Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC1222(01)

    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2021/C 518/04

    PUB/2021/843

    ĠU C 518, 22.12.2021, p. 6–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 518/6


    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

    (2021/C 518/04)

    Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

    KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

    Saint-Amour

    PDO-FR-A1028-AM02

    Data tal-komunikazzjoni: 12 ta’ Ottubru 2021

    DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

    1.   Żona ġeografika

    Fl-ewwel punt tat-taqsima IV tal-Kapitolu I iddaħħal il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019” wara l-kliem “Saône-et-Loire”.

    Din l-emenda fil-kitba tagħmilha possibbli li ssir referenza għaż-żona ġeografika fir-rigward tal-verżjoni fis-seħħ fl-2019 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE, u li tiġi żgurata legalment id-demarkazzjoni taż-żona ġeografika.

    Il-perimetru taż-żona ġeografika baqa’ strettament l-istess.

    Il-kliem “tal-inbejjed” għandhom jiżdiedu wara “tqaddim”.

    Il-kliem “għandhom isiru” ġew issostitwiti bil-kliem “isiru”.

    Il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

    Iddaħħlet ukoll sentenza sabiex l-operaturi jkunu informati dwar id-disponibbiltà tal-mapep taż-żona ġeografika fuq is-sit elettroniku tal-INAO.

    Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

    2.   Żona fil-viċinanza immedjata

    Fl-ewwel punt tat-taqsima IV tal-Kapitolu I iddaħħal il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019” wara l-kliem “li ġejjin”.

    Din l-emenda fil-kitba tagħmilha possibbli li ssir referenza għaż-żona fil-viċinanza immedjata skont kif inhi fil-verżjoni fis-seħħ fl-2019 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE.

    Il-perimetru ta’ din iż-żona baqa’ strettament l-istess.

    Iż-żieda ta’ din ir-referenza tagħmilha possibbli li tiġi kkonfermata legalment id-definizzjoni taż-żona fil-viċinanza immedjata, sabiex din ma tkunx sussegwentement affettwata minn tgħaqqid jew qsim ta’ muniċipalitajiet jew ta’ partijiet ta’ muniċipalitajiet, jew minn tibdil fl-ismijiet.

    Il-lista ta’ muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona fil-viċinanza immedjata ġiet aġġornata wkoll mingħajr ma nbidel il-perimetru sabiex jittieħed kont tal-emendi amministrattivi li seħħew qabel l-2019.

    L-intestatura “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku ġiet emendata.

    3.   Ċirkolazzjoni bejn depożitanti awtorizzati

    Tħassar il-punt 5(b) tat-Taqsima IX tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott dwar id-data taċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn id-depożitanti awtorizzati.

    Il-perjodu minimu tat-tqaddim u d-data tat-tqegħid fis-suq tal-inbejjed jeħtieġu jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn l-operaturi, u għalhekk l-iffissar ta’ data bikrija li qabilha ma tistax issir iċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed huwa irrelevanti.

    Għalhekk, it-Titolu tal-ħames punt tat-Taqsima IX ġie emendat bit-tħassir tal-kliem “iċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti u”.

    Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

    4.   Rabta maż-żona ġeografika - deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

    Fil-punt 1(b) tat-Taqsima X tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fis-sentenza li tibda “Il-kummerċ fl-inbejjed fir-reġjun beaujolese qed jiżviluppa”, tħassar l-kliem “jieħu minn”.

    Il-punt 8 tad-Dokument Uniku ġie emendat.

    5.   Miżuri tranżitorji

    Fil-punt 1(a) tat-Taqsima XI tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdied il-kliem “mhux aktar tard” quddiem il-kliem “mill-ħsad tal-2034 inkluż” sabiex jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet ta’ din il-miżura.

    Il-punt 3 tħassar peress li għadda l-perjodu li matulu l-produtturi setgħu jibbenefikaw minn miżura speċifika dwar tnaqqis fil-perjodu ta’ tqaddim u, b’riżultat ta’ dan it-tmexxija ’l quddiem tad-data tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur.

    Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

    6.   Elementi dwar il-kontroll tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

    L-operaturi issa huma kkontrollati minn korp ta’ ċertifikazzjoni, u għalhekk il-kliem “pjan ta’ kontroll” jissostitwixxi l-kliem “pjan ta’ spezzjoni” fid-diversi paragrafi rilevanti tal-Kapitolu II u fil-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

    Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

    Referenzi għall-istruttura ta’ kontroll

    It-Taqsima II tal-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: ir-regoli tal-kitba ta’ din il-parti ġew emendati minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Diċembru 2011, biex ma jibqgħux juru r-referenzi sħaħ għall-awtorità ta’ kontroll meta l-kontrolli qed isiru minn korp ta’ ċertifikazzjoni.

    Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

    Saint-Amour

    2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

    3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

    1.

    Inbid

    4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

    Dawn huma nbejjed ħomor xotti u mhux frizzanti. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.

    L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.

    Fl-istadju tal-ibbottiljar, l-inbejjed ikollhom kontenut massimu ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru.

    L-inbejjed finali, lesti biex jiġu kkunsmati, ikollhom l-istandards analitiċi li ġejjin:

    Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): 3 grammi għal kull litru

    Dawn l-istandards previsti fir-regolamenti komunitarji japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima, għall-qawwa alkoħolika proprja minima, għall-aċidità totali minima, u għall-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit totali.

    L-inbejjed prodotti għal konsum rapidu għandhom kulur aħmar jgħajjat lewn ir-rubin. Huma mimlija, rotob, b’togħma ta’ frott, oriġinali u kumplessi.

    Dawn l-inbejjed eleganti jiżviluppaw aromi sottili u delikati ta’ frott aħmar, fjuri, kultant aromi ta’ frott tas-siġar.

    L-inbejjed maħsuba għal ħażna itwal għandhom kulur qawwi li jvarja minn vjola għal lewn il-granata skur. Fl-imnieħer, spiss jippreżentaw aromi ta’ kirsch u ta’ ħwawar. L-istruttura fil-palat hija ġeneruża, żejtnija u robusta b’bilanċ bejn il-qawwa, il-kumplessità u l-eleganza.

    KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

     

    Aċidità totali minima

    f’milliekwivalenti għal kull litru

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    14,17

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

    1.   Prattika enoloġika speċifika

    L-użu taċ-ċana huwa pprojbit.

    L-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 % wara l-arrikkiment.

    It-tekniki sottrattivi tal-arrikkiment (TSE) huma permessi sa rata ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %.

    Dawn l-inbejjed għandhom jitqaddmu mill-inqas sal-15 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.

    Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, f’dak li għandu x’qasam mal-prattiki enoloġiċi, l-inbejjed għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.

    2.   Prattika tal-kultivazzjoni

    Densità tat-tħawwil

    Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru.

    Id-distanza ta’ dawn id-dwieli bejn ir-ringieli hija ta’ 2,10 metri jew inqas, u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ta’ 0,80 metri jew aktar.

    Mingħajr ħsara għad-densità minima ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru, għal skopijiet ta’ użu ta’ magni, il-vinji jistgħu jitħawlu b’distanza bejn ir-ringieli ta’ 3 metri jew inqas.

    Regoli taż-żbir

    Iż-żbir jitlesta fil-15 ta’ Mejju;

    L-inbejjed jiġu minn dwieli miżbura b’żabra qasira (mħarrġa f’forma ta’ sġajjar, ta’ mrewħa jew bis-sistema tal-cordon Royat sempliċi, doppju jew “charmet”) b’massimu ta’ 10 għejun għal kull pjanta;

    Kull pjanta jkollha minn 3 sa 5 friegħi b’massimu ta’ 2 għejun kull waħda; f’każ ta’ tixtil, kull pjanta jista’ jkollha wkoll fergħa b’2 għejun massimi miżbura fuq żarġun li jkun kiber miz-zokk qadim;

    Waqt iż-żbir tat-taħriġ jew waqt il-bdil fil-metodu ta’ żbir, id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull pjanta.

    It-tisqija hija pprojbita.

    Dispożizzjonijiet dwar il-ħsad bil-magni

    L-għoli tal-ħsad fil-kontenituri għat-trasport mill-għalqa għall-kantina tal-inbid, ma jridx ikun aktar minn 0,50 metru;

    Il-kontenituri jridu jkunu ta’ materjal sod u tajjeb għall-prodotti tal-ikel;

    Il-materjal tal-ħsad u tat-trasport tal-ħsad irid ikollu sistema ta’ skular tal-ilma jew ta’ protezzjoni xierqa.

    5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

    1.

    61 ettolitru għal kull ettaru

    6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

    Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalità li ġejja tad-département ta’ Saône-et-Loire, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019: Saint-Amour-Bellevue.

    7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

    Gamay N

    8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    8.1.   Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

    Iż-żona ġeografika tinfirex fuq il-ġenb tal-Lvant tat-Tramuntana tal-Monts du Beaujolais, 12-il kilometru fil-Lbiċ ta’ Mâcon, u 30 kilometru fit-Tramuntana ta’ Villefranche-Sur-Saône.

    B’hekk testendi fuq it-territorju uniku tal-muniċipalità ta’ Saint-Amour-Bellevue, fin-Nofsinhar tad-département ta’ Saône-et-Loire.

    Prinċipalment tokkupa l-għoljiet tal-Lvant ta’ Mont de Bessay (altitudni ta’ 478 metru), u Colline de l’Eglise (altitudni ta’ 310 metri), li jinżlu bil-mod lejn il-pjanura ta’ Saône. Il-pajsaġġ huwa bl-għoljiet. Fuq naħa waħda, għoljiet moderati li jagħtu fuq il-villaġġ, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra hemm għoljiet inqas weqfin u art imtarrġa.

    Il-biċċa l-kbira taż-żona ġeografika sserraħ fuq substrat tal-granit li, minħabba deterjorament, ta lok għal ramel tas-silika aħrax magħruf lokalment magħruf bħala “ġebel ramli” jew “gore”. F’xi postijiet, fost ħamriji iżjed fini u taflija, prodotti tal-alterazzjoni, hemm abbundanza ta’ skisti tal-majka. Fuq in-naħa tal-Mont de Bessay, id-deterjorament tal-blat ramli fit-Trias wassal għal ħamrija ramlija fqira ħafna. Iktar ’l isfel fuq l-għolja, l-iskisti jalternaw ma’ ħamriji aktar taflin.

    Il-partijiet tal-Lvant u tan-Nofsinhar taż-żona ġeografika huma bbażati fuq materjal ta’ kolluvjoni jew koni alluvjali mill-blat granitiku u triażiku miż-żona tal-madwar.

    Iż-żona demarkata għall-ħsad tal-għeneb hija magħmula minn irqajja’ b’ħamrija żviluppata, prinċipalment, fuq prodotti li jalternaw bejn il-granit u l-ġebel ramli: fuq l-għoljiet l-iktar weqfin hemm ħamriji bi kwalitajiet ta’ filtrazzjoni tajbin ħafna, filwaqt li fuq il-materjal ta’ kolluvjoni u l-koni alluvjali tal-għoljiet baxxi hemm ħamrija taflija u siliċika li fil-wiċċ għandha l-ġebel. Dawn l-irqajja’ jinfirxu f’altitudnijiet ta’ bejn 250 metru u 380 metru, b’esponimenti prinċipalment lejn il-Punent.

    Il-klima oċeanika degradata hija soġġetta għal influwenzi kontinentali u meridjonali (sħana fis-sajf, massimu ta’ xita fil-ħarifa u fir-rebbiegħa). Din il-klima kuntrastanti, bi sħana qawwija fis-sajf, li ħafna drabi ddum sal-ħarifa, hija ta’ benefiċċju sħiħ għad-dielja.

    Il-Monts du Beaujolais għandhom rwol essenzjali fil-protezzjoni mill-irjieħ li ġejjin mill-Punent, u b’hekk itaffu l-influwenza tal-oċean. L-effett ta’ Foehn li joħolqu jnixxef l-arja umda, u b’hekk iżid il-livelli ta’ dawl u jnaqqas ix-xita.

    Il-wied il-kbir tas-Saône għandu wkoll rwol importanti fl-ottimizzazzjoni tal-interċettazzjoni tad-dawl u fil-mitigazzjoni tal-varjazzjonijiet fit-temperatura.

    8.2.   Deskrizzjoni tal-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta

    Fil-286, f’Saint-Maurice-en-Valais, leġjunarju Rumen bl-isem AMOR, ħarab minn massakru li fih ħafna minn sħabu sfaw vittmi. Bħala refuġjat f’Gaule, is-suldat sar missjunarju u ta ismu lill-villaġġ ta’ Saint-Amour.

    Il-vinja esperjenzat tkabbir reali, mill-aħħar tas-seklu ħmistax, bis-saħħa tal-borgeżija ta’ Lyon, li stagħniet bl-industrija tal-ħarir u bil-banek. Il-kummerċ tal-inbejjed fir-reġjun tal-Beaujolais kompla jiżviluppa matul is-seklu tmintax u dan wassal għal tibdil kbir fil-vinja. Il-proprjetajiet il-kbar inqasmu skont is-sistema tal-“mezzadrija” tip ta’ pussess tal-art, li għadha preżenti fiż-żona ġeografika.

    Matul it-tletinijiet, imħeġġa mit-twemmin u mill-passjoni ta’ Louis Dailly, l-“Unjoni tal-Produtturi” ppreżentat il-każ għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini, li wasllet gad-digriet tal-8 ta’ Frar 1946.

    Il-vinja hija ddedikata esklussivament għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor magħmula prinċipalment mill-varjetà gamay N.

    Il-produtturi, li dejjem ifittxu nbid ta’ kwalità, tgħallmu kif jikkontrollaw it-tkabbir tagħha, b’mod partikolari bl-użu ta’ densità ta’ tħawwil għolja u b’żabra qasira, u b’taħriġ f’forma ta’ sġajjar.

    Biex jiżgura maturità tajba tal-għenba, il-produttur jara li l-wiċċ tal-weraq ikun espost biżżejjed. B’hekk, il-vinji jistgħu jitħarrġu fuq kannizzati fissi u dan jiffaċilita wkoll l-użu ta’ magni.

    Sabiex tiġi żgurata l-aħjar estrazzjoni tal-komposti aromatiċi u polifenoliċi mill-għeneb, bosta produtturi jużaw tekniki li jikkonsistu fl-immersjoni tal-għeneb fil-meraq, waqt il-fermentazzjoni. Dawn it-tekniki jiżguraw estrazzjoni tajba, filwaqt li jippreservaw il-karattru tal-frott tal-inbejjed. Peress li l-varjetà gamay N hija sensittiva għall-ossidazzjoni, il-produtturi qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jirrispettaw l-integrità tal-għeneb u jittrasportawh malajr lejn il-kantina.

    Xi drabi l-produtturi jqassru ż-żmien tal-maċerazzjoni biex jagħmlu nbejjed eħfef, li jistgħu jiġu apprezzati malajr.

    F’konformità mal-użanzi, il-produtturi jħobbu jiżolaw l-għeneb maħsud mill-aħjar irqajja’, u jpoġġu l-ismijiet tal-aktar lokalitajiet famużi fuq it-tikketti tal-inbid.

    Fl-1838, mill-509 ettaru tat-terrtirju tal-muniċipalità, 268 tħawlu bid-dwieli. Dawn iċ-ċifri ftit li xejn inbidlu, b’vinji li jkopru erja ta’ madwar 300 ettaru fl-2010. Il-produzzjoni annwali medja hija ta’ 12 000 ettolitru, prodott minn 160 produttur. Il-bejgħ dirett mill-proprjetà jammonta għal 17 % tal-volumi.

    8.3.   Interazzjonijiet kawżali

    It-tħawwil tal-vinji f’nofs l-għoljiet, li huma protetti mill-Punent mill-“Monts du Beaujolais”, ifisser li jevitaw sew il-ġlati tar-rebbiegħa u ċ-ċpar filgħodu fuq il-pjanura ta’ Saône. Bis-saħħa ta’ din il-pożizzjoni jgawdu wkoll minn dawl tax-xemx ottimali filwaqt li l-għoljiet jiżguraw li l-eċċess tal-ilma tax-xita żejjed jiskula malajr.

    Il-ftuħ tas-sit fuq il-pjanura vasta tas-Saône jiżgura dawl favorevoli għall-attività klorofilljana tad-dielja. Il-pożizzjoni ta’ altitudni moderata u l-espożizzjoni għan-Nofsinhar jiggarantixxu l-maturità ottimali u regolari tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbejjed bi sfumaturi oriġinali u b’kumplessità aromatika ġmielha.

    L-irqajja’ demarkati għall-ħsad tal-għeneb joffru ħamrija taflija tas-silika żviluppata fuq substrat ta’ granit. Din hija fqira u għandha kwalitajiet ta’ filtrazzjoni tajbin, tagħti produzzjoni raġonevoli tal-għeneb, u tinfluwenza l-oriġinalità tat-togħma tal-inbejjed.

    F’dawn il-kundizzjonijiet ġeografiċi partikolari, il-produtturi żviluppaw, matul il-ġenerazzjonijiet, tekniki li bis-saħħa tagħhom jiġi sfruttat l-aħjar potenzjal tal-varjetà gamay N, li hija partikolarment adattata tajjeb għall-klima u l-ħamrija li tirriżulta mill-areni tal-granit.

    L-għarfien tagħhom jidher, f’konformità mal-użanzi, fil-prattika taż-żabra qasira bil-friegħi, b’taħriġ f’forma ta’ sġajjar, id-densitajiet għoljin tat-tħawwil, il-prattiki tal-kultivazzjoni li jillimitaw l-erożjoni tal-ħamrija, u t-tekniki tal-produzzjoni tal-inbid adattati, bl-għan li tiġi prodotta materja prima rikka fil-kulur, filwaqt li jiġu ggarantiti l-finezza, u t-togħma ta’ frott tal-inbejjed.

    Permezz tal-irqajja’ b’ħamrija fformata fuq ramel triażiku, speċjalment fuq il-ġnub tal-Mont de Bessay, huwa possibbli li jiġu prodotti nbejjed pjuttost tanniċi. Minn naħa l-oħra, l-irqajja’ fuq in-naħat ta’ isfel tal-għoljiet b’ħamrija aktar taflija u siliċika b’xaqliba baxxa jipproduċu nbejjed aktar ħfief.

    L-inbejjed Saint-Amour dejjem kienu apprezzati u jgawdu minn reputazzjoni b’saħħitha. Fit-“Topographie de tous les vignobles connus” tiegħu, Jillien, fl-1816, jikklassifika l-inbejjed Saint Amour bħala tar-“raba’ klassi”.

    9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

    Żona fil-viċinanza immedjata

    Qafas ġuridiku:

    Leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019:

    Id-département tal-Côte-d’Or:

    Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Autricourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chamboeuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Clémencey, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-Vauchignon, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L’Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Meursault, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Puligny-Montrachet, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Saint-Romain, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Vannaire, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée, Vougeot ;

    id-département tar-Rhône:

    Alix, Anse, L’Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Cercié, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Chasselay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chénas, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Dardilly, Denicé, Deux Grosnes (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità qadima ta’ Avenas biss), Dracé, Emeringes, Fleurie, Fleurieux-sur-l’Arbresle, Frontenas, Gleizé, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Lantignié, Légny, Létra, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé,, Odenas, , Le Perréon, Pommiers, Porte des Pierres Dorées, Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Rivolet, Sain-Bel, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Val d’Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône, Ville-sur-Jarnioux, Villié-Morgon, Vindry-sur-Turdine (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet qodma ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup biss) ;

    id-département ta’ Saône-et-Loire:

    Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-les-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines, Fragnes-La-Loyère (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità qadima ta’ La Loyère biss) Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l’Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse sur Fregande (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet qodma ta’ Donzy-le-National, Massy u La Vineuse biss), Vinzelles, Viré ;

    id-département tal-Yonne:

    Aigremont, Annay-sur-Serein, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Beine, Bernouil, Béru, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Chablis, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Châtel-Gérard, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chevannes, Chichée, Chitry, Collan, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Deux Rivières, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Lucy-sur-Cure, Maligny, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montigny-la-Resle, Montholon (għall-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalitajiet qodma ta’ Champvallon, Villiers sur Tholon u Volgré biss), Mouffy, Moulins-en-Tonnerrois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Quenne, Roffey, Rouvray, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey , Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villy, Vincelles, Vincelottes, Viviers, Yrouerre.

    Tikkettar

    Qafas ġuridiku:

    Leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

    Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

    a)

    It-tikkettar tal-inbejjed li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar bil-kundizzjoni li:

    tkun post irreġistrat;

    tkun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

    L-isem tal-post katastali jinkiteb immedjatament wara l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata u jiġi stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

    b)

    It-tikkettar tal-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika ikbar Vin du Beaujolais jew Grand Vin du Beaujolais jew Cru du Beaujolais.

    Id-daqs tal-ittri tal-unità ġeografika ikbar ma għandux ikun ogħla u usa’ minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata.

    Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

    https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-895f611c-3d0b-4376-87f6-456585ec2f84


    (1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


    Top