerqa wkoll l-implimentazzjoni sħiħa tan-Network tal-Unjoni ta' Għarfien dwar il-Protezzjoni Ċivili u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi għarfien espert dwar il-ġestjoni tad-diżastri li huwa disponibbli wkoll fil-livell sottonazzjonali. Barra minn hekk, jistenna pjan ċar għal impenn fit-tul u tisħiħ finanzjarju tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u l-istrumenti tiegħu, bħar-rescEU u l-Korp Mediku Ewropew; |
40. |
itenni t-talba tiegħu għal strateġija ġdida għat-turiżmu Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq Aġenda Ewropea għat-Turiżmu 2030/2050, inkluż l-ewwel abbozz tagħha qabel jispiċċa l-ewwel nofs tal-2022, sabiex tappoġġja t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali tal-ekosistema tat-turiżmu Ewropew, issaħħaħ il-kompetittività tagħha, u tippromovi l-irkupru tal-impjieg lokali u reġjonali marbut ma’ din l-attività; |
Kooperazzjoni esterna
41. |
jinsab diżappuntat li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni ffirmat fl-24 ta’ Diċembru 2020 bejn l-UE u r-Renju Unit ma jipprevedi l-ebda involviment speċifiku jew strutturat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; madankollu, b’mod partikolari permezz tal-ħidma politika tal-Grupp ta’ Kuntatt KtR-Renju Unit, il-KtR ser jirrifletti dwar mezzi biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kooperazzjoni tagħna mal-amministrazzjonijiet deċentralizzati u l-governanza lokali tar-Renju Unit; jistieden ukoll lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit; |
42. |
jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi appoġġ sostnut u strutturat għall-kooperazzjoni ta’ bejn il-pari bejn l-awtoritajiet lokali fil-Balkani tal-Punent u l-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri tal-UE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-KtR, u b’mod partikolari permezz tal-Kumitati Konsultattivi Konġunti tiegħu mal-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja, kif ukoll permezz tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Balkani tal-Punent; |
43. |
jilqa’ d-deċiżjoni biex titnieda l-Akkademja tas-Sħubija tal-Lvant għall-Amministrazzjoni Pubblika, u r-rwol imsaħħaħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-politiki, l-istrateġiji u l-inizjattivi ewlenin tas-Sħubija tal-Lvant; |
44. |
iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex, fl-implimentazzjoni tas-sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar, iqisu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba ewlenin għall-iżvilupp sostenibbli u l-programmazzjoni, sabiex jinħolqu dinamiċi ġodda għar-riformi ta’ deċentralizzazzjoni; |
45. |
jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi r-rwol li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu biex jikkontribwixxu għall-paċi u l-prosperità f’pajjiżi terzi, b’inizjattivi bħall-Inizjattiva ta’ Nikosija – eżempju konkret ta’ kooperazzjoni ta’ bejn il-pari, li tat kontribut biex tinħoloq fiduċja u biex jinżamm djalogu intern miftuħ fost l-awtoritajiet reġjonali u lokali; |
Sussidjarjetà u Futur tal-Ewropa
46. |
itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex iżżid il-ħidma u l-involviment tagħha maċ-ċittadini u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qafas tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u lil hinn minnha, u biex tipprovdi l-għodod adatti għas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tagħha fl-Istati Membri u l-KtR dwar l-organizzazzjoni ta’ djalogi lokali lil hinn mill-bliet kapitali; |
47. |
jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea, filwaqt li fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom tinkludi l-elezzjonijiet reġjonali u lokali, il-midja lokali u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni fil-livelli reġjonali u lokali; |
48. |
jibqa’ impenjat li jimplimenta r-rakkomandazzjonijet tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti” u l-kunċett tas-“sussidjarjetà attiva”; jitlob l-użu sistematiku tal-Grilja għall-Valutazzjoni tas-Sussidjarjetà; |
49. |
jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Presidenzi tal-Kunsill tal-UE. |
Brussell, it-30 ta’ Ġunju 2021
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) COR-2020-01392-00-00-RES-TRA.