Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC0226(03)

    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 2021/C 66/16

    PUB/2020/958

    ĠU C 66, 26.2.2021, p. 58–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 66/58


    Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

    (2021/C 66/16)

    Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

    KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

    LA JARABA

    PDO-ES-01895-AM01

    Data tal-komunikazzjoni: 16.11.2020

    DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

    Titolu

    ŻIEDA TA’ INBID ABJAD

    Taqsima 2.1 “Parametri li għandhom jiġu kkunsidrati, limiti analitiċi u tolleranzi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbejjed” fid-Dokument Uniku.

    Deskrizzjoni u raġunijiet

    Iż-żieda tal-inbid abjad monovarjetali magħmul minn għeneb Sauvignon Blanc tfisser li l-parametri analitiċi tal-inbejjed bojod iridu jiġu ddefiniti.

    FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

    2.1.2.

    Inbid abjad

    Parametru

    Limitu

    Limitu ta’ tolleranza

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    ≥11,5

    ±0,2

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    ≥12,5

    ±0,2

    Zokkor riduċenti (g/l espress bħala glukożju)

    ≤4

    ±0,5

    Aċidità totali (g/l espressa bħala aċidu tartariku)

    4<F’<7

    ±0,3

    Aċidità volatili (meq/l)

    ≤16,7

    ±0,3

    Diossidu tal-kubrit totali (mg/l)

    ≤130

    ±15

    Kontenut ta’ stronzju (mg/l)

    >2,2

    ±0,2

    RAĠUNI

    Minħabba li ż-żona demarkata għad-DOP La Jaraba tinkludi roqgħa art ta’ għeneb Sauvignon Blanc li jipproduċu nbejjed li fihom ukoll livelli għoljin ta’ stronzju, nitolbu li ssir emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex tiġi inkluża l-varjetà tal-għeneb abjad Sauvignon Blanc u l-inbejjed bojod prodotti minnha.

    Titolu

    ŻIEDA TA’ NBID ABJAD

    Taqsima 2.2 “Karatteristiċi li għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ analiżijiet organolettiċi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbejjed” fid-Dokument Uniku.

    Deskrizzjoni u raġunijiet

    Iż-żieda tal-inbid abjad monovarjetali magħmul minn għeneb Sauvignon Blanc tfisser li l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbid abjad prodott iridu jiġu ddefiniti.

    FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

    2.2.4.

    - Inbid abjad monovarjetali Sauvignon Blanc

    Dehra: nadifa, qawwija u ċara b’kulur isfar lewn it-tiben.

    Aroma: intensa u sħiħa b’noti li huma tipiċi tal-varjetà, b’mod partikolari frott tal-għadma abjad, u noti tal-fjuri.

    Togħma: friska, sensazzjoni tal-ħarir fil-palat u bbilanċjata.

    RAĠUNI

    Minħabba li ż-żona demarkata għad-DOP La Jaraba tinkludi roqgħa art ta’ għeneb Sauvignon Blanc li jipproduċu nbejjed li fihom ukoll livelli għoljin ta’ stronzju, nitolbu li ssir emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex tiġi inkluża l-varjetà tal-għeneb abjad Sauvignon Blanc u l-inbejjed bojod prodotti minnha.

    Titolu

    METODI TA’ PRODUZZJONI U TA’ VINIFIKAZZJONI GĦALL-INBID ABJAD

    Taqsima 3 “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” fid-Dokument Uniku.

    Deskrizzjoni u raġunijiet

    Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi għall-produzzjoni tal-inbid abjad jiżdiedu skont iż-żieda tal-varjetà Sauvignon Blanc mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

    FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

    Il-most miksub mill-għeneb abjad permezz tat-tgħaffiġ u l-għasir tal-ħsad bla zokk jitħalla joqgħod f’temperatura ta’ bejn 15 u 20 oC għal perjodu ta’ mhux inqas minn 12-il siegħa. Fermentazzjoni alkoħolika tal-most f’temperatura ta’ bejn 10 u 21 oC f’tankijiet tal-azzar inossidabbli. F’kundizzjonijiet normali, il-fermentazzjoni alkoħolika tiġi skattata mill-flora mikrobika tal-għeneb stess. Wara dan, issir kjarifikazzjoni u eżatt qabel ma jiġi bbottiljat l-inbid jiġi ffiltrat bl-użu ta’ filtru b’dijametru kbir tal-pori sabiex il-prodott jibqa’ kemm jista’ jkun mhux adulterat.

    RAĠUNI

    Peress li l-inbid abjad ġie miżjud mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-metodi tal-għemil u tal-produzzjoni tal-inbid iridu jagħmlu distinzjoni bejn il-produzzjoni tal-inbid aħmar u tal-inbid abjad.

    Titolu

    - EMENDA GĦALL-PERJODI TA' TQADDIM

    Taqsima 3 “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” fid-Dokument Uniku.

    Deskrizzjoni u raġunijiet

    L-emenda tikkonċerna l-formulazzjoni tal-kliem tal-metodi tal-għemil u tal-produzzjoni tal-inbid peress li l-inbid iqatta’ inqas ħin fil-bettija u fil-flixkun.

    FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

    3.1

    - Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon, Merlot u Graciano.

    Tqaddim fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur. Tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

    3.2

    - Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon u Merlot.

    Tqaddim fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur. Tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

    RAĠUNI

    Żieda fid-domanda tas-suq għall-inbejjed b’perjodi iqsar ta’ tqaddim.

    Titolu

    ŻIEDA TAR-RENDIMENT MASSIMU

    Taqsima 5 “Rendimenti massimi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Rendimenti massimi” fid-Dokument Uniku.

    Deskrizzjoni tar-raġunijiet

    Iż-żieda tar-rendimenti massimi għall-varjetà Sauvignon Blanc.

    FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

    5.

    Rendimenti massimi għal kull ettaru

    Tempranillo: 10 500 kg/ha, ekwivalenti għal 73,5 hl/ha.

    Cabernet Sauvignon: 11 000 kg/ha, ekwivalenti għal 77 hl/ha.

    Merlot: 10 000 kg/ha, ekwivalenti għal 70 hl/ha.

    Graciano: 10 000 kg/ha, ekwivalenti għal 70 hl/ha.

    Sauvignon Blanc: 11 000 kg/ha, ekwivalenti għal 77 hl/ha.

    RAĠUNI

    Peress li l-varjetà Sauvignon Blanc ġiet miżjuda mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ir-rendiment massimu ġie stabbilit għal din il-varjetà.

    Titolu

    IŻ-ŻIEDA TAL-VARJETÀ TAL-GĦENEB TAL-INBID UŻATA

    Taqsima 6 “Varjetajiet tal-produzzjoni tal-inbid” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

    Deskrizzjoni tar-raġunijiet

    Iż-żieda tal-varjetà Sauvignon Blanc.

    FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

    6.

    Varjetajiet li minnhom jinkiseb l-inbid

    Aħmar: Tempranillo, Cabernet Sauvignon, Merlot, Graciano.

    Abjad: Sauvignon Blanc

    RAĠUNI

    Peress li l-varjetà Sauvignon Blanc ġiet miżjuda mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-varjetà ġiet inkluża f’din it-taqsima.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem għar-reġistrazzjoni

    La Jaraba

    2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

    3.   Kategoriji tal-prodott tad-dwieli

    1.

    Inbid

    4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    Inbid aħmar

    L-inbid huwa kulur aħmar skur lewn iċ-ċirasa u ta’ intensità medja sa qawwija, b’noti ta’ frott aħmar u iswed li jagħtu sensazzjoni ġeneruża u mlaħħma fil-ħalq. Dan fih konċentrazzjonijiet ogħla ta’ stronzju minn inbejjed oħra bħala riżultat tal-livelli għoljin ta’ dan l-element fil-ħamrija, li jgħinu fil-produzzjoni ta’ nbejjed intensi, aromatiċi u b’palat qawwi b’noti minerali u balsamiċi qawwija.

    *

    Il-qawwa alkoħolika totali massima għandha tkun fi ħdan il-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    11

    Aċidità totali minima

    4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    15

    Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

    130

    Inbid abjad

    Nadif, jgħajjat u ċar b’kulur isfar lewn it-tiben. Aroma intensa u sħiħa b’noti li huma tipiċi tal-varjetà, b’mod partikolari frott tal-għadam abjad u noti tal-fjuri. It-togħma hija friska, sensazzjoni tal-ħarir u bbilanċjata.

    *

    Il-qawwa alkoħolika totali massima għandha tkun fi ħdan il-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

    Karatteristiċi analitiċi

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    11,5

    Aċidità totali minima

    4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

    10

    Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

    130

    5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

    Prattika enoloġika speċifika

    Fermentazzjoni alkoħolika tal-għeneb aħmar f’temperatura ta’ bejn 15 u 30 °C f’tankijiet tal-azzar inossidabbli jew fi btieti tal-ballut Franċiżi. It-tqegħid f’tankijiet u l-maċerazzjoni għal minimu ta’ għaxart ijiem.

    Il-most miksub mill-għeneb abjad permezz tat-tgħaffiġ u l-għasir tal-ħsad bla zokk jitħalla joqgħod f’temperatura ta’ bejn 15 u 20 oC għal perjodu ta’ mhux inqas minn 12-il siegħa. Fermentazzjoni alkoħolika tal-most f’temperatura ta’ bejn 10 u 21 oC f’tankijiet tal-azzar inossidabbli.

    Ir-rendiment massimu mill-għasir tal-għeneb huwa ta’ 70 litru għal kull 100 kg ta’ għeneb.

    L-inbid jitħalla jitqaddem l-ewwel fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru u mbagħad fil-flixkun għall-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

    Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon, Merlot u Graciano: tqaddim fil-btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur u tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

    Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon u Merlot: tqaddim fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur u tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

    Inbid aħmar tal-monovarjetà Merlot: tqaddim fil-btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas 6 xhur u tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas 6 xhur.

    Il-prattiki tal-kultivazzjoni

    L-għeneb jinħasad ladarba jkun kiseb maturità fenolika; jintgħażlu l-għenieqed bl-aħjar struttura u bl-ogħla konċentrazzjoni ta’ komposti fenoliċi. L-uniku materjal organiku użat fil-vinji huwa d-demel tan-nagħaġ mir-razzett tal-bhejjem tar-razzett stess.

    b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

    Tempranillo

    73,5 ettolitri għal kull ettaru

    Tempranillo

    10 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    Cabernet Sauvignon

    77 ettolitri għal kull ettaru

    Cabernet Sauvignon

    11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    Merlot u Graciano

    70 ettolitri għal kull ettaru

    Merlot u Graciano

    10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

    6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

    Iż-żona demarkata tinsab fil-muniċipalità ta’ El Provencio (Cuenca). Skont ir-Reġistru tal-Vinji, it-tqassim tal-irqajja’ tal-art huwa kif ġej: Żona 9, irqajja' tal-art 14b, 14d, 14f, 14h, 26d, 26e, 26h, 26i, 26j, 26k, 26m, 26n, 26v.

    L-għeneb maħsud fil-vinji demarkati jsir inbid u l-inbejjed jiġu bbottiljati fil-fabbrika tal-inbid li tinsab fiż-żona tal-produzzjoni.

    7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

    MERLOT

    TEMPRANILLO - CENCIBEL

    8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    L-AMBJENT (FATTURI NATURALI U UMANI)

    La Jaraba huwa l-isem ġeografiku użat biex jindika l-post li fih tinsab iż-żona demarkata, kif jidher f’mappa katastali rurali attwali ta’ Spanja. Jinsab f’wied mimli bin-naqal. L-eks kanal tal-ilma magħruf bħala l-Cañada de Valdelobos, issa intermittenti, jaqsam is-sit biex jingħaqad max-Xmara Záncara, li tifforma l-konfini bejn il-provinċji ta’ Cuenca u Albacete. La Jaraba ma għandu kważi l-ebda għoljiet u jista’ jitqies kompletament ċatt. L-elevazzjoni tiegħu hija ta’ 700 m ’il fuq mil-livell tal-baħar.

    Il-post tal-vinji, fil-biċċa l-kbira protett minn 92 ettaru ta’ foresta tal-ballut u tal-arżnu, jipprovdi mikroklima li hija partikolarment favorevoli għall-iżvilupp tad-dwieli. Dan fil-biċċa l-kbira jiffrankalhom l-istress tal-ilma li jista’ jkun mistenni mir-riħ tal-Lvant sħun u xott, li jippermetti proċess ta’ maturazzjoni itwal għall-għeneb. Konsegwentement, il-frott huwa aktar rikk f’aġenti koloranti, tannin u aromi ta’ kwalità tajba mill-għeneb prodott fuq dwieli li jinsabu barra miż-żona demarkata.

    L-art tappartjeni għall-perjodu Kwaternarju, li jifforma unità morfo-stratigrafika tas-sistema tax-xmara Guadiana. Il-kompożizzjoni tagħha hija varjata, u tinkludi kwarziti, kwaz, u ġebel tal-ġir Mesożojku u Mioċene. Din il-kompożizzjoni tippermetti lill-art iżżomm l-umdità għal żmien itwal u tiddistingwiha miż-żoni tal-madwar, li għandhom kontenut ta’ ġebla tal-ġir ferm ogħla.

    Il-ħamrija tappartjeni għall-ordni ta’ Alfisols, b’ħamrija ħamra tal-Mediterran fuq il-ġebla tal-ġir. Dawn għandhom profil żviluppat, pH bejn is-7 u t-8,5, kapaċità baxxa ta’ skambju, drenaġġ intern tajjeb, penetrazzjoni tajba li tasal sas-saffi orizzontali tal-ġebla tal-ġir, li jinsabu f’madwar 60 sa 90 ċentrimetru, u sawriet li jvarjaw minn ramel iffrumat merħi għal tafal. L-elementi alluvjali huma abbundanti, u jagħmlu l-ħamrija rikka fin-nutrijenti. Barra minn hekk, il-morfoloġija tal-ħamrija fertili, rikka f’sediment alluvjali oħxon, flimkien mal-prattika tal-applikazzjoni tad-demel kull sena, tirriżulta fi profil ħafif u frisk. Tali ħamrija hija adatta ħafna għat-tkabbir tad-dwieli u, konsegwentement, fattur fil-kwalità għolja tal-frott.

    Il-klima tista’ tiġi deskritta bħala Mediterranja moderata b’karatteristiċi kontinentali. F’termini ta’ ċifri għall-klima, l-aktar valuri medji annwali sinifikanti huma: temperatura ta' bejn l-14 u s-16 °C, u 450 mm ta’ xita.

    Fil-ħamrija ġie identifikat livell ogħla mill-medja ta’ stronzju: aktar minn 100 mg/kg f’irqajja' tal-art separati. B’mod speċifiku, l-ammonti huma bejn 111,67 u 158,41 mg/kg. Dawn l-ammonti huma ferm ogħla minn dawk fil-ħamrija madwar iż-żona partikolari, inkluż is-sit magħruf bħala “Los Canforrales” fejn iċ-ċifra hija ta’ 76,59 mg/kg, u s-sit “Manteleros” fejn hija ta’ 20,19 mg/kg. F’dan l-aħħar każ, iċ-ċifra hija kważi tmien darbiet inqas minn dik ta' La Jaraba.

    Dan għandu konsegwenzi diretti għall-inbejjed li nstabu li għandhom livelli ta’ stronzju ta’ aktar minn 2,2 mg/l, b’sa 3,3 m/g f’ċerti nbejjed. Dawn iċ-ċifri huma b’mod partikolari ogħla milli fl-inbejjed minn żoni ġirien, li ntwera li għandhom livelli ta’ bejn 0,95 u 1,6 mg/l. Għalhekk, il-livell ta’ stronzju fl-inbejjed jista’ jitqies bħala indikatur affidabbli fir-rigward tal-produzzjoni tal-inbid ta’ La Jaraba.

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-metodi ta’ produzzjoni, l-uniku materjal organiku użat huwa d-demel tan-nagħaġ mir-razzett tal-bhejjem tal-proprjetà stess.

    Fir-rigward tal-metodi ta’ pproċessar, il-fermentazzjoni alkoħolika hija skattata mill-flora mikrobika proprja tal-għeneb u mhux aktar minn 70 litru ta’ nbid jinkiseb minn kull 100 kg ta’ għeneb fl-istadju tal-għasir.

    DESKRIZZJONI TAL-INBID

    L-inbejjed ta’ La Jaraba huma kkundizzjonati mill-ħamrija u mill-klima lokali. Dawn jagħtu l-intensità tal-kontenut fenoliku, l-istabbiltà u l-eleganza. L-inbejjed juru struttura , kontenut minerali u korporatura impressjonanti. Il-fatt li dawn l-inbejjed kollha jitqaddmu fil-btieti u fil-fliexken jaffettwa l-karatteristiċi organolettiċi, jipproduċi nbejjed ta’ kulur aħmar skur lewn iċ-ċirasa u ta’ intensità medja sa qawwija, b’noti ta’ frott aħmar u iswed li jagħtu sensazzjoni ġeneruża u mlaħħma fil-ħalq. Dawn fihom konċentrazzjonijiet ogħla ta’ stronzju minn inbejjed oħra prodotti barra miż-żona demarkata bħala riżultat tal-livelli għoljin ta’ dan l-element fil-ħamrija ta’ La Jaraba, li jgħin biex jiġu prodotti dawn l-inbejjed b’palat qawwi b’noti minerali u balsamiċi qawwija. .

    LINK

    Il-proprjetà tinsab f’wied tax-xmara mimli bin-naqal b’ammonti li jvarjaw ta’ kwarżit, kwarz u ġebla tal-ġir u livell ogħla mill-medja ta’ stronzju fil-ħamrija, li lkoll jgħinu biex jipproduċu nbejjed intensi, aromatiċi u b’palat qawwi b’noti minerali qawwija u togħmiet balsamiċi. Il-livell ta’ stronzju jagħti dawn l-inbejjed il-kwalitajiet distintivi tagħhom.

    Għalkemm iż-żona tinsab fi ħdan id-DOP ta’ La Mancha, il-fatturi li ġejjin jiddistingwuha minn La Mancha.

    FATTURI NATURALI

    Id-demarkazzjoni taż-żona hija bbażata fuq livell ta’ stronzju tal-ħamrija li huwa ferm ogħla mill-ħamrija fil-viċinanza tal-madwar. Dan jagħti lill-inbejjed prodotti fiż-żona karattru aktar minerali.

    Fi stħarriġ dwar l-ambjent ipprovdut mill-applikant, jista’ jitqies li barra miż-żona, il-livelli ta’ stronzju huma bejn 20 u 80 mg/kg, filwaqt li ġewwa ż-żona demarkata, dawn jilħqu livelli bejn 110 u 160 mg/kg. Dan jirriżulta f’inbejjed miż-żona b’kontenut ta’ stronzju ta’ bejn 2,5 u 3,3 mg/l, filwaqt li l-inbejjed mill-vinji tal-madwar jiksbu biss kontenut ta’ stronzju ta’ madwar 1 mg/l.

    Minbarra l-kontenut ta’ stronzju bħala fattur li jiddetermina l-uniċità taż-żona, hemm il-fatt li madwar iż-żona hemm espansjoni kbira ta’ siġar tal-ballut u tal-arżnu, li tipproteġiha mill-irjieħ sħan u xotti tal-Lvant. Dan ifisser li hija aktar umda minn żoni ġirien, u b’hekk testendi l-proċess tal-maturazzjoni għall-għeneb. B’riżultat ta’ dan, dan iġib aktar kulur, tannini u aromi għall-frotta u għalhekk għall-inbid.

    FATTURI UMANI

    L-aktar differenzi ovvji bejn il-metodi ta’ produzzjoni tal-inbejjed La Jaraba u dawk fid-DOP ġar ta’ La Mancha (għal dan, aħna se nqisu l-inbejjed ħomor ta’ La Mancha, minħabba li dan huwa l-uniku tip prodott minn La Jaraba) huma kif ġej:

    LA MANCHA DOP

    LA JARABA

    DIFFERENZI

    >11,5% vol.

    >12,5% vol

    Kontenut ogħla ta’ alkoħol

    <10 meq/l

    <16,7 meq/l

    Aċidità volatili ogħla

    <13 000  kg/Ha

    <11 000  kg/Ha

    Inqas produzzjoni għal kull ettaru

    ≤ 1,6 mg/l

    ≥ 2,2 mg/l

    Kontenut ogħla ta’ stronzju

    Wara li ż-żona ġiet iddemarkata abbażi tal-kontenut ta’ stronzju fil-ħamrija, jirriżulta li bħalissa hemm biss fabbrika tal-inbid waħda li tipproduċi l-inbid fiż-żona u din tappartjeni għall-applikant.

    Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li huma s-sid ta’ żona li hija akbar minn dik inkluża fiż-żona demarkata. Għalhekk, id-demarkazzjoni ma saritx fuq il-bażi tas-sjieda tagħhom, iżda fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ambjentali deskritti hawn fuq.

    Barra minn hekk, produtturi oħrajn jistgħu jużaw l-isem reġistrat jekk jistabbilixxu ruħhom fiż-żona ġeografika demarkata fil-futur, diment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni. Fil-fatt, din iż-żona tokkupa madwar 75 ettaru għalhekk huwa perfettament possibbli li jiftħu aktar fabbriki tal-inbid hemmhekk.

    9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

    Qafas legali:

    Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

    L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

    Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

    L-għeneb maħsud fil-vinji demarkati jsir inbid u l-inbejjed jiġu bbottiljati fil-fabbrika tal-inbid li tinsab fiż-żona tal-produzzjoni. Dan minħabba li l-produzzjoni tal-inbejjed ħomor tinvolvi t-tieni stadju ta’ tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar, fejn iseħħ proċess ta’ tnaqqis. Dan itejjeb il-kwalità tal-inbejjed, billi jarrotonda t-togħma tagħhom. Huma lesti għall-konsum meta jilħqu l-karatteristiċi organolettiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal kull tip ta’ nbid. L-għan huwa li tiġi żgurata l-kwalità u li tiġi pprovduta garanzija dwar l-oriġini u l-kontroll sabiex jinkisbu l-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inbejjed ħomor u bojod tad-DOP La Jaraba.

    Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/MOD_PLIEGO_LA-JARABA_20200529-II.pdf


    (1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


    Top