Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0851

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE

    COM/2021/851 final

    Brussell, 15.12.2021

    COM(2021) 851 final

    2021/0422(COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE

    {SEC(2021) 428 final} - {SWD(2021) 465 final} - {SWD(2021) 466 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u objettivi tal-proposta

    Il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE li tipprovdi regoli minimi komuni għall-kriminalizzazzjoni tar-reati ambjentali hija d-Direttiva 2008/99/KE dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali.

    Il-Kummissjoni evalwat id-Direttiva fl-2019 u fl-2020 u ppubblikat is-sejbiet tagħha f’Ottubru 2020 1 . Hija sabet li d-Direttiva ma kellhiex wisq effett fil-prattika: matul l-aħħar 10 snin, l-għadd ta’ kawżi ta’ reati ambjentali investigati u kkundannati b’suċċess baqa’ baxx ħafna. Barra minn hekk, il-livelli ta’ sanzjonijiet imposti kienu baxxi wisq biex ikunu dissważivi u l-kooperazzjoni transfruntiera ma seħħitx b’mod sistematiku.

    L-evalwazzjoni sabet lakuni konsiderevoli fl-infurzar fl-Istati Membri kollha u fil-livelli kollha tal-katina tal-infurzar (il-pulizija, il-prosekuzzjoni u l-qrati kriminali). Hija identifikat ukoll nuqqasijiet fl-Istati Membri f’termini ta’ riżorsi, għarfien speċjalizzat, sensibilizzazzjoni, prijoritizzazzjoni, kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni, u sabet li ma kien hemm l-ebda strateġija nazzjonali globali għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali li tinvolvi l-livelli kollha tal-katina tal-infurzar u approċċ multidixxiplinarju 2 . Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-infurzar tal-liġi amministrattiva u kriminali u s-sanzjonar spiss ifixkel l-effettività.

    Ġie nnotat ukoll li n-nuqqas ta’ data statistika affidabbli, preċiża u kompluta dwar il-proċedimenti li jikkonċernaw reati ambjentali fl-Istati Membri mhux biss fixkel l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni iżda jipprevjeni wkoll lil dawk li jfasslu l-politika u lill-prattikanti nazzjonali milli jimmonitorjaw l-effettività tal-miżuri tagħhom.

    Abbażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tirrevedi d-Direttiva. Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2021 jippjana proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tad-Direttiva 3 f’Diċembru 2021.

    Qed jiġi propost li d-Direttiva 2008/99/KE tiġi sostitwita. Din il-proposta hija akkumpanjata minn Komunikazzjoni 4 li tispjega l-objettivi ta’ politika tagħha. Il-proposta għandha sitt objettivi sabiex jiġu indirizzati l-problemi identifikati.

    1.It-titjib tal-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjoni billi jiġi aġġornat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

    2.It-titjib tal-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet billi jiġu ċċarati jew eliminati termini vagi użati fid-definizzjonijiet tar-reati ambjentali.

    3.L-iżgurar ta’ tipi u livelli effettivi, dissważivi u proporzjonati ta’ sanzjonijiet għar-reati ambjentali.

    4.It-trawwim ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni transfruntieri.

    5.It-titjib tat-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar ir-reati ambjentali permezz ta’ ġbir u tixrid imtejba ta’ data statistika.

    6.It-titjib tal-effettività operazzjonali tal-ktajjen ta’ infurzar nazzjonali biex jitrawmu l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonar.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti tal-politika fil-qasam tal-politika

    L-objettivi ta’ din il-proposta huma konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ politika u leġiżlattivi li ġejjin:

    ·Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri

    ·Il-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali bejn l-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea

    ·Id-Direttiva 2014/41/UE dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali

    ·Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji

    ·Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġuriżdizzjoni fi proċedimenti kriminali

    ·Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali

    ·Ir-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Europol

    ·Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)

    ·Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

    ·Id-Direttiva (UE) 2017/1371 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali

    ·Id-Direttiva (UE) 2019/1937 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE

    Id-dritt kriminali huwa parti waħda minn strateġija komprensiva tal-UE għall-protezzjoni u t-titjib tal-istatus tal-ambjent, li huwa prijorità għall-Kummissjoni Ewropea. Il-komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku u l-istrateġija għall-bijodiversità jistabbilixxu firxa sħiħa ta’ miżuri ta’ protezzjoni ambjentali li jsaħħu u jinfluwenzaw lil xulxin, u jgħaqqduhom flimkien f’approċċ olistiku. Il-miżuri tad-dritt kriminali jiġu bħala l-aħħar alternattiva meta miżuri oħra ma jkunux biżżejjed biex tiġi żgurata l-konformità. Għalhekk, l-indikaturi ambjentali dwar, pereżempju, il-grad ta’ tniġġis tal-arja jew il-bijodiversità jkejlu l-effettività tal-istrateġija ġenerali biex jitjieb l-ambjent, mhux biss l-effettività tal-approċċ il-ġdid lejn ir-reati ambjentali.

    Barra minn hekk, l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà u l-Istrateġija tal-UE biex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata 2021–2025 jinkludu l-valutazzjoni u r-reviżjoni tad-Direttiva bħala parti mill-azzjonijiet ewlenin identifikati għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika għad-Direttiva proposta hija l-Artikolu 83(2) tat-TFUE. L-Artikolu 83(2) tat-TFUE jistabbilixxi l-kompetenza tal-UE li tistabbilixxi regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma ta’ politika tal-UE li kienu soġġetti għal miżuri ta’ armonizzazzjoni, jekk dan ikun meħtieġ għal infurzar effettiv:

    “Jekk l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri f’materji kriminali tkun indispensabbli sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta’ politika tal-Unjoni f’qasam li kien suġġett għall-miżuri ta’ armonizzazzjoni, jistgħu jsiru direttivi li jistabbilixxu r-regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ikkonċernat. Dawn id-direttivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jew speċjali bħal dik użata għall-adozzjoni tal-miżuri ta’ armonizzazzjoni inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 76.”

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

    L-attivitajiet kriminali relatati mal-ambjent spiss ikollhom dimensjoni transfruntiera, filwaqt li xi reati ambjentali normalment ikollhom impatt fuq diversi pajjiżi (pereżempju t-traffikar illeċitu tal-iskart, ta’ speċijiet protetti jew ta’ prodotti ta’ organiżmi selvaġġi, ara t-Taqsima 1 – Introduzzjoni) jew ikollhom effetti transfruntiera (eż. fil-każ ta’ tniġġis transfruntier tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija) 5 . Għaldaqstant, il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-UE hija essenzjali.

    Id-Direttiva eżistenti kellha l-għan li tipprovdi qafas legali armonizzat ta’ reati kriminali biex tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera. Madankollu, kif dettaljat fir-rapport ta’ evalwazzjoni, minkejja l-progress fil-ħolqien ta’ sett komuni ta’ definizzjonijiet ta’ reati ambjentali madwar l-UE u fil-ħtieġa ta’ livelli ta’ sanzjonijiet aktar dissważivi, l-Istati Membri waħedhom ma rrikonċiljawx il-fehim rispettiv tagħhom ta’ reati ambjentali fl-ispazju ta’ manuvra li tħalli d-Direttiva. Bl-istess mod, il-livelli insuffiċjenti ta’ sanzjonijiet f’għadd ta’ Stati Membri jipprevjenu kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE u l-applikazzjoni ta’ strumenti ta’ rikonoxximent reċiproku (bħall-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea).

    Hemm distakk dejjem akbar bejn ir-rispons tal-ġustizzja kriminali għar-reati ambjentali u s-sitwazzjoni kriminoloġika fil-prattika. Minkejja d-Direttiva attwali, l-għadd ta’ investigazzjonijiet u kundanni transfruntieri fl-UE għar-reati ambjentali ma żdiedx b’mod sostanzjali. Sadanittant, b’kuntrast ma’ dan, ir-reati ambjentali qed jiżdiedu b’rati annwali ta’ 5 % sa 7 % globalment 6 , u qed joħolqu ħsara dejjiema għall-ħabitats, għall-ispeċijiet, għas-saħħa tan-nies, u għad-dħul tal-gvernijiet u tan-negozji.

    Proporzjonalità

    F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE, ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva 2008/99/KE hija limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar ir-reati f’dan il-qasam tiġi adattata għal theddid ġdid. Il-miżuri dwar l-użu ta’ għodod investigattivi u dwar l-iskambju tal-informazzjoni huma inklużi biss sal-punt meħtieġ sabiex il-qafas tad-dritt kriminali propost jiffunzjona b’mod effettiv.

    Il-proposta tiddefinixxi l-ambitu tar-reati kriminali sabiex tkopri l-imġiba rilevanti kollha filwaqt li tillimitah għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat. Id-direttiva l-ġdida tinkludi kategoriji ġodda ta’ reati ambjentali sal-punt meħtieġ mil-leġiżlazzjoni ambjentali sottostanti. Kemm ir-reati kif ukoll is-sanzjonijiet huma limitati għal ksur serju tad-dritt ambjentali u b’hekk jirrispettaw il-proporzjonalità.

    Għażla tal-istrument

    F’konformità mal-Artikolu 83(2), ir-regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma ta’ politika tal-UE li kienu soġġetti għal miżuri ta’ armonizzazzjoni jistgħu jiġu stabbiliti biss permezz ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    Għad hemm bżonn ta’ sanzjonijiet kriminali biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva fl-oqsma koperti mid-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali tal-2008. Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li tirriporta l-lista ta’ reati inkluża fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-2008, bil-preċiżjonijiet u l-modifiki meħtieġa u li tinkludi: reati serji ta’ tniġġis; il-maniġġjar illegali tal-iskart u l-vjeġġi tal-iskart; it-tħaddim ta’ installazzjonijiet li fihom jitwettqu attivitajiet perikolużi jew jinħażnu jew jintużaw sustanzi perikolużi; reati relatati mal-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-immaniġġjar, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta’ materjal radjuattiv; ir-reati fuq l-organiżmi selvaġġi, inklużi l-qtil, il-qerda, il-pussess jew it-teħid illegali ta’ kampjuni ta’ speċijiet ta’ fawna u flora selvaġġi, it-traffikar illegali ta’ organiżmi selvaġġi u d-degradazzjoni tal-ħabitats; il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, l-emissjoni jew ir-rilaxx illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu.

    Il-ħtieġa li dawn il-kategoriji ta’ reati jiġu miġġielda permezz ta’ sanzjonijiet kriminali ġiet ikkonfermata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-Kriminalità Serja u Organizzata għall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT) 2022–2025 7 .

    B’mod partikolari fir-rigward tar-reati tal-iskart, ir-rapport dwar il-Valutazzjoni tal-2021 mill-Unjoni Ewropea tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata 8 jiddikjara li “l-immaniġġjar tal-iskart huwa industrija li trendi qligħ u li qed tiżviluppa malajr, li tattira dejjem aktar lill-kriminali. Il-maġġoranza tal-każijiet irrapportati tat-traffikar tal-iskart kienu jinvolvu individwi li jaħdmu f’kumpaniji tal-immaniġġjar tal-iskart jew li jħaddmuhom, bħala maniġers jew persunal, li jiksru l-leġiżlazzjoni u l-istandards nazzjonali u internazzjonali li jirregolaw il-ġbir, it-trattament u r-rimi tal-iskart biex jimmassimizzaw il-profitti. L-aktar traffikanti tal-iskart li jkollhom suċċess huma dawk li jikkontrollaw iċ-ċiklu kollu tal-ipproċessar, mill-pajjiżi tal-oriġini sal-pajjiżi tad-destinazzjoni. Il-kriminali li jittraffikaw l-iskart bejn pajjiżi differenti jużaw primarjament strutturi tan-negozju legali biex iwettqu reati tal-iskart. Ħafna drabi kumpaniji multipli jkunu proprjetà tal-istess individwi jew ta’ persuni ta’ konvenjenza. L-istrutturi tan-negozju legali spiss ibiddlu t-tmexxija u spiss jiġu tterminati wara perjodu qasir ta’ attività, malli entità ta’ negozjar ġdida tieħu f’idejha n-negozju. Il-kumpaniji li joperaw stadji differenti fiċ-ċiklu tal-iskart spiss ikunu jinsabu f’ġuriżdizzjonijiet differenti. It-traffikar tal-iskart huwa marbut ħafna ma’ reati oħra bħall-frodi tad-dokumenti, il-frodi ekonomika, l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, kif ukoll is-serq u r-rimi tal-iskart mill-produzzjoni illegali tad-droga”.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat ħtieġa għal sanzjonijiet kriminali biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ambjent, fir-rigward tal-kategoriji ta’ reati li ġejjin li bħalissa mhumiex koperti mid-Direttiva:

    ·it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li, bi ksur tar-rekwiżiti obbligatorji, jikkawżaw ħsara sostanzjali lill-ambjent minħabba l-użu tal-prodott fuq skala akbar;

    ·il-ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi li jikkawża ħsara sostanzjali lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem;

    ·ir-riċiklaġġ illegali tal-bastimenti;

    ·l-astrazzjoni illegali tal-ilma;

    ·l-iskariku mis-sors ta’ sustanzi li jniġġsu mill-bastimenti (qed jiġi propost li din il-kategorija ta’ reati tittieħed mid-Direttiva 2005/35/KE 9 , biex jiġi kkonsolidat il-qafas legali);

    ·il-kummerċ illegali tal-injam;

    ·il-ksur serju tar-regoli dwar l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni;

    ·iċ-ċirkomvenzjoni serja tar-rekwiżiti biex issir valutazzjoni tal-impatt ambjentali;

    ·il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, l-emissjoni jew ir-rilaxx illegali ta’ gassijiet fluwororati b’effett ta’ serra.

    Dawn it-tipi ta’ mġiba għandhom riskju għoli potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent u jistgħu jwasslu għal impatti negattivi partikolarment serji fuq l-ambjent u fuq is-soċjetà. Minkejja l-konsegwenzi detrimentali li fir-realtà jseħħu u dawk potenzjalment possibbli, l-infurzar tar-regoli rilevanti mhuwiex effettiv biżżejjed bħalissa. L-adozzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u d-dipendenza fuqhom mill-Istati Membri, sal-lum, urew li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tal-ambjent li jitolbu miżuri aktar b’saħħithom dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati ambjentali.

    Pereżempju, fir-rigward tar-Regolament tal-UE dwar l-injam 10 , għalkemm l-Istati Membri kollha inkludew sanzjonijiet għat-trasgressuri fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, it-tipi ta’ sanzjonijiet u l-livelli massimi jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-Istati Membri: multi amministrattivi u sekwestri jistgħu jiġu imposti fi 23 Stat Membru, multi kriminali f’16-il Stat Membru, priġunerija fi 17-il Stat Membru, sospensjoni tal-kummerċ fi 15-il Stat Membru u tipi oħra ta’ pieni fi 11-il Stat Membru. Il-multi applikabbli għall-ksur tar-Regolament tal-UE dwar l-injam ivarjaw minn EUR 50 għal ammont mhux limitat 11 . Dawn id-diskrepanzi bejn ir-reġimi ta’ sanzjonijiet tal-Istati Membri applikabbli għall-ksur tar-Regolament tal-UE dwar l-injam u l-fatt li s-sanzjonijiet jitqiesu f’ħafna każijiet baxxi wisq biex verament ikollhom effett ta’ deterrent fuq l-imġiba illegali, flimkien ma’ infurzar mhux uniformi madwar l-UE, iġorru riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ. Barra minn hekk, id-disparitajiet fir-reġimi ta’ sanzjonijiet u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni uniformi madwar l-Istati Membri jimminaw il-kundizzjonijiet ekwi billi jpoġġu lill-operaturi li jikkonformaw b’mod strett mar-rekwiżiti fi żvantaġġ. Dan jista’ jiġi indirizzat permezz ta’ kriminalizzazzjoni armonizzata u permezz ta’ approssimazzjoni tal-livelli ta’ sanzjonijiet madwar l-UE fid-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali.

    Huwa ċar li s-sanzjonijiet amministrattivi mhumiex adegwati f’ċirkostanzi bħal dawk li rriżultaw fil-qtil ta’ żewġ gwardjani tal-foresti, fi Stat Membru, li kienu qed jinvestigaw problemi relatati mal-ħsad illegali tal-injam. L-elementi sottostanti tal-ksur relatat mal-injam huma ta’ natura tant serja li l-awtoritajiet irid ikollhom il-mezzi ta’ infurzar kriminali biex jindirizzawhom. Fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-injam, il-Kummissjoni kienet nediet proċedura ta’ ksur kontra dak l-Istat Membru dwar in-nuqqas ta’ kontrolli effettivi fuq l-operaturi u n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ sanzjonijiet xierqa. Sadanittant, dak l-Istat Membru introduċa pieni kriminali għal imġiba ħażina speċifika li qabel kienet soġġetta biss għal sanzjonijiet amministrattivi li ma kinux biżżejjed biex jiżguraw il-konformità.

    Il-ksur serju tal-projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ apparat ta’ manipulazzjoni fil-vetturi bil-mutur skopert mill-2015 juri li anke kumpaniji kbar stabbiliti jistgħu ma jiġux skoraġġuti milli jwettqu ksur jekk huma jqisu li l-uniku infurzar se jkun ta’ natura amministrattiva.

    Eżempju ieħor huwa relatat mal-astrazzjoni illegali tal-ilma li tikkontribwixxi għat-tnaqqis serju tar-riżorsi tal-ilma, problema li hija mistennija taggrava minħabba t-tibdil fil-klima. Fir-Rapport Speċjali tagħha tal-2021 dwar “L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti”, il-Qorti tal-Awdituri tiddokumenta l-ineffettività tal-miżuri amministrattivi biex tiġi indirizzata l-astrazzjoni żejda tal-ilma u tenfasizza li l-kontrolli mhumiex frekwenti u s-sanzjonijiet huma baxxi wisq biex jiġu żgurati implimentazzjoni u konformità effettivi mal-obbligi rilevanti 12 . Ir-rapport jirreferi għal nuqqasijiet fir-reġimi tas-sanzjonar fi Stati Membri individwali. 13  

    Barra minn hekk, għadd limitat ta’ Stati Membri introduċew sanzjonijiet applikabbli għall-iżviluppaturi skont id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali. Pereżempju, l-iżviluppaturi mhumiex immirati b’mod sistematiku f’każijiet fejn jonqsu milli jwettqu valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal proġett partikolari jew jeżegwixxu proġetti qabel il-finalizzazzjoni tal-proċeduri rispettivi jew mingħajr il-permessi xierqa. Il-ksur ta’ dawn l-obbligi jista’ jwassal għal konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-ambjent, filwaqt li l-livell eżistenti ta’ sanzjonijiet ma jiskoraġġixxix tali reati b’mod suffiċjenti.

    Huwa essenzjali li l-konformità mar-regoli tal-UE dwar l-attivitajiet b’impatt fuq l-ambjent u fuq il-prodotti sensittivi għall-ambjent tissaħħaħ bid-disponibbiltà ta’ sanzjonijiet kriminali li juru forma aktar b’saħħitha ta’ diżapprovazzjoni soċjali meta mqabbla mal-pieni amministrattivi. L-istabbiliment ta’ reati kriminali għal ksur serju tar-regoli tal-Unjoni, li irrispettivament mill-bażi ġuridika tagħhom jikkontribwixxu għall-politika tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent, jistabbilixxi limiti ċari għal tipi ta’ mġiba li jitqiesu bħala partikolarment inaċċettabbli u jibgħat messaġġ lill-pubbliku u lil trasgressuri potenzjali li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu tali mġiba b’serjetà kbira. Dan jidher li huwa partikolarment xieraq fid-dawl tad-dipendenza espliċita fuq il-prinċipji ta’ prevenzjoni u ta’ prekawzjoni f’dan il-qasam ta’ politika.

    Ir-regoli minimi komuni dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali ambjentali u s-sanzjonijiet jippermettu wkoll l-użu ta’ metodi ta’ investigazzjoni aktar effettivi u jippermettu kooperazzjoni aktar effettiva fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Dan ġie rikonoxxut bħala partikolarment importanti fir-rigward tal-ġlieda kontra l-iskart u t-traffikar tal-organiżmi selvaġġi (inkluż il-kummerċ illegali tal-injam), minħabba r-relazzjoni mas-suq intern u l-politika kummerċjali tal-UE.

    Minħabba l-impatti devastanti possibbli tar-reati ambjentali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, huwa importanti li t-trasgressuri potenzjali ma jipperċepixxux partijiet tal-UE bħala li jħaddmu reġim regolatorju eħfef u inqas effettiv. L-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali għall-aktar imġiba ambjentali ħażina serja se jkollha effett ta’ deterrent akbar fuq trasgressuri potenzjali. L-introduzzjoni mill-Istati Membri kollha ta’ sanzjonijiet kriminali hija għalhekk essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-politika tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ambjentali.

    Fir-rigward tal-inklużjoni ta’ mġiba negliġenti fl-ambitu tar-reati, huwa importanti li jiġi enfasizzat kemm ir-regoli ambjentali tal-UE jiddependu fuq miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ prekawzjoni. It-Trattat b’mod espliċitu (l-Artikolu 191(2) TFUE) jipprevedi li l-politika ambjentali hija bbażata fuq dawn il-prinċipji. L-importanza ta’ standard għoli ta’ attenzjoni hija meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet li huma perikolużi b’mod inerenti minħabba l-użu ta’ materjali u/jew proċessi perikolużi. F’kuntest bħal dan, l-imġiba negliġenti jista’ jkollha riperkussjonijiet kbar u saħansitra katastrofiċi, u b’hekk jeħtieġ li tiġi enfasizzata l-pożizzjoni tas-soċjetà li mġiba negliġenti jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala gravi biżżejjed biex tiġi kriminalizzata. Id-dritt kriminali huwa maħsub li jkollu effett ta’ deterrent, u l-inklużjoni tan-negliġenza jenħtieġ li minnha nnifisha tiskoraġġixxi kwalunkwe inklinazzjoni lejn tali mġiba, pereżempju sabiex jinkiseb qligħ finanzjarju permezz ta’ nuqqas ta’ investiment jew ta’ qtugħ ta’ kantunieri.

    L-acquis ambjentali jinkludi għadd importanti ta’ strumenti, bħad-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali 14 , id-Direttiva Seveso 15 , ir-Regolament REACH 16 u l-leġiżlazzjoni dwar l-iskart li jiffukaw fuq l-iżgurar li l-attivitajiet u s-sustanzi perikolużi jew ta’ riskju għoli jiġu ttrattati b’livell għoli ta’ salvagwardji tekniċi.

    Fir-rigward tal-frekwenza tal-okkorrenza ta’ ċerti reati, sfortunatament, il-kriminalità organizzata hija rikonoxxuta bħala li timmina l-immaniġġjar tal-iskart 17 . Il-problemi tal-isfidar tal-projbizzjonijiet fuq l-organiżmi selvaġġi wkoll ilhom rikonoxxuti, kif turi, pereżempju, l-enfasi tal-Konvenzjoni ta’ Bern 18 fuq ix-xogħol relatat mal-ġlieda kontra r-reati relatati mal-organiżmi selvaġġi. F’dan l-isfond ukoll u minħabba n-natura tal-imġiba rilevanti, huwa meħtieġ li mġiba negliġenti tkun koperta minn din id-Direttiva.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tad-Direttiva attwali fl-2019/2020 (ippubblikata f’Ottubru 2020), li kkonkludiet li d-Direttiva ma kellhiex effett kbir fil-prattika. L-evalwazzjoni ex post tad-Direttiva kienet iggwidata minn erba’ kriterji ewlenin ta’ evalwazzjoni: (a) l-effettività (evalwazzjoni ta’ jekk l-objettivi tad-Direttiva ntlaħqux), (b) l-effiċjenza (evalwazzjoni ta’ jekk il-benefiċċji li jkun hemm id-Direttiva u tal-implimentazzjoni tagħha jiġġustifikawx il-kostijiet), (c) il-koerenza (ma’ leġiżlazzjoni u politiki kriminali u ambjentali rilevanti oħra tal-UE, kif ukoll mal-obbligi internazzjonali tal-UE) u (d) ir-rilevanza (ir-rilevanza tal-objettivi oriġinali tad-Direttiva fid-dawl tal-ħtiġijiet attwali u futuri). L-evalwazzjoni qieset ukoll l-impatti soċjali u ekonomiċi għal gruppi differenti tal-partijiet ikkonċernati.

    L-evalwazzjoni identifikat sitt problemi ewlenin li wasslu għan-nuqqas ta’ effettività tad-Direttiva fil-prattika:

    1. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva huwa skadut u huwa definit b’mod kumpless, b’hekk ixekkel l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kooperazzjoni transfruntiera effettivi.

    2. Id-Direttiva fiha diversi definizzjonijiet mhux ċari użati għad-deskrizzjonijiet ta’ reati kriminali ambjentali, li jistgħu jfixklu l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kooperazzjoni transfruntiera effettivi.

    3. Il-livelli ta’ sanzjonijiet mhumiex effettivi u dissważivi biżżejjed fl-Istati Membri kollha skont id-Direttiva attwali.

    4. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni interni u transfruntieri insuffiċjenti dwar ir-reati ambjentali fost l-Istati Membri jxekklu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet effettivi.

    5. In-nuqqas ta’ data statistika affidabbli, preċiża u kompluta dwar il-proċedimenti tar-reati ambjentali fl-Istati Membri jipprevjeni lil dawk li jfasslu l-politika u lill-prattikanti nazzjonali milli jimmonitorjaw l-effettività tal-miżuri tagħhom.

    6. Katina tal-infurzar ineffettiva: ir-reati ambjentali mhumiex prijoritizzati, identifikati, investigati, ipproċessati u ssanzjonati b’mod effettiv minħabba t-tħaddim ineffettiv tal-katina tal-infurzar. Ġew identifikati lakuni fl-infurzar fl-Istati Membri kollha u fil-livelli kollha tal-katina tal-infurzar (spetturi, pulizija, prosekuzzjoni u qrati kriminali), inkluż nuqqas ta’ riżorsi, taħriġ insuffiċjenti u nuqqas ta’ għarfien speċjalizzat, nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni u prijoritizzazzjoni, u kooperazzjoni u kondiviżjoni dgħajfa tal-informazzjoni.

    Abbażi tas-sejbiet tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tirrevedi d-Direttiva u wettqet valutazzjoni tal-impatt. Id-diversi passi tal-valutazzjoni tal-impatt, mid-definizzjoni tal-problemi u l-fatturi ewlenin tagħhom għall-identifikazzjoni tal-objettivi u l-għażliet ta’ politika possibbli, kienu bbażati fuq is-sejbiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi u mmirati produttivi mal-partijiet ikkonċernati biex tibbenefika minn għarfien espert estern u tifhem it-tħassib tal-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, din kellha l-għan li tiżgura li l-għażliet ikkunsidrati għar-rieżami tad-Direttiva jirrappreżentaw l-aktar modi xierqa biex iżżid l-effettività tagħha u tappoġġa l-ħidma tal-prattikanti fil-prattika. Il-konsultazzjonijiet saru b’mod kemm jista’ jkun wiesa’ biex jinkisbu kontribut, evidenza u spjegazzjoni rilevanti tal-ħtiġijiet rilevanti u attwali ta’ kategoriji differenti ta’ partijiet ikkonċernati dwar is-sitt objettivi ewlenin:

    ·Il-kjarifika u l-aġġornament tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali;

    ·Il-kjarifika tat-termini legali użati għad-definizzjoni ta’ reati kriminali ambjentali;

    ·It-titjib tad-disponibbiltà tat-tipi u l-livelli ta’ sanzjonijiet dissważivi u komparabbli;

    ·It-titjib tal-kooperazzjoni transfruntiera;

    ·It-titjib tal-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni u data statistika; u

    ·It-titjib tal-funzjonament tal-katina tal-infurzar (taħriġ, koordinazzjoni u kooperazzjoni, riżorsi, approċċ strateġiku).

    Il-konsultazzjonijiet saru fi stadju bikri u fittxew fehmiet minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati, bħal membri tal-pubbliku, esperti, prattikanti (servizzi tal-pulizija, spetturi, prosekuturi u mħallfin), networks ta’ prattikanti (IMPEL, ENPE, EUFJE, EnvirCrimeNet), awtoritajiet pubbliċi mill-Istati Membri (Ministeri għall-Ġustizzja u Ministeri għall-Ambjent), aġenziji Ewropej (Europol u Eurojust), organizzazzjonijiet ambjentali mhux governattivi (NGOs), organizzazzjonijiet tan-negozju, kumpaniji individwali u akkademiċi. Dawn kollha ġew ikkonsultati dwar l-aspettattivi u t-tħassib tagħhom dwar il-ħtieġa ta’ rieżami possibbli tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali u dwar il-kontenut tar-rieżami.

    Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-Kummissjoni applikat metodi u forom ta’ konsultazzjoni varji. Dawn kienu jinkludu:

    ·Il-konsultazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu u konsultazzjoni pubblika miftuħa għal 12-il ġimgħa, li talbet fehmiet mill-partijiet interessati kollha.

    ·Serje ta’ workshops tematiċi mmirati online u laqgħat ta’ gruppi ta’ esperti, inklużi laqgħat tal-Forum dwar il-Konformità u l-Governanza Ambjentali u l-Grupp ta’ Ħidma tiegħu dwar is-sanzjonar ta’ reati ambjentali. Intbagħtu kwestjonarji u dokumenti ta’ diskussjoni dedikati minn qabel għat-tħejjija tal-laqgħat ospitati mill-Kummissjoni.

    ·Għadd ta’ konferenzi online li fihom il-Kummissjoni pparteċipat u ppreżentat il-ħidma tagħha f’dan il-qasam, ġabret feedback dwar is-sitt għażliet ewlenin minn parteċipanti oħra fil-konferenzi u stiednet parteċipanti addizzjonali fil-proċess tal-esperti u fil-konsultazzjoni pubblika.

    ·Laqgħat bilaterali online ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati organizzati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew tal-partijiet ikkonċernati.

    ·Dokumenti ta’ pożizzjoni u dokumenti analitiċi mill-aġenziji, mill-prattikanti, min-networks professjonali Ewropej (eż. id-dikjarazzjoni konġunta tal-IMPEL/ENPE/EUFJE u l-EnviCrimeNet adottata f’konferenza f’Mejju 2021 ddedikata għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u r-reviżjoni tal-ECD), mir-rappreżentanti tal-industrija, mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, minn NGOs, mis-soċjetà ċivili u mill-akkademiċi.

    B’kollox, l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ddedikati damu aktar minn sitt xhur, minn Frar 2021 sa Lulju 2021.

    Il-konsultazzjoni tfasslet b’mod li ssegwi l-istess sekwenza loġika bħall-valutazzjoni tal-impatt, billi bdiet bid-definizzjoni tal-problemi u ppermettiet l-iżvilupp gradwali tal-għażliet possibbli u l-impatti tagħhom:

    ·Il-maġġoranza tar-rispondenti kkonfermaw il-ħtieġa li jiġi aġġornat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali u li jiġu ċċarati t-termini legali.

    ·Il-biċċa l-kbira tal-kontribuzzjonijiet mill-NGOs u mill-assoċjazzjonijiet tan-negozju identifikaw oqsma ambjentali jew leġiżlazzjoni speċifika li mhumiex koperti mid-Direttiva attwali dwar ir-Reati Ambjentali iżda li l-inklużjoni tagħhom jenħtieġ li tiġi kkunsidrata.

    ·Il-maġġoranza tar-rispondenti qiesu li huwa xieraq li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar livelli minimi għal sanzjonijiet massimi u għal ċirkostanzi aggravanti. L-inklużjoni ta’ dispożizzjoni dwar il-konfiska flimkien ma’ leġiżlazzjoni kontra persuni ġuridiċi huma meqjusa utli f’xi każijiet.

    ·Diversi partijiet talbu għal ġbir u trażmissjoni aħjar tal-informazzjoni mill-Istati Membri. Tqajjem tħassib li dan ikun ifisser aġġustamenti kumplessi fl-IT, proċess diffiċli u twil li jpoġġi piż amministrattiv kbir fuq l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u l-ġudikatura.

    ·Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kkonfermaw il-ħtieġa urġenti li titjieb l-effettività tal-katina tal-infurzar fil-prattika u l-ħtieġa ta’ dispożizzjonijiet dwar it-taħriġ, ir-riżorsi, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, flimkien ma’ approċċi strateġiċi għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali.

    Il-Kummissjoni qieset it-tweġibiet kollha meta ddeċidiet liema għażliet jenħtieġ li jingħataw preferenza. Aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet tista’ tinstab fl-annessi għall-valutazzjoni tal-impatt (l-Annessi 7 u 8).

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Il-Kummissjoni bbażat fuq firxa wiesgħa ta’ għarfien espert sabiex tiżgura d-disponibbiltà tal-evidenza meħtieġa għall-valutazzjoni tal-impatt tagħha. L-opinjonijiet esperti kkunsidrati jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji ewlenin: l-istudji tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku dwar is-suġġett, u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

    L-ewwel, il-Kummissjoni evalwat id-Direttiva attwali fl-2019 u fl-2020 u ppubblikat is-sejbiet tagħha f’Ottubru 2020. L-evalwazzjoni għenet lill-Kummissjoni tifhem il-benefiċċji u l-iżvantaġġi tal-leġiżlazzjoni attwali. Din wittiet it-triq għar-rieżami tad-Direttiva, peress li l-evalwazzjoni enfasizzat b’mod ċar li l-leġiżlazzjoni attwali kellha biss effetti negliġibbli fil-prattika. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni kkuntrattat studju biex tappoġġa l-valutazzjoni tal-impatt; l-istudju sar bejn April 2021 u Ottubru 2021. Din kellha l-għan li tivvaluta l-impatti ta’ għażliet differenti, prinċipalment l-impatt finanzjarju u ekonomiku tagħhom.

    Minbarra ż-żewġ studji, il-Kummissjoni wettqet rieżami komprensiva tal-letteratura eżistenti dwar is-suġġett. Dan huwa rifless mid-diversi referenzi użati fil-valutazzjoni tal-impatt. Barra minn hekk, ġew analizzati għadd kbir ta’ dikjarazzjonijiet bil-miktub mill-partijiet ikkonċernati, eż. l-Eurojust, il-Europol, in-networks professjonali, il-prattikanti, l-Istati Membri, l-NGOs u n-negozji. Ir-riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni kopriet ukoll ir-rieżami tal-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bħar-rapport dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal ħsara ambjentali (2020/2027(INI)) tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali. Tqiesu wkoll is-sejbiet mill-gruppi ta’ ħidma, bħall-istħarriġ tal-pajjiżi għat-tieni laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Ambjent u d-Dritt Kriminali fil-15 ta’ Ġunju 2021.

    Il-ħidma rilevanti tan-networks Ewropej ewlenin għall-Infurzar Ambjentali (IMPEL, EnviCrimeNet, ENPE, EUFJE) ġiet ikkunsidrata bir-reqqa wkoll.

    Tqiesu wkoll l-eżiti tat-tmien ċiklu tal-evalwazzjonijiet reċiproċi tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra r-reati ambjentali.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-proposta leġiżlattiva hija bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) ħareġ opinjoni pożittiva (b’riżervi) fl-1 ta’ Ottubru 2021. L-Anness I tal-valutazzjoni tal-impatt jispjega kif ġew indirizzati l-osservazzjonijiet tal-RSB.

    Evalwazzjoni wriet li d-Direttiva, għalkemm stabbiliet qafas komuni tal-UE ta’ reati ambjentali ewlenin, ma kellhiex effett kbir fil-prattika;

    Hija ma affettwatx l-għadd ta’ kundanni jew il-livell ta’ sanzjonijiet imposti fl-Istati Membri. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni identifikat il-problemi ewlenin speċifiċi li ġejjin:

    1.Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ECD (definit f’żewġ annessi tal-ECD u lista ta’ reati fl-Artikolu 3 tal-ECD) huwa skadut u huwa definit b’mod kumpless li jxekkel l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kooperazzjoni transfruntiera effettivi.

    2.Id-definizzjonijiet ta’ x’jikkostitwixxi “reat ambjentali” mhumiex ċari u jxekklu l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kooperazzjoni transfruntiera effettivi bejn u fl-Istati Membri.

    3.Il-livelli ta’ sanzjonijiet mhumiex effettivi u dissważivi fl-Istati Membri kollha.

    4.Il-kooperazzjoni transfruntiera hija limitata wisq;

    5.Dawk li jfasslu l-politika u l-prattikanti ma għandhomx għarfien dwar in-natura u l-iskala tar-reati ambjentali u l-effettività tal-miżuri ta’ infurzar tal-liġi minħabba l-ġbir, l-ipproċessar u l-kondiviżjoni limitati tad-data statistika.

    6.Il-katina ta’ infurzar għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali, fost l-oħrajn, mhijiex effettiva minħabba nuqqas ta’ taħriġ u speċjalizzazzjoni, kif ukoll koordinazzjoni u kooperazzjoni insuffiċjenti bejn il-livelli differenti ta’ infurzar tal-liġi ambjentali.

    Il-Kummissjoni żviluppat għadd ta’ għażliet ta’ politika leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi. L-għażliet ikkunsidrati u skartati fi stadju bikri kienu: li titħassar id-Direttiva; jew li l-problemi identifikati jiġu indirizzati biss permezz ta’ miżuri mhux vinkolanti, bħal gwida tal-UE dwar l-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet u l-livelli ta’ sanzjonijiet.

    Abbażi tal-valutazzjoni, l-unika għażla xierqa biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi identifikati hija li tiġi riveduta d-Direttiva. Dan ma jeskludix miżuri mhux leġiżlattivi ta’ appoġġ (minn hawn ’il quddiem: l-“għażla prinċipali”). Fil-kuntest tal-għażla politika ewlenija, is-subgħażliet li ġejjin (minn hawn ’il quddiem: l-“Għażliet”) ġew identifikati u vvalutati b’mod dettaljat fil-Valutazzjoni tal-Impatt biex jiġi indirizzat kull objettiv speċifiku:

    Objettiv 1: It-titjib tal-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet billi jiġi aġġornat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u jiġi introdott mekkaniżmu fattibbli biex id-Direttiva tinżamm aġġornata fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    ·Għażla 1a: Tiġi aġġornata l-lista eżistenti ta’ leġiżlazzjoni fl-annessi, jiżdiedu kategoriji ġodda rilevanti ta’ reati mal-Artikolu 3, u tiġi introdotta l-proċedura ta’ kumitat biex l-anness jinżamm aġġornat.

    ·Għażla 1b: Issir referenza għal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti f’termini ġenerali u jitneħħew l-annessi; tiġi rfinuta d-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi reat ambjentali fir-reati tal-Artikolu 3, u jiżdiedu kategoriji ġodda rilevanti ta’ reati.

    ·Għażla 1c: Jiġu ddefiniti r-reati ambjentali fid-Direttiva mingħajr ir-rekwiżit ta’ ksur tal-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti tal-UE.

    L-għażla ppreferuta hija 1b, peress li żżid aktar ċarezza legali dwar liema ksur tal-leġiżlazzjoni settorjali jikkostitwixxi reat ambjentali. Fil-futur, il-leġiżlatur Ewropew ikollu jaġġorna d-Direttiva (b’mod simili għas-sitwazzjoni attwali), peress li mekkaniżmu aktar sempliċi, jiġifieri l-proċedura ta’ kumitat, mhijiex applikabbli għall-komponenti essenzjali tad-Direttiva. Id-definizzjoni ta’ reat ambjentali hija komponent essenzjali. Ir-reati fl-Artikolu 3 jiġu ddefiniti b’referenza għal definizzjoni estiża ta’ dak li huwa “illegali” u jkun fihom ukoll lista aġġornata ta’ kategoriji ta’ reati bbażata fuq ksur serju tal-leġiżlazzjoni ambjentali attwali.

    Objettiv 2: It-titjib tal-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet billi jiġu ċċarati jew eliminati termini vagi użati fid-definizzjonijiet tar-reati ambjentali.

    ·Għażla 2a: Jiġu ddefiniti b’mod aktar preċiż termini mhux ċari fid-Direttiva (eż. “ħsara sostanzjali”).

    ·Għażla 2b: Jiġu eliminati termini vagi bħal pereżempju “ħsara sostanzjali”, inkluż billi mġiba riskjuża (reat li jipperikola l-ambjent) tiġi kriminalizzata.

    ·Għażla 2c: Taħlita tal-għażliet 2a u 2b.

    L-għażla ppreferuta hija 2c, minħabba li għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-leġiżlatur jenħtieġ li jiċċara fid-Direttiva nnifisha (għażla 2a) id-definizzjonijiet mhux ċari identifikati u jenħtieġ wkoll li jżid aktar reati bbażati fuq il-kunċett ta’ riskju, essenzjali għal każijiet li jinvolvu ħsara kbira li tista’ tiġi ppruvata fi proċedimenti ta’ reati ambjentali. Ir-reati li jipperikolaw l-ambjent jikkonċernaw każijiet fejn il-leġiżlatur ikun iddeċieda li l-ksur tar-regoli settorjali jqiegħed lill-ambjent f’riskju intollerabbli.

    Objettiv 3: L-iżgurar ta’ tipi u livelli effettivi, dissważivi u proporzjonati ta’ sanzjonijiet għar-reati ambjentali.

    ·Għażla 3a: Jiġu introdotti livelli massimi minimi ta’ sanzjoni.

    ·Għażla 3b: L-għażla 3a flimkien ma’ ċirkostanzi aggravanti u sanzjonijiet aċċessorji.

    ·Għażla 3c: L-għażla 3b flimkien ma’ obbligu li l-livell ta’ multi jiġi marbut mas-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna ġuridika u/jew mal-profitti illegali.

    L-għażla ppreferuta hija 3c, peress li l-miżuri kollha jindirizzaw aspetti differenti ta’ sanzjonar effettiv u jsaħħu lil xulxin.

    Objettiv 4: It-trawwim ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni transfruntieri.

    Pakkett ta’ dispożizzjonijiet li jrawmu direttament il-kooperazzjoni transfruntiera, bħal għodod investigattivi effettivi armonizzati, l-obbligu ta’ kooperazzjoni permezz tal-Europol, l-Eurojust u l-OLAF, u regoli dwar il-ġuriżdizzjoni.

    Objettiv 5: It-titjib tat-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar ir-reati ambjentali permezz ta’ ġbir u komunikazzjoni mtejba ta’ data statistika.

    ·Għażla 5a: L-Istati Membri jiġu obbligati jiġbru u jibagħtu regolarment lill-Kummissjoni data statistika relatata ma’ reati ambjentali.

    ·Għażla 5b: Għażla 5a flimkien ma’ obbligu fuq l-Istati Membri li jiġbru u jirrapportaw data statistika skont standards komuni armonizzati.

    L-għażla ppreferuta hija 5b.

    Objettiv 6: It-titjib tal-effettività operazzjonali tal-ktajjen tal-infurzar nazzjonali biex jitrawmu d-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar.

    Pakkett ta’ obbligi biex titrawwem l-implimentazzjoni prattika, bħall-għoti ta’ taħriġ immirat u regolari fil-livelli kollha tal-katina tal-infurzar, strateġiji nazzjonali ġenerali dwar ir-reati ambjentali u miżuri ta’ sensibilizzazzjoni.

    Pakkett ippreferut

    Skont l-objettiv 1, it-tneħħija tal-annessi u minflok l-irfinar tad-definizzjoni ta’ x’jikkostitwixxi reat ambjentali fl-Artikolu 3 u ż-żieda ta’ kategoriji ġodda ta’ reati ambjentali skont l-istess artikolu x’aktarx li jtejbu l-effettività tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet ta’ reati ambjentali, speċjalment fir-rigward tal-kooperazzjoni transfruntiera. Madankollu, fil-futur ikun hemm ukoll il-ħtieġa li d-Direttiva tiġi aġġornata regolarment permezz ta’ proċedura leġiżlattiva, jekk ikunu jridu jiddaħħlu oqsma ġodda ta’ reati ambjentali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Ma hemm l-ebda mod aktar sempliċi biex dan isir, peress li d-definizzjonijiet tal-kategoriji ta’ reati ambjentali huma komponent essenzjali tad-Direttiva u jirrikjedu deċiżjoni mil-leġiżlatur Ewropew.

    Taħt l-objettiv 2, kemm ir-reati li jipperikolaw l-ambjent kif ukoll ir-reati li jirrikjedu l-manifestazzjoni ta’ ħsara huma meħtieġa biex ir-reati ambjentali jiġu indirizzati b’mod adegwat. Id-Direttiva attwali hija mibnija fuq taħlita ta’ dawn iż-żewġ tipi ta’ definizzjoni ta’ reat. Il-proposta se jkollha żżid kategoriji ġodda ta’ reati li jipperikolaw l-ambjent u tispeċifika b’mod aktar preċiż liema mġiba hija kriminalizzata; se jkollha żżid ukoll informazzjoni li tippermetti li jiġi ddeterminat x’jista’ jikkostitwixxi ħsara ambjentali.

    Definizzjonijiet aktar preċiżi ta’ termini mhux ċari, bħal “ħsara sostanzjali” u “kwantità negliġibbli jew mhix negliġibbli”, se jtejbu ċ-ċarezza tad-Direttiva. L-enfasi fuq ir-reati li jipperikolaw l-ambjent u fuq l-imġiba riskjuża se tippermetti sanzjonijiet effettivi f’każijiet fejn ikun diffiċli li tiġi stabbilita l-ħsara reali jew fejn ma tkun saret l-ebda ħsara. Għalhekk, l-applikazzjoni kkombinata taż-żewġ għażliet tista’ twassal għal aktar effettività tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet tar-reati ambjentali.

    Taħt l-objettiv 3, il-pakkett ta’ miżuri dwar is-sanzjonijiet (l-għażla 3c – sanzjonijiet massimi minimi, ċirkostanzi aggravanti, sanzjonijiet aċċessorji, dipendenza tal-livell ta’ multi fuq il-profitti illegali u s-sitwazzjoni finanzjarja tat-trasgressur) se jwassal għal sanzjonijiet aktar effettivi u proporzjonati, livelli ta’ sanzjonijiet dissważivi u uniformi madwar l-UE u fil-prattika. Barra minn hekk, il-livelli massimi minimi ta’ sanzjonijiet ta’ priġunerija se jagħtu lill-prattikanti tal-infurzar tal-liġi aċċess għal għodod investigattivi, li huma disponibbli biss għal reat punibbli b’ċertu livell massimu minimu ta’ pieni. Dan se jwassal għal investigazzjonijiet aktar effettivi u jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera.

    Il-miżuri taħt l-objettiv 4 (approssimazzjoni ta’ għodod investigattivi, obbligu ta’ kooperazzjoni permezz ta’ aġenziji tal-UE, l-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali) se jrawmu direttament il-kooperazzjoni transfruntiera, jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin u jwasslu għal investigazzjonijiet li huma aktar effettivi peress li ħafna kawżi ta’ reati ambjentali jistgħu jitwettqu biss b’suċċess b’mod transfruntier.

    L-għażla ppreferuta taħt l-objettiv 5 se twassal għal standard minimu definit b’mod komuni għall-ġbir ta’ data dwar il-proċeduri tar-reati ambjentali u b’hekk għal data statistika li tkun komparabbli madwar l-UE.

    Il-pakkett ta’ miżuri propost taħt l-objettiv 6 (taħriġ/speċjalizzazzjoni, rekwiżiti ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni, sensibilizzazzjoni, strateġiji nazzjonali) se jkollu influwenza pożittiva fuq l-effettività fil-prattika, fil-livelli kollha tal-katina tal-infurzar (spetturi, pulizija, prosekuzzjoni, imħallfin kriminali).

    Peress li d-Direttiva teħtieġ titjib fis-sitt oqsma problematiċi kollha, it-taħlita tal-għażliet ippreferuti taħt kull objettiv jenħtieġ li tirriżulta fl-aħjar pakkett ġenerali. Flimkien, l-għażliet ippreferuti jistgħu jilħqu impatti kumulattivi li jmorru lil hinn minn dak li jista’ jinkiseb mill-għażliet ippreferuti individwali.

    Il-kooperazzjoni transfruntiera se titrawwem mhux biss mill-miżuri skont l-objettiv 4 iżda wkoll permezz tal-kamp ta’ applikazzjoni usa’ tad-Direttiva li jippermetti tali kooperazzjoni f’aktar oqsma ambjentali. Definizzjonijiet aktar preċiżi ta’ x’jikkostitwixxi reat ambjentali skont l-objettiv 2 se jnaqqsu l-perċezzjonijiet differenti fl-Istati Membri li s’issa xekklu jew saħansitra temmew il-kooperazzjoni. Id-definizzjoni ta’ livelli massimi ta’ sanzjonijiet mhux biss tiżgura sanzjonar aktar dissważiv, iżda tiftaħ ukoll il-bieb għal għodod investigattivi transfruntiera effettivi previsti fi strumenti leġiżlattivi li jistgħu japplikaw biss minn ċertu livell ta’ sanzjoni għal kategorija partikolari ta’ reati. Taħt l-objettiv 6, taħriġ u speċjalizzazzjoni aħjar skont standards komparabbli fl-Istati Membri se jiffaċilitaw ukoll direttament il-kooperazzjoni transfruntiera.

    Il-kapaċità tal-prattikanti tal-infurzar tal-liġi li jantiċipaw aħjar il-possibbiltajiet ta’ suċċess ta’ kawża, li twassal għal aktar prosekuzzjonijiet, hija msaħħa b’definizzjonijiet aktar preċiżi ta’ reati ambjentali (objettiv 2) u taħriġ u speċjalizzazzjoni aħjar taħt l-objettiv 6. Kooperazzjoni transfruntiera mtejba (objettiv 4) u d-disponibbiltà ta’ tipi u livelli ta’ sanzjonijiet aktar dissważivi (objettiv 3) huma fatturi ulterjuri li jistgħu jiffaċilitaw id-deċiżjoni li jiġu investiti r-riżorsi meħtieġa biex jiġu indirizzati kawżi ta’ reati ambjentali.

    L-effettività u d-dissważività tal-investigazzjonijiet kriminali ambjentali se jinkisbu mhux biss permezz ta’ sanzjonijiet aktar xierqa permezz tal-għażla ppreferuta taħt l-objettiv 3. Investigazzjonijiet aktar effettivi permezz tal-effetti kkombinati tal-għażliet ippreferuti taħt l-objettivi 1, 2, 4 u 6 kif deskritt hawn fuq se jikkontribwixxu wkoll għal sistema tal-ġustizzja kriminali li tiskoraġġixxi r-reati ambjentali.

    B’dan il-mod, l-għażliet ippreferuti mhux biss iservu bl-aħjar mod l-objettivi rispettivi iżda jsaħħu wkoll l-effettività ġenerali tad-Direttiva lil hinn minn kull objettiv speċifiku individwali.

    Min huwa affettwat mid-Direttiva?

    L-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-ECD huma mistennija jsaħħu l-effettività tal-katina ta’ infurzar u jiżguraw il-komparabbiltà tal-isforzi biex jiġu miġġielda r-reati ambjentali madwar l-UE. Dawn jistgħu joħolqu xi kostijiet, kemm ta’ darba kif ukoll kontinwi, għall-awtoritajiet ambjentali, tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji fl-Istati Membri. Madankollu, il-benefiċċji ta’ nofs it-terminu u dawk fit-tul se jisbqu bil-kbir lil dawn il-kostijiet. L-awtoritajiet nazzjonali se jkollhom jipprovdu riżorsi umani u materjali addizzjonali (prinċipalment fl-uffiċċji tal-pulizija u tal-prosekuzzjoni, bħala l-istituzzjonijiet l-aktar spiss responsabbli għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati ambjentali). Bl-istess mod, l-obbligu għall-Istati Membri li jiġbru u jirrapportaw data statistika skont standards ġodda u aktar armonizzati jista’ joħloq piż amministrattiv addizzjonali: f’termini tal-possibilità ta’ adattament tas-sistemi fis-seħħ biex jiġu rreġistrati l-każijiet, u f’termini ta’ elaborazzjoni ta’ dik l-istatistika fil-livell nazzjonali qabel ma din tiġi trażmessa lill-UE. L-Istati Membri kollha jkollhom jipprovdu xi grad ta’ taħriġ addizzjonali lill-professjonisti rilevanti tul il-katina tal-infurzar, filwaqt li jqisu t-termini riveduti tad-Direttiva u l-persunal addizzjonali. Ir-riżorsi meħtieġa jiddependu minn kemm l-Istati Membri diġà jipprovdu taħriġ regolari dwar ir-reati ambjentali. Fl-aħħar nett, hemm xi kostijiet addizzjonali assoċjati mat-twaqqif ta’ punti ċentrali nazzjonali f’diversi istituzzjonijiet u l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali.

    In-negozji tal-UE

    Ma hemm l-ebda kost dirett għan-negozji tal-UE assoċjat mad-Direttiva; il-kostijiet ta’ konformità tagħhom jirriżultaw mid-dritt ambjentali amministrattiv. Infurzar tal-liġi aktar effettiv fil-qasam tar-reati ambjentali jipproteġi lin-negozji li joperaw legalment minn kompetizzjoni inġusta li tirriżulta minn attività illegali ta’ negozju. Barra minn hekk, il-ħsara għar-reputazzjoni għal industrija (eż. l-immaniġġjar tal-iskart, il-produzzjoni kimika) li tkun affettwata minn attività illegali titnaqqas, u b’hekk tipprovdi benefiċċji addizzjonali għal negozji konformi. Peress li r-reati ambjentali se jkomplu jkunu marbuta ma’ ksur tad-dritt amministrattiv, hemm riskju limitat li n-negozji jistgħu jiġu ssanzjonati għal attività ambjentali li hija permessa skont id-dritt amministrattiv, bl-eċċezzjoni ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi u definiti sew imsemmija fid-Direttiva.

    L-SMEs

    L-SMEs jistgħu jiffaċċjaw pressjoni kemxejn ogħla minħabba inqas kapaċità biex iħallsu multi u/jew jinvolvu għarfien espert legali u jwettqu attivitajiet ta’ diliġenza dovuta. L-għażla li l-multi jkunu marbuta mas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kumpanija, minbarra aspetti ċirkostanzjali oħra tar-reat, tista’ tnaqqas il-vulnerabbiltà tal-SMEs għal tali multi.

    Iċ-ċittadini tal-UE

    L-infurzar aktar effettiv tal-leġiżlazzjoni kriminali ambjentali huwa mistenni li jkollu impatt pożittiv fuq is-soċjetà inġenerali. Minbarra l-benefiċċji tal-kwalità tal-ħajja assoċjati mal-protezzjoni ambjentali, it-tnaqqis fl-attività kriminali jappoġġa governanza aħjar, inqas korruzzjoni u tnaqqis tar-riskji ppreżentati minn gruppi kriminali organizzati kbar.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Din il-valutazzjoni tal-impatt ma identifikat l-ebda potenzjal għas-simplifikazzjoni tad-Direttiva jew għat-tnaqqis ta’ kostijiet mhux meħtieġa.

    Id-Direttiva, peress li hija strument tad-dritt kriminali, ma tipproduċi l-ebda kost addizzjonali għaċ-ċittadini, għan-negozji u għall-SMEs. Dan ġie kkonfermat waqt il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

    Il-proposta se jkun fiha għadd ta’ dispożizzjonijiet addizzjonali bl-għan li jżidu l-preċiżjoni għad-Direttiva li attwalment hija ġenerika ħafna, jiċċaraw il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jagħtu definizzjonijiet aktar preċiżi ta’ reati, u jiżguraw l-effettività, il-proporzjonalità u d-dissważività tal-pieni. Din se tissimplifika u tiffaċilita l-implimentazzjoni prattika mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u b’hekk tiżgura li d-Direttiva tilħaq aħjar l-objettivi tagħha.

    Il-proposta fiha wkoll dispożizzjonijiet ġodda li jirrikjedu li l-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi li jiżguraw li d-Direttiva tiġi implimentata b’mod effettiv fil-prattika (miżuri ta’ taħriġ, miżuri ta’ sensibilizzazzjoni, miżuri biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera, miżuri biex jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa, eċċ.). Għalkemm dawn jidhru li huma obbligi ġodda li jipproduċu kostijiet għall-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni fil-fatt jistabbilixxu biss b’mod espliċitu x’inhu, fi kwalunkwe każ, obbligu ta’ Stat Membru. L-Istati Membri mhux biss huma meħtieġa jittrasponu d-Direttiva fid-dritt nazzjonali, iżda għandhom ukoll jieħdu l-miżuri ta’ implimentazzjoni prattika meħtieġa. L-evalwazzjoni wriet li l-implimentazzjoni prattika hija nieqsa fl-Istati Membri kollha u tul il-katina kollha ta’ infurzar. Għalhekk, l-obbligi fid-Direttiva huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tal-Istati Membri. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa fil-proposta huma miżuri li l-prattikanti identifikaw bħala l-aktar pertinenti biex ikunu jistgħu jinfurzaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva. It-taħriġ b’mod partikolari ssemma bħala ħtieġa essenzjali biex jitjieb l-infurzar tal-liġi fir-rigward tar-reati ambjentali.

    Drittijiet fundamentali

    Id-Direttiva x’aktarx li jkollha impatt pożittiv fuq il-livell ta’ protezzjoni ambjentali, is-suġġett tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. It-titjib tal-ambjent se jgħin biex jitjieb il-benesseri fiżiku (is-saħħa) taċ-ċittadini, dan huwa kopert mid-dinjità tal-bniedem. Għalhekk, se jinfluwenza wkoll b’mod pożittiv id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2 tal-Karta), id-dritt għall-integrità fiżika (l-Artikolu 3), il-kura u l-benesseri tat-tfal (l-Artikolu 24), id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għas-saħħa (l-Artikolu 31) u d-dritt għal kura preventiva u kura oħra tas-saħħa (l-Artikolu 35).

    Din id-Direttiva, peress li hija strument tad-dritt kriminali, se jkollha tiġi trasposta fid-dritt nazzjonali b’rispett għad-drittijiet fundamentali u bl-osservanza tal-prinċipji fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) kif rikonoxxuti fit-TUE. B’mod speċifiku, din jenħtieġ li tiġi trasposta u applikata b’rispett xieraq għad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8 tal-Karta), il-libertà ta’ intrapriża (l-Artikolu 16), il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża (l-Artikolu 48), il-prinċipji tal-legalità u tal-proporzjonalità tar-reati u tal-pieni kriminali (l-Artikolu 49), u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat (l-Artikolu 50). Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali jiġu rrispettati. L-obbligi skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-UE dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta attwali għandha implikazzjonijiet baġitarji negliġibbli għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. Informazzjoni speċifika dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Kummissjoni tista’ tinstab fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma’ dan il-pakkett leġiżlattiv.

    Il-Kummissjoni għandha żewġ tipi ta’ kostijiet: ta’ darba, u rikorrenti. L-ewwel implikazzjonijiet finanzjarji għall-Kummissjoni huma marbuta mal-ħames objettiv tar-reviżjoni: it-titjib tal-ġbir tad-data statistika u r-rapportar dwar ir-reati ambjentali. Il-kostijiet tal-Kummissjoni għal dan l-objettiv huma ta’ EUR 155 000 fl-2025. Dan il-kost globali huwa maqsum fi tliet tipi ta’ nefqa. L-ewwel nett, id-definizzjoni ta’ standards minimi se tiswa EUR 110 000 u hija kost ta’ darba li se jseħħ biss fl-2025. It-tieni kost huwa marbut maż-żamma tal-istandards u huwa kost rikorrenti annwali ta’ EUR 16 000. L-aħħar kost assoċjat ma’ dan l-objettiv huwa r-rapport biennali dwar id-data tal-Istati Membri mill-Kummissjoni, li huwa wkoll kost rikorrenti annwali ta’ EUR 25 000.

    Minbarra dawk il-kostijiet għall-ħames objettiv tar-reviżjoni, il-Kummissjoni se jkollha tipprevedi wkoll kost ieħor ta’ darba għall-obbligi ta’ rapportar tagħha. Il-proposta leġiżlattiva tiddikjara li l-Kummissjoni se jkollha tipproduċi żewġ rapporti. L-ewwel wieħed huwa dwar it-traspożizzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva u se jiswa EUR 405 000 maqsuma bejn il-kost tar-reklutaġġ ta’ kuntrattur biex jipproduċi l-istudju, jiġifieri EUR 350 000, u r-rieżami tiegħu mill-persunal tal-Kummissjoni, jiġifieri EUR 54 600. It-tieni rapport li l-Kummissjoni jkollha tipproduċi huwa studju li se janalizza l-effettività tad-Direttiva b’ċerta serje ta’ indikaturi. Dan l-istudju, li se jitwettaq wara t-tmiem tal-QFP attwali, se jiswa EUR 420 000.

    Għalhekk, il-kostijiet għall-Kummissjoni fl-2025 kollha inklużi jkunu ta’ EUR 560 000 u l-kostijiet annwali rikorrenti marbuta mad-Direttiva jkunu ta’ EUR 45 000. Din l-evalwazzjoni ma tinkludix il-kostijiet tar-rapport dwar l-effettività tad-Direttiva, li se jitwettaq wara l-QFP attwali.

    L-implikazzjonijiet finanzjarji tad-Direttiva għall-Istati Membri huma marbuta ma’ tliet objettivi tar-reviżjoni tagħha: it-titjib tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni effettivi bejn l-Istati Membri (objettiv 4), it-titjib tal-ġbir tad-data statistika u r-rapportar dwar ir-reati ambjentali (objettiv 5), u t-titjib tal-operat effettiv tal-katina ta’ infurzar (objettiv 6).

    Fir-rigward tal-objettiv 4, se jkun hemm żewġ settijiet ta’ kostijiet għall-Istati Membri kollha: għall-għodod investigattivi, u għall-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali. Dwar l-għodod investigattivi, id-data ma kinitx disponibbli biex tippermetti valutazzjoni inizjali tal-kost. Madankollu, għall-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali, il-kost għall-Istati Membri kollha se jvarja bejn EUR 475 600 u EUR 792 700 skont l-għażla magħżula mill-Istati Membri.

    Fir-rigward tal-objettiv 5, jistgħu jiġu identifikati diversi tipi ta’ kostijiet għall-Istati Membri. Tnejn minnhom huma kostijiet ta’ darba: għall-istabbiliment ta’ proċedura nazzjonali ta’ koordinazzjoni, li jiswa EUR 146 200 għall-Istati Membri kollha, u għad-definizzjoni ta’ standards minimi, li tiswa EUR 280 000. Żewġ kostijiet marbuta mal-objettiv 5 mhumiex ta’ darba iżda rikorrenti. L-ewwel nett, l-Istati Membri se jkollhom iżommu l-istandards, u għall-Istati Membri kollha dan jenħtieġ li jiswa EUR 35 000. Il-koordinazzjoni, il-ġbir u r-rapportar se jiswew EUR 220 000 għall-Istati Membri kollha. Dan ifisser li l-ammont globali tal-kostijiet għall-Istati Membri għall-objettiv 5 huwa ta’ madwar EUR 683 000.

    Fir-rigward tal-objettiv 6, l-Istati Membri għal darba oħra jkollhom diversi tipi ta’ kostijiet: għat-taħriġ, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u ż-żieda tal-persunal. Peress li t-taħriġ huwa waħda mill-miżuri ewlenin ta’ appoġġ tad-Direttiva, ġie stmat li t-taħriġ se jiswa EUR 7 800 000 għall-Istati Membri kollha. Il-kost relatat mal-istrateġiji nazzjonali jenħtieġ li jinqasam f’kostijiet ta’ darba u f’kostijiet rikorrenti. Id-definizzjoni u l-ewwel implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali se jiswew EUR 864 000 għall-Istati Membri kollha. Ladarba titlesta din l-ewwel parti, l-Istati Membri se jkollhom kostijiet rikorrenti li ġew stmati għal EUR 325 000 għall-Istati Membri kollha. Fl-aħħar nett, iż-żieda fil-persunal marbuta ma’ din id-Direttiva ġiet stmata għal EUR 4 miljun għall-Istati Membri kollha. Għalhekk, il-kostijiet kollha għall-objettiv 6 jammontaw għal madwar EUR 13-il miljun għall-Istati Membri kollha.

    Dawk il-kostijiet jenħtieġ li jiġu vvalutati kontra t-telf li jirriżulta mir-reati ambjentali. Skont l-istimi tal-UNEP u tal-Interpol, ippubblikati f’Ġunju 2016, it-telf annwali kkawżat mir-reati ambjentali huwa ta’ bejn USD 91 biljun u USD 258 biljun.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Il-proposta tfittex li tikkoreġi n-nuqqasijiet tad-Direttiva attwali u għalhekk tistabbilixxi diversi miżuri għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar.

    L-ewwel nett, wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, se jkun meħtieġ li jiġu stabbiliti standards minimi għar-rapportar u l-ġbir ta’ data statistika dwar ir-reati ambjentali permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, l-Istati Membri se jkollhom jiżviluppaw strateġija nazzjonali għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni għat-traspożizzjoni tad-Direttiva. Dan se jippermetti lill-Kummissjoni tivvaluta kemm it-traspożizzjoni tad-Direttiva riveduta mill-Istati Membri, kif ukoll l-impenn tagħhom biex jiġġieldu r-reati ambjentali b’mod aktar effiċjenti.

    Il-pjan ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ evalwazzjoni u rapportar ma jieqfux wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. L-Istati Membri se jkollhom 18-il xahar minn meta tidħol fis-seħħ id-Direttiva, biex jittrasponuha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Sentejn wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni se jkollha tipproduċi rapport dwar kif l-Istati Membri ttrasponew id-Direttiva. Ħames snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni trid tipproduċi studju dwar l-effettività tad-Direttiva biex tevalwa l-valur miżjud tagħha. Minbarra dawn il-proċeduri ta’ monitoraġġ, kull sentejn l-Istati Membri jridu jipproduċu rapport li jkun fih informazzjoni relatata mad-Direttiva, bħall-istrateġija nazzjonali tagħhom jew il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni tagħhom. Abbażi tad-data trażmessa mill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tipproduċi wkoll rapporti statistiċi dwar ir-reati ambjentali.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Artikolu 1: Suġġett

    Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-għan tad-Direttiva, u b’mod partikolari l-għan tagħha li tappoġġa l-protezzjoni tal-ambjent billi tistabbilixxi reati u sanzjonijiet kriminali.

    Artikolu 2: Definizzjonijiet

    Din id-dispożizzjoni fiha definizzjonijiet ta’ termini użati fid-Direttiva, inkluża definizzjoni rfinuta ta’ “illegalità” għall-fini tad-definizzjoni ta’ reati kriminali ambjentali.

    Artikolu 3: Reati

    Din id-dispożizzjoni tiddeskrivi r-reati kriminali koperti minn din id-Direttiva. Uħud mir-reati huma mid-Direttiva attwali, xi wħud huma verżjonijiet emendati u ċċarati ta’ dawk eżistenti, u xi wħud huma reati ġodda. Barra minn hekk, it-termini użati fid-definizzjoni tar-reati huma ċċarati fis-sens li jispeċifikaw elementi li jeħtieġ li jitqiesu meta reati kriminali jiġu investigati, ikunu soġġetti għal proċedimenti kriminali u tittieħed deċiżjoni dwarhom: b’mod partikolari, “ħsara sostanzjali”, “aktarx” li tikkawża ħsara u “kwantità negliġibbli”.

    Artikolu 4: Istigazzjoni, għajnuna u assistenza u tentattiv

    L-Artikolu 4 jikkriminalizza l-istigazzjoni, u l-għajnuna u l-assistenza għat-twettiq ta’ reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1). Barra minn hekk, it-tentattiv ta’ twettiq ta’ ċerti reati kriminali, elenkati fl-Artikolu 4, huwa kriminalizzat.

    Artikolu 5: Pieni għal persuni fiżiċi

    Dan l-Artikolu jipprovdi standards minimi biex jiġi żgurat li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 4 jkunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Barra minn hekk, il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jintroduċu livelli u tipi speċifiċi ta’ sanzjonijiet għal reati kriminali ambjentali. Il-kategorizzazzjoni proposta tirrifletti s-serjetà tar-reati. Pereżempju, il-paragrafu 2 jiddikjara li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 jenħtieġ li jkunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 10 snin jekk jikkawżaw jew x’aktarx jikkawżaw mewt jew korriment serju lil kwalunkwe persuna.

    Il-paragrafu 5 għandu l-għan li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jistgħu jkunu soġġetti għal sanzjonijiet u miżuri addizzjonali biex jippermettu rispons imfassal apposta għal tipi differenti ta’ mġiba kriminali.

    Artikolu 6: Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

    Dan l-Artikolu fih obbligi biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 fejn tali reati jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għal nuqqas ta’ superviżjoni u kontroll li jkun għamel possibbli t-twettiq ta’ reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika. Barra minn hekk, ir-responsabbiltà tal-persuna ġuridika jenħtieġ li ma teskludix proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi.

    Artikolu 7: Sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi

    Dan l-Artikolu jistabbilixxi sanzjonijiet applikabbli għall-persuni ġuridiċi involuti fir-reati kriminali koperti minn din il-proposta.

    Artikolu 8: Ċirkostanzi aggravanti

    Dan l-Artikolu jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi aggravanti li għandhom jitqiesu meta jiġu applikati sanzjonijiet għal reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4.

    Artikolu 9: Ċirkostanzi mitiganti

    Dan l-Artikolu jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi mitiganti li għandhom jitqiesu meta jiġu applikati sanzjonijiet għal reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4.

    Artikolu 10: Iffriżar u konfiska

    Din id-dispożizzjoni tiżgura li l-Istati Membri jagħtu l-opportunità lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffriżaw u jikkonfiskaw ir-rikavat derivat minn reati koperti f’din il-proposta.

    Artikolu 11: Perjodi ta’ preskrizzjoni għal reati kriminali

    Dan l-Artikolu jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinvestigaw, jibdew proċedimenti kontra u jiddeċiedu dwar ir-reati kriminali koperti f’din il-proposta matul ċertu perjodu ta’ żmien.

    Artikolu 12: Ġuriżdizzjoni

    Dan l-Artikolu jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jistabbilixxu ġuriżdizzjoni għal reati koperti mill-proposta u li jinformaw lill-Kummissjoni jekk jiddeċiedu li jestendu din il-ġuriżdizzjoni f’każijiet speċifiċi fejn ir-reat jitwettaq barra mit-territorju tagħhom.

    Artikolu 13: Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati ambjentali jew jassistu fl-investigazzjoni

    Din id-dispożizzjoni tikkonċerna l-protezzjoni ta’ persuni bħal informaturi, difensuri ambjentali u oħrajn li jirrapportaw informazzjoni jew li jipprovdu evidenza għal investigazzjoni relatata ma’ reati kriminali ambjentali.

    Artikolu 14: Drittijiet għall-pubbliku kkonċernat li jipparteċipa fi proċedimenti

    Din id-dispożizzjoni tikkonċerna d-drittijiet proċedurali għall-parteċipazzjoni fi proċedimenti kriminali, li jenħtieġ li jingħataw lill-pubbliku kkonċernat kif stabbilit fl-Artikolu 2.

    Artikolu 15: Prevenzjoni

    Din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet preventivi biex inaqqsu r-reati ambjentali.

    Artikolu 16: Riżorsi

    Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom ikollhom għadd suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat u riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi suffiċjenti meħtieġa biex iwettqu r-rwoli tagħhom b’mod effettiv.

    Artikolu 17: Taħriġ

    Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li ttejjeb l-attivitajiet ta’ taħriġ tul il-katina ta’ infurzar biex tiżgura li l-partijiet kollha involuti jkollhom il-ħiliet u l-kapaċitajiet speċjalizzati meħtieġa biex iwettqu r-rwoli tagħhom b’mod effettiv.

    Artikolu 18: Għodod ta’ investigazzjoni

    Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li jridu jkunu disponibbli għodod ta’ investigazzjoni speċjali għall-investigazzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

    Artikolu 19: Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri

    Din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell strateġiku u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni tar-reati ambjentali u fil-ġlieda kontrihom.

    Artikolu 20: Strateġija nazzjonali għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali

    Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tiżgura approċċ strateġiku għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u tinkludi aspetti li għandhom jiġu indirizzati minn strateġija nazzjonali li se jkollha tiġi stabbilita f’kull Stat Membru.

    Artikolu 21: Ġbir ta’ data u statistika

    Din id-dispożizzjoni tindirizza l-ħtieġa li tinġabar b’mod sistematiku informazzjoni dwar l-isforzi għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u li tiġi pprovduta data statistika dwar ir-reati ambjentali. Din tirrikjedi li l-Istati Membri jiġbru, jippubblikaw u jibagħtu data statistika rilevanti lill-Kummissjoni. Din tistabbilixxi wkoll obbligu għall-Kummissjoni li tippubblika regolarment rapport ibbażat fuq id-data statistika pprovduta mill-Istati Membri. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan ukoll li tgħin biex tiġi indirizzata d-disponibbiltà limitata attwali tad-data dwar ir-reati ambjentali li tgħin fl-evalwazzjoni tal-effettività tas-sistemi nazzjonali fil-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali.

    Artikolu 22: Setgħat ta’ implimentazzjoni

    Din id-dispożizzjoni tikkomplementa l-Artikolu 25 u għandha l-għan li ssaħħaħ l-obbligu tal-Istati Membri li jibagħtu data statistika lill-Kummissjoni, billi tirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxi l-istandards komuni minimi għar-rapportar ta’ data statistika.

    Artikolu 23: Proċedura ta’ Kumitat

    Din id-dispożizzjoni tindirizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiġi assistita minn Kumitat sabiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni.

    Artikoli 24, 25, 26, 27, 28, 29

    Dawn l-Artikoli fihom dispożizzjonijiet ulterjuri dwar it-traspożizzjoni mill-Istati Membri, ir-rapportar mill-Istati Membri, l-evalwazzjoni u r-rapportar mill-Kummissjoni, id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE u s-sostituzzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE b’din id-Direttiva.



    2021/0422 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 83(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 19 ,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija impenjata li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent.

    (2)L-Unjoni għadha mħassba biż-żieda fir-reati kriminali ambjentali u l-effetti tagħhom, li jimminaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn ir-reati qed jestendu dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fihom jitwettqu r-reati. Dawn ir-reati joħolqu theddida għall-ambjent u għalhekk jeħtieġu rispons xieraq u effettiv.

    (3)Is-sistemi eżistenti ta’ pieni skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 u l-liġi settorjali ambjentali ma kinux biżżejjed fil-qasam kollu tal-politika ambjentali biex jiksbu konformità mad-dritt tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-konformità jenħtieġ li tissaħħaħ bid-disponibbiltà ta’ pieni kriminali, li juru diżapprovazzjoni soċjali ta’ natura kwalitattiva differenti meta mqabbla mal-pieni amministrattivi.

    (4)Jenħtieġ li l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali ambjentali u d-deċiżjonijiet effettivi dwarhom jitjiebu. Il-lista ta’ reati kriminali ambjentali li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2008/99/KE jenħtieġ li tiġi riveduta u jiżdiedu kategoriji addizzjonali ta’ reati bbażati fuq l-aktar ksur serju tad-dritt ambjentali tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet jenħtieġ li jissaħħu sabiex jittejbu kemm l-effett ta’ deterrent tagħhom kif ukoll il-katina ta’ infurzar responsabbli għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali ambjentali u d-deċiżjonijiet dwarhom.

    (5)L-Istati Membri jenħtieġ li jikkriminalizzaw il-kategoriji ta’ reati u jipprevedu preċiżjoni akbar dwar id-definizzjonijiet tal-kategoriji ta’ reati, u armonizzazzjoni dwar it-tipi u l-livelli ta’ sanzjonijiet.

    (6)L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu pieni kriminali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-ambjent. Fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd, id-dritt tal-Unjoni jipprevedi sett komprensiv ta’ regoli għall-kontroll u l-infurzar skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 21 u r-Regolament (KE) Nru 1005/2008 f’każ ta’ ksur serju, inklużi dak li jikkawża ħsara lill-ambjent tal-baħar. Skont din is-sistema, l-Istati Membri għandhom l-għażla bejn is-sistemi ta’ sanzjonar amministrattivi u/jew kriminali. F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 22 u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 23 , jenħtieġ li ċerta mġiba illegali intenzjonata koperta skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament (KE) 1005/2008 24 tiġi stabbilita bħala reat kriminali.

    (7)Sabiex tikkostitwixxi reat ambjentali skont din id-Direttiva, l-imġiba jenħtieġ li tkun illegali skont id-dritt tal-Unjoni li jipproteġi l-ambjent jew il-liġijiet, ir-regolamenti amministrattivi jew id-deċiżjonijiet nazzjonali li jagħtu effett lil dak id-dritt tal-Unjoni. L-imġiba li tikkostitwixxi kull kategorija ta’ reat kriminali jenħtieġ li tiġi ddefinita u, fejn xieraq, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu li jeħtieġ li jiġi ssodisfat sabiex l-imġiba tiġi kriminalizzata. Tali mġiba jenħtieġ li titqies bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment u, f’ċerti każijiet, anke meta titwettaq b’negliġenza serja. L-imġiba illegali li tikkawża mewt jew korriment serju lil persuni, ħsara sostanzjali jew riskju konsiderevoli ta’ ħsara sostanzjali għall-ambjent jew inkella titqies bħala partikolarment ta’ ħsara għall-ambjent tikkostitwixxi reat kriminali meta titwettaq b’negliġenza serja. L-Istati Membri jibqgħu liberi li jadottaw jew iżommu regoli tad-dritt kriminali aktar stretti f’dak il-qasam.

    (8)Imġiba jenħtieġ li titqies bħala illegali wkoll meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jekk tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b’mod frodulenti, jew permezz ta’ korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni. Barra minn hekk, l-operaturi jenħtieġ li jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi dwar il-protezzjoni tal-ambjent applikabbli meta jwettqu attività rispettiva, inkluż billi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif stabbiliti mid-dritt tal-UE u dak nazzjonali applikabbli fi proċeduri li jirregolaw l-emendi jew l-aġġornamenti tal-awtorizzazzjoni eżistenti.

    (9)L-ambjent jenħtieġ li jkun protett f’sens wiesa’, kif stabbilit fl-Artikolu 3(3) TUE u fl-Artikolu 191 TFUE, b’mod li jkopri r-riżorsi naturali kollha – l-arja, l-ilma, il-ħamrija, il-fawna u l-flora selvaġġi inklużi l-ħabitats – kif ukoll is-servizzi pprovduti mir-riżorsi naturali.

    (10)L-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, flimkien ma’ eżempji tanġibbli tal-effetti devastanti tagħhom, wasslu għar-rikonoxximent tat-tranżizzjoni ekoloġika bħala l-objettiv fundamentali ta’ żmienna u kwistjoni ta’ ekwità interġenerazzjonali. Għalhekk, meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni koperta minn din id-Direttiva tevolvi, din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri wkoll kwalunkwe leġiżlazzjoni aġġornata jew emendata tal-Unjoni li taqa’ fl-ambitu tar-reati kriminali definiti skont din id-Direttiva, meta l-obbligi skont id-dritt tal-Unjoni jibqgħu l-istess fis-sustanza. Madankollu, meta strumenti legali ġodda jipprojbixxu mġiba ġdida li tagħmel ħsara lill-ambjent, din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi emendata sabiex iżżid ukoll mal-kategoriji tar-reati kriminali l-ksur serju l-ġdid tad-dritt ambjentali tal-Unjoni.

    (11)Il-limiti kwalitattivi u kwantitattivi użati għad-definizzjoni ta’ reati kriminali ambjentali jenħtieġ li jiġu ċċarati billi tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti ta’ ċirkostanzi li jenħtieġ li jitqiesu meta jiġu vvalutati tali limiti mill-awtoritajiet li jinvestigaw, jibdew proċedimenti kontra u jiddeċiedu dwar ir-reati. Jenħtieġ li dan jippromwovi l-applikazzjoni koerenti tad-Direttiva u ġlieda aktar effettiva kontra r-reati ambjentali kif ukoll jipprevedi ċertezza legali. Madankollu, tali limiti jew l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li ma jagħmlux l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew l-aġġudikazzjoni ta’ reati kriminali diffiċli żżejjed.

    (12)Fil-proċedimenti u l-proċessi kriminali, jenħtieġ li jitqies kif xieraq l-involviment ta’ gruppi kriminali organizzati li joperaw b’modi li jħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-proċedimenti kriminali jenħtieġ li jindirizzaw il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità u l-frodi tad-dokumenti u, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju, l-intenzjoni tat-trasgressur li jimmassimizza l-profitti jew li jiffranka l-ispejjeż, fejn dawn iseħħu fil-kuntest ta’ reat ambjentali. Dawn il-forom ta’ reati spiss ikunu interkonnessi ma’ forom serji ta’ reati ambjentali u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux ittrattati b’mod iżolat. F’dan ir-rigward, huwa ta’ tħassib partikolari li xi reati ambjentali jitwettqu bit-tolleranza jew bl-appoġġ attiv tal-amministrazzjonijiet jew tal-uffiċjali kompetenti waqt li jkunu qed iwettqu d-dmir pubbliku tagħhom. F’ċerti każijiet dan jista’ saħansitra jieħu l-forma ta’ korruzzjoni. Eżempji ta’ tali mġiba huma li wieħed jagħlaq għajn waħda jew li jibqa’ sieket dwar il-ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-ambjent wara l-ispezzjonijiet, li b’mod deliberat ma jsirux spezzjonijiet jew kontrolli pereżempju fir-rigward ta’ jekk il-kundizzjonijiet ta’ permess humiex qed jiġu rrispettati mid-detentur tal-permess, riżoluzzjonijiet jew voti favur l-għoti ta’ liċenzji illegali jew il-ħruġ ta’ rapporti favorevoli ffalsifikati jew mhux veri.

    (13)Jenħtieġ li l-istigazzjoni ta’ reati kriminali, l-għajnuna u l-assistenza fihom imwettqa intenzjonalment ikunu punibbli wkoll. Tentattiv biex jitwettaq reat kriminali li jikkawża mewt jew korriment serju ta’ persuna, ħsara sostanzjali lill-ambjent jew li x’aktarx jikkawża ħsara sostanzjali lill-ambjent jew li b’xi mod ieħor jitqies bħala partikolarment ta’ ħsara jenħtieġ li jikkostitwixxi wkoll reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

    (14)Is-sanzjonijiet għar-reati jenħtieġ li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi għat-terminu massimu ta’ priġunerija għall-persuni fiżiċi. Is-sanzjonijiet aċċessorji spiss jitqiesu bħala aktar effettivi mis-sanzjonijiet finanzjarji speċjalment għall-persuni ġuridiċi. Għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali fi proċedimenti kriminali. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-obbligu li l-ambjent jiġi restawrat, l-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi l-proċeduri ta’ offerti, għotjiet u konċessjonijiet u l-irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-imħallfin jew tal-qrati fi proċedimenti kriminali li jimponu sanzjonijiet xierqa fil-kawżi individwali.

    (15)Fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi dan, jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli b’mod kriminali wkoll għal reati kriminali ambjentali skont din id-Direttiva. L-Istati Membri, li d-dritt nazzjonali tagħhom ma jipprevedix ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi, jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi ta’ sanzjonar amministrattivi tagħhom jipprevedu tipi u livelli ta’ sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati kif stabbiliti f’din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuni ġuridiċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biex tiġi żgurata d-dissważività tas-sanzjoni imposta.

    (16)Jenħtieġ li jitrawmu approssimazzjoni u effettività ulterjuri tal-livelli ta’ sanzjoni imposti fil-prattika permezz ta’ ċirkostanzi aggravanti komuni li jirriflettu s-severità tar-reat imwettaq. Meta tkun ġiet ikkawżata l-mewt jew il-korriment serju ta’ persuna u meta dawn l-elementi ma jkunux diġà jikkostitwixxu reat kriminali, dawn jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti. Bl-istess mod, meta reat kriminali ambjentali jikkawża ħsara sostanzjali u irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema sħiħa, dan jenħtieġ li jkun ċirkostanza aggravanti minħabba s-severità tiegħu, inkluż f’każijiet komparabbli mal-ekoċidju. Peress li l-profitti jew in-nefqa illegali li tista’ tiġi ġġenerata jew li tista’ tiġi evitata permezz ta’ reat ambjentali hija inċentiv importanti għall-kriminali, dawn jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta’ sanzjonijiet fil-każ individwali.

    (17)Meta r-reati jkunu ta’ natura kontinwa, dawn jenħtieġ li jitwaqqfu mill-aktar fis possibbli. Meta t-trasgressuri jkunu għamlu qligħ finanzjarju, jenħtieġ li tali qligħ jiġi kkonfiskat.

    (18)Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika mingħajr preġudizzju għar-regoli u l-prinċipji ġenerali tad-dritt kriminali nazzjonali dwar l-għoti tas-sentenzi jew l-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’konformità maċ-ċirkostanzi speċifiċi f’kull każ individwali.

    (19)L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu b’mod effettiv ir-reati kriminali ambjentali, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li ma jistabbilixxux perjodi ta’ preskrizzjoni għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-infurzar.

    (20)L-obbligi f’din id-Direttiva li jipprevedu pieni kriminali jenħtieġ li ma jeżentawx lill-Istati Membri mill-obbligu li jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra fid-dritt nazzjonali għal ksur stabbilit fil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

    (21)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-infurzar tal-liġi amministrattiva u kriminali fir-rigward tar-reati ambjentali skont id-dritt nazzjonali tagħhom. Fl-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali u ta’ sanzjonijiet amministrattivi tirrispetta l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-projbizzjoni ta’ ne bis in idem.

    (22)Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istati Membri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom firxa ta’ sanzjonijiet kriminali u miżuri oħra biex jindirizzaw tipi differenti ta’ mġiba kriminali b’mod imfassal apposta u effettiv.

    (23)Minħabba, b’mod partikolari, il-mobilità tat-trasgressuri ta’ mġiba illegali koperta minn din id-Direttiva, flimkien man-natura transfruntiera tar-reati u l-possibbiltà ta’ investigazzjonijiet transfruntiera, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu ġuriżdizzjoni sabiex jiġġieldu tali mġiba b’mod effettiv.

    (24)Ir-reati kriminali ambjentali jagħmlu ħsara lin-natura u lis-soċjetà. Meta jirrapportaw ksur tad-dritt ambjentali tal-Unjoni, in-nies jagħtu servizz ta’ interess pubbliku u għandhom rwol ewlieni fl-esponiment u fil-prevenzjoni ta’ tali ksur, u b’hekk jissalvagwardjaw il-benesseri tas-soċjetà. Individwi f’kuntatt ma’ organizzazzjoni fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol spiss ikunu l-ewwel li jkunu jafu dwar it-theddid jew il-ħsara għall-interess pubbliku u għall-ambjent. Il-persuni li jirrapportaw l-irregolaritajiet huma magħrufa bħala informaturi. L-informaturi potenzjali spiss ikunu skoraġġuti milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni. Tali persuni jenħtieġ li jibbenefikaw minn protezzjoni bbilanċjata u effettiva tal-informaturi stabbilita skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 .

    (25)Persuni oħra jista’ jkollhom ukoll informazzjoni siewja dwar reati kriminali ambjentali potenzjali. Dawn jistgħu jkunu membri tal-komunità affettwati jew membri tas-soċjetà inġenerali li jieħdu sehem attiv fil-protezzjoni tal-ambjent. Tali persuni li jirrapportaw reati ambjentali kif ukoll persuni li jikkooperaw mal-infurzar ta’ tali reati jenħtieġ li jingħataw l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali, sabiex ma jkunux żvantaġġati għall-kooperazzjoni tagħhom iżda appoġġati u assistiti. Jenħtieġ li dawn il-persuni jkunu protetti wkoll milli jiġu ppersegwitati jew ipproċessati bla bżonn għar-rapportar ta’ tali reati jew għall-kooperazzjoni tagħhom fil-proċedimenti kriminali.

    (26)Peress li n-natura ma tistax tirrappreżenta lilha nnifisha bħala vittma fi proċedimenti kriminali, għall-finijiet ta’ infurzar effettiv, il-membri tal-pubbliku kkonċernati, kif definiti f’din id-Direttiva filwaqt li jitqiesu l-Artikoli 2(5) u 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus 26 , jenħtieġ li jkollhom il-possibilità li jaġixxu f’isem l-ambjent bħala ġid pubbliku, fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas legali tal-Istati Membri u soġġett għar-regoli proċedurali rilevanti.

    (27)In-nuqqas ta’ riżorsi u ta’ setgħat ta’ infurzar għall-awtoritajiet nazzjonali li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati kriminali ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom joħloq ostakli għall-prevenzjoni u l-kastig effettivi tar-reati ambjentali. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ riżorsi jista’ jipprevjeni lill-awtoritajiet milli jieħdu kwalunkwe azzjoni jew jillimita l-azzjonijiet ta’ infurzar tagħhom, u dan jippermetti lit-trasgressuri jaħarbu mir-responsabbiltà jew li jirċievu kastig li ma jikkorrispondix mal-gravità tar-reat. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji minimi dwar ir-riżorsi u s-setgħat ta’ infurzar.

    (28)Il-funzjonament effettiv tal-katina tal-infurzar jiddependi fuq firxa ta’ ħiliet speċjalizzati. Peress li l-kumplessità tal-isfidi maħluqa mir-reati ambjentali u n-natura teknika ta’ tali reati jeħtieġu approċċ multidixxiplinari, huwa meħtieġ livell għoli ta’ għarfien legali, għarfien espert tekniku kif ukoll livell għoli ta’ taħriġ u speċjalizzazzjoni fl-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu taħriġ xieraq għall-funzjoni ta’ dawk li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom. Sabiex jiġu massimizzati l-professjonaliżmu u l-effettività tal-katina tal-infurzar, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll li jallokaw unitajiet ta’ investigazzjoni, prosekuturi u mħallfin kriminali speċjalizzati biex jittrattaw kawżi kriminali ambjentali. Il-qrati kriminali ġenerali jistgħu jipprevedu kmamar speċjalizzati tal-imħallfin. Jenħtieġ li l-għarfien espert tekniku jkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti kollha tal-infurzar.

    (29)Sabiex jiġi żgurat li l-infurzar jirnexxi, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għodod investigattivi effettivi għar-reati ambjentali bħal dawk li jeżistu fid-dritt nazzjonali tagħhom għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. Dawn l-għodod jenħtieġ li jinkludu fost l-oħrajn l-interċettazzjoni ta’ komunikazzjonijiet, is-sorveljanza bil-moħbi inkluż is-sorveljanza elettronika, il-kunsinni kkontrollati, il-monitoraġġ ta’ kontijiet bankarji u għodod oħra ta’ investigazzjoni finanzjarja. Dawn l-għodod jenħtieġ li jiġu applikati f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u b’rispett sħiħ għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mad-dritt nazzjonali, in-natura u l-gravità tar-reati li jkunu qed jiġu investigati jenħtieġ li jiġġustifikaw l-użu ta’ dawn l-għodod investigattivi. Id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali jrid jiġi rispettat.

    (30)Sabiex tiġi żgurata sistema ta’ infurzar effettiva, integrata u koerenti li tinkludi miżuri tal-dritt amministrattiv, ċivili u kriminali, l-Istati Membri jenħtieġ li jorganizzaw kooperazzjoni u komunikazzjoni interni bejn l-atturi kollha tul il-ktajjen ta’ infurzar amministrattivi u kriminali u bejn l-atturi tas-sanzjonar punittiv u korrettiv. Skont ir-regoli applikabbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw ukoll permezz tal-aġenziji tal-UE, b’mod partikolari l-Eurojust u l-Europol, kif ukoll mal-korpi tal-UE, inklużi l-Uffiċċju tal-Prosekutur pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom.

    (31)Sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali, jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw, jippubblikaw u jirrieżaminaw perjodikament strateġija nazzjonali dwar il-ġlieda kontra r-reati ambjentali, jistabbilixxu objettivi, prijoritajiet u miżuri u riżorsi korrispondenti meħtieġa.

    (32)Sabiex jiġu indirizzati b’mod effettiv ir-reati kriminali msemmija f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiġbru data preċiża, konsistenti u komparabbli dwar l-iskala u x-xejriet tar-reati ambjentali u l-isforzi biex jiġu miġġielda u r-riżultati tagħhom. Din id-data jenħtieġ li tintuża għat-tħejjija tal-istatistika għall-użu fl-ippjanar operazzjonali u strateġiku tal-attivitajiet ta’ infurzar kif ukoll biex tipprovdi informazzjoni liċ-ċittadini. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru u jirrapportaw lill-Kummissjoni data statistika rilevanti dwar ir-reati ambjentali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tippubblika regolarment ir-riżultati abbażi tad-data trażmessa mill-Istati Membri.

    (33)Id-data statistika dwar ir-reati ambjentali miġbura skont din id-Direttiva jenħtieġ li tkun komparabbli bejn l-Istati Membri u miġbura abbażi ta’ standards minimi komuni. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddefinixxi format standard għat-trażmissjoni tad-data statistika. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 .

    (34)L-obbligi skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali jiġu rrispettati bis-sħiħ.

    (35)Alternattivi – ħassar għażla waħda skont l-għażla tal-IRL:

    (36)[nuqqas ta’ parteċipazzjoni:] F’konformità mal-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. JEW

    [parteċipazzjoni:] F’konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda nnotifikat [, permezz tal-ittra ta’ …,] ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    (37)Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 ġiet issupplimentata bid-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 b’dispożizzjonijiet dwar ir-reati kriminali u l-pieni għall-iskariki mill-bastimenti ta’ sustanzi li jniġġsu. Tali reati u pieni jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, għall-Istati Membri li jipparteċipaw f’din id-Direttiva, id-Direttiva 2009/123/KE jenħtieġ li tiġi ssostitwita kif xieraq.

    (38)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għalhekk mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (39)Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu żgurati definizzjonijiet komuni ta’ reati kriminali ambjentali u d-disponibbiltà ta’ sanzjonijiet kriminali effettivi, dissważivi u proporzjonati għal reati ambjentali serji, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

    (40)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, il-libertà ta’ intrapriża, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża, il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati u l-pieni kriminali, u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat. Din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ ta’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji u jenħtieġ li tiġi implimentata skont dan,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati u sanzjonijiet kriminali sabiex l-ambjent jiġi protett b’mod aktar effettiv.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)“illegali” tfisser imġiba li tikser waħda jew wieħed minn dawn li ġejjin:

    (a)il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li irrispettivament mill-bażi ġuridika tagħha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    (b)liġi, regolament amministrattiv ta’ Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tagħti effett lil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fil-punt (a).

    L-imġiba għandha titqies illegali anke meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru meta tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b’mod frodulenti, jew permezz ta’ korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni;

    (2) “ħabitat f’sit protett”, tfisser kwalunkwe ħabitat ta’ speċijiet li għalih żona hija kklassifikata bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , jew kwalunkwe ħabitat naturali jew ħabitat ta’ speċijiet li għalih sit jintgħażel bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni skont l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE 31 ;

    (3)“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha tali status skont id-dritt nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità tal-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;

    (4)“pubbliku kkonċernat” tfisser il-persuni affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 jew 4. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, il-persuni li jkollhom interess suffiċjenti jew li jsostnu it-telf ta’ dritt kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit proporzjonat skont id-dritt nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;

    (5)“vittma” għandha t-tifsira attribwita lilha fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 .

    Artikolu 3

    Reati

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali meta din tkun illegali u mwettqa intenzjonalment:

    (a)l-iskariku, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta’ kwantità ta’ materjali jew sustanzi jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma li tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

    (b)it-tqegħid fis-suq ta’ prodott li, bi ksur ta’ projbizzjoni jew ta’ rekwiżit ieħor, jikkawża jew x’aktarx jikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija, jew lill-annimali jew lill-pjanti b’riżultat tal-użu tal-prodott fuq skala akbar;

    (c)il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanzi, kemm jekk waħedhom, f’taħlitiet jew f’oġġetti, inkluża l-inkorporazzjoni tagħhom f’oġġetti, meta:

    (i)din l-attività tkun ristretta skont it-Titolu VIII u l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33 ; jew

    (ii)din l-attività tkun ipprojbita skont it-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006; jew

    34 (iii) din l-attività ma tkunx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; jew

    35 (iv) din l-attività ma tkunx f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; jew

    (v)din l-attività tkun taqa’ taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 36 ; jew

    (vi)din l-attività tkun ipprojbita skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 ,

    u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

    (d)l-eżekuzzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 mingħajr kunsens għall-iżvilupp jew valutazzjoni fir-rigward tal-effetti tagħhom fuq l-ambjent, li tikkawża jew x’aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-fatturi definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2011/92/UE;

    (e)il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta’ skart, is-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-manutenzjoni tas-siti tar-rimi, inkluża l-azzjoni li tittieħed minn negozjanti jew sensara (l-immaniġġjar tal-iskart), meta mġiba illegali:

    39 (i) tikkonċerna l-iskart perikoluż kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u titwettaq fi kwantità mhux negliġibbli;

    (ii)tikkonċerna skart ieħor minn dak imsemmi fil-punt (i) u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

    (f)il-vjeġġi ta’ skart, fit-tifsira tal-Artikolu 2(35) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 meta tali vjeġġ isir fi kwantità mhux negliġibbli, kemm jekk isir fi vjeġġ wieħed jew f’diversi vjeġġi li jidhru li jkunu konnessi;

    (g)ir-riċiklaġġ ta’ bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 41 , mingħajr ma jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6(2)(a) ta’ dak ir-Regolament;

    (h)l-iskariki mill-bastimenti ta’ sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis, fi kwalunkwe waħda miż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ dik id-Direttiva, dment li l-iskariki mill-bastimenti ma jissodisfawx l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva; din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal każijiet individwali, meta l-iskariku mill-bastimenti ma jikkawżax deterjorament fil-kwalità tal-ilma, sakemm każijiet ripetuti mill-istess trasgressur flimkien ma jirriżultawx f’deterjorament fil-kwalità tal-ilma;

    (i)l-installazzjoni, it-tħaddim jew iż-żarmar ta’ installazzjoni li fiha ssir attività perikoluża jew li fiha jinħażnu jew jintużaw sustanzi, formulazzjonijiet jew sustanzi niġġiesa perikolużi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 , id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 jew id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 45 u li tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

    (j)il-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-immaniġġjar, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta’ materjal radjuattiv li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom 46 , id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom 47 jew id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom 48 , li jikkawża jew li x’aktarx jikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

    (k)l-astrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta’ taħt l-art li tikkawża jew li x’aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-istatus ekoloġiku jew lill-potenzjal tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jew lill-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art;

    (l)il-qtil, il-qerda, it-teħid, il-pussess, il-bejgħ jew l-offerta għall-bejgħ ta’ eżemplar jew eżemplari ta’ speċijiet ta’ fawna jew flora selvaġġi elenkati fl-Annessi IV u V (meta l-ispeċijiet fl-Anness V ikunu soġġetti għall-istess miżuri bħal dawk adottati għall-ispeċijiet fl-Anness IV) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE 49 u tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 , ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ tali eżemplari;

    (m)il-kummerċ ta’ eżemplari ta’ speċijiet ta’ fawna jew flora selvaġġi jew ta’ partijiet jew ta’ derivattivi tagħhom elenkati fl-Annessi A u B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 51 , ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ tali eżemplari;

    (n)l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta’ injam maħsud b’mod illegali jew ta’ prodotti tal-injam li jkunu saru minn injam maħsud b’mod illegali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 , ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli; [jekk Regolament dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jiġi adottat qabel din id-Direttiva, il-punt (n) għandu jiġi sostitwit b’reat kriminali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.]

    (o)kwalunkwe mġiba li tikkawża d-degradazzjoni ta’ ħabitat f’sit protett, skont it-tifsira tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE, meta din id-degradazzjoni tkun sinifikanti;

    (p)l-introduzzjoni jew it-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi li jkunu sors ta’ tħassib għall-Unjoni meta:

    (i)l-imġiba tikser ir-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 ;

    (ii)l-imġiba tikser kundizzjoni ta’ permess maħruġ skont l-Artikolu 8 jew ta’ awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 u tikkawża jew x’aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

    (q)il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, l-emissjoni jew ir-rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 jew ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi bħal dawn; 

    (r)il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, l-emissjoni jew ir-rilaxx ta’ gassijiet fluwororati b’effett ta’ serra kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 jew ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn gassijiet bħal dawn.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (m), (n), (p)(ii), (q), (r) tikkostitwixxi wkoll reat kriminali, meta titwettaq b’mill-inqas negliġenza serja.

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tispeċifika li l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu, fejn rilevanti, meta jiġi vvalutat jekk il-ħsara jew il-ħsara probabbli tkunx sostanzjali għall-finijiet tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni tar-reati msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (e), (i), (j), (k) u (p):

    (a)il-kundizzjoni bażi tal-ambjent affettwat;

    (b)jekk il-ħsara tkunx fit-tul, fuq perjodu ta’ żmien medju jew fuq perjodu ta’ żmien qasir;

    (c)is-severità tal-ħsara;

    (d)il-firxa tal-ħsara;

    (e)ir-reversibbiltà tal-ħsara.

    4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tispeċifika li l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk l-attività aktarx tikkawża ħsara lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti għall-finijiet tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni tar-reati msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (e), (i), (j), (k) u (p):

    (a)l-imġiba tkun relatata ma’ attività li titqies bħala riskjuża jew perikoluża, teħtieġ awtorizzazzjoni li ma tkunx inkisbet jew ġiet osservata;

    (b)il-punt sa fejn jinqabżu l-valuri, il-parametri jew il-limiti stabbiliti fl-atti legali jew f’awtorizzazzjoni maħruġa għall-attività;

    (c)jekk il-materjal jew is-sustanza tkunx ikklassifikata bħala perikoluża jew inkella elenkata bħala ta’ ħsara għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem.

    5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tispeċifika li l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk il-kwantità tkunx negliġibbli jew mhux negliġibbli għall-finijiet tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni tar-reati msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (e), (f), (l), (m), (n):

    (a)l-għadd ta’ oġġetti soġġetti għar-reat;

    (b)il-punt sa fejn jinqabeż il-limitu, il-valur jew parametru obbligatorju regolatorju ieħor;

    (c)l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ fawna jew flora kkonċernati;

    (d)il-kost tar-restawr tal-ħsara ambjentali.

    Artikolu 4

    Istigazzjoni, għajnuna u assistenza u tentattiv

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istigazzjoni għat-twettiq ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-għajnuna u l-assistenza fihom ikunu punibbli bħala reati kriminali.

    2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (m), (n), (p)(ii), (q), (r) ikun punibbli bħala reat kriminali meta jsir intenzjonalment.

    Artikolu 5

    Pieni għal persuni fiżiċi

    1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli permezz ta’ pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 10 snin jekk jikkawżaw jew x’aktarx jikkawżaw il-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna.

    3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a) sa (j), (n), (q), (r) ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas sitt snin.

    4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-putni (k), (l), (m), (o), (p) ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas erba’ snin.

    5.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu wettqu r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jistgħu jkunu soġġetti għal sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali li għandhom jinkludu:

    (a)obbligu li jirrestawraw l-ambjent f’perjodu ta’ żmien speċifiku;

    (b)multi;

    (c)esklużjonijiet temporanji jew permanenti mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ akkwist, għotjiet u konċessjonijiet;

    (d)skwalifika mit-tmexxija ta’ stabbilimenti tat-tip użat għat-twettiq tar-reat;

    (e)rtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fit-twettiq tar-reat;

    (f)projbizzjonijiet temporanji li wieħed joħroġ għal kariga eletta jew pubblika;

    (g)pubblikazzjoni nazzjonali jew madwar l-Unjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mal-kundanna jew ta’ kwalunkwe sanzjoni jew miżura applikata.

    Artikolu 6

    Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

    1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 meta tali reati jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, abbażi ta’:

    (a)setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

    (b)awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

    (c)awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli meta n-nuqqas ta’ sorveljanza jew ta’ kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, ikun għamel possibbli t-twettiq ta’ reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika minn persuna li taqa’ taħt l-awtorità tagħha.

    3.Ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu t-trasgressuri, l-istigaturi tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jew kompliċi fihom.

    Artikolu 7

    Sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi

    1.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 6(1) tkun punibbli b’sanzjonijiet jew miżuri li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri għall-persuni ġuridiċi responsabbli skont l-Artikolu 6(1) għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom jinkludu:

    (a)multi kriminali jew mhux kriminali;

    (b)obbligu li jirrestawraw l-ambjent f’perjodu ta’ żmien speċifiku;

    (c)esklużjoni mid-dritt għall-benefiċċji pubbliċi jew għajnuna pubblika;

    (d)esklużjoni temporanja mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ akkwist, għotjiet u konċessjonijiet;

    (e)skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika ta’ attivitajiet kummerċjali;

    (f)rtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fit-twettiq tar-reat;

    (g)tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;

    (h)stralċ ġudizzjarju;

    (i)għeluq temporanju jew permanenti tal-istabbilimenti użati għat-twettiq tar-reat;

    (j)obbligu tal-kumpaniji li jintroduċu skemi ta’ diliġenza dovuta għat-titjib tal-konformità mal-istandards ambjentali;

    (k)pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mal-kundanna jew ta’ kwalunkwe sanzjoni jew miżura applikata.

    3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 6(2) tkun punibbli b’sanzjonijiet jew miżuri li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a) sa (j), (n), (q), (r) ikunu punibbli b’multi, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 5 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika [/impriża] fis-sena finanzjarja ta’ qabel id-deċiżjoni ta’ mmultar.

    5.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (k), (l), (m), (o), (p) ikunu punibbli b’multi, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 3 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika [/impriża] fis-sena finanzjarja ta’ qabel id-deċiżjoni ta’ mmultar.

    6.L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-profitti illegali ġġenerati mir-reat u l-fatturat annwali tal-persuna ġuridika jitqiesu meta tittieħed deċiżjoni dwar il-livell xieraq ta’ multa skont il-paragrafu 1.

    Artikolu 8

    Ċirkostanzi aggravanti

    Sa fejn iċ-ċirkostanzi li ġejjin ma jkunux diġà jagħmlu parti mill-elementi li jikkostitwixxu r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, iċ-ċirkostanzi li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti:

    (a)ir-reat ikkawża l-mewt ta’, jew il-korriment serju lil, persuna;

    (b)ir-reat ikkawża l-qerda jew ħsara sostanzjali irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema;

    (c)ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI tal-Kunsill 56 ;

    (d)ir-reat kien jinvolvi l-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati;

    (e)ir-reat ikun twettaq minn uffiċjal pubbliku waqt it-twettiq ta’ dmirijietu;

    (f)it-trasgressur ikun wettaq ksur preċedenti simili tad-dritt ambjentali;

    (g)ir-reat iġġenera jew kien mistenni li jiġġenera benefiċċji finanzjarji sostanzjali, jew evita spejjeż sostanzjali, direttament jew indirettament;

    (h)l-imġiba tat-trasgressur twassal għal responsabbiltà għall-ħsara ambjentali iżda t-trasgressur ma jissodisfax l-obbligi tiegħu li jieħu azzjoni korrettiva skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/35/KE 57 ;

    (i)it-trasgressur ma jipprovdix assistenza lill-awtoritajiet tal-ispezzjoni u lil awtoritajiet oħra tal-infurzar meta dan ikun meħtieġ legalment;

    (j)it-trasgressur ifixkel b’mod attiv l-ispezzjoni, il-kontrolli doganali jew l-attivitajiet ta’ investigazzjoni, jew jintimida jew jinterferixxi ma’ xhieda jew ma’ lmentaturi.

    Artikolu 9

    Ċirkostanzi mitiganti

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li fir-rigward tar-reati rilevanti msemmija fl-Artikoli 3 u 4, iċ-ċirkostanzi li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi mitiganti:

    (a)it-trasgressur ikun irrestawra n-natura għall-kundizzjoni preċedenti tagħha;

    (b)it-trasgressur jagħti lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li ma kienx jirnexxielhom jiksbu b’mod ieħor, u jgħinhom:

    (i)jidentifikaw jew iressqu quddiem il-qorti lit-trasgressuri l-oħra;

    (ii)isibu evidenza.

    Artikolu 10

    Iffriżar u konfiska

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw, kif xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jiffriżaw jew jikkonfiskaw, f’konformità mad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 , ir-rikavat li jirriżulta mit-twettiq jew mill-kontribut għat-twettiq tar-reati msemmija f’din id-Direttiva u l-mezzi strumentali użati jew maħsuba biex jintużaw fihom.

    Artikolu 11

    Perjodi ta’ preskrizzjoni għal reati kriminali

    1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevedu perjodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u l-aġġudikazzjoni ġudizzjarja tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti wara li jkunu twettqu dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv.

    2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u d-deċiżjoni ġudizzjarja tar-:

    (a)reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b’sanzjoni massima ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija, għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin miż-żmien meta jkun twettaq ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli;

    (b)reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b’sanzjoni massima ta’ mill-inqas sitt snin priġunerija, għal perjodu ta’ mill-inqas sitt snin miż-żmien meta jkun twettaq ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli;

    (c)reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b’sanzjoni massima ta’ mill-inqas erba’ snin priġunerija, għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ snin miż-żmien meta jkun twettaq ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli.

    3.B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ preskrizzjoni li jkun iqsar minn 10 snin, iżda mhux iqsar minn erba’ snin, dment li l-perjodu jkun jista’ jiġi interrott jew sospiż f’każ ta’ atti speċifikati.

    4.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw l-infurzar ta’:

    (a)piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ reat kriminali li jkun punibbli b’sanzjoni massima ta’ mill-inqas 10 snin priġunerija, imposta wara kundanna finali għal reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 u 4, għal mill-inqas 10 snin mid-data tal-kundanna finali;

    (b)piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ reat kriminali li jkun punibbli b’sanzjoni massima ta’ mill-inqas sitt snin priġunerija, imposta wara kundanna finali għal reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 u 4, għal mill-inqas sitt snin mid-data tal-kundanna finali;

    (c)piena ta’ priġunerija fil-każ ta’ reat kriminali li jkun punibbli b’sanzjoni massima ta’ mill-inqas erba’ snin priġunerija, imposta wara kundanna finali għal reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 u 4, għal mill-inqas erba’ snin mid-data tal-kundanna finali.

    Dawn il-perjodi jistgħu jinkludu estensjonijiet tal-perjodu ta’ preskrizzjoni li jirriżultaw minn interruzzjoni jew sospensjoni.

    Artikolu 12

    Ġuriżdizzjoni

    1.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 meta:

    (a)ir-reat ikun twettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu;

    (b)ir-reat ikun twettaq abbord bastiment jew ajruplan irreġistrat fih jew li jtajjar il-bandiera tiegħu;

    (c)il-ħsara tkun seħħet fit-territorju tiegħu;

    (d)it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini jew mir-residenti abitwali tiegħu.

    2.Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni meta jiddeċiedi li jestendi l-ġuriżdizzjoni tiegħu għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu twettqu barra mit-territorju tiegħu, meta:

    (a)ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

    (b)ir-reat ikun twettaq kontra wieħed miċ-ċittadini tiegħu jew mir-residenti abitwali tiegħu;

    (c)ir-reat ikun ħoloq riskju serju għall-ambjent fit-territorju tiegħu.

    Meta reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 jaqa’ fil-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawn l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-proċedimenti kriminali. Fejn ikun xieraq u f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI 59 , il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Eurojust.

    3.Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) u (d), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunx soġġett għall-kundizzjoni li prosekuzzjoni tkun tista’ tinbeda biss wara denunzja mill-Istat tal-post fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.

    Artikolu 13

    Protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati ambjentali jew jassistu fl-investigazzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-protezzjoni mogħtija skont id-Direttiva (UE) 2019/1937, tkun applikabbli għall-persuni li jirrapportaw ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva.

    2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni li jirrapportaw ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva u li jipprovdu evidenza jew li b’xi mod ieħor jikkooperaw mal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew l-aġġudikazzjoni ta’ tali reati, jingħataw l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali.

    Artikolu 14

    Drittijiet għall-pubbliku kkonċernat li jipparteċipa fi proċedimenti

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jkollhom drittijiet xierqa biex jipparteċipaw fi proċedimenti li jikkonċernaw ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, pereżempju bħala parti ċivili.

    Artikolu 15

    Prevenzjoni

    L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, bħal kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni u programmi ta’ riċerka u edukazzjoni, biex inaqqsu r-reati kriminali ambjentali inġenerali, iqajmu sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jnaqqsu r-riskju li l-popolazzjoni ssir vittma ta’ reat kriminali ambjentali. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

    Artikolu 16

    Riżorsi

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom, ikollhom għadd suffiċjenti ta’ persunal kwalifikat u riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi suffiċjenti meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet tagħhom relatati mal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 17

    Taħriġ

    Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitolbu lil dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin, il-prosekuturi, il-pulizija, il-persunal ġudizzjarju u l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti involuti fi proċedimenti u investigazzjonijiet kriminali biex jipprovdu taħriġ speċjalizzat f’intervalli regolari rigward l-objettivi ta’ din id-Direttiva u adattat għall-funzjonijiet tal-persunal u tal-awtoritajiet involuti.

    Artikolu 18

    Għodod ta’ investigazzjoni

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod ta’ investigazzjoni effettivi, bħal dawk li jintużaw f’każijiet ta’ kriminalità organizzata jew każijiet oħra ta’ reati kriminali serji, ikunu disponibbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

    Artikolu 19

    Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livelli strateġiċi u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni ta’ reati kriminali ambjentali u fil-ġlieda kontrihom. Tali mekkaniżmi għandhom mill-inqas ikunu mmirati lejn:

    (a)l-iżgurar ta’ prijoritajiet komuni u l-fehim tar-relazzjoni bejn l-infurzar kriminali u l-infurzar amministrattiv;

    (b)l-iskambju ta’ informazzjoni għal finijiet strateġiċi u operazzjonali;

    (c)il-konsultazzjoni f’investigazzjonijiet individwali;

    (d)l-iskambju tal-aħjar prattika;

    (e)l-assistenza lin-networks Ewropej ta’ prattikanti li jaħdmu fuq kwistjonijiet rilevanti għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u l-ksur relatat,

    u jistgħu jieħdu l-forma ta’ korpi ta’ koordinazzjoni speċjalizzati, memoranda ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, in-networks nazzjonali tal-infurzar u attivitajiet konġunti ta’ taħriġ.

    Artikolu 20

    Strateġija nazzjonali

    1.Sa [OP – daħħal id-data – fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jippubblikaw u jimplimentaw strateġija nazzjonali dwar il-ġlieda kontra r-reati kriminali ambjentali li bħala minimu għandha tindirizza dan li ġej:

    (a)l-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika nazzjonali f’dan il-qasam ta’ reati;

    (b)ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fil-ġlieda kontra dan it-tip ta’ reat;

    (c)il-modi ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

    (d)l-użu tad-dritt amministrattiv u ċivili biex jiġi indirizzat il-ksur relatat mar-reati fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;

    (e)ir-riżorsi meħtieġa u kif se tiġi appoġġata l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti tal-infurzar;

    (f)il-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tar-riżultati miksuba;

    (g)l-assistenza tan-networks Ewropej li jaħdmu fuq kwistjonijiet direttament rilevanti għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u l-ksur relatat.

    2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija tiġi riveduta u aġġornata f’intervalli regolari mhux itwal minn ħames snin, fuq approċċ abbażi ta’ analiżi tar-riskju, sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi u x-xejriet rilevanti u t-theddid relatat fir-rigward tar-reati ambjentali.

    Artikolu 21

    Ġbir ta’ data u statistika

    1.L-Istati Membri għandhom jiġbru data statistika biex jimmonitorjaw l-effettività tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra reati kriminali ambjentali.

    2.Id-data statistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

    (a)l-għadd ta’ każijiet ta’ reati ambjentali rrapportati;

    (b)l-għadd ta’ każijiet ta’ reati ambjentali investigati;

    (c)it-tul medju tal-investigazzjonijiet kriminali ta’ reati ambjentali;

    (d)l-għadd ta’ kundanni għal reati ambjentali;

    (e)l-għadd ta’ persuni fiżiċi kkundannati u ssanzjonati għal reat ambjentali;

    (f)l-għadd ta’ persuni ġuridiċi ssanzjonati għal reat ambjentali jew għal reati ekwivalenti;

    (g)l-għadd ta’ kawżi miċħuda għal reati ambjentali;

    (h)it-tipi u l-livelli ta’ sanzjonijiet imposti għal reati ambjentali, inkluż għal kull kategorija ta’ reati ambjentali skont l-Artikolu 3.

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi kkonsolidata tal-istatistika tagħhom tiġi ppubblikata b’mod regolari.

    4.Kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-data statistika msemmija fil-paragrafu 2 f’format standard stabbilit f’konformità mal-Artikolu 22.

    5.Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment rapport ibbażat fuq id-data statistika mibgħuta mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat għall-ewwel darba tliet snin wara li jkun ġie ddeterminat il-format standard imsemmi fl-Artikolu 22.

    Artikolu 22

    Setgħat ta’ implimentazzjoni

    1.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format standard għat-trażmissjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 21(4). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 23(2).

    2.Għall-finijiet tat-trażmissjoni tad-data statistika, il-format standard għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

    (a)klassifikazzjoni komuni tar-reati ambjentali;

    (b)fehim komuni tal-unitajiet tal-għadd;

    (c)fehim komuni tal-istadji proċedurali (investigazzjoni, prosekuzzjoni, proċess) fil-proċedimenti tar-reati ambjentali;

    (d)format komuni ta’ rapportar.

    Artikolu 23

    Proċedura ta’ Kumitat

    1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 24

    Traspożizzjoni

    1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa [OP – daħħal id-data ta’ 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Il-metodi ta’ kif għandha issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2.Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 25

    Evalwazzjoni u rapportar

    1.Sa [OP – daħħal id-data ta’ sentejn wara li jintemm il-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

    2.Kull sentejn minn [OP – daħħal id-data ta’ sena wara li jintemm il-perjodu ta’ traspożizzjoni], l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport fi żmien tliet xhur li jinkludi sommarju dwar l-implimentazzjoni u l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikoli 15 sa 17, 19 u 20.

    3.Sa [OP – daħħal id-data - ħames snin wara li jintemm il-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-impatt ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

    Artikolu 26

    Sostituzzjoni tad-Direttiva 2008/99/KE

    Id-Direttiva 2008/99/KE hija sostitwita fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ dawk l-Istati Membri fir-rigward tad-data għat-traspożizzjoni ta’ dik id-Direttiva fid-dritt nazzjonali. Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’din id-Direttiva, ir-referenzi għad-Direttiva 2008/99/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Fir-rigward tal-Istati Membri mhux marbuta b’din id-Direttiva, dawn għandhom jibqgħu marbuta bid-Direttiva 2008/98/KE.

    Artikolu 27
    Applikazzjoni tad-Direttiva 2005/35/KE

    Id-Direttiva 2009/123/KE ma għandhiex tibqa’ tapplika għall-Istati Membri li jipparteċipaw f’din id-Direttiva mid-data tat-traspożizzjoni tagħha.

    Artikolu 28

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 29

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    WERREJ

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA44

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva44

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)44

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:44

    1.4.Objettiv(i)44

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali44

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi44

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija45

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni45

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva47

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva47

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.49

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi50

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra51

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni52

    1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva54

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i54

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI55

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar55

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll55

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta55

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom56

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)56

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet56

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA57

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i57

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet58

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali58

    3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali61

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi63

    3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani64

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali66

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi66

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul67

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

    Proposta għal Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali li temenda d-Direttiva 99/2008/KE

    1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

    Il-protezzjoni ambjentali

    Id-dritt kriminali

    Id-dritt kriminali proċedurali

    Id-dritt kriminali sostantiv

    1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

     azzjoni ġdida 

     azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 60  

     l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

     fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

    1.4.Objettiv(i)

    1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

    L-ambizzjoni tal-politika u l-objettiv ewlieni tal-inizjattiva huma li tiġi żgurata protezzjoni aħjar tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u billi titjieb id-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar tar-reati ambjentali. Id-Direttiva l-ġdida prevista dwar ir-Reati Ambjentali se tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti mill-Artikolu 191 TFUE, il-Patt Ekoloġiku u l-Istrateġija għall-Bijodiversità.

    Peress li din il-proposta hija reviżjoni ta’ Direttiva preċedenti, wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ din il-proposta huwa li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u d-dgħufijiet tad-Direttiva 2008/99/KE identifikati matul l-evalwazzjoni tagħha fl-2019–2020.(ndlr: “Objettiv speċifiku).

    1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

    Objettiv speċifiku Nru

    1. It-titjib tal-effettività tad-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar tar-reati ambjentali billi jiġi aġġornat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u billi tiġi rfinuta t-teknika legali użata għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni

    2. It-titjib tal-effettività tad-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonar tar-reati ambjentali billi jiġu ċċarati jew eliminati t-termini mhux definiti użati fid-deskrizzjoni attwali tar-reati kriminali ambjentali.

    3. L-iżgurar ta’ tipi u livelli effettivi, dissważivi u proporzjonati ta’ sanzjonijiet għar-reati ambjentali.

    4. It-trawwim ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni transfruntieri.

    5. It-titjib tat-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar ir-reati ambjentali permezz ta’ ġbir u tixrid imtejba ta’ informazzjoni u data statistika dwar l-iskala tar-reati ambjentali u l-isforzi biex jiġu miġġielda.

    6. It-titjib tal-effettività operazzjonali ġenerali tal-ktajjen nazzjonali ta’ infurzar biex titrawwem id-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar ta’ reati ambjentali.

    1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

    Ir-riżultat ewlieni mistenni tal-inizjattiva huwa li jitjieb il-qafas legali tal-UE dwar l-indirizzar tar-reati ambjentali u li jissaħħaħ l-infurzar fil-livell nazzjonali. Huwa rikonoxxut li d-dritt kriminali huwa l-aħħar alternattiva meta miżuri oħra ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw il-konformità, li f’dan il-każ jirriżulta essenzjali għall-infurzar tad-dritt ambjentali tal-Unjoni.

    Id-Direttiva se tgħin biex titjieb l-effettività tas-sistemi nazzjonali ta’ infurzar u sanzjonar fir-rigward tar-reati ambjentali u biex tissaħħaħ il-fiduċja pubblika. Anke jekk ma jkunx possibbli li jkun hemm approċċ kwantitattiv tar-riżultati mistennija tad-Direttiva fuq il-protezzjoni ġenerali tal-ambjent, huwa possibbli li jkun hemm approċċ kwalitattiv tal-impatti ta’ protezzjoni ambjentali mtejba li għaliha se tikkontribwixxi d-Direttiva riveduta.

    Direttiva aktar effettiva li twassal għal infurzar aħjar tal-liġi permezz tad-dritt kriminali se tikkontribwixxi għal ambjent imtejjeb permezz tal-effetti ta’ prevenzjoni u ta’ deterrent tagħha. Meta jkun hemm sistema tad-dritt kriminali effettiva fis-seħħ, ir-reati ambjentali ma jkollhomx suċċess. Se jkollha wkoll impatti soċjali pożittivi immedjati fuq il-ħajja, is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Id-Direttiva riveduta se ttejjeb l-għodod għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali u se jkollha wkoll impatt ekonomiku pożittiv. Għalhekk, din se tgħin biex jitnaqqsu l-profitti stmati ta’ bejn USD 91 u 259 biljun globalment minn reati ambjentali, li huma telf għas-soċjetajiet permezz ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa, telf ta’ dħul għal negozji li jimxu b’mod ġust u li jimminaw il-governanza tajba.

    1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet

    Is-suċċess ta’ din il-proposta ma setax jitkejjel skont linja bażi ċara, peress li l-informazzjoni sistematika dwar l-iskala tar-reati ambjentali u l-isforzi biex jiġu miġġielda fl-Istati Membri individwali mhijiex biżżejjed. Ix-xejriet fir-reati ambjentali jiddependu fuq l-iżvilupp tal-kummerċ globali, fuq opportunitajiet ġodda permezz tad-diġitalizzazzjoni u l-interazzjoni ta’ sistemi ta’ sanzjonar kriminali ma’ sistemi ta’ sanzjonar ċivili u amministrattivi fl-Istati Membri.

    L-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi li ġejjin huma proposti għall-monitoraġġ tal-progress u s-suċċess tal-inizjattiva:

    - it-titjib ġenerali tal-infurzar u tas-sanzjonar tar-reati ambjentali rifless f’żieda fil-kooperazzjoni, fl-ispeċjalizzazzjoni, f’taħriġ aħjar u fit-titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni;

    - l-għadd ta’ kawżi tad-dritt ambjentali investigati u pproċessati b’suċċess;

    - l-għadd ta’ kundanni;

    - it-tip u l-livelli ta’ sanzjonijiet imposti li jridu jsiru aktar effettivi, dissważivi u proporzjonati fil-prattika;

    - l-għadd ta’ uffiċjali mħarrġa fuq kwistjonijiet relatati mal-indirizzar effettiv tar-reati ambjentali;

    - l-eżistenza jew l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali dwar il-ġlieda kontra r-reati ambjentali.

    Il-valutazzjoni permezz ta’ indikaturi tal-effiċjenza tad-Direttiva trid issir fil-kuntest. Bħalissa, fl-Istati Membri, hemm biss ftit kawżi ta’ reati ambjentali li ntemmu b’suċċess u l-livelli ta’ sanzjoni huma baxxi wisq. Ma kien hemm l-ebda xejra ’l fuq fl-aħħar 10 snin (ara l-IA, it-taqsima 1.2 – “evalwazzjoni tad-Direttiva u r-rapport finali tal-evalwazzjoni”). Għalhekk, xejriet stabbli ’l fuq f’każijiet ambjentali fl-Istati Membri kollha jindikaw l-effettività tad-Direttiva. Peress li r-reati ambjentali qed jiżdiedu globalment f’perċentwal ta’ bejn 5 u 7 % globalment, rata ta’ tkabbir korrispondenti ta’ investigazzjonijiet u kundanni ta’ suċċess titqies bħala suċċess. B’kuntrast ma’ dan, jekk, fi stadju aktar tard, il-każijiet ambjentali kellhom jonqsu, dan jista’ jindika li d-Direttiva kellha suċċess biex tiskoraġġixxi lill-kriminali.

    Indikaturi tal-Prestazzjoni

    Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn taħt jipprovdu suġġerimenti ta’ indikaturi ta’ monitoraġġ għal kull objettiv speċifiku:

    ·It-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva

    oIndikatur: Għadd ta’ investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet, kundanni u kawżi miċħuda

    oBażi: fejn l-informazzjoni hija disponibbli, ma kien hemm l-ebda xejra ’l fuq fl-Istati Membri

    oSuċċess: Xejriet stabbli ’l fuq f’kull Stat Membru. Idealment żieda ta’ bejn 5 u 7 % li tikkorrispondi għar-rata li biha r-reati ambjentali huma stmati li jikbru kull sena

    ·Definizzjoni aktar preċiża tat-tipi ta’ reati ambjentali skont l-Artikolu 3:

    oIndikatur: kif jidher hawn fuq

    oBażi: kif jidher hawn fuq

    oSuċċess: kif jidher hawn fuq

    ·It-trawwim ta’ tipi u livelli effettivi, dissważivi u proporzjonati ta’ sanzjonijiet

    oIndikatur: Il-livelli ta’ multi finanzjarji imposti fuq persuni fiżiċi, il-livelli ta’ sanzjonijiet ta’ priġunerija, il-livelli ta’ multi finanzjarji imposti fuq il-persuni ġuridiċi u t-tipi u l-għadd ta’ sanzjonijiet aċċessorji imposti fuq persuni fiżiċi

    oBażi: bħalissa ma hemm l-ebda data statistika dwar is-sanzjonijiet imposti fuq ir-reati ambjentali jew hemm ftit biss u mxerrda. Id-data u l-intervisti disponibbli mal-prattikanti juru li s-sanzjonijiet huma baxxi wisq biex ikunu dissważivi

    oSuċċess: Minħabba s-sitwazzjoni attwali, l-implimentazzjoni ta’ suċċess turi li s-sanzjonijiet imposti jużaw il-firxa sħiħa ta’ tipi u livelli ta’ sanzjonijiet disponibbli. Is-sanzjonijiet aċċessorji imposti jenħtieġ li juru li jintużaw it-tipi kollha ta’ sanzjonijiet. Nixtiequ naraw li r-restawr tal-ħsara u t-tneħħija tal-profitti jiġu applikati b’mod sistematiku.

    ·Aktar kooperazzjoni transfruntiera

    oIndikaturi: l-għadd ta’ każijiet ambjentali fil-Eurojust u l-OLAF, l-għadd ta’ JITS fil-Eurojust, l-għadd ta’ każijiet/messaġġi permezz ta’ SIENA fil-Europol u l-għadd ta’ kuntatti mal-punti ta’ kuntatt nazzjonali, li jridu jiġu installati

    oBażi: il-livell attwali tal-każijiet tal-Eurojust, l-OLAF, SIENA, in-networks professjonali huma ġeneralment baxxi

    oSuċċess: ikun żieda fil-kooperazzjoni transfruntiera murija fiċ-ċifri fil-Eurojust, l-OLAF u l-Europol. Ir-reati ambjentali huma r-raba’ l-akbar kategorija ta’ reati globalment u għalhekk l-għadd ta’ każijiet ambjentali fil-Europol u fil-Eurojust jenħtieġ li jammonta għal porzjon ogħla tal-każijiet totali ttrattati minn dawn l-aġenziji.

    ·Katina ta’ infurzar aktar effettiva

    oIndikaturi: l-istess bħall-ewwel objettiv b’żieda waħda: l-għadd ta’ Stati Membri li għandhom strateġiji ġenerali dwar il-ġlieda kontra r-reati ambjentali, l-għadd ta’ Stati Membri li għandhom unitajiet speċjalizzati ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni u kmamar tal-qorti, l-għadd ta’ Stati Membri li żiedu l-persunal tal-infurzar tal-liġi tagħhom u l-għadd ta’ pulizija, prosekuturi, imħallfin, uffiċjali doganali, spetturi amministrattivi li jkunu rċevew taħriġ.

    oBażi: l-istess bħall-ewwel objettiv

    oSuċċess: l-istess bħal dak għall-ewwel objettiv

    1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

    1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

    Hemm tliet tipi ta’ rekwiżiti, li jikkorrispondu għal objettivi fuq terminu qasir, medju u twil.

    Rekwiżit ta’ terminu qasir:

    1.Id-definizzjoni ta’ standards minimi fir-rigward tal-ġbir ta’ data statistika

    2.L-Istati Membri għandhom jittrasponu d-Direttiva fi żmien 18-il xahar

    3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba mniżżla fl-Artikolu 3 tal-proposta tikkostitwixxi reat kriminali, meta tkun illegali u mwettqa intenzjonalment jew tal-anqas b’negliġenza serja

    3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkriminalizzaw ir-reati aċċessorji għar-reati ambjentali

    4.L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-pieni relatati ma’ reati ambjentali għal persuni fiżiċi u ġuridiċi

    5.L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi aggravanti u mitiganti ta’ reati ambjentali

    6.L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-għodod investigattivi

    7.Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fil-proposta

    8.L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livelli strateġiċi u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati ambjentali

    9.L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dawn il-punti ta’ kuntatt nazzjonali jkunu konnessi mas-[sistema e-EDES] u jkollhom proċeduri fis-seħħ sabiex it-talbiet urġenti għall-assistenza jiġu indirizzati fil-pront. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Eurojust bil-punt ta’ kuntatt maħtur tagħhom. Huma għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni kif meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

    10.L-Istati Membri għandhom jagħtu lil kwalunkwe grupp, fondazzjoni jew assoċjazzjoni rikonoxxuta li, skont l-istatut tagħha, għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent, id-dritt li jkollha aċċess għall-fajl tal-kawżi li jikkonċernaw ir-reati msemmija fil-proposta

    11.L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, bħal kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni u programmi ta’ riċerka u edukazzjoni, immirati biex inaqqsu r-reati ambjentali inġenerali, iqajmu sensibilizzazzjoni u jnaqqsu r-riskju li wieħed isir vittma ta’ reat ambjentali. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

    Rekwiżiti ta’ terminu medju:

    ·Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transfruntiera u l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali, l-Istati Membri, l-Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Kummissjoni (OLAF) għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw flimkien fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 3a u 4.

    ·L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċeduri kriminali kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom, bħall-imħallfin, il-prosekuturi, il-pulizija, u l-persunal ġudizzjarju ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, jingħataw taħriġ speċjalizzat regolari xieraq għall-funzjonijiet tagħhom.

    ·Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jitolbu lil dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin, tal-prosekuturi, tal-pulizija u tal-persunal ġudizzjarju ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti involuti fi proċedimenti kriminali biex jipprovdu taħriġ xieraq fir-rigward tal-objettivi ta’ din id-Direttiva.

    ·Fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw strateġija nazzjonali dwar il-ġlieda kontra r-reati ambjentali u jieħdu miżuri biex jiżguraw l-evalwazzjoni u l-aġġornament regolari tagħha.

    ·L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika sistematika, affidabbli u aġġornata dwar ir-reati ambjentali minn kull awtorità kompetenti bil-għan li jsir tqabbil u analiżi konsistenti u koerenti tal-informazzjoni rilevanti possibbli.

    ·L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data miġbura skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

    ·Il-Kummissjoni għandha tiżgura li analiżi konsolidata tar-rapporti tal-istatistika u tal-istrateġiji nazzjonali ta’ implimentazzjoni tiġi ppubblikata u ppreżentata lill-aġenziji u lill-korpi speċjalizzati kompetenti tal-Unjoni.

    Rekwiżiti fit-tul:

    ·Sa sentejn wara li jintemm il-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

    ·Il-Kummissjoni għandha, sa ħames snin wara li jintemm il-perjodu ta’ traspożizzjoni, twettaq evalwazzjoni tal-impatt ta’ din id-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

    1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

    Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

    Id-Direttiva eżistenti kellha l-għan li tipprovdi qafas armonizzat biex jiġu indirizzati r-reati ambjentali madwar l-Unjoni u biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni transfruntiera. Madankollu, kif dettaljat fir-rapport ta’ evalwazzjoni, minkejja l-progress fil-ħolqien ta’ sett komuni ta’ definizzjonijiet ta’ reati ambjentali madwar l-UE u fil-ħtieġa ta’ livelli ta’ sanzjonijiet aktar dissważivi, l-Istati Membri waħedhom ma rnexxielhomx jirrikonċiljaw il-fehim rispettiv tagħhom ta’ reati ambjentali fl-ispazju ta’ manuvra li ħalliet id-Direttiva. Bl-istess mod, il-livelli insuffiċjenti ta’ sanzjonijiet f’għadd ta’ Stati Membri jipprevjenu kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE u l-applikazzjoni ta’ strumenti ta’ rikonoxximent reċiproku (bħall-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea).

    Minkejja d-Direttiva, l-għadd ta’ investigazzjonijiet u kundanni transfruntiera fl-UE ta’ reati ambjentali ma żdiedx b’mod sostanzjali. Sadanittant, b’kuntrast ma’ dan, ir-reati ambjentali qed jiżdiedu b’rati annwali ta’ 5 % sa 7 % globalment, u qed joħolqu ħsara dejjiema għall-ħabitats, għall-ispeċijiet, għas-saħħa taċ-ċittadini u għad-dħul tal-gvernijiet u tan-negozji.

    Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

    B’Direttiva aktar effettiva, l-UE tista’ tipprovdi l-qafas armonizzat għal fehim komuni tad-definizzjonijiet ta’ reati ambjentali u għal aċċess effettiv għal għodod investigattivi transfruntiera. Billi tipprovdi aktar ċarezza dwar id-definizzjonijiet legali u billi tapprossimizza l-livelli tas-sanzjonijiet, kif ukoll billi tipprovdi għodod u obbligi għall-kooperazzjoni transfruntiera fost l-Istati Membri, id-Direttiva riveduta se toħloq kundizzjonijiet aktar ekwi bi protezzjoni ekwivalenti tad-dritt kriminali għall-ambjent madwar l-UE u tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera dwar l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet. Billi tiffaċilita l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-kundanni transfruntiera, l-azzjoni tal-UE se tipprevedi valur miżjud ċar fil-ġlieda kontra r-reati ambjentali li tipikament ikollhom dimensjonijiet tranżnazzjonali meta mqabbel ma’ dak li jistgħu jiksbu l-Istati Membri waħedhom.

    Peress li r-reati ambjentali spiss jimminaw in-negozji legali u li jħallsu t-taxxa, li għandhom sehem mhux magħruf iżda aktarx kbir tat-telf globali annwali stmat relatat mar-reati ambjentali ta’ bejn USD 91 u 259 biljun, qafas leġiżlattiv effettiv tal-UE dwar ir-reati ambjentali se jkollu effett ukoll fuq il-funzjonament tas-suq uniku tal-UE. Mingħajr tali leġiżlazzjoni madwar l-UE, il-kumpaniji li joperaw fl-Istati Membri b’definizzjonijiet limitati ta’ reati ambjentali jew reġimi ta’ infurzar klementi jista’ jkollhom vantaġġ kompetittiv fuq il-kumpaniji stabbiliti fl-Istati Membri b’oqfsa legali aktar stretti.

    Politika effettiva madwar l-UE dwar ir-reati ambjentali tista’ tkun ta’ benefiċċju wkoll għal objettivi oħra tal-politika tal-UE. Ir-reati ambjentali spiss ikunu marbuta ma’ forom oħra ta’ reati bħall-ħasil tal-flus, it-terroriżmu, il-frodi tat-taxxa, il-falsifikazzjoni jew forom oħra ta’ kriminalità organizzata li kontrihom l-UE adottat firxa ta’ leġiżlazzjoni f’dawn l-aħħar snin. Leġiżlazzjoni tal-UE aktar effettiva dwar ir-reati ambjentali tikkontribwixxi għal strateġiji effettivi għall-infurzar tal-liġi kriminali, fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali li jindirizzaw l-aspetti rilevanti kollha tal-interazzjoni kriminali.

    1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

    Peress li din il-proposta tikkonsisti f’reviżjoni ta’ Direttiva preċedenti, it-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi jiffokaw l-aktar fuq l-iżvantaġġi u l-benefiċċji mill-aħħar Direttiva. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tad-Direttiva fl-2019/2020. Dan ir-rapport sab li d-Direttiva kellha valur miżjud peress li ddefiniet għall-ewwel darba qafas legali komuni għal reati kriminali ambjentali u kienet tirrikjedi sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati.

    Madankollu, id-Direttiva ma kellhiex ħafna effett fil-prattika, jiġifieri l-għadd ta’ kawżi ta’ reati ambjentali investigati u kkundannati b’suċċess baqgħu f’livell baxx ħafna u ġeneralment ma wrew l-ebda xejra ’l fuq sinifikanti matul l-aħħar 10 snin.

    Barra minn hekk, il-livelli ta’ sanzjonijiet imposti kienu baxxi wisq biex ikunu dissważivi u l-kooperazzjoni transfruntiera ma seħħitx b’mod sistematiku.

    In-nuqqas ta’ effettività tad-Direttiva fil-prattika huwa parzjalment dovut għan-natura ġenerika tad-dispożizzjonijiet tagħha. Dan jista’ jiġi spjegat mill-kompetenzi limitati tal-leġiżlatur tal-KE fil-qasam tad-dritt kriminali taħt il-kundizzjonijiet ta’ qabel Lisbona, li ma ppermettewx li wieħed jidħol f’aktar dettall, speċjalment dwar is-sanzjonijiet.

    Barra minn hekk, infurzar fqir fl-Istati Membri jikkontribwixxi fil-biċċa l-kbira għall-fatt li d-Direttiva ma tħallix effett kbir fil-prattika. L-evalwazzjoni sabet lakuni konsiderevoli fl-infurzar fl-Istati Membri kollha u fil-livelli kollha tal-katina tal-infurzar (il-pulizija, il-prosekuzzjoni u l-qrati kriminali). In-nuqqasijiet fl-Istati Membri jinkludu nuqqas ta’ riżorsi, għarfien speċjalizzat, sensibilizzazzjoni u prijoritizzazzjoni, kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni u nuqqas ta’ strateġiji nazzjonali ġenerali għall-ġlieda kontra r-reati ambjentali li jinvolvu l-livelli kollha tal-katina tal-infurzar u approċċ multidixxiplinari. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-infurzar tal-liġi amministrattiva u kriminali u s-sanzjonar spiss ifixkel l-effettività.

    Instab ukoll li n-nuqqas ta’ data statistika affidabbli, preċiża u kompluta dwar il-proċedimenti tar-reati ambjentali fl-Istati Membri mhux biss fixkel l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni iżda jipprevjeni wkoll lil dawk li jfasslu l-politika u lill-prattikanti nazzjonali milli jimmonitorjaw l-effettività tal-miżuri tagħhom.

    1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

    Id-Direttiva proposta dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali li temenda d-Direttiva 99/2008/KE hija konsistenti mal-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku fejn huwa ddikjarat b’mod ċar li “il-Kummissjoni se tippromwovi wkoll azzjoni mill-UE, mill-Istati Membri tagħha u mill-komunità internazzjonali biex jittieħdu iktar passi kontra reati ambjentali” u mal-Istrateġija għall-Bijodiversità fejn il-possibbiltà li d-Direttiva preċedenti tiġi rieżaminata u emendata hija ddikjarata fl-Anness tal-Komunikazzjoni. F’Lulju 2021, il-Kummissjoni ppreżentat pakkett bi proposti konkreti għal Patt Ekoloġiku Ġdid, li għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet b’55 % sal-2030 u li jagħmel l-Ewropa newtrali għall-klima sal-2050. Id-dritt kriminali huwa biss parti minn strateġija komprensiva tal-UE għall-protezzjoni u t-titjib tal-istatus tal-ambjent, li huwa prijorità għall-Kummissjoni attwali. Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku u l-Istrateġija għall-Bijodiversità jistabbilixxu firxa sħiħa ta’ miżuri ta’ protezzjoni ambjentali li se jaħdmu flimkien f’approċċ olistiku, isaħħu u jinfluwenzaw lil xulxin. Il-miżuri tad-dritt kriminali se jservu bħala l-aħħar alternattiva meta miżuri oħra ma jkunux biżżejjed biex tiġi żgurata l-konformità.

    Il-proposta hija konsistenti wkoll ma’:

       Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi biex titjieb il-konformità ambjentali fil-qasam tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi;

       Il-Valutazzjoni tal-2021 mill-Unjoni Ewropea tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (EU SOCTA), li identifikat ir-“reati ambjentali” fost it-theddid kriminali ewlieni li qed tiffaċċja l-UE u għalhekk inkludiet ir-reati ambjentali fl-EMPACT 2022–2025;

       L-Istrateġija l-ġdida tal-UE biex tiġi indirizzata l-Kriminalità Organizzata li tkopri l-perjodu 2021–2025 ippreżentata mill-Kummissjoni f’April 2021, li semmiet ir-reati ambjentali bħala waħda mill-prijoritajiet futuri tal-ġlieda tal-UE kontra l-kriminalità organizzata.

    L-objettivi ta’ din il-proposta huma appoġġati mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali, li jagħmel enfasi importanti fuq l-attivitajiet ta’ finanzjament għall-protezzjoni tal-ambjent. Se jeżistu xi sinerġiji ma’ programmi diġà eżistenti. Eżempju ta’ dan huwa l-attivitajiet ta’ taħriġ li jirriżultaw mill-proposta li l-biċċa l-kbira minnhom diġà jeżistu u huma pprovduti mis-CEPOL, mit-taħriġ tal-Frontex għall-infurzar tal-liġi u minn networks professjonali differenti bħall-EJTN u l-ERA għall-fergħa ġudizzjarja. Dawk l-organizzazzjonijiet diġà jibbenefikaw mill-baġit tal-UE permezz tal-Programm LIFE, l-ISF jew il-programm tal-Pulizija u l-Ġustizzja u diġà jipprovdu taħriġ dwar id-dritt ambjentali.

    1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

    Sabiex tlaħħaq mal-obbligi l-ġodda tal-proposta bħall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni, iż-żieda fit-taħriġ, l-għoti ta’ gwida u s-sensibilizzazzjoni, il-Kummissjoni se jkollha tagħmel sforz addizzjonali. Dawk l-isforzi se jiddependu fuq id-DĠ JUST u d-DĠ ENV peress li l-biċċa l-kbira tal-kompiti elenkati hawn taħt se jkunu jeħtieġu xi ġestjoni tal-ħin u xi kostijiet addizzjonali.

    1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

     durata limitata

       fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

       Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

     durata mhux limitata

    Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2022 sal-2025,

    segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 61   

    Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

    mid-dipartimenti tagħha, inkluż il-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

       mill-aġenziji eżekuttivi

    - Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    - Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

    lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

    lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

    lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

    lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

    lill-korpi tal-liġi pubblika;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

    lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

    Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

    Kummenti

    2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

    2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Din il-proposta tidentifika diversi regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar. L-ewwel, wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni se jkollha tipproduċi rapport dwar kif l-Istati Membri ttrasponew id-Direttiva. Barra minn hekk, ħames snin wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva, se jkollha tipproduċi rapport ieħor dwar l-effiċjenza tad-Direttiva riveduta u tidentifika opportunitajiet biex din tissaħħaħ. Dawn iż-żewġ rapporti huma l-bażi tar-regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar stabbiliti fil-proposta.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport biennali dwar id-data miġbura u mibgħuta mill-Istati Membri.

    2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

    2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

    Meta wieħed iqis li l-proposta taffettwa l-ħidma tal-Kummissjoni, u b’mod aktar preċiż dik tad-DĠ JUST u tad-DĠ ENV, il-baġit tal-UE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta.

    Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti.

    Fir-rigward tal-kontrolli, id-DĠ JUST u d-DĠ ENV huma soġġetti għal:

    - awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

    - awditi indipendenti esterni mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).

    - kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew;

    - investigazzjonijiet amministrattivi possibbli mwettqa mill-OLAF;

    - saff ieħor ta’ kontroll u responsabbiltà mill-Ombudsman Ewropew.

    2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

    F’dan l-istadju ma ġie identifikat l-ebda riskju speċifiku.

    2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

    Skont il-gwida tas-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni, il-kost tal-kontrolli fil-livell tal-Kummissjoni huwa vvalutat mill-kost tal-istadji differenti ta’ kontroll. Il-valutazzjoni ġenerali għal kull mod ta’ ġestjoni tinkiseb mill-proporzjon bejn dawk il-kostijiet kollha u l-ammont totali mħallas fis-sena għall-mod ta’ ġestjoni relatat.

    Il-proporzjon ta’ “kostijiet ta’ kontroll/pagament tal-fondi relatati ġestiti” huwa rrappurtat mill-Kummissjoni. L-RAA tal-2020 tad-DĠ JUST jirrapporta 10,45 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-Akkwist Dirett. L-RAA tal-2020 tad-DĠ ENV jirrapporta 1,55 % għal dan il-proporzjon.

    2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

    L-LFS tikkonċerna n-nefqa għall-persunal u l-akkwist pubbliku, u japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

    3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

    3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

    ·Linji baġitarji eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’  
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru  

    Diff./Mhux diff. 62

    mill-pajjiżi tal-EFTA 63

    mill-pajjiżi kandidati 64

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    2

    Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

    Mhux diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    7

    Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

    Mhux diff.

    LE

    LE

    LE

    LE

    ·Linji baġitarji ġodda mitluba

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Linja baġitarja

    Tip ta’ 
    nefqa

    Kontribuzzjoni

    Numru  

    Diff./Mhux diff.

    mill-pajjiżi tal-EFTA

    mill-pajjiżi kandidati

    minn pajjiżi terzi

    skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

    [XX.YY.YY.YY]

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    IVA/LE

    3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

    3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju  
    pluriennali

    2

    Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri

    DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

    Sena 
    2025 65

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    Sena 
    N+4

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    Approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Promozzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja

    Impenji

    (1a)

    0,350 000

    0,350 000

    Pagamenti

    (2a)

    0,350 000

    0,350 000

    Linja baġitarja

    Impenji

    (1b)

    Pagamenti

    (2b)

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 66  

    Linja baġitarja

    (3)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    għad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

    Impenji

    =1a+1b +3

    0,350 000

    0,350 000

    Pagamenti

    =2a+2b

    +3

    0,350 000

     



    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Impenji

    (4)

    Pagamenti

    (5)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 

    (6)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    skont l-INTESTATURA <….> 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Impenji

    = 4 + 6

    Pagamenti

    = 5 + 6

    Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

    Impenji

    (4)

    Pagamenti

    (5)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

    (6)

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 
    (Ammont ta’ referenza)

    Impenji

    = 4 + 6

    Pagamenti

    = 5 + 6





    Intestatura tal-qafas finanzjarju  
    pluriennali

    7

    Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

    Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

    Riżorsi umani 

    0,105 048

    0, 022 109

    0, 022 109

    0,149 266

    Nefqa amministrattiva oħra 

    TOTAL tad-DĠ Ġustizzja u Konsumaturi

    Approprjazzjonijiet

    0,105 048

    0, 022 109

    0, 022 109

    0,149 266

    DĠ Ambjent

    Riżorsi umani 

    0,105 048

    0, 022 109

    0, 022 109

    0,149 266

    Nefqa amministrattiva oħra 

    TOTAL tad-DĠ Ambjent

    Approprjazzjonijiet

    0,105 048

    0, 022 109

    0, 022 109

    0,149 266

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
    skont l-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    (Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

    0,210 096

    0,044 218

    0,044 218

    0,298 532

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
    skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali 

    Impenji

    0,560 096

    0,044 218

    0,044 218

    0,648 532

    Pagamenti

    0,560 096

    0,044 218

    0,044 218

    0,648 532

    3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Indika l-objettivi u l-outputs

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    OUTPUTS

    Tip 67

    Kost medju

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru

    Kost

    Nru totali

    Kost totali

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 5 68 it-titjib tat-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar ir-reati ambjentali permezz ta’ ġbir u tixrid imtejba ta’ data statistika.

    Espert fil-ġbir tad-data statistika biex jiddefinixxi l-istandards minimi u jippreżenta l-format tar-rapport lill-Istati Membri

    0,111 297

    0,111 297

    iż-żamma tal-istandards

    0,016 582

    0,016 582

    0,016 582

    0,049 746

    Rapport biennali tal-UE dwar id-data tal-Istati Membri

    0,027 636

    0,027 636

    0,027 636

    0,082 908

    Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

    0,155 515

    0,044 218

    0,044 218

    0,243 951

    il-monitoraġġ tad-Direttiva

    Kuntrattur biex jipproduċi l-istudju dwar it-traspożizzjoni tad-direttiva mill-Istati Membri

    0,350

    Persunal tal-Kummissjoni biex jirrieżamina u jiġġestixxi l-istudju tal-kuntrattur

    0,054 581

    Subtotal għall-Monitoraġġ tad-Direttiva

    0,404 581

    0,404 581

    TOTAL

    0,560 096

    0,044 218

    0,044 218

    0,648 532

    3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 
    2027

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    TOTAL

    INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    0,210 096

    0,044 218

    0,044 218

    0,298 532

    Nefqa amministrattiva oħra

    Subtotal tal-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    0,210 096

    0,044 218

    0,044 218

    0,298 532

    Barra mill-INTESTATURA 7 69  
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    Riżorsi umani

    Nefqa oħra  
    ta’ natura amministrattiva

    Subtotal  
    barra mill-INTESTATURA 7 
    tal-qafas finanzjarju pluriennali

    TOTAL

    0,210 096

    0,044 218

    0,044 218

    0,298 532

    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

       Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

    Sena 
    2025

    Sena 
    2026

    Sena 2027

    Sena N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

    20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

    2

    1

    1

    20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

    01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

    01 01 01 11 (Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 70

    20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

    20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

    XX 01 xx yy zz 71

    - fil-Kwartieri Ġenerali

    - fid-Delegazzjonijiet

    01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

    01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

    Linji baġitarji oħra (speċifika)

    TOTAL

    2 72

    1

    1

    XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u persunal temporanju

    Sena 2025:

    Objettiv speċifiku numru ħamsa:

    ·Kostijiet ta’ darba: uffiċjal tal-Kummissjoni li jkun espert fil-ġbir tad-data statistika, idealment statistika dwar ir-reati sabiex jiddefinixxi standards minimi u biex ifassal il-format tar-rapport għall-Istati Membri li jippermettilhom jirrapportaw id-data statistika b’mod armonizzat. Dan il-kompitu għandu jitwettaq fi żmien 162 jum.

    ·Kostijiet rikorrenti: uffiċjal tal-Kummissjoni li jkun espert fil-ġbir tad-data statistika, idealment statistika dwar ir-reati sabiex iżomm id-data u jipproduċi rapport biennali dwar id-data li tiġi mill-Istati Membri. Dak il-kompitu għandu jitwettaq f’64 jum kull sena li tibda mill-2025.

    Rapportar dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva

    ·Kostijiet ta’ darba: uffiċjal tal-Kummissjoni li jiġġestixxi u jirrieżamina l-istudju tal-kuntrattur, u jħejji r-rapport tal-SWD tal-evalwazzjoni attwali li għandu jiġi adottat. Dan il-kompitu għandu jitwettaq f’79 jum fl-2025.

    Mill-2025 ’il quddiem u kull sena:

    Objettiv speċifiku numru ħamsa:

    ·Kostijiet rikorrenti: uffiċjal tal-Kummissjoni li jkun espert fil-ġbir tad-data statistika, idealment statistika dwar ir-reati sabiex iżomm id-data u jipproduċi rapport biennali dwar id-data li tiġi mill-Istati Membri. Dak il-kompitu għandu jitwettaq f’64 jum kull sena li tibda mill-2025

    Persunal estern

    3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

       teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

       teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

    Il-proposta/l-inizjattiva:

       ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

       tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Sena 
    N 73

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Total

    Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

     

    3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

       Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

       Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

       fuq ir-riżorsi proprji

       fuq dħul ieħor

    indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

    miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

    Linja baġitarja tad-dħul:

    Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

    Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 74

    Sena 
    N

    Sena 
    N+1

    Sena 
    N+2

    Sena 
    N+3

    Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu ………….

    Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

    Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra). 

    (1)    Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Evaluation of Directive 2008/99/EC of the European Parliament and of the Council of 19 November 2008 on the protection of the environment through criminal law (Environmental Crime Directive), SWD (2020) 259 final tat-28 ta’ Ottubru 2020 ( parti I , parti II , sommarju eżekuttiv ).    
    (2)    Ir-Rapport ta’ evalwazzjoni, p. 32–33. Ara l-paġna 33 tar-Rapport ta’ evalwazzjoni għal aktar dettalji dwar is-sorsi.    
    (3)    Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2021 , https://ec.europa.eu/info/publications/2021-commission-work-programme-key%20documents_mt .
    (4)    Il-Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali, COM(2021) 814 tal-14 ta’ Diċembru 2021
    (5)     Report on Eurojust’s Casework on Environmental Crime - Jannar 2021, p. 8. Ara l-Evalwazzjoni ta’ Rispons Rapidu tal-UNEP u tal-Interpol, “The rise of environmental crime. A growing threat to natural resources, peace, development and security”, 2016, p. 7.
    (6)    L-Evalwazzjoni ta’ Rispons Rapidu tal-UNEP u tal-Interpol, “The rise of environmental crime. A growing threat to natural resources, peace, development and security”, 2016, p. 7.
    (7)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu l-prijoritajiet tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata għall-EMPACT 2022 – 2025, 8665/21, it-12 ta’ Mejju 2021. L-għan tal-prijorità dwar ir-reati ambjentali huwa: “li jiġu sfrattati networks kriminali involuti fil-forom kollha ta’ kriminalità ambjentali, b’fokus speċifiku fuq it-traffikar tal-iskart u tal-organiżmi selvaġġi, kif ukoll fuq networks kriminali u intraprendituri kriminali individwali b’kapaċità li jinfiltraw strutturi kummerċjali legali f’livell għoli jew li jistabbilixxu kumpanniji tagħhom sabiex jiffaċilitaw ir-reati tagħhom”.
    (8)    Il-Valutazzjoni mill-Unjoni Ewropea tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA), A corrupting influence: the infiltration and undermining of Europe’s economy and society by organised crime, Europol 2021, p. 54. Għar-reati fuq l-organiżmi selvaġġi ara p. 55f.
    (9)    Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11–21).
    (10)    Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23–34).
    (11)    Il-Kontroll tal-Idoneità tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ir-Regolament tal-UE dwar l-injam) u dwar ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet ta’ injam fil-Komunità Ewropea (ir-Regolament FLEGT) 17.11.2021 SWD(2021) 328 final, p. 14.
    (12)    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali 2021: L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti, il-Punt 62f.
    (13)    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali 2021: L-użu sostenibbli tal-ilma fl-agrikoltura: huwa aktar probabbli li l-fondi tal-PAK jippromwovu użu akbar tal-ilma milli użu aktar effiċjenti, ara pereżempju l-Punt 32.
    (14)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17–119).
    (15)    Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1–37).
    (16)    Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
    (17)    Il-Valutazzjoni mill-Unjoni Ewropea tat-Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA), A corrupting influence: the infiltration and undermining of Europe’s economy and society by organised crime, Europol 2021, p. 54f.
    (18)    Il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ambjenti Naturali tal-Ewropa.
    (19)    ĠU C , , p. .
    (20)    Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
    (21)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1–153).
    (22)    IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2019/640 final.
    (23)    IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM/2020/380 final
    (24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1–32).
    (25)    Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305/17).
    (26)    Il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.
    (27)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
    (28)    Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).
    (29)    Id-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta’ penali għal ksur (ĠU L 280, 27.10.2009, p. 52).
    (30)    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
    (31)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
    (32)    Id-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57–73).
    (33)    Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
    (34)    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1–50).
    (35)    Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1–123).
    (36)    Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
    (37)    Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).
    (38)    Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
    (39)    Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3–30).
    (40)    Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).
    (41)    Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1).
    (42)    Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta’ penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta’ tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11–21).
    (43)    Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1–37).
    (44)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17–119).
    (45)    Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66–106).
    (46)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1–73).
    (47)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42–52).
    (48)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12–21).
    (49)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7–50).
    (50)    Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7–25).
    (51)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).
    (52)    Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23–34).
    (53)    Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
    (54)    Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1–30)
    (55)    Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195–230).
    (56)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ĠU L 300/42.
    (57)    Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56–75).
    (58)    Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).
    (59)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġuriżdizzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42).
    (60)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
    (61)    Id-Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
    (62)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
    (63)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
    (64)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
    (65)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
    (66)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (67)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
    (68)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
    (69)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
    (70)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
    (71)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
    (72)    Dawn iċ-ċifri ta’ FTE ma japplikawx għas-sena sħiħa iżda biss għal 7 xhur fis-sena.
    (73)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
    (74)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
    Top