Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0364

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex jiġu emendati l-Annessi tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

    COM/2021/364 final

    Brussell, 6.7.2021

    COM(2021) 364 final

    2021/0180(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex jiġu emendati l-Annessi tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.Suġġett tal-proposta

    Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) 1 dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ dan il-Kumitat Speċjalizzat biex jiġu emendati l-Annessi SSC-1, 3, 4, 5, 6 u 8 kif ukoll l-Appendiċi SSCI-1 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

    2.Kuntest tal-proposta

    2.1.Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra

    Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi l-bażi għal relazzjoni wiesgħa bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit u jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021, wara li ġie applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021.

    2.2.Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (“il-Kumitat Speċjalizzat”) huwa stabbilit skont l-Artikolu 8(1)(p) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. L-Anness 1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Kumitati Speċjalizzati.

    Il-kompiti tal-Kumitat Speċjalizzat huma stabbiliti fl-Artikolu 8(4) tal-Ftehim u jinkludu:

    ·Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-iżgurar tal-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim,

    ·L-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet, inklużi emendi tal-Ftehim fil-każijiet previsti fih,

    ·Id-diskussjoni ta’ kwistjonijiet tekniċi li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    2.3.L-att previst tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    Il-Kumitat Speċjalizzat jista’ jadotta deċiżjoni li temenda l-Annessi u l-Appendiċijiet tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (“il-Protokoll”) skont l-Artikolu SSC.68 tiegħu.

    L-għan tal-att previst huwa li l-Annessi tal-Protokoll jiġu kompluti u kkoreġuti bl-entrati tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, li ma kinux magħrufa fiż-żmien meta ġie ffirmat il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Dawn il-korrezzjonijiet ma jemendawx l-elementi essenzjali tal-Protokoll.

    Id-deċiżjoni prevista se ssir vinkolanti għall-Partijiet f’konformità mal-Artikolu 10(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. F’konformità mar-Regola 9(3) tal-Anness 1 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill u l-Kumitati ta’ Sħubija, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Speċjalizzat se jispeċifikaw id-data li fiha jibdew japplikaw.

    3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

    3.1.L-Anness SSC-1 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    Skont l-Artikolu SSC.3(4)(a) u (d) il-benefiċċji speċjali mhux kontributorji fi flus elenkati fil-Parti 1 tal-Anness SSC-1 u l-benefiċċji tal-kura fit-tul elenkati fil-Parti 2 tal-Anness SSC-1 huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

    It-titolu tal-Anness SSC-1 mhuwiex preċiż peress li jirreferi għall-benefiċċji “fi flus”, filwaqt li l-Parti 2 ta’ dan l-Anness se tinkludi wkoll benefiċċji tal-kura fit-tul in natura. Id-definizzjoni ta’ benefiċċji tal-kura fit-tul fl-Artikolu SSC.1(r) tinkludi kemm il-benefiċċji fi flus kif ukoll il-benefiċċji in natura. Għalhekk, jenħtieġ li t-titolu tal-Anness SSC-1 jiġi kkoreġut u jenħtieġ li t-terminu “fi flus” jitneħħa.

    Il-Parti 1 tal-Anness SSC-1 telenka l-benefiċċji speċjali mhux kontributorji fi flus tal-Istati Membri u tar-Renju Unit. Madankollu, il-benefiċċji elenkati jenħtieġ li jiġu kkoreġuti peress li xi Stati neħħew ċerti benefiċċji elenkati, filwaqt li Stati oħrajn dan l-aħħar introduċew benefiċċji ġodda speċjali mhux kontributorji fi flus. Għalhekk, hija meħtieġa korrezzjoni fir-rigward tal-benefiċċji elenkati taħt ir-Renju Unit kif ukoll il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja. Għall-Polonja u r-Renju Unit, jenħtieġ li jiżdiedu benefiċċji ġodda mal-lista.

    Wara t-tneħħija tat-terminu “fi flus” fit-Titolu tal-Anness SSC-1, il-Parti 2 ta’ dan l-Anness jenħtieġ li tiġi kkompletata b’benefiċċji tal-kura fit-tul in natura disponibbli skont il-leġiżlazzjoni ta’ disa’ Stati Membri, jiġifieri l-Belġju, il-Kroazja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Portugall u l-Iżvezja. Jenħtieġ li jsiru korrezzjonijiet u żidiet ulterjuri fil-Parti 2 fir-rigward tar-Renju Unit kif ukoll ta’ 23 Stat Membru, jiġifieri l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja u l-Iżvezja.

    3.2.L-Anness SSC-3 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

    L-Anness SSC-3 jelenka l-Istati, li jipprovdu aktar drittijiet fir-rigward tal-benefiċċji tal-mard in natura lill-pensjonanti li jirritornaw lejn l-Istat kompetenti skont l-Artikolu SSC.25(2) tal-Protokoll. Din il-lista jenħtieġ li tiġi kkompletata bil-Latvja, bil-Litwanja, bil-Portugall u bir-Rumanija.

    3.3.L-Anness SSC-4 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    L-Anness SSC-4 jikkonċerna każijiet li fihom il-kalkolu pro rata għandu jiġi rinunzjat jew ma għandux japplika. Dan huwa maqsum f’żewġ partijiet. Il-Parti 1 telenka għall-Istati l-każijiet li fihom il-kalkolu pro rata għandu jiġi rinunzjat skont l-Artikolu SSC.47(4) tal-Protokoll u li jenħtieġ li jiġu kkoreġuti fir-rigward tal-Irlanda, tal-Latvja, tal-Portugall u tal-Iżvezja. Il-Parti 2 telenka l-każijiet li fihom japplika l-Artikolu SSC.47(5) tal-Protokoll, li jenħtieġ li jiġu kkoreġuti fir-rigward tar-Repubblika Ċeka, tal-Portugall u tal-Iżvezja.

    3.4.L-Anness SSC-5 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    L-Anness SSC-5 jelenka l-benefiċċji u l-ftehimiet, li jippermettu l-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.49. Dan huwa maqsum fi tliet partijiet. Fil-Partijiet I u II, l-entrati fir-rigward tal-Iżvezja jenħtieġ li jiġu kkoreġuti. Fil-Parti III, id-data tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali jenħtieġ li tiġi kkoreġuta.

    3.5.L-Anness SSC-6 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    L-Anness SSC-6 fih dispożizzjonijiet speċjali għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri u tar-Renju Unit. Jenħtieġ li jiddaħħlu entrati ġodda mir-Repubblika Ċeka u r-Renju Unit filwaqt li jenħtieġ li titneħħa l-entrata tal-Estonja u jenħtieġ li l-entrata tal-Iżvezja tiġi kkoreġuta.

    3.6.L-Appendiċi SSCI-1 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    L-Appendiċi SSCI-1 jelenka l-arranġamenti amministrattivi bejn żewġ Stati jew aktar li jistabbilixxu proċeduri għajr dawk previsti fl-Anness SSC-7. Dawn l-arranġamenti jkomplu japplikaw f’konformità mal-Artikolu SSCI-8. Dan l-Appendiċi jenħtieġ li jiġi mmodifikat biex jirrifletti d-deċiżjoni tal-Gvern Żvediż li ma japplikax arranġament bilaterali bejn l-Iżvezja u r-Renju Unit f’każijiet koperti mill-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

    3.7.L-Anness SSC-8 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    Fin-notifika tagħha tal-25 ta’ Jannar 2021, l-Unjoni infurmat lir-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu SSC.11(6), li l-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Unjoni bix-xewqa tagħhom li jidderogaw mill-Artikolu SSC.10 f’konformità mal-Artikolu SSC.11(1) fir-rigward ta’ ħaddiema stazzjonati. Skont l-Artikolu SSC.11(6), l-Anness SSC-8 jenħtieġ li għalhekk jiġi aġġornat bil-lista tas-27 Stat Membru li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu SSC.11(1).

    4.Bażi ġuridika

    L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

    Id-deċiżjoni, li l-Kumitat Speċjalizzat huwa mitlub jadotta, tikkostitwixxi att b’effetti legali. L-att previst se jkun vinkolanti fuq il-Partijiet f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim.

    L-att previst ma jissupplimentax jew ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

    L-uniku objettiv u l-kontenut tal-att previst huma relatati mal-emendar tal-Annessi u tal-Appendiċijiet tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, minn naħa waħda, biex jiġu indirizzati l-ommissjonijiet u n-nuqqasijiet filwaqt li ma jiġux emendati l-elementi essenzjali fih, u min-naħa l-oħra, biex jiġi aġġornat l-Anness SSC-8 f’konformità mal-Artikolu SSC.11 tal-Protokoll.

    Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

    Il-bażi ġuridika sostantiva biex tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u mill-kontenut tal-att previst li dwaru tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni.

    L-att previst isegwi objettivi fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Għalhekk, il-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 48 tat-TFUE.

    4.1.Konklużjoni

    Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 48 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu.

    5.Pubblikazzjoni tal-att previst

    Billi d-deċiżjoni tal-Kumitat Speċjalizzat se temenda l-Protokoll tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jixraq li din tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni tagħha.

    2021/0180 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex jiġu emendati l-Annessi tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 2 tad-29 ta’ April 2021 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2021, wara li ilu japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (2)Skont l-Artikolu 778(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Protokolli u l-Annessi ta’ dak il-Ftehim jiffurmaw parti integrali minnu. F’konformità mal-Artikolu 783(3) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, mid-data li minnha jiġi applikat b’mod proviżorju l-Ftehim, ir-referenzi għad-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jeħtieġ jinftiehmu bħala referenzi għad-data li minnha jiġi applikat b’mod proviżorju.

    (3)L-Artikolu 8(4)(c) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali biex jadotta deċiżjonijiet, inkluż emendi, u rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha fejn dan il-Ftehim jipprovdi hekk. Skont l-Artikolu SSC.68 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jista’ jemenda l-Annessi u l-Appendiċijiet ta’ dak il-Protokoll. F’konformità mal-Artikolu 10, id-deċiżjonijiet adottati minn Kumitat huma vinkolanti fuq il-Partijiet.

    (4)L-Annessi SSC-1 sa 6 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, sa fejn dawn l-Annessi jirriflettu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u r-Renju Unit, jenħtieġ li jiġu emendati, b’mod partikolari biex jitqiesu l-bidliet reċenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. It-titolu tal-Anness SSC-1 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex ma ssirx referenza biss għall-benefiċċji “fi flus”. L-Appendiċi SSCI-1 tal-Anness SSC-7 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti d-deċiżjoni ta’ waħda mill-Partijiet għal arranġament elenkat fih.

    (5)L-Artikolu SSC.11(6) tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jirrikjedi li l-Partijiet jippubblikaw l-Anness SSC-8 aġġornat mill-aktar fis possibbli wara perjodu ta’ xahar mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jenħtieġ li jadotta deċiżjoni biex jikkonforma ma’ dak l-obbligu.

    (6)Għalhekk jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali rigward dawn l-emendi tal-Annessi SSC-1, 3, 4, 5, 6 u 8 kif ukoll l-Appendiċi SSCI-1 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bl-Artikolu 8(1)(p) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tal-att tal-Kumitat Speċjalizzat mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    ĠU L 444, 31.12.2020, p. 14. Fil-proċess tal-awtentikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-Artikoli ġew innumerati mill-ġdid bi qbil mar-Renju Unit.
    (2)    ĠU L 149, 30.4.2021, p. 2.
    Top

    Brussell, 6.7.2021

    COM(2021) 364 final

    ANNESSI

    tal-proposta

    għal Deċiżjoni tal-Kunsill

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni biex jiġu emendati l-Annessi tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.


    ANNESS 1

    Id-Deċiżjoni Nru 1/2021 tal-Kumitat Speċjalizzat stabbilit bl-Artikolu 8(1)(p) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra,

    ta’ …

    rigward l-emenda tal-Annessi tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali

    IL-KUMITAT SPEĊJALIZZAT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra 1 , (il-“Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”), u b’mod partikolari l-Artikolu SSC.68 tal-Protokoll tiegħu dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali,

    Billi:

    (1)Skont l-Artikolu SSC.68 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, il-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jista’ jemenda l-Annessi u l-Appendiċijiet ta’ dak il-Protokoll.

    (2)L-Annessi SSC-1 sa 6 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, sa fejn dawn l-Annessi jirriflettu l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri u tar-Renju Unit, jenħtieġ li jiġu emendati, b’mod partikolari biex jitqiesu l-bidliet reċenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. It-titolu tal-Anness SSC-1 jenħtieġ li jiġi kkoreġut sabiex ma ssirx referenza biss għall-benefiċċji “fi flus”. L-Appendiċi SSCI-1 tal-Anness SSC-7 jenħtieġ li jiġi emendat biex jirrifletti d-deċiżjoni ta’ waħda mill-Partijiet għal arranġament elenkat fih.

    (3)L-Artikolu SSC.11(6) tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali jirrikjedi li l-Partijiet jippubblikaw l-Anness SSC-8 aġġornat mill-aktar fis possibbli wara perjodu ta’ xahar mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-entrati tal-Istati Membri u tar-Renju Unit fl-Annessi SSC-1, 3, 4, 5 u 6 kif ukoll l-entrati fl-Appendiċi SSCI-1 tal-Anness SSC-7 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati kif previst fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

    L-Anness SSC-8 tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali huwa aġġornat kif previst fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

    Magħmul fi …,

    Għall-Kunsill tas-Sħubija

    Il-Kopresidenti

    ANNESS 2

    Anness I tad-Deċiżjoni Nru 1/2021

    ANNESS SSC-1

    ĊERTI BENEFIĊĊJI
    LI GĦALIHOM DAN IL-PROTOKOLL MA JAPPLIKAX

    PARTI 1

    BENEFIĊĊJI SPEĊJALI MHUX KONTRIBUTORJI FI FLUS
    (Il-punt (a) tal-Artikolu SSC.3(4) ta’ dan il-Protokoll)

    (i)    IR-RENJU UNIT

    (a) Kreditu ta’ Pensjoni tal-Istat (State Pension Credit Act 2002 u State Pension Credit Act (l-Irlanda ta’ Fuq) 2002)

    (b) Allowances ibbażati fuq l-introjtu għal persuni li qed ifittxu impjieg (Jobseekers Act 1995 u Jobseekers (l-Irlanda ta’ Fuq) Order 1995)

    (c) Allowance għall-għajxien b’diżabilità, komponent tal-mobilità (Social Security Contributions and Benefits Act 1992 u Social Security Contributions and Benefits (l-Irlanda ta’ Fuq) Act 1992)

    (d) Pagament għall-Indipendenza Personali, komponent tal-mobilità (Welfare Reform Act 2012 (Part 4) u Welfare Reform (l-Irlanda ta’ Fuq) Order 2015 (Part 5))

    (e) Allowance għall-Impjieg u s-Sostenn relatat mal-introjtu (Welfare Reform Act 2007 u Welfare Reform Act (l-Irlanda ta’ Fuq) 2007)

    (f) Pagament għall-Ikel għall-Aqwa Bidu (Welfare Foods (Best Start Foods) (l-Iskozja) Regulations 2019 (SSI 2019/193))

    (g) Għotjiet għall-Aqwa Bidu (għotja għat-tqala u għat-trabi, għotja għat-tagħlim bikri, għotja għall-età tal-iskola) (The Early Years Assistance (Best Start Grants) (l-Iskozja) Regulations 2018 (SSI 2018/370))

    (h) Pagament għal Sostenn tal-Funerali (Funeral Expense Assistance (l-Iskozja) Regulations 2019 (SSI 2019/292))

    (i) Pagament għat-Tfal tal-Iskozja (The Scottish Child Payment Regulations 2020 (SSI 2020/351))

    (ii)    STATI MEMBRI

    L-AWSTRIJA

    Suppliment kompensatorju (l-Att Federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali — ASVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-Assigurazzjoni soċjali għal persuni li jaħdmu fil-kummerċ u fin-negozju — GSVG, u l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-Assigurazzjoni soċjali għall-bdiewa — BSVG).

    IL-BELĠJU

    (a)    Allowance għas-sostituzzjoni tal-introjtu (il-Liġi tas-27 ta’ Frar 1987) (Inkomensvervangende tegemoetkoming/Allocation de remplacement de revenus);

    (b)    Introjtu garantit għall-anzjani (il-Liġi tat-22 ta’ Marzu 2001) (Inkomensgarantie voor ouderen/ Revenu garanti aux personnes âgées).

    IL-BULGARIJA

    Pensjoni Soċjali għax-xjuħija (l-Artikolu 89a tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali).

    ĊIPRU

    (a)    Pensjoni Soċjali (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet Soċjali tal-1995 (il-Liġi 25(I)/95), kif emendata);

    (b)    Allowance għal diżabilità motorja severa (id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nri 38210 tas-16 ta’ Ottubru 1992, 41370 tal-1 ta’ Awwissu 1994, 46183 tal-11 ta’ Ġunju 1997 u 53675 tas-16 ta’ Mejju 2001);

    (c)    Għotja speċjali għal persuni għomja (il-Liġi dwar l-Għotjiet Speċjali tal-1996 (il-Liġi 77(I)/96), kif emendata).

    ID-DANIMARKA

    Spejjeż ta’ akkomodazzjoni għall-pensjonanti (il-Liġi dwar l-assistenza għall-akkomodazzjoni individwali, ikkonsolidata bil-Liġi Nru 204 tad-29 ta’ Marzu 1995).

    L-ESTONJA

    Allowance tal-Istat għall-qgħad (l-Att dwar is-Servizzi u s-Sostenn tas-Suq tax-Xogħol tad-29 ta’ Settembru 2005).

    IL-FINLANDJA

    (a)    Allowance għall-akkomodazzjoni għall-pensjonanti (l-Att dwar l-Allowance għall-Akkomodazzjoni għall-pensjonanti, 571/2007);

    (b)    Sostenn għas-suq tax-xogħol (l-Att dwar il-Benefiċċji tal-Qgħad 1290/2002);

    (c)    Assistenza speċjali għall-immigranti (l-Att dwar l-Assistenza Speċjali għall-Immigranti, 1192/2002).

    FRANZA

    (a)    Allowances supplimentari:

    (i)tal-Fond Speċjali tal-Invalidità; kif ukoll

    (ii)tal-Fond ta’ Solidarjetà tax-Xjuħija fir-rigward ta’ drittijiet miksuba

    (il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1956, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

    (b)    Allowances għall-adulti b’diżabilità (il-Liġi tat-30 ta’ Ġunju 1975, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali);

    (c)    Allowance speċjali (il-Liġi tal-10 ta’ Lulju 1952, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) fir-rigward ta’ drittijiet miksuba;

    (d)    Allowance ta’ solidarjetà tax-xjuħija (l-ordinanza tal-24 ta’ Ġunju 2004, ikkodifikata fil-Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) mill-1 ta’ Jannar 2006.

    IL-ĠERMANJA

    (a)    Introjtu għal sussistenza bażika għall-anzjani u għall-persuni b’kapaċità mnaqqsa ta’ qligħ skont il-Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali (Leistungen der Grundsicherung im Alter und bei Erwerbsminderung nach dem Vierten Kapitel des Zwölften Buches Sozialgesetzbuch);

    (b)    Benefiċċji biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ sussistenza skont il-provvediment bażiku għal persuni li qed ifittxu impjieg f’konformità mal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali (Leistungen zur Sicherung des Lebensunterhalts in der Grundsicherung für Arbeitssuchende nach dem Zweiten Buch Sozialgesetzbuch).

    IL-GREĊJA

    Benefiċċji speċjali għall-anzjani (il-Liġi 1296/82).

    L-UNGERIJA

    (a)    Annwalità tal-invalidità (id-Digriet Nru 83/1987 (XII 27) tal-Kunsill tal-Ministri dwar l-Annwalità tal-Invalidità);

    (b)     Allowance tax-xjuħija (l-Att III tal-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali).

    L-IRLANDA

    (a)    Allowance għal persuni li qed ifittxu impjieg (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 2);

    (b)    Pensjoni tal-Istat (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 4);

    (c)    Pensjoni tar-romol jew tas-sħab reġistrati superstiti (mhux kontributorja) (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 6);

    (d)    Allowance ta’ diżabilità (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 10);

    (e)    Allowance ta’ mobilità (l-Att dwar is-Saħħa tal-1970 (kif emendat), Taqsima 61);

    (f)    Pensjoni għall-għomja (l-Att Konsolidat tal-2005 dwar l-Assistenza Soċjali, Parti 3, Kapitolu 5).

    L-ITALJA

    (a)    Pensjonijiet soċjali għal persuni mingħajr mezzi (il-Liġi Nru 153 tat-30 ta’ April 1969);

    (b)    Pensjonijiet u allowances għal ċittadini ċivili b’diżabilità jew invalidi (il-Liġijiet Nru 118 tat-30 ta’ Marzu 1971, Nru 18 tal-11 ta’ Frar 1980 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

    (c)    Pensjonijiet u allowances għal min huwa trux u mutu (il-Liġijiet Nru 381 tas-26 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

    (d)    Pensjonijiet u allowances għal ċivili għomja (il-Liġijiet Nru 382 tas-27 ta’ Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta’ Novembru 1988);

    (e)    Benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet minimi (il-Liġijiet Nru 218 tal-4 ta’ April 1952, Nru 638 tal-11 ta’ Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta’ Diċembru 1990);

    (f)    Benefiċċji li jissupplimentaw l-allowances għal diżabilità (il-Liġi Nru 222 tat-12 ta’ Ġunju 1984);

    (g)    Allowance soċjali (il-Liġi Nru 335 tat-8 ta’ Awwissu 1995);

    (h)    Żieda soċjali (l-Artikolu 1(1) u (12) tal-Liġi Nru 544 tad-29 ta’ Diċembru 1988 u l-emendi suċċessivi).

    IL-LATVJA

    (a)    Benefiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat (il-Liġi dwar Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 2003);

    (b)    Allowance għall-kumpens ta’ spejjeż ta’ trasport għal persuni b’diżabilità b’mobilità ristretta (il-Liġi dwar Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 2003).

    IL-LITWANJA

    (a)    Assistenza soċjali - pensjonijiet tad-diżabilità u tax-xjuħija (il-Liġi tal-1994 dwar il-Pensjonijiet tal-Assistenza Soċjali Nru 1-675, l-Artikoli 5 u 6, kif emendata);

    (b)    Kumpens ta’ għajnuna (il-Liġi tal-1994 dwar il-Pensjonijiet tal-Assistenza Soċjali Nru I-675, l-Artikolu 12, kif emendata);

    (c)    Kumpens tat-trasport għall-persuni b’diżabilità bi problemi ta’ mobilità (il-Liġi tal-2000 dwar il-Kumpens tat-Trasport, l-Artikolu 7, kif emendata).

    IL-LUSSEMBURGU

    Introjtu għal persuni b’diżabilità serja (l-Artikolu 1(2), il-Liġi tat-12 ta’ Settembru 2003), minbarra l-persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema b’diżabilità u impjegati fis-suq prinċipali tax-xogħol jew f’ambjent protett.

    MALTA

    (a)    Allowance supplimentari (it-Taqsima 73 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987);

    (b)    Pensjoni tal-età (Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987).

    IN-NETHERLANDS

    (a)    L-Att dwar l-Għajnuna għax-Xogħol u l-Impjieg għal Żgħażagħ b’Diżabilità tal-24 ta’ April 1997 (Wet Wajong);

    (b)    L-Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta’ Novembru 1986 (TW).

    IL-POLONJA

    (a)    Pensjoni soċjali (Renta socjalna), l-Att tas-27 ta’ Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali (Ustawa o rencie socjalnej);

    (b)    Benefiċċju supplimentari għall-ġenituri (Rodzicielskie świadczenie uzupełniające Mama 4+), l-Att tal-31 ta’ Jannar 2019 dwar il-benefiċċju supplimentari għall-ġenituri (Ustawa o rodzicielskim świadczeniu uzupełniającym);

    (c)    Benefiċċju supplimentari għall-persuni li ma jistgħux jgħixu b’mod indipendenti (Świadczenie uzupełniające dla osób niezdolnych do samodzielnej egzystencji), l-Att tal-31 ta’ Lulju dwar il-benefiċċju supplimentari għall-persuni li ma jistgħux jgħixu b’mod indipendenti (Ustawa o świadczeniu uzupełniającym dla osób niezdolnych do samodzielnej egzystencji).

    IL-PORTUGALL

    (a)    Pensjoni mhux kontributorja tax-xjuħija tal-Istat (id-Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta’Ottubru 1980, emendat);

    (b)    Pensjoni mhux kontributorja tar-romol (id-Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal-11 ta’ Novembru 1981);

    (c)    Suppliment ta’ solidarjetà għall-anzjani (id-Digriet – Liġi Nru 232/2005 tad-29 ta’ Diċembru 2005, emendat).

    IS-SLOVAKKJA

    (a)    Aġġustament mogħti qabel l-1 ta’ Jannar 2004 għal pensjonijiet li jikkostitwixxu l-uniku sors ta’ introjtu;

    (b)    Il-pensjoni soċjali li ngħatat qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

    SPANJA

    (a)    Garanzija ta’ introjtu minimu (il-Liġi Nru 13/82 tas-7 ta’ April 1982);

    (b)    Benefiċċji fi flus bħala għajnuna għall-anzjani u għall-invalidi li ma jistgħux jaħdmu (Digriet Reġju Nru 2620/81 tal-24 ta’ Lulju 1981):

    (i)    Pensjonijiet mhux kontributorji ta’ invalidità u ta’ rtirar kif previsti fil-Kapitolu II tat-Titolu VI tat-Test Konsolidat tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat bid-Digriet Reġju Leġiżlattiv Nru 8/2015 tat-30 ta’ Ottubru 2015; kif ukoll

    (ii)    il-benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet ta’ hawn fuq, kif previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Comunidades Autonómas, fejn supplimenti bħal dawn jiggarantixxu introjtu minimu ta’ sussistenza b’kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-Comunidades Autonómas kkonċernati;

    (c)    Allowances li jippromovu l-mobilità u jikkumpensaw għall-ispejjeż ta’ trasport (il-Liġi Nru 13/1982 tas-7 ta’ April 1982).

    L-IŻVEZJA

    (a)    Suppliment għall-akkomodazzjoni (il-Kapitoli 100-103 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]);

    (b)    Sostenn finanzjarju għall-anzjani (il-Kapitolu 74 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]).

    PARTI 2

    BENEFIĊĊJI GĦALL-KURA FIT-TUL
    (Il-punt (d) tal-Artikolu SSC.3(4) ta’ dan il-Protokoll)

    (i)    IR-RENJU UNIT

    (a) Allowance għall-Attendenza (Social Security Contributions and Benefits Act 1992, Social Security (Attendance Allowance) Regulations 1991, Social Security Contributions and Benefits (l-Irlanda ta’ Fuq) Act 1992 u Social Security (Attendance Allowance) Regulations (l-Irlanda ta’ Fuq) 1992)

    (b) Allowance għall-Persuni li Jindukraw (Social Security Contributions and Benefits Act 1992, The Social Security (Invalid Care Allowance) Regulations 1976, Social Security Contributions and Benefits (l-Irlanda ta’ Fuq) Act 1992 u The Social Security (Invalid Care Allowance) Regulations (l-Irlanda ta’ Fuq) 1976)

    (c) Allowance għall-Għajxien b’Diżabilità, komponent tal-kura (Social Security Contributions and Benefits Act 1992, Social Security (Disability Living Allowance) Regulations 1991, Social Security Contributions and Benefits (l-Irlanda ta’ Fuq) Act 1992 u Social Security (Disability Living Allowance) Regulations (l-Irlanda ta’ Fuq) 1992)

    (d) Pagament għall-Indipendenza Personali, komponent għall-għajxien ta’ kuljum (Welfare Reform Act 2012 (Part 4), Social Security (Personal Independence Payment) Regulations 2013, The Personal Independence Payment (Dispożizzjonijiet tranżizzjonali) Regulations 2013, Personal Independence Payment (Dispożizzjonijiet tranżizzjonali) (Emenda) Regulations 2019, Welfare Reform (l-Irlanda ta’ Fuq) Order 2015 (Part 5), The Personal Independence Payment Regulations (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016, The Personal Independence Payment (Dispożizzjonijiet tranżizzjonali) Regulations (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016 u Personal Independence Payment (Dispożizzjonijiet tranżizzjonali) (Emenda) Regulations (l-Irlanda ta’ Fuq) 2019)

    (e) Suppliment tal-Allowance għall-Persuni li Jindukraw (The Social Security (l-Iskozja) Act 2018)

    (f) Għotja għaż-Żgħażagħ li Jindukraw (The Carer’s Assistance (Young Carer Grants) (l-Iskozja) Regulations 2020 (kif emendati)).

    (g) Assistenza għat-Tisħin fix-xitwa għat-Tfal (The Winter Heating Assistance for Children and Young People (l-Iskozja) Regulations 2020 (SSI 2020/352))

    (ii)    STATI MEMBRI

    L-AWSTRIJA

    L-Att Federali dwar l-allowance għall-kura fit-tul (Bundespflegegeldgesetz, BPGG), verżjoni oriġinali BGBl. Nru 110/1993, kif emendat: Pflegegeld (§1), Pflegekarenzgeld (§21c).

    IL-BELĠJU

    (a)L-Artikolu 93(8) u l-Kapitolu Vbis tal-Att dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja għall-Kura u l-Benefiċċji tal-Mard (Loi relative à l’assurance obligatoire soins de santé et indemnités/Wet betreffende de verplichte verzekering voor geneeskundige verzorging en uitkeringen), ikkoordinati fit-14 ta’ Lulju 1994.

    (b)L-Att tas-27 ta’ Frar 1987 dwar l-allowances għal persuni b’diżabilità (Loi relative aux allocations aux personnes handicapées/Wet betreffende de tegemoetkomingen aan gehandicapten).

    (c)Protezzjoni soċjali Fjamminga (Vlaamse sociale bescherming): Id-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga (Decreet houdende Vlaamse sociale bescherming/) u l-Ordnijiet tal-Gvern Fjamming tat-30 ta’ Novembru 2018.

    Titolu II Benefiċċji fi flus, id-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga (Decreet houdende Vlaamse sociale bescherming):

    l-Art. 4, 1° u 77 – 83, id-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga (Decreet van 18 mei 2018 houdende Vlaamse sociale bescherming) Baġit għall-kura ta’ persuni dipendenti b'mod sever;

    l-Art. 4, 2° u 84 – 90, id-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga (Decreet van 18 mei 2018 houdende Vlaamse sociale bescherming), Baġit għall-kura ta’ anzjani bi ħtieġa ta’ kura,

    l-Art. 4, 3° u 91 – 94, id-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga (Decreet van 18 mei 2018 houdende Vlaamse sociale bescherming), Baġit għal sostenn bażiku

    (d)    Id-Digriet tat-13 ta’ Diċembru 2018 dwar l-offerti lill-anzjani jew lill-persuni dipendenti kif ukoll dwar il-kura palljativa (Dekret über die Angebote für Senioren und Personen mit Unterstützungsbedarf sowie über die Palliativpflege)

    (e)    Id-Digriet tal-4 ta’ Ġunju 2007 dwar id-djar tal-kura psikjatrika (Dekret über die psychiatrischen Pflegewohnheime)

    (f)    Id-Digriet tal-Gvern tal-20 ta’ Ġunju 2017 dwar l-għajnuniet għall-mobilità (Erlass über die Mobilitätshilfen)

    (g)    Id-Digriet tat-13 ta’ Diċembru 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju tal-Komunità Ġermaniż għall-ħajja awtodeterminata (Dekret zur Schaffung einer Dienststelle der Deutschsprachigen Gemeinschaft für selbstbestimmtes Leben)

    (h)    L-Ordni Amministrattiv tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar l-allowance għall-assistenza lill-anzjani (Königliches Dekret vom 5. März 1990 über die Beihilfe für ältere Menschen)

    (i)    L-Ordni tal-21 ta’ Diċembru 2018 dwar il-korpi tal-assigurazzjoni tas-saħħa fi Brussell fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-assistenza lin-nies (Ordonnantie van 21 december 2018 betreffende de Brusselse verzekeringsinstellingen in het domein van de gezondheidszorg en de hulp aan personen/Ordonnance du 21 décembre 2018 relative aux organismes assureurs bruxellois dans le domaine des soins de santé et de l’aide aux personnes)

    (j)L-Artikolu 215 bis tad-Digriet Reġju tat-3 ta’ Lulju 1996 li jimplimenta l-liġi dwar l-assigurazzjoni obbligatorja għall-kura u l-benefiċċji tas-saħħa, ikkoordinat fl-14 ta’ Lulju 1994 (Artikel 215 bis Koninklijk Besluit van 3 juli 1996 tot uitvoering van de wet betreffende de verplichte verzekering voor geneeskundige verzorging en uitkeringen, gecoördineerd op 14 juli 1994/ Article 215 bis Arrêté royal du 3 juillet 1996 portant application de la loi sur l’assurance obligatoire des soins de santé et des prestations, coordonné le 14 juillet 1994)

    (k)L-Artikolu 12 tad-Digriet Reġju tat-20 ta’ Lulju 1971 dwar l-implimentazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-benefiċċji u assigurazzjoni tal-maternità għall-benefiċċju ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u tal-konjuġi li jassistu (Artikel 12 Koninklijk Besluit van 20 juli 1971 betreffende de uitvoering houdende instelling van een uitkeringsverzekering en een moederschapsverzekering ten voordele van de zelfstandigen en van de meewerkende echtgenoten/ Article 12 Arrêté royal du 20 juillet 1971 relatif à la mise en place de l’assurance de prévoyance et de l’assurance maternité au profit des indépendants et des conjoints aidants)

    (l)L-Art. 43/32 - 43/46 tal-Kodiċi ta’ Wallonia tal-Azzjoni Soċjali u tas-Saħħa: Allowance għall-Assistenza lill-Anzjani.

    (m)    L-Art. 799 tal-Kodiċi Regolatorju ta’ Wallonia għall-Azzjoni Soċjali u s-Saħħa: Baġit għall-Assistenza Personali

    (n)Id-Digriet tat-8 ta’ Frar 2018 dwar l-amministrazzjoni u l-ħlas tal-benefiċċji tal-familja;

    (o)Il-Liġi tad-19 ta’ Diċembru 1939 dwar l-allowances tal-familja (LGAF): Allowance tal-familja

    (p)L-Ordni tal-10 ta’ Diċembru 2020 dwar l-allowance għall-assistenza lill-anzjani (Ordonnantie van 10 december betreffende de tegemoetkoming voor hulp aan bejaarden/Ordonnance du 10 décembre 2020 relative à l’allocation pour l’aide aux personnes âgées)

    (q)    Id-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga (Decreet van 18 mei 2018 houdende Vlaamse sociale bescherming) u Ordnijiet tal-Gvern Fjamming tat-30 ta’ Novembru 2018:

    L-Art. 4, 4° u 140 - 153 tad-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga: il-finanzjament ta’ ċentri ta’ kura residenzjali

    L-Art. 4, 5° tad-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-organizzazzjoni tal-protezzjoni soċjali Fjamminga u l-Artikolu 54 - 72 tad-Digriet tas-6 ta’ Lulju 2018 dwar l-akkwist tas-setturi tad-djar tal-kura psikjatrika, inizjattivi ta’ akkomodazzjoni protetta, ftehimiet ta’ riabilitazzjoni, sptarijiet tar-riabilitazzjoni u timijiet multidixxiplinari ta’ konsulenza dwar il-kura palljativa fir-rigward tal-finanzjament ta’ djar tal-kura psikjatrika u inizjattivi ta’ għajxien protett (Decreet van 6 juli 2018 betreffende de overname van de sectoren psychiatrische verzorgingstehuizen, initiatieven van beschut wonen, revalidatieovereenkomsten, revalidatieziekenhuizen en multidisciplinaire begeleidingsequipes voor palliatieve verzorging voor wat betreft de financiering van de psychiatrische verzorgingstehuizen en de initiatieven van beschut wonen)

    l-Art. 4, 9° u 105 - 135 tad-Digriet tal-Parlament Fjamming tat-18 ta’ Mejju 2018 dwar l-għajnuniet għall-mobilità

    (r)    Id-Digriet tat-13 ta’ Diċembru 2018 dwar l-offerti għall-anzjani u għall-persuni li jeħtieġu sostenn u dwar il-kura palljativa (Dekret vom 13. Dezember 2018 über die Angebote für Senioren und Personen mit Unterstützungsbedarf sowie über die Palliativpflege)

    (s)    Id-Digriet tal-4 ta’ Ġunju 2007 dwar id-Djar tal-Kura Psikjatrika (Dekret über die psychiatrischen Pflegewohnheime)

    (t)    Id-Digriet tal-Gvern tal-20 ta’ Ġunju 2017 dwar l-għajnuniet għall-mobilità (Erlass über die Mobilitätshilfen)

    (u)    Id-Digriet tat-13 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi Uffiċċju tal-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż għal ħajja awtodeterminata (Dekret zur Schaffung einer Dienststelle der Deutschsprachigen Gemeinschaft für selbstbestimmtes Leben)

    (v)Id-Digriet Reġju tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar l-allowance għall-assistenza lill-anzjani (Königliches Dekret vom 5. März 1990 über die Beihilfe für ältere Menschen)

    (w)Id-Digriet tal-Gvern tad-19 ta’ Diċembru 2019 dwar ir-regolamentazzjoni tranżitorja tal-proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni jew kunsens minn qabel biex jiġu koperti l-ispejjeż jew jiġu kondiviżi l-ispejjeż ta’ riabilitazzjoni fit-tul barra mill-pajjiż (Erlass der Regierung zur übergangsweisen Regelung des Verfahrens zur Erlangung einer Vorabgeehmigung oder Zustimmung zwecks Kostenübernahme oder Kostenbeteiligung für eine Langzeitrehabilitation im Ausland)

    (x)L-Ordni tal-21 ta’ Diċembru 2018 dwar il-korpi tal-assigurazzjoni tas-saħħa fi Brussell fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-assistenza lin-nies (Ordonnantie van 21 december 2018 betreffende de Brusselse verzekeringsinstellingen in het domein van de gezondsheidszorg en de hulp aan personen/Ordonnance du 21 décembre 2018 relative aux organismes assureurs bruxellois dans le domaine des soins de santé et de l’aide aux personnes)

    (y)Il-Liġi Koordinata dwar l-Isptarijiet u Istituzzjonijiet Oħra tal-Kura tal-10 ta’ Lulju 2008:

    Il-benefiċċji pprovduti minn Djar tal-Kura Psikjatrika (MSP) u l-kura fid-djar tal-mistrieħ (MR) u fiċ-ċentri għall-kura matul il-jum (CSJ): l-Artikolu 170

    Is-servizzi pprovduti minn Inizjattivi ta’ Akkomodazzjoni Protetta (IHP): l-Artikolu 6

    (z)Il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja tal-Kura tas-Saħħa u ta’ Indennità, ikkoordinata fl-14 ta’ Lulju 1994:

    Il-benefiċċji pprovduti minn Djar tal-Kura Psikjatrika (MSP): l-Artikolu 34, 11e: il-benefiċċji pprovduti mill-MSP

    Il-kura fid-djar tal-mistrieħ (MR) u fiċ-ċentri għall-kura matul il-jum (CSJ): l-Artikoli 26, 34, 11° u 12°, 37, §12 u 69, §4

    Waqfien mit-tipjip: l-Artikolu 34, il-paragrafu 1, 24°, (jipprevedi li l-benefiċċji tas-saħħa jinkludu assistenza u assistenza b’mediċina għall-waqfien mit-tipjip)

    (aa)    Id-Digriet Reġju tat-18 ta’ Lulju 2001 li jistabbilixxi r-regoli li skonthom il-baġit tal-mezzi finanzjarji, il-kwota tal-jiem ta’ soġġorn u l-prezz għal kull jum ta’ soġġorn huma ddeterminati għal inizjattivi ta’ akkomodazzjoni protetta: Is-servizzi pprovduti minn Inizjattivi ta’ Akkomodazzjoni Protetta (IHP)

    (bb)    id-Digriet Reġju tal-31 ta’ Awwissu 2009 relatat mal-intervent tal-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa u tal-kumpens għall-assistenza fil-waqfien mit-tipjip.

    (cc)    Il-Kodiċi ta’ Wallonia tal-Azzjoni Soċjali u tas-Saħħa

    Il-benefiċċji pprovduti minn Djar tal-Kura Psikjatrika (MSP) u servizzi pprovduti minn Inizjattivi ta’ Akkomodazzjoni Protetta (IHP): l-Art. 43/7. [6°];

    Il-kura fid-djar tal-mistrieħ (MR) u fiċ-ċentri għall-kura matul il-jum (CSJ): l-Artikolu 43/7 [4°]

    Ċentri ta’ edukazzjoni mill-ġdid funzjonali: l-Art. 43/7, 3°: kura meħtieġa mill-kura ta’ validazzjoni mill-ġdid fit-tul imsemmija fil-ftehimiet ta’ validazzjoni mill-ġdid konklużi ma’ stabbiliment ta’ edukazzjoni mill-ġdid funzjonali prevista fl-Artikolu 43/2, paragrafu 1, 11 tal-Kodiċi ta’ Wallonia tal-Azzjoni Soċjali u tas-Saħħa.

    Stabbilimenti għall-akkoljenza u l-akkomodazzjoni tal-anzjani: l-Art. 334 sa 410.

    Stabbilimenti tal-kura: l-Art. 411 sa 418.

    Assoċjazzjonijiet tas-saħħa integrati: l-Art. 419 sa 433.

    Is-saħħa mentali: l-Art. 539 sa 624.

    Sostenn għall-familji u għall-anzjani: l-Art. 219-260.

    Waqfien mit-tipjip: l-Art. 43/7 [9°];

    Għajnuniet għall-mobilità: l-Artikolu 43/7. [1°]; L-Ordni tal-Gvern ta’ Wallonia tal-11 ta’ April 2019 li tistabbilixxi n-nomenklatura tal-benefiċċji u l-interventi msemmija fl-Artikolu 43/7, 1° tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u s-Saħħa u l-Artikolu 10/8 tal-Kodiċi Regolatorju ta’ Wallonia tal-Azzjoni Soċjali u s-Saħħa.

    Kura palljativa: l-Art. 491/4 u s.

    (jj)    Kodiċi Regolatorju ta’ Wallonia għall-Azzjoni Soċjali u s-Saħħa: l-Art. 726.

    Servizzi ta’ Soġġorn Qasir, Servizzi Residenzjali għall-Adulti (SRA), Servizzi ta’ Ljieli Residenzjali għall-Adulti (SRNA), Servizzi ta’ Akkomodazzjoni Sostnuti (SLS): l-Art. 1192 sa 1314.

    Servizzi ta’ Sostenn għal Attivitajiet tal-Ħajja ta’ Kuljum: l-Art. 726.

    Servizzi li jorganizzaw kura ta’ mistrieħ għall-persuni li jindukraw il-familja u għall-persuni b’diżabilità: l-Art. 831/1.

    Servizzi li jipprovdu sostenn fil-kura f’ambjent ta’ familja: l-Art. 477.

    Servizzi ta’ sostenn għall-adulti: l-Art. 552 §2.

    Servizzi ta’ sostenn bikri: l-Art. 552 §1.

    Servizzi ta’ sostenn għall-integrazzjoni: l-Art. 630.

    Servizzi li jipprovdu interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali: l-Art. 831/77.

    Assistenza individwali għall-integrazzjoni: l-Art. 784.

    Riabilitazzjoni funzjonali tal-persuni b’diżabilità: l-Art. 832.

    Servizzi ta’ akkoljenza speċjalizzati għaż-żgħażagħ, Servizzi Residenzjali għaż-Żgħażagħ (SRJ): l-Art. 1314/97 sa 1314/187.

    Servizzi ta’ kura matul il-jum għall-adulti (SAJA): l-Art. 1314/1 sa 1314/96.

    (ee)    Id-Digriet tad-9 ta’ Marzu 2017 dwar il-prezz tal-akkomodazzjoni u tal-finanzjament ta’ ċertu tagħmir għal servizzi mediċi tekniċi ħafna fl-isptarijiet: Infrastrutturi medikosoċjali

    (ff)    L-Ordni tal-Gvern ta’ Wallonia tal-15 ta’ Mejju 2008: Infrastrutturi medikosoċjali

    (gg)    Id-Digriet Reġju tal-14 ta’ Mejju 2003: Servizzi integrati tal-kura fid-dar

    (hh)    Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2018 bejn il-Komunità Fjamminga, ir-Reġjun ta’ Wallonia, il-Kummissjoni tal-Komunità Franċiża, il-Kummissjoni tal-Komunità Konġunta u l-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż dwar l-għajnuniet għall-mobilità (Samenwerkingsakkoord van 31 december 2018 tussen de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschapscommissie en de Gemeenschappelijke Gemeenschapscommissie betreffende de mobiliteitshulpmiddelen/ Accord de collaboration du 31 décembre 2018 entre la Communauté flamande, la Commission communautaire française et la Commission communautaire commune sur les aides à la mobilité)

    (ii)    Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2018 bejn il-Komunità Fjamminga, il-Kummissjoni tal-Komunità Franċiża u l-Kummissjoni tal-Komunità Konġunta dwar il-punt uniku ta’ kuntatt għall-għajnuniet għall-mobilità fir-reġjun bilingwi tal-Kapitali Brussell (Samenwerkingsakkoord van 31 december 2018 tussen de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschapscommissie en de Gemeenschappelijke Gemeenschapscommissie betreffende het uniek loket voor de mobiliteitshulpmiddelen in het tweetalige gebied Brussel-Hoofdstad/Accord de coopération du 31 décembre 2018 entre la Communauté flamande, la Commission communautaire française et la Commission communautaire commune relatif au guichet unique pour les aides à la mobilité dans la région bilingue de Bruxelles-Capitale)

    IL-BULGARIJA

    (a)    L-Artikolu 103 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (член 103 от Кодекса за социално осигуряване), titolu tal-1999, emendat fl-2003.

    (b)    Il-Liġi dwar l-Assistenza Soċjali (Закон за социално подпомагане), 1998.

    (c)    Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Assistenza Soċjali (Правилник за прилагане на Закона за социално подпомагане), 1998.

    (d)    L-Att dwar il-Persuni b’Diżabilità (Закон за хората с увреждания), 2019.

    (e)    L-Att dwar l-Assistenza Personali (Закон за личната помощ), 2019.

    (f)    Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Att dwar il-Persuni b’Diżabilità (Правилник за прилагане на Закона за интеграция на хората с увреждания), 2019.

    (g)    L-Ordinanza dwar l-għarfien espert mediku (Наредба за медицинската експертиза), 2017.

    IL-KROAZJA

    (a)    L-Att dwar l-Assistenza Soċjali (Zakon o socijalnoj skrbi, OG 157/13, 152/14, 99/15, 52/16, 16/17, 130/17, 98/19, 64/20 u 138/20):

    Benefiċċju minimu garantit (zajamčena minimalna naknada)

    Benefiċċju tal-akkomodazzjoni (naknada za troškove stanovanja)

    Dritt għall-ispejjeż tal-fjuwil (pravo na troškove ogrjeva)

    Assistenza għall-konsumaturi vulnerabbli tal-enerġija (naknada za ugroženog kupca energenata)

    Pagament ta’ għajnuna ta’ darba

    Allowance għall-ħtiġijiet personali għall-benefiċjarju tal-akkomodazzjoni (naknada za osobne potrebe korisnika smještaja)

    Kumpens rigward l-edukazzjoni (naknada u vezi s obrazovanjem)

    Allowance għal diżabilità personali (osobna invalidnina)

    Allowance għall-assistenza u għall-kura (doplatak za pomoć i njegu)

    Allowance għall-istatus ta’ ġenitur indokratur jew ta’ persuna indokratur (naknada za status roditelja njegovatelja ili njegovatelja)

    Allowances għal persuna li qed tfittex impjieg (naknada do zaposlenja).

    (b)    L-Att dwar il-Foster Care (Zakon o udomiteljstvu OG 115/18):

    Allowance għall-fostering (opskrbnina)

    Allowance għall-foster care (naknada za rad udomitelja).

    ĊIPRU

    (a)    Servizzi ta’ Assistenza Soċjali (Υπηρεσίες Κοινωνικής Ευημερίας):

    (b)    L-Introjtu Minimu Garantit u b’mod ġenerali r-Regolamenti u d-Digrieti dwar il-Benefiċċji Soċjali (Ħtiġijiet ta’ Emerġenza u Ħtiġijiet ta’ Kura) kif inhuma emendati jew sostitwiti. Il-Liġijiet dwar id-Djar għall-Anzjani u għall-Persuni b’Diżabilità (Οι περί Στεγών για Ηλικιωμένους και Αναπήρους Νόμοι) tal-1991 - 2011. [L. 222/91 and L. 65(I)/2011].

    (c)    Il-Liġijiet dwar iċ-Ċentri għall-Kura ta’ Matul il-Jum għall-Adulti (Οι περί Κέντρων Ενηλίκων Νόμοι)(L. 38(Ι)/1997 u L.64(Ι)/2011).

    (d)    Skema ta’ Għajnuna mill-Istat, skont ir-Regolament 360/2012 għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (de minimis) [Σχέδιο Κρατικών Ενισχύσεων ‘Ησσονος Σημασίας, βαση του Κανονισμού 360/2012 για την παροχή υπηρεσιών γενικού οικονομικού συμφέροντος].

    (e)    Servizz tal-Amministrazzjoni tal-Benefiċċji Soċjali (Υπηρεσία Διαχείρισης Επιδομάτων Πρόνοιας):

    (f)    L-Introjtu Minimu Garantit u b’mod ġenerali għal-Liġi tal-2014 dwar il-Benefiċċji Soċjali kif emendata jew sostitwita.

    (g)    L-Introjtu Minimu Garantit u b’mod ġenerali għar-Regolamenti u d-Digrieti dwar il-Benefiċċji Soċjali kif emendati jew sostitwiti.

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    Allowance għall-Kura skont l-Att. Nru 108/2006 dwar is-servizzi soċjali (Zákon o sociálních službách).

    ID-DANIMARKA

    (a)    Att ta’ Konsolidazzjoni dwar is-Servizz Soċjali (Lov om social service):

    Allowance għall-kura ta’ qraba li jixtiequ jmutu f’darhom stess (Vederlag til pasning af nærtstående, der ønsker at dø i eget hjem)

    Assistenza li tkopri l-qligħ mitluf għal persuni li jieħdu ħsieb wild taħt it-18-il sena d-dar b’insuffiċjenza sinifikanti u permanenti tal-funzjonament fiżiku jew mentali jew mard kroniku jew fit-tul invażiv (Hjælp til dækning af tabt arbejdsfortjeneste til personer, som passer et barn under 18 med betydelig og varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne eller indgribende kronisk eller langvarig lidelse i hjemmet)

    Kopertura ta’ spejjeż addizzjonali għat-tfal u għaż-żgħażagħ b’insuffiċjenza sinifikanti u permanenti tal-funzjonament fiżiku jew mentali jew marda intervjenenti kronika jew fit-tul (Dækning af merudgifter til børn og unge med betydelig og varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne eller indgribende kronisk eller langvarig lidelse)

    Għajnuna u kura personali, “testmenti tal-kura” u persuna ta’ kuntatt għall-adulti b’diżabilità fiżika jew mentali jew bi problemi soċjali speċjali (Personlig hjælp og pleje, “plejetestamenter” og kontaktperson for voksne med nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne eller med særlige sociale problemer)

    Għajnuniet, għajnuna fl-arredament intern għall-akkomodazzjoni għal persuni b’diżabilità fiżika jew mentali permanenti (Hjælpemidler, hjælp til indretning af bolig for personer med varigt nedsat fysisk eller psykisk funktionsevne)

    Il-kura fid-dar ta’ qarib b’diżabilità jew b’mard serju, inkluż dak inkurabbli (Pasning af nærtstående med handicap eller alvorlig, herunder uhelbredelig, lidelse i hjemmet)

    (b)    Att ta’ Konsolidazzjoni dwar is-Sussidju għall-Akkomodazzjoni (Lov om individuel boligstøtte)

    Sussidju għall-ispejjeż ta’ abitazzjoni f’kooperattivi ta’ akkomodazzjoni privata adatta għal persuni b’diżabilità fiżika severa (Støtte til udgifter til bolig i private andelsboligforeninger, der er egnet for stærkt bevægelseshæmmede)

    (c)    Att ta’ Konsolidazzjoni dwar l-Akkomodazzjoni Soċjali (Lov om almene boliger)

    L-aċċess għal persuni b’diżabilità għal tipi differenti ta’ akkomodazzjoni rregolati mill-Att (Adgang for handicappede til boligtyper omfattet af loven).

    L-ESTONJA

    (a)L-Att dwar l-Assistenza Soċjali (Sotsiaalhoolekande seadus) 2016.

    (b)L-Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għall-Persuni b’Diżabilità (Puuetega inimeste sotsiaaltoetuste seadus) 1999.

    FRANZA

    (a)    Suppliment għal parti terza (majoration pour tierce personne, MTP): L-Artikoli L. 341-4 u L. 355-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali (Code de la sécurité sociale).

    (b)    Benefiċċju supplimentari għal rikors lil parti terza (prestation complémentaire pour recours à tierce personne): L-Artikolu L. 434-2 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.

    (c)    Suppliment tal-edukazzjoni speċjali għal tfal b’diżabilità (complément d’allocation d’éducation de l’enfant handicapé): L-Artikolu L. 541-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.

    (d)    Allowance għal kumpens minħabba diżabilità (prestation de compensation du handicap, PCH): L-Artikoli L. 245-1 sa L. 245-14 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familja (Code de l’action sociale et des familles).

    (e)    Allowance għal telf tal-awtonomija (allocation personnalisée d’autonomie, APA): L-Artikoli L. 232-1 sa L. 232-28 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familja (Code de l’action sociale et des familles).

    IL-ĠERMANJA

    Benefiċċji għall-kura fit-tul skont il-Kapitolu 4 tal-Ktieb XI tal-Kodiċi Soċjali (Leistungen der Pflegeversicherung nach Kapitel 4 des Elften Buches Sozialgesetzbuch)

    IL-GREĊJA

    (a)    Il-Liġi Nru 1140/1981, kif emendata.

    (b)    Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 162/73 u d-Deċiżjoni Ministerjali Konġunta Nru Π4β/5814/1997.

    (c)    Id-Deċiżjoni Ministerjali Nru Π1γ/ΑΓΠ/οικ.14963 tad-9 ta’ Ottubru 2001.

    (d)    Il-Liġi Nru 4025/2011.

    (e)    Il-Liġi Nru 4109/2013.

    (f)    Il-Liġi Nru 4199/2013, l-Art. 127.

    (g)    Il-Liġi Nru 4368/2016, l-Art. 334.

    (h)    Il-Liġi Nru 4483/2017, l-Art. 153.

    (i)    Il-Liġi Nru 498/1-11-2018, l-Art. 28, 30 u 31, għar-“Regolament dwar il-Benefiċċji tas-Saħħa Unifikati” tal-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Fornituri tas-Servizzi tas-Saħħa (EOPYY).

    L-UNGERIJA

    Benefiċċji għall-kura fit-tul għal persuni li jipprovdu kura personali (l-Att III tal-1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Assistenza Soċjali ssupplimentat minn Digrieti tal-Gvern u Ministerjali).

    L-IRLANDA

    (a)L-Att tal-2009 dwar l-Iskema ta’ Sostenn għad-Djar tal-Kura (Nru 15 tal-2009).

    (b)Allowance għall-Kura Domiċiljarja (Att ta’ Konsolidazzjoni tal-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 8A).

    L-ITALJA

    (a)    Il-Liġi Nru 118 tat-30 ta’ Marzu 1971 dwar il-benefiċċji għall-invalidità liċ-ċittadini ċivili (Legge 30 Marzo 1971, n. 118 - Conversione in Legge del D.L. 30 gennaio 1971, n. 5 e nuove norme in favore dei mutilati ed invalidi civili).

    (b)    Il-Liġi Nru 18 tal-11 ta’ Frar 1980 dwar Allowance għal attendenza kostanti (Legge 11 Febbraio 1980, n. 18 - Indennità di accompagnamento agli invalidi civili totalmente inabili).

    (c)    Il-Liġi Nru 104 tal-5 ta’ Frar 1992, l-Artikolu 33 (il-Liġi qafas dwar id-diżabilità) (Legge 5 Febbraio 1992, n. 104 - Legge-quadro per l’assistenza, l’integrazione sociale e i diritti delle persone handicappate).

    (d)    Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 112 tal-31 ta’ Marzu 1998 dwar it-trasferiment ta’ kompiti leġiżlattivi u kompetenzi amministrattivi mill-Istat għar-Reġjuni u l-entitajiet lokali (Decreto Legislativo 31 Marzo 1998, n. 112 - Conferimento di funzioni e compiti amministrativi dello Stato alle regioni ed agli enti locali, in attuazione del capo I della Legge 15 Marzo 1997, n. 59).

    (e)    Il-Liġi Nru 183 tal-4 ta’ Novembru 2010, l-Artikolu 24, li timmodifika r-regoli dwar il-permessi għall-assistenza lil persuni b’diżabilità f’sitwazzjonijiet diffiċli (Legge n. 183 del 4 Novembre 2010, art. 24 - Modifiche alla disciplina in materia di permessi per l’assistenza a portatori di handicap in situazione di gravità).

    (f)    Il-Liġi Nru 147 tas-27 ta’ Diċembru 2013 li tinkludi dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u pluriennali tal-Istat – Liġi dwar l-Istabbiltà 2014 (Disposizioni per la formazione del bilancio annuale e pluriennale dello Stato - Legge di stabilità 2014).

    IL-LATVJA

    (a)    Il-Liġi dwar is-Servizzi Soċjali u l-Assistenza Soċjali (Sociālo pakalpojumu un sociālās palīdzības likums) 31/10/2002.

    (b)    Il-Liġi dwar it-Trattament Mediku (Ārstniecības likums) 12/06/1997.

    (c)    Il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Pazjenti (Pacientu tiesību likums) 30/12/2009.

    (d)    Ir-Regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri Nru 555 dwar l-Organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa u l-proċedura ta’ ħlas (Ministru kabineta 2018. gada 28.augusta noteikumi Nr.555 “Veselības aprūpes pakalpojumu organizēšanas un samaksas kārtība”) 28/08/2018.

    (e)    Ir-Regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri Nru 275 dwar il-Proċeduri għall-Ħlas tas-Servizzi tal-Kura Soċjali u r-Riabilitazzjoni Soċjali u l-Proċeduri biex Jiġu Koperti l-Ispejjeż tas-Servizz minn Baġit tal-Gvern Lokali (Ministru kabineta 2003.gada 27.maija noteikumi Nr.275 „Sociālās aprūpes un sociālās rehabilitācijas pakalpojumu samaksas kārtība un kārtība, kādā pakalpojuma izmaksas tiek segtas no pašvaldības budžeta”) 27/05/2003.

    (f)    Ir-Regolamenti tal-Kabinett tal-Ministri Nru 138 dwar ir-Riċeviment tas-Servizzi Soċjali u l-Assistenza Soċjali (Ministru kabineta 2019.gada 2.aprīļa noteikumi Nr 138 “Noteiku mi par sociālo pakalpojumu un sociālās palīdzības saņemšanu”) 02/04/2019.

    (g) Il-Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali tal-Istat - allowance għal persuna b’diżabilità li teħtieġ kura (Valsts sociālo pabalstu likums) 01/01/2003.

    IL-LITWANJA

    (a)    Il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja tad-29 ta’ Ġunju 2016 dwar il-Kumpensi fil-Mira Nru XII-2507 (Lietuvos Respublikos tikslinių kompensacijų įstatymas).

    (b)    Il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja tal-21 ta’ Mejju 1996 dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa Nru I-1343 (Lietuvos Respublikos sveikatos draudimo įstatymas).

    (c)    Il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja tad-19 ta’ Lulju 1994 dwar is-Sistema tas-Saħħa Nru I-552 (Lietuvos Respublikos sveikatos sistemos įstatymas).

    (d)    Il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja tas-6 ta’ Ġunju 1996 dwar l-Istituzzjonijiet tal-Kura tas-Saħħa Nru I-1367 (Lietuvos Respublikos sveikatos priežiūros įstaigų įstatymas).

    IL-LUSSEMBURGU

    Benefiċċji soġġetti għal assigurazzjoni għall-kura fit-tul skont il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, Ktieb V - Assigurazzjoni għall-kura fit-tul, jiġifieri:

    Kura u sostenn għat-twettiq ta’ attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum

    Attivitajiet għas-sostenn tal-indipendenza u tal-awtonomija

    Attivitajiet għal superviżjoni individwali, superviżjoni ta’ grupp u superviżjoni ta’ matul il-lejl

    Attivitajiet ta’ taħriġ għall-indokraturi

    Attivitajiet ta’ assistenza fix-xogħol tad-dar

    Attivitajiet ta’ sostenn f’faċilità ta’ kura fit-tul

    Allowance ta’ somma f’daqqa għall-prodotti ta’ inkontinenza

    Teknoloġija ta’ assistenza u taħriġ fit-teknoloġija ta’ assistenza

    Adattamenti fid-djar

    Benefiċċju fi flus ta’ somma f’daqqa fis-sostituzzjoni tal-benefiċċji in natura għall-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum u għall-attivitajiet ta’ assistenza fix-xogħol tad-dar ipprovduti mill-indokratur f’konformità mas-sommarju tal-kura u tal-assistenza

    Kopertura tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-indokratur

    Benefiċċji fi flus ta’ somma f’daqqa għal ċertu mard

    MALTA

    (a)    Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318).

    (b)    Leġiżlazzjoni Sussidjarja 318.19: Ir-Regolamenti dwar it-Trasferiment ta’ Fondi għal Hostels Statali Indikati.

    (c)    Leġiżlazzjoni Sussidjarja 318.17: Ir-Regolamenti dwar it-Trasferiment ta’ Fondi għal Sodod Iffinanzjati mill-Gvern.

    (d)    Leġiżlazzjoni Sussidjarja 318.13: Ir-Regolamenti dwar Rati għal Servizzi Residenzjali Ffinanzjati mill-Istat.

    (e)    Allowance għal Carer – l-Artikolu 68(1)a tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

    (f)    Allowance Miżjuda għal Carer – l-Artikolu 68(1)b tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

    IN-NETHERLANDS

    L-Att dwar il-kura fit-tul (Wet langdurige zorg (WLZ)), il-Liġi tat-3 ta’ Diċembru 2014.

    IL-POLONJA

    (a)Allowance għall-Kura Medika (zasiłek pielęgnacyjny), Allowance għall-Attendenza Speċjali (specjalny zasiłek opiekuńczy), Benefiċċju tal-Kura (świadczenie pielęgnacyjne), l-Att tat-28 ta’ Novembru 2003 dwar il-Benefiċċji tal-Familja (Ustawa o świadczeniach rodzinnych)

    (b)Allowance għall-Indokratur (zasiłek dla opiekuna), l-Att tal-4 ta’ April 2014 dwar id-Determinazzjoni u l-Pagamenti tal-Allowances għall-Indokraturi (Ustawa o ustalaniu i wypłacaniu zasiłków dla opiekunów).

    IL-PORTUGALL

    Assigurazzjoni soċjali u garanzija ta’ riżorsi suffiċjenti:

    (a)    Suppliment ta’ Dipendenza: Id-Digriet Liġi Nru 265/99 tal-14 ta’ Lulju 1999, emendat (complemento por dependência).

    (b)    Suppliment ta’ Dipendenza skont is-sistema ta’ protezzjoni speċjali f’każ ta’ diżabilità: l-Att Nru 90/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009, ippubblikat mill-ġdid f’verżjoni konsolidata mid-Digriet Liġi Nru 246/2015 tal-20 ta’ Ottubru 2015, emendat (regime especial de proteção na invalidez).

    Sistema tas-sigurtà soċjali u Servizz Nazzjonali tas-Saħħa:

    (c)    Network nazzjonali għall-kura kontinwa integrata: Id-Digriet Liġi Nru 101/06 tas-6 ta’ Ġunju 2006, ippubblikat mill-ġdid f’verżjoni konsolidata mid-Digriet Liġi Nru 136/2015 tat-28 ta’ Lulju 2015 (rede de cuidados continuados integrados).

    (d)    Kura kontinwa integrata fis-saħħa mentali: id-Digriet Liġi Nru 8/2010 tat-28 ta’ Jannar 2010, emendat u ppubblikat mill-ġdid mid-Digriet Liġi Nru 22/2011 tal-10 ta’ Frar 2011 dwar il-ħolqien ta’ unitajiet u timijiet għal kura kontinwa integrata fis-saħħa mentali (unidades e equipas de cuidados continuados integrados de saúde mental).

    (e)    Kura Pedjatrika (Network Nazzjonali għall-Kura Kontinwa Integrata): id-Digriet Nru 343/2015 tat-12 ta’ Ottubru 2015 dwar l-istandards li jirregolaw il-kura pedjatrika fl-isptar u dik ambulatorja fi ħdan il-qafas tan-network nazzjonali għall-kura kontinwa integrata (condições de instalação e funcionamento das unidades de internamento de cuidados integrados e de ambulatório pediátricas da Rede Nacional de Cuidados Continuados Integrados).

    (f)    Persuna li Tindokra fuq Bażi Informali (allowance): l-Att Nru 100/2019 tas-6 ta’ Settembru dwar l-istatus ta’ persuna li tindokra fuq bażi informali (Estatuto do cuidador informal).

    IR-RUMANIJA

    (a)    Il-Liġi Nru 448/2006 mis-6 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, b’emendi u finalizzazzjonijiet sussegwenti:

    L-indennizzi mogħtija lil persuni b’diżabilità, jiġifieri l-baġit personali komplementari ta’ kull xahar għall-adulti u għat-tfal b’diżabilità u l-indennizz ta’ kull xahar għall-adulti b’diżabilità, previsti mill-Artikolu 58(4) tal-Liġi Nru 448/2006 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, b’emendi u tlestijiet sussegwenti;

    L-indennizz ta’ akkumpanjament previst fl-Artikolu 42(4) u mill-Artikolu 43 tal-Liġi Nru 448/2006 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, b’emendi u tlestijiet sussegwenti;

    L-indennizz ta’ akkumpanjament għall-adult b’diżabilità viżiva severa, previst fl-Artikolu 42(1) u fl-Artikolu 58(3) tal-Liġi Nru 448/2006 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, b’emendi u tlestijiet sussegwenti; L-allowance tal-ikel ta’ kull xahar mogħti lil tfal b’diżabilità minħabba l-HIV/AIDS, previst fl-Artikolu 58(2) tal-Liġi Nru 448/2006 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, b’emendi u tlestijiet sussegwenti;

    (b)    Il-Liġi Nru 584/2002 dwar miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda tal-AIDS fir-Rumanija u għall-protezzjoni tal-persuni infettati bl-HIV jew bl-AIDS, b’emendi u tlestijiet sussegwenti

    L-indennizz tal-ikel ta’ kull xahar mogħti skont il-Liġi Nru 584/2002 dwar il-miżuri għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda tal-AIDS fir-Rumanija u għall-protezzjoni tal-persuni infettati bl-HIV jew bl-AIDS

    IS-SLOVENJA

    L-ebda liġi speċifika relatata mal-kura fit-tul.

    Il-benefiċċji għall-kura fit-tul huma inklużi fl-atti li ġejjin:

    (a)    L-Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabilità (Zakon o pokojninskem in invalidskem zavarovanju) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 96/2012, u l-emendi sussegwenti).

    (b)    L-Att dwar l-Assistenza Soċjali Finanzjarja (Zakon o socialno vartsvenih prejemkih) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 61/2010, u l-emendi sussegwenti).

    (c)    L-Att dwar l-Eżerċizzju tad-Drittijiet għall-Fondi Pubbliċi (Zakon o uveljavljanju pravic iz javnih sredstev) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 62/2010, u l-emendi sussegwenti).

    (d)    L-Att dwar il-Protezzjoni Soċjali (Zakon o socialnem varstvu) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 3/2004 – test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti).

    (e)    L-Att dwar il-Kura tal-Ġenituri u l-Benefiċċji tal-Familja (Zakon o starševskem varstvu in družinskih prejemkih) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 110/2006 – test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti).

    (f)    L-Att dwar il-Persuni b’Diżabilità Mentali u Fiżika (Zakon o družbenem varstvu duševno in telesno prizadetih oseb) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 41/83, u l-emendi sussegwenti).

    (g)    L-Att dwar il-Kura tas-Saħħa u l-Assigurazzjoni tas-Saħħa (Zakon o zdravstvenem varstvu in zdravstvenem zavarovanju) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 72/2006 – test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti).

    (h)    L-Att dwar l-Veterani tal-Gwerra (Zakon o vojnih veteranih) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 59/06 – test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti)

    (i)    L-Att dwar id-Diżabilità Minħabba Gwerra (Zakon o vojnih invalidih) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 63/59 – test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti)

    (j)    L-Att dwar il-Bilanċ Fiskali (Zakon za uravnoteženje javnih finance (ZUJF)) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 40/2012, u l-emendi sussegwenti).

    (k)    L-Att li Jirregola l-Aġġustamenti tat-Trasferimenti lill-Individwi u lill-Unitajiet Domestiċi fir-Repubblika tas-Slovenja (Zakon o usklajevanju transferjev posameznikom in gospodinjstvom v Republiki Sloveniji) (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru 114/2006 – test konsolidat uffiċjali, u l-emendi sussegwenti).

    SPANJA

    (a)Il-Liġi Nru 39/2006 dwar il-Promozzjoni tal-Awtonomija Personali u l-Assistenza lill-persuni f’sitwazzjonijiet ta’ dipendenza tal-14 ta’ Diċembru 2006, kif emendata.

    (b)L-Ordni Ministerjali tal-15 ta’ April 1969.

    (c)Id-Digriet Reġju Nru 1300/95 tal-21 ta’ Lulju 1995, kif emendat.

    (d)Id-Digriet Reġju Nru 1647/97 tal-31 ta’ Ottubru 1997, kif emendat.

    L-IŻVEZJA

    (a)Allowance għall-kura (il-Kapitolu 22 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110])

    (b)Allowance għall-ispejjeż żejda (il-Kapitolu 50 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110])

    (c)Allowance għall-assistenza (il-Kapitolu 51 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110])

    (d)Allowance għall-karozza (il-Kapitolu 52 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110])

    PARTI 3

    PAGAMENTI LI HUMA MARBUTA MA’ FERGĦA TAS-SIGURTÀ SOĊJALI
    ELENKATI FL-ARTIKOLU SSC.3(1) TA’ DAN IL-PROTOKOLL

    U LI JSIRU SABIEX JITĦALLSU L-ISPEJJEŻ GĦAT-TISĦIN F’TEMP KIESAĦ

    (Il-punt (f) tal-Artikolu SSC.3(4) ta’ dan il-Protokoll)

    (i)    IR-RENJU UNIT

    (a) Allowance għall-Fjuwil tax-xitwa (Social Security Contributions and Benefits Act 1992, Social Fund Winter Fuel Payment Regulations 2000, Social Security Contributions and Benefits (l-Irlanda ta’ Fuq) Act 1992 u Social Fund Winter Fuel Payment Regulations (l-Irlanda ta’ Fuq) 2000).

    (ii)    STATI MEMBRI

    ID-DANIMARKA

    (a)    L-Att dwar il-pensjonijiet soċjali u tal-istat, LBK Nru 983 tat-23 ta’ Settembru 2019

    (b)    Ir-Regolamenti dwar il-pensjonijiet soċjali u tal-istat, BEK Nru 1602 tas-27 ta' Diċembru 2019.

    ANNESS SSC-3

    AKTAR DRITTIJIET GĦAL PENSJONANTI LI JMORRU LURA LEJN L-ISTAT KOMPETENTI

    (L-Artikolu SSC.25(2) ta’ dan il-Protokoll)

    L-AWSTRIJA

    IL-BELĠJU

    IL-BULGARIJA

    ĊIPRU

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    FRANZA

    IL-ĠERMANJA

    IL-GREĊJA

    L-UNGERIJA

    IL-LATVJA

    IL-LITWANJA

    IL-LUSSEMBURGU

    IN-NETHERLANDS

    IL-POLONJA

    IL-PORTUGALL

    IR-RUMANIJA

    IS-SLOVENJA

    SPANJA

    L-IŻVEZJA

    ANNESS SSC-4

    IL-KAŻIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RINUNZJAT JEW
    MA GĦANDUX JAPPLIKA

    (L-Artikolu SSC.47(4) u (5) ta’ dan il-Protokoll)

    PARTI 1

    IL-KAŻIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA GĦANDU JIĠI RINUNZJAT
    SKONT L-ARTIKOLU SSC.47(4)

    L-AWSTRIJA

    (a)    L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji skont l-Att Federali tad-9 ta’ Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali – ASVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ – GSVG, l-Att Federali tal-11 ta’ Ottubru 1978 dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa li jaħdmu għal rashom – BSVG u l-Att Federali tat-30 ta’ Novembru 1978 dwar l-assigurazzjoni għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-professjonijiet liberi (FSVG);

    (b)    L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tas-superstiti bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004, minbarra l-każijiet fil-Parti 2;

    (c)    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba (Landesärztekammer) ibbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika);

    (d)    L-applikazzjonijiet kollha għal sostenn għas-superstiti mill-fond ta’ pensjoni tal-Kamra Awstrijaka tal-Kirurgi Veterinarji;

    (e)    L-applikazzjonijiet kollha għal benefiċċji minn pensjonijiet tar-romol u tal-iltiema f'konformità mal-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali tal-kmamar tal-avukati Awstrijaka, Parti A;

    (f)    L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Notarili tat-3 ta’ Frar 1972 – NVG 1972.

    ĊIPRU

    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija u tar-romol.

    ID-DANIMARKA

    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet imsemmija fil-liġi dwar il-pensjonijiet soċjali, minbarra l-pensjonijiet imsemmija fl-Anness SSC-5 ta’ dan il-Protokoll.

    L-IRLANDA

    L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-Istat (kontributorja), għall-pensjoni tar-romol u tas-sħab reġistrati superstiti (kontributorja).

    IL-LATVJA

    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996; il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta’ Lulju 2001).

    IL-LITWANJA

    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tas-superstiti tas-sigurtà soċjali tal-Istat ikkalkulati abbażi tal-ammont bażiku tal-pensjoni tas-superstiti (il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Istat).

    IN-NETHERLANDS

    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija skont il-liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali tax-xjuħija (AOW).

    IL-POLONJA

    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet tax-xjuħija skont l-iskema ta’ benefiċċji definita u l-pensjonijiet tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perjodi totali ta’ assigurazzjoni kkompletati skont il-leġiżlazzjoni ta’ aktar minn pajjiż wieħed, huma ugwali jew itwal minn 20 sena għan-nisa u 25 sena għall-irġiel iżda l-perjodi nazzjonali tal-assigurazzjoni huma inqas minn dawn il-limiti (u mhux inqas minn 15-il sena għan-nisa u 20 sena għall-irġiel), u l-kalkolu huwa magħmul skont l-Artikoli 27 u 28 tal-Att tas-17 ta’ Diċembru 1998 (ĠU 2015, partita 748).

    IL-PORTUGALL

    L-applikazzjonijiet kollha għal talbiet ta’ pensjoni tax-xjuħija u tas-superstiti, minbarra l-każijiet fejn il-perjodi totali ta’ assigurazzjoni magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta’ aktar minn pajjiż wieħed huma ugwali għal 21 sena kalendarja jew itwal, iżda l-perjodi nazzjonali ta’ assigurazzjoni huma ugwali għal 20 sena jew inqas, u l-kalkolu huwa magħmul skont l-Artikoli 32 u 33 tad-Digriet Liġi Nru 187/2007 tal-10 ta’ Mejju 2007, kif emendat.

    IS-SLOVAKKJA

    (a)    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni tas-superstiti (il-pensjoni tar-romol u tal-iltiema) ikkalkulata skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 2004, li l-ammont tagħha jkun ġej minn pensjoni li qabel tħallset lill-persuna mejta;

    (b)    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjonijiet ikkalkulati skont l-Att Nru 461/2003 Coll. dwar is-sigurtà soċjali, kif emendat.

    L-IŻVEZJA

    (a)    L-applikazzjonijiet għal pensjoni tax-xjuħija fil-forma ta’ pensjoni garantita għal persuni li twieldu fl-1937 jew qabel (il-Kapitolu 66 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]).

    (b)    L-applikazzjonijiet għal pensjoni tax-xjuħija fil-forma ta’ pensjoni supplimentarja (il-Kapitolu 63 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]).

    IR-RENJU UNIT

    L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tal-irtirar, il-pensjoni tal-istat skont il-Parti 1 tal-Att dwar il-Pensjonijiet tal-2014, il-benefiċċji tar-romol u tal-mewt, ħlief dawk li għalihom is-sena tat-taxxa tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara:

    (i)il-parti kkonċernata tkun lestiet perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit u Stat Membru; u sena tat-taxxa waħda (jew aktar) ma tqisitx bħala sena li tikkwalifika skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit;

    (ii)il-perjodi ta’ assigurazzjoni li tlestew skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit għall-perjodi qabel il-5 ta’ Lulju 1948 jitqiesu għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll bl-applikazzjoni tal-perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru.

    L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skont l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992, Taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1992, Taqsima 44.

    PARTI 2

    IL-KAŻIJIET LI FIHOM JAPPLIKA L-ARTIKOLU SSC.47(5)

    L-AWSTRIJA

    (a)    Il-pensjonijiet tax-xjuħija u l-pensjoni tas-superstiti li ġejjin minnhom huma bbażati fuq kont tal-pensjoni skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Ġenerali (APG) tat-18 ta’ Novembru 2004;

    (b)    Allowances obbligatorji skont l-Artikolu 41 tal-Liġi Federali tat-28 ta’ Diċembru 2001, BGBl I Nru 154 dwar il-fond ġenerali tas-salarji tal-ispizjara Awstrijaċi (Pharmazeutische Gehaltskasse für Österreich);

    (c)    Pensjonijiet ta’ rtirar u ta’ rtirar kmieni mix-xogħol tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizzi bażiċi (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika), u l-benefiċċji ta’ pensjonijiet kollha tal-Kamra Provinċjali Awstrijaka tat-Tobba bbażati fuq servizz addizzjonali (pensjoni addizzjonali jew individwali);

    (d)    Sostenn tax-xjuħija mill-fond ta’ pensjoni tal-Kamra Awstrijaka tal-Kirurgi Veterinarji;

    (e)    Benefiċċji skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali tal-kmamar tal-avukati Awstrijaka, Partijiet A u B, minbarra l-applikazzjonijiet għal benefiċċji minn pensjonijiet tar-romol u tal-iltiema skont l-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali tal-assoċjazzjonijiet tal-avukatura Awstrijaka, Parti A;

    (f)    Benefiċċji mill-istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali tal-Kamra Federali tal-Periti u l-Inġiniera Konsulenti skont l-Att tal-Kamra tal-Inġiniera Ċivili Awstrijaka (Ziviltechnikerkammergesetz) tal-1993 u l-istatuti tal-istituzzjonijiet tal-assistenza soċjali, minbarra l-benefiċċji tas-superstiti li ġejjin mill-benefiċċji msemmija l-aħħar;

    (g)    Benefiċċji skont l-istatut tal-istituzzjoni tal-assistenza soċjali tal-Kamra Federali tal-Kontabilisti u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali skont l-Att dwar il-Kontabilisti u l-Konsulenti tat-Taxxa Professjonali Awstrijaki (Wirtschaftstreuhandberufsgesetz).

    IL-BULGARIJA

    Pensjonijiet tax-xjuħija mill-Assigurazzjoni tal-Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, skont il-Parti II, it-Titolu II, tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

    IL-KROAZJA

    Pensjonijiet mill-iskema tal-assigurazzjoni obbligatorja bbażati fuq tfaddil kapitalizzat individwali skont l-Att dwar il-Fondi tal-Pensjonijiet Volontarji u Obbligatorji (ĠU 49/99, kif emendat) u l-Att dwar il-Kumpaniji ta’ Assigurazzjoni tal-Pensjoni u l-Ħlas tal-Pensjonijiet Ibbażat fuq Tfaddil Kapitalizzat Individwali (ĠU 106/99, kif emendat), ħlief fil-każijiet previsti mill-Artikoli 47 u 48 tal-Att dwar il-Fondi tal-Pensjonijiet Volontarji u Obbligatorji u l-pensjoni tas-superstiti).

    ID-DANIMARKA

    (a)    Pensjonijiet personali;

    (b)    Benefiċċji f’każ ta’ mewt (akkumulati abbażi ta’ kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbuta maż-żmien qabel l-1 ta’ Jannar 2002);

    (c)    Benefiċċji f’każ ta’ mewt (akkumulati abbażi ta’ kontribuzzjonijiet lill-Arbejdsmarkedets Tillægspension marbuta maż-żmien qabel l-1 ta’ Jannar 2002) imsemmija fl-Att Konsolidat dwar il-Pensjoni Supplimentari tas-Suq tax-Xogħol (Arbejdsmarkedets Tillægspension) 942:2009.

    L-ESTONJA

    Skema tal-pensjonijiet tax-xjuħija b’finanzjament obbligatorju.

    FRANZA

    Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji tax-xjuħija huma kkalkulati abbażi ta’ punti tal-irtirar.

    L-UNGERIJA

    Benefiċċji tal-pensjonijiet ibbażati fuq is-sħubija f’fondi ta’ pensjonijiet privati.

    IL-LATVJA

    Pensjonijiet tax-xjuħija (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996; il-Liġi dwar il-pensjonijiet iffinanzjati mill-Istat tal-1 ta’ Lulju 2001).

    IL-POLONJA

    Pensjonijiet tax-xjuħija skont l-iskema tal-kontribuzzjoni definita.

    IL-PORTUGALL

    Pensjonijiet supplimentari mogħtija skont il-Liġi-Digriet Nru 26/2008 tat-22 ta’ Frar 2008, emendat (skema tal-kapitalizzazzjoni pubblika).

    IS-SLOVAKKJA

    Tfaddil obbligatorju għall-pensjoni tax-xjuħija.

    IS-SLOVENJA

    Pensjoni minn assigurazzjoni ta’ pensjoni supplimentari obbligatorja.

    L-IŻVEZJA

    Il-pensjoni tal-irtirar fil-forma ta’ pensjoni bħala introjtu u pensjoni premium (il-Kapitoli 62 u 64 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]).

    IR-RENJU UNIT

    Benefiċċji tal-irtirar gradwati mħallsa skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1966, it-taqsimiet 35 u 36.

    ANNESS SSC-5

    BENEFIĊĊJI U FTEHIMIET LI JIPPERMETTU
    L-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU SSC.49

    I.    Benefiċċji msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu SSC.49(2) ta’ dan il-Protokoll, li l-ammont tagħhom huwa indipendenti mit-tul tal-perjodi ta’ assigurazzjoni jew residenza magħmula

    ID-DANIMARKA

    Il-pensjoni tax-xjuħija nazzjonali Daniża sħiħa li tinkiseb wara 10 snin residenza minn persuni li jkunu ngħataw pensjoni sal-1 ta’ Ottubru 1989

    IL-FINLANDJA

    Pensjonijiet nazzjonali u pensjonijiet tal-konjuġi ddeterminati skont ir-regoli tranżizzjonali u mogħtija qabel l-1 ta’ Jannar 1994 (l-Att dwar l-Infurzar tal-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007)

    L-ammont addizzjonali tal-pensjoni tat-tfal meta jiġi kkalkulat benefiċċju indipendenti skont l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007)

    FRANZA

    Pensjoni tal-invalidità għar-romol skont is-sistema ġenerali tas-sigurtà soċjali jew skont l-iskema għall-ħaddiema agrikoli fejn din tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-pensjoni tal-invalidità li kien jirċievi l-konjuġi mejjet stabbilita f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu SSC.47(1).

    IL-GREĊJA

    Benefiċċji skont il-Liġi Nru 4169/1961 dwar l-iskema ta’ assigurazzjoni agrikola (OGA)

    IN-NETHERLANDS

    L-Att Ġenerali tal-Qraba Superstiti tal-21 ta’ Diċembru 1995 (ANW)

    Ix-Xogħol u l-Introjtu skont l-Att tal-Kapaċità tax-Xogħol tal-10 ta’ Novembru 2005 (WIA)

    SPANJA

    Pensjonijiet tas-superstiti mogħtija skont l-iskemi ġenerali u speċjali, minbarra l-Iskema Speċjali għall-Impjegati maċ-Ċivil

    L-IŻVEZJA

    (a)    Il-kumpens għall-mard relatat mal-introjtu u l-kumpens għall-attività relatat mal-introjtu (il-Kapitolu 34 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]).

    (b)    Il-pensjoni garantita u l-kumpens garantit li ssostitwew il-pensjoni sħiħa tal-Istat mogħtija skont il-leġiżlazzjoni dwar il-pensjoni tal-Istat li kienet tapplika qabel l-1 ta’ Jannar 1993, u l-pensjoni sħiħa tal-Istat mogħtija skont ir-regoli tranżizzjonali tal-leġiżlazzjoni li bdew japplikaw minn dik id-data

    II.    Benefiċċji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu SSC.49(2) ta’ dan il-Protokoll, li l-ammont tagħhom ikun iddeterminat permezz ta’ referenza għal perjodu kkreditat li jitqies bħala magħmul bejn il-jum li fih immaterjalizza ruħu r-riskju u data iktar tard

    IL-FINLANDJA

    Pensjonijiet tal-impjieg li fir-rigward tagħhom ikunu ikkunsidrati perjodi fil-futur skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

    IL-ĠERMANJA

    Pensjonijiet tas-superstiti, li fir-rigward tagħhom ikun ikkunsidrat perjodu supplimentari

    Pensjonijiet tax-xjuħija, li fir-rigward tagħhom ikun ikkunsidrat perjodu supplimentari li jkun diġà nkiseb

    L-ITALJA

    Pensjonijiet Taljani għall-inkapaċità totali biex wieħed jaħdem (inabilità)

    IL-LATVJA

    Pensjoni tas-superstiti kkalkulata abbażi ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni preżunti (l-Artikolu 23(8) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Istat tal-1 ta’ Jannar 1996)

    IL-LITWANJA

    (a)    Pensjonijiet ta’ inkapaċità għax-xogħol tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat, imħallsa skont il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat

    (b)    Pensjonijiet tas-superstiti u tal-iltiema tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat, ikkalkulati abbażi tal-pensjoni ta’ inkapaċità għax-xogħol tal-persuna mejta skont il-Liġi dwar il-Pensjonijiet tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Istat

    IL-LUSSEMBURGU

    Pensjonijiet tas-superstiti

    IS-SLOVAKKJA

    Pensjoni Slovakka tas-superstiti li ġejja mill-pensjoni tal-invalidità.

    SPANJA

    Il-pensjonijiet għall-irtirar skont l-Iskema Speċjali għall-Impjegati maċ-Ċivil li għandhom jingħataw skont it-Titolu I tat-test konsolidat tal-Liġi dwar il-Pensjonanti tal-Istat jekk fiż-żmien tal-materjalizzazzjoni tar-riskju il-benefiċjarju kien impjegat taċ-ċivil attiv jew ittrattat bħala tali; pensjonijiet f’każ ta’ mewt u tas-superstiti (tar-romol, tal-orfni u tal-ġenituri) li għandhom jingħataw skont it-Titolu I tat-test konsolidat tal-Liġi dwar il-Pensjonanti tal-Istat jekk fiż-żmien tal-mewt l-impjegat taċ-ċivil kien attiv jew ittrattat bħala tali

    L-IŻVEZJA

    (a)    Kumpens għall-mard u kumpens għall-attività fil-forma ta’ kumpens garantit (il-Kapitolu 35 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]).

    (b)    Pensjoni tas-superstiti kkalkulata abbażi ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni kkreditati (il-Kapitoli 76-85 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]).

    III.    Il-Ftehimiet imsemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.49(2) ta’ dan il-Protokoll maħsuba biex jevitaw sitwazzjoni fejn l-istess perjodu jiġi kkunsidrat darbtejn jew aktar:

    Il-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tat-28 ta’ April 1997 bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Il-Ftehim dwar is-Sigurtà Soċjali tal-10 ta’ Novembru 2000 bejn ir-Repubblika tal-Finlandja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu

    Il-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-12 ta’ Ġunju 2012.

    ANNESS SSC-6

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GHALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI
    TAL-ISTATI MEMBRI U TAR-RENJU UNIT

    (L-Artikolu SSC.3(2), l-Artikolu SSC.51(1) u l-Artikolu SSC.66)

    L-AWSTRIJA

    1.    Sabiex jinkisbu perjodi fl-assigurazzjoni għall-pensjoni, l-attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv komparabbli fi Stat ieħor għandha titqies bħala ekwivalenti għal attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv skont l-Artikoli 227(1)(1) u 228(1)(3) tal-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG) (l-Att Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali), l-Artikolu 116(7) tal-Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG) (l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni Soċjali għall-Persuni li jaħdmu fin-Negozju u l-Kummerċ) u l-Artikolu 107(7) tal-Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG) (l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Bdiewa), meta l-persuna kkonċernata kienet soġġetta f’xi żmien għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka minħabba li wettqet attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u li l-kontribuzzjonijiet speċjali previsti skont l-Artikolu 227(3) tal-ASVG, l-Artikolu 116(9) tal-GSVG u l-Artikolu 107(9) tal-BSGV għax-xiri ta’ tali perjodi ta’ edukazzjoni, ikunu mħallsa.

    2.    Għall-kalkolu tal-benefiċċju pro rata msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll, ma għandhomx jitqiesu ż-żidiet speċjali fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari għall-ħaddiema fil-minjieri skont il-leġiżlazzjoni Awstrijaka. F’dawn il-każijiet, il-benefiċċju pro rata kkalkulat mingħajr dawk il-kontribuzzjonijiet għandu, jekk xieraq, jiżdied b’żidiet speċjali mhux imnaqqsa għall-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari għall-ħaddiema fil-minjieri.

    3.    Fejn skont l-Artikolu SSC.7 ta’ dan il-Protokoll, ikunu tlestew perjodi ta’ sostituzzjoni skont skema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni Awstrijaka, iżda dawn ma jistgħux jiffurmaw bażi għall-kalkolu skont l-Artikoli 238 u 239 tal-ASVG, l-Artikoli 122 u 123 tal-GSVG u l-Artikoli 113 u 114 tal-BSVG, għandha tintuża l-bażi tal-kalkolu għall-perjodi ta’ kura tat-tfal skont l-Artikolu 239 tal-ASVG, l-Artikolu 123 tal-GSVG u l-Artikolu 114 tal-BSVG.

    IL-BULGARIJA

    L-Artikolu 33(1) tal-Att dwar l-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Bulgarija japplika għall-persuni kollha li għalihom il-Bulgarija hija l-Istat Membru kompetenti skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan il-Protokoll.

    ĊIPRU

    Għall-fini tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli SSC.7, SSC.46 u SSC.56 ta’ dan il-Protokoll, għal kwalunkwe perjodu li jibda fis-6 ta’ Ottubru 1980 jew wara, ġimgħa ta’ assigurazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika ta’ Ċipru hija ddeterminata billi l-qligħ totali assigurabbli għall-perjodu rilevanti jiġi diviż bl-ammont fil-ġimgħa tal-qligħ bażiku assigurabbli applikabbli fis-sena rilevanti ta’ kontribuzzjoni, sakemm in-numru ta’ ġimgħat hekk determinat ma jaqbiżx in-numru ta’ ġimgħat kalendarji fil-perjodu rilevanti.

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA

    1.Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-membri tal-familja f’konformità mal-punt (s) tal-Artikolu SSC.1 ta’ dan il-Protokoll, “konjuġi” tinkludi wkoll sħab reġistrati kif definit fl-Att Ċek Nru 115/2006 Coll., dwar sħubija reġistrata.

    2.Minkejja l-Artikolu SSC.6 u SSC.7 ta’ dan il-Protokoll, għall-finijiet tal-għoti tal-benefiċċju supplimentari fir-rigward tal-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti skont il-leġiżlazzjoni tal-ex-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka, il-perjodi tal-assigurazzjoni skont il-leġiżlazzjoni Ċeka biss jistgħu jitqiesu sabiex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni ta’ mill-inqas sena ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni Ċeka fil-perjodu definit wara d-data tax-xoljiment tal-federazzjoni (§ 106a, paragrafu 1, ittra b) tal-Att Nru 155/1995 Coll., dwar l-assigurazzjoni tal-pensjoni).

    3.Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu SSC 39, fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ benefiċċju għall-invalidità skont l-Att Nru 155/1995 Coll., id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Protokoll għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    ID-DANIMARKA

    1.    (a)    Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni skont il-“lov om social pension” (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), il-perjodi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha magħmula skont il-leġiżlazzjoni Daniża minn ħaddiem fruntalier jew ħaddiem li mar id-Danimarka biex jagħmel xogħol ta' natura staġonali huma meqjusa bħala perjodi ta’ residenza magħmula fid-Danimarka mill-konjuġi superstitu, sa fejn, matul dawk il-perjodi, il-konjuġi superstitu kien marbut mal-ħaddiem msemmi hawn fuq biż-żwieġ mingħajr separazzjoni fiżika u materjali jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta’ inkompatibbiltà, u dment li, matul dawk il-perjodi, il-konjuġi kien jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat ieħor. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “xogħol ta’ natura staġonali” tfisser xogħol li, billi jiddependi min-newba tal-istaġuni, jirrikorri awtomatikament kull sena.

    (b)    Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni skont il-“lov om social pension” (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha magħmula skont il-leġiżlazzjoni Daniża qabel l-1 ta’ Jannar 1984 minn persuna li għaliha ma japplikax il-punt (a) għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ residenza magħmula fid-Danimarka mill-konjuġi superstitu, sa fejn, matul dawk il-perjodi, il-konjuġi superstitu kien marbut ma’ dik il-persuna biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta’ inkompatibbiltà, u dment li, matul dawk il-perjodi l-konjuġi kien jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat ieħor.

    (c)    Il-perjodi li għandhom jitqiesu skont il-punti (a) u (b) ma għandhomx jiġu kkunsidrati jekk ikunu fl-istess perjodi li jkunu tqiesu għall-kalkolu tal-pensjoni li għandha tingħata lil dik il-persuna kkonċernata skont il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni obbligatorja ta’ Stat ieħor jew fil-perjodi li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet pensjoni skont tali leġiżlazzjoni. Dawn il-perjodi, madankollu, għandhom jitqiesu jekk l-ammont annwali tal-pensjoni msemmija huwa inqas minn nofs l-ammont bażiku tal-pensjoni soċjali.

    2.    (a)    Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu SSC.7 ta’ dan il-Protokoll, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ fi Stat Membru wieħed jew aktar huma intitolati għal pensjoni soċjali Daniża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fid-Danimarka minn tal-inqas għal 3 snin, soġġetti għal-limiti tal-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Daniża. Soġġett għall-Artikolu SSC.5 ta’ dan il-Protokoll, l-Artikolu SSC.8 ta’ dan il-Protokoll ma japplikax għal pensjoni soċjali Daniża li d-dritt għaliha jkun inkiseb minn tali persuni.

    (b)    Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) ma japplikawx għall-intitolament tal-pensjoni soċjali Daniża għall-membri tal-familja ta’ persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fid-Danimarka, jew għall-istudenti jew għall-membri tal-familji tagħhom.

    3.    Il-benefiċċju temporanju għal persuni qiegħda li ddaħħlu fil-ledighedsydelse (l-iskema ta’ impjieg flessibbli) (il-Liġi Nru 455 tal-10 ta’ Ġunju 1997) huwa kopert mill-Kapitolu 6 tat-Titolu III ta’ dan il-Protokoll.

    4.    Fejn il-benefiċjarju ta’ pensjoni soċjali Daniża huwa intitolat ukoll għal pensjoni tas-superstiti minn Stat ieħor, dawk il-pensjonijiet għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Daniża għandhom jitqiesu bħala benefiċċji tal-istess tip fis-sens tal-Artikolu SSC.48(1), soġġett għall-kundizzjoni, madankollu, li l-persuna li l-perjodi tagħha ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tas-superstiti kienet kisbet ukoll id-dritt għal pensjoni soċjali Daniża.

    IL-FINLANDJA

    1.    Għall-finijiet li jiġi ddeterminat id-dritt u li jiġi kkalkulat l-ammont tal-pensjoni nazzjonali Finlandiża skont l-Artikoli SSC.47, SSC.48 u SSC.49 ta’ dan il-Protokoll, il-pensjonijiet miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor huma ttrattati bl-istess mod bħall-pensjonijiet miksuba skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża.

    2.    Fl-applikazzjoni tal-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll għall-fini tal-kalkolu tal-qligħ għall-perjodu kkreditat skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet relatati mal-qligħ, fejn individwu jkollu perjodi ta’ assigurazzjoni tal-pensjoni bbażati fuq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat ieħor għal parti mill-perjodu ta’ referenza skont il-leġiżlazzjoni Finlandiża, il-qligħ għall-perjodu kkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tal-qligħ miksuba matul il-parti tal-perjodu ta’ referenza fil-Finlandja, diviż bin-numru ta’ xhur li għalihom kien hemm perjodi ta’ assigurazzjoni fil-Finlandja matul il-perjodu ta’ referenza.

    FRANZA

    1.    Għall-persuni li jirċievu benefiċċji in natura fi Franza skont l-Artikoli SSC.15 jew SSC.24 ta’ dan il-Protokoll li huma residenti fid-dipartimenti Franċiżi ta’ Haut-Rhin, Bas-Rhin jew Moselle, il-benefiċċji in natura pprovduti f’isem l-istituzzjoni ta’ Stat ieħor li huwa responsabbli għall-ispejjeż tagħhom jinkludu l-benefiċċji pprovduti kemm mill-iskema tal-assigurazzjoni tal-mard ġenerali kif ukoll mill-iskema tal-assigurazzjoni obbligatorja supplimentari lokali tal-mard ta’ Alsace-Moselle.

    2.    Il-leġiżlazzjoni Franċiża applikabbli għal persuna li taħdem, jew li kienet taħdem, f’attività bħala persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha għall-applikazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan il-Protokoll tinkludi kemm l-iskema/skemi bażika/bażiċi ta’ assigurazzjoni tax-xjuħija kif ukoll l-iskema/skemi supplimentari tal-irtirar li għalihom il-persuna kkonċernata kienet soġġetta.

    IL-ĠERMANJA

    1.    Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu SSC.6 ta’ dan il-Protokoll u l-punt 1 tal-Artikolu 5(4) tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li tirċievi pensjoni sħiħa tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor tista’ titlob li tkun assigurata b’mod obbligatorju taħt l-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni tal-Ġermanja.

    2.    Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu SSC.6 ta’ dan il-Protokoll u l-Artikolu 7 tas-Sozialgesetzbuch VI (Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li hija assigurata b’mod obbligatorju fi Stat ieħor jew li tirċievi pensjoni tax-xjuħija skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor tista’ tingħaqad mal-iskema ta’ assigurazzjoni volontarja fil-Ġermanja.

    3.    Għall-fini tal-għoti ta’ benefiċċji fi flus skont § 47(1) ta’ SGB V, §47(1) ta’ SGB VII u §200(2) tar-Reichsversicherungsordnung lil persuni assigurati li jgħixu fi Stat ieħor, l-iskemi ta’ assigurazzjoni Ġermaniżi jikkalkolaw ħlas nett, li jintuża biex jiġu vvalutati l-benefiċċji, bħallikieku l-persuna assigurata kienet tgħix fil-Ġermanja, dment li l-persuna assigurata ma titlobx valutazzjoni abbażi tal-paga netta li hija fil-fatt tirċievi.

    4.    Iċ-ċittadini ta’ Stati oħra li l-post ta’ residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa barra l-Ġermanja u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali tal-iskema tal-assigurazzjoni għall-pensjoni tal-Ġermanja jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati b’mod volontarju jew obbligatorju fl-iskema tal-assigurazzjoni tal-pensjoni għall-Ġermanja f’xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni mingħajr Stat u refuġjati li l-post tar-residenza tagħhom jew fejn is-soltu joqogħdu huwa fi Stat ieħor.

    5.    Il-pauschale Anrechnungszeit (il-perjodu ta’ kreditu fiss) skont l-Artikolu 253 tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali) għandu jiġi ddeterminat esklużivament b’referenza għall-perjodi Ġermaniżi.

    6.    F’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni Ġermaniża tal-pensjoni, fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 1991, hija applikabbli għall-kalkolu mill-ġdid ta’ pensjoni, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża biss tapplika għall-finijiet ta’ kkreditar ta’ Ersatzzeiten (perjodi ta’ sostituzzjoni) Ġermaniżi.

    7.    Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar l-aċċidenti fuq il-post ix-xogħol u mard okkupazzjonali li għalihom għandu jkun hemm kumpens skont il-liġi tal-pensjonijiet barranin u dwar benefiċċji għal perjodi ta’ assigurazzjoni li jistgħu jiġu kkreditati skont il-liġi tal-pensjonijiet barranin fit-territorji msemmija fil-paragrafu 1(2)(3) tal-Att dwar kwistjonijiet ta’ persuni spostati u refuġjati (Bundesvertriebenengesetz) tkompli tapplika fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Att dwar il-pensjonijiet barranin (Fremdrentengesetz).

    8.    Għall-kalkolu tal-ammont teoretiku msemmi fil-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll, fi skemi ta’ pensjonijiet għall-professjonijiet liberi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu bħala bażi, fir-rigward ta’ kull waħda mis-snin ta’ assigurazzjoni magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta’ xi Stat ieħor, l-intitolament tal-pensjoni annwali medju miksub matul il-perjodu ta’ sħubija fl-istituzzjoni kompetenti permezz tal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet.

    IL-GREĊJA

    1.    Il-Liġi Nru 1469/84 rigward l-affiljazzjoni volontarja għall-iskema tal-assigurazzjoni tal-pensjoni għaċ-ċittadini Griegi u ċittadini barranin ta’ oriġini Griega hija applikabbli għal ċittadini ta’ Stati oħra, persuni mingħajr Stat u refuġjati, fejn il-persuni kkonċernati, irrispettivament mill-post ta’ residenza jew soġġorn tagħhom, f’xi żmien fil-passat kienu b’mod obbligatorju jew volontarju affiljati mal-iskema Griega tal-assigurazzjoni għall-pensjoni.

    2    Minkejja l-punt (a) tal-Artikolu SSC.6 ta’ dan il-Protokoll u l-Artikolu 34 tal-Liġi 1140/1981, persuna li tirċievi pensjoni fir-rigward ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard okkupazzjonali skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor tista’ titlob li tkun assigurata skont il-leġiżlazzjoni applikata mill-OGA, sa fejn hija ssegwi attività li taqa’ fiil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni.

    L-IRLANDA

    1.    Minkejja l-Artikolu SSC.19(2) u l-Artikolu SSC.57 ta’ dan il-Protokoll, għall-finijiet tal-kalkolu tal-qligħ preskritt ta’ kull ġimgħa ta’ persuna assigurata għall-għoti ta’ benefiċċju marbut ma’ mard jew qgħad skont il-leġiżlazzjoni Irlandiża, ammont ekwivalenti għall-paga medja fil-ġimgħa ta’ persuni impjegati fis-sena preskritta rilevanti għandu jiġi kkreditat lil dik il-persuna fir-rigward ta’ kull ġimgħa ta’ attività bħala persuna impjegata skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor matul dik is-sena preskritta.

    MALTA

    Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati taċ-ċivil

    (a)    Unikament għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli SSC.43 u SSC.55 ta’ dan il-Protokoll, il-persuni impjegati taħt l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta (il-Kapitolu 220 tal-Liġijiet ta’ Malta), l-Att dwar il-Pulizija (il-Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta’ Malta) u l-Att dwar il-Ħabs (il-Kapitolu 260 tal-Liġijiet ta’ Malta) għandhom jiġu ttrattati bħala impjegati taċ-ċivil.

    (b)    Pensjonijiet pagabbli taħt l-Atti ta’ hawn fuq u taħt l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (il-Kapitolu 93 tal-Liġijiet ta’ Malta) għandhom, unikament għall-finijiet tal-punt (cc) tal-Artikolu SSC.1 ta’ dan il-Protokoll, ikunu kkunsidrati bħala “skemi speċjali għall-impjegati maċ-ċivil”.

    IN-NETHERLANDS

    1.    Assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa

    (a)    Fir-rigward tad-dritt għal benefiċċji in natura skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands, il-persuni intitolati għal benefiċċji in natura għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta’ dan il-Protokoll għandha tfisser:

    (i)    persuni li, skont l-Artikolu 2 taz-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), huma obbligati li jkunu koperti b’assigurazzjoni ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa; kif ukoll

    (ii)    sakemm ma humiex diġà inklużi skont il-punt (i), il-membri tal-familja ta’ persunal militari attiv li qed jgħixu fi Stat ieħor u persuni li huma residenti fi Stat ieħor u li, skont dan il-Protokoll huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-Istat ta’ residenza tagħhom, in-Netherlands huma responsabbli għall-ispejjeż.

    (b)    Il-persuni msemmija fil-punt 1(a)(i) iridu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) jassiguraw lilhom infushom ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kura tas-saħħa, u l-persuni msemmija fil-punt 1(a)(ii) iridu jirreġistraw mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord tal-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa).

    (c)    Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) u tal-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali) li jikkonċernaw ir-responsabbiltà għall-pagament ta’ kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija fil-punt (a) u l-membri tal-familji tagħhom. Fir-rigward tal-membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu mill-persuna li minnha ġej id-dritt għall-kura tas-saħħa, minbarra l-membri tal-familja ta’ persunal militari li jgħixu fi Stat ieħor li għandhom iħallsu direttament.

    (d)    Id-dispożizzjonijiet taz-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) li jikkonċernaw assigurazzjoni tardiva għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta’ reġistrazzjoni tardiva mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord tal-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) fir-rigward tal-persuni msemmija fil-punt (a)(ii).

    (e)    Il-persuni intitolati għall-benefiċċji in natura bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat minbarra n-Netherlands li huma residenti fin-Netherlands jew joqogħdu temporanjament fin-Netherlands għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji in natura f’konformità mal-polza offruta lill-persuni assigurati fin-Netherlands mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew il-post tas-soġġorn, filwaqt li jitqiesu l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), kif ukoll il-benefiċċji in natura mogħtija mill-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali).

    (f)    Għall-finijiet tal-Artikoli SSC.21 sa SSC.27 ta’ dan il-Protokoll, il-benefiċċji li ġejjin, minbarra l-pensjonijiet koperti mill-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III ta’ dan il-Protokoll, għandhom jiġu ttrattati bħala pensjonijiet li għandhom jingħataw skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands:

       il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tas-6 ta’ Jannar 1966 dwar il-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil u s-superstiti tagħhom (Algemene burgerlijke pensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet għas-Servizz Pubbliku tan-Netherlands),

       il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tas-6 ta’ Ottubru 1966 dwar il-pensjonijiet għall-persunal militari u s-superstiti tagħhom (Algemene militaire pensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet Militari),

       il-benefiċċji għall-inkapaċità għax-xogħol li jingħataw skont il-Liġi tas-7 ta’ Ġunju 1972 dwar il-benefiċċji għall-inkapaċità għax-xogħol għall-persunal militari (Wetarbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen) (l-Att dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol tal-Persunal Militari),

       il-pensjonijiet li jingħataw skont il-Liġi tal-15 ta’ Frar 1967 dwar pensjonijiet għall-impjegati tal-NV Nederlandse Spoorwegen (il-Kumpanija tal-Ferroviji tan-Netherlands) u s-superstiti tagħhom (Spoorwegpensioenwet) (l-Att dwar il-Pensjonijiet għall-Persunal tal-Ferroviji),

       il-pensjonijiet li qed jingħataw skont ir-Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (li jirregola l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-Kumpanija tal-Ferroviji tan-Netherlands),

       il-benefiċċji li qed jingħataw lill-persuni rtirati mix-xogħol qabel ikunu laħqu l-età tal-pensjoni ta’ 65 sena taħt pensjoni mfassla biex tipprovdi introjtu għal persuni fix-xjuħija tagħhom li qabel kienu impjegati, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta’ ħruġ prematur mis-suq tax-xogħol taħt skema mfassla mill-Istat jew minn ftehim industrijali għall-persuni li għandhom 55 sena jew aktar,

       il-benefiċċji li jingħataw lill-persunal militari u lill-impjegati taċ-ċivil skont skema applikabbli fil-każ ta’ sensji, superannwazzjoni u rtirar kmieni.

    (g)    Għall-finijiet tal-Artikolu SSC.16(1) ta’ dan il-Protokoll, il-persuni msemmija fil-punt (a)(ii) ta’ dan il-paragrafu li joqogħdu temporanjament fin-Netherlands għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji in natura f’konformità mal-polza offruta lill-persuni assigurati fin-Netherlands mill-istituzzjoni tal-post tas-soġġorn, filwaqt li jitqiesu l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taż-Zorgverzekeringswet (Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), kif ukoll il-benefiċċji in natura pprovduti mill-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Speċjali).

    2.    Applikazzjoni tal-Algemene Ouderdomswet (AOW) (Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet tax-Xjuħija)

    (a)    It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) tal-AOW (Att Ġenerali dwar il-Pensjonijiet tax-Xjuħija) ma għandux jiġi applikat għas-snin kalendarji ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1957 li matulhom il-benefiċjarju ma jissodisfax il-kundizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta’ assigurazzjoni:

       kien residenti fin-Netherlands bejn l-età ta’ 15 u 65 sena,

       filwaqt li kien residenti fi Stat ieħor, ħadem fin-Netherlands għal impjegatur stabbilit fin-Netherlands, jew

       ħadem fi Stat ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta’ assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tan-Netherlands.

    B’deroga mill-Artikolu 7 tal-AOW, kull min kien residenti jew ħadem fin-Netherlands f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq qabel l-1 ta’ Jannar 1957 biss għandu wkoll jitqies bħala intitolat għal pensjoni.

    (b)    It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) tal-AOW ma għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel it-2 ta’ Awwissu 1989 li matulhom persuna, ta’ età bejn il-15 u s-65 sena, li hija jew li kienet miżżewġa ma kinitx assigurata skont il-leġiżlazzjoni ta’ hawn fuq, filwaqt li kienet residenti fit-territorju ta’ Stat minbarra n-Netherlands, jekk dawn is-snin kalendarji jikkoinċidu ma’ perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula mill-konjuġi tal-persuna skont il-leġiżlazzjoni ta’ hawn fuq jew ma’ snin kalendarji li jeħtieġ jitqiesu skont il-punt 2(a), dment li ż-żwieġ tal-koppja kien jeżisti matul dak iż-żmien.

    B’deroga mill-Artikolu 7 tal-AOW, tali persuna għandha titqies li hija intitolata għal pensjoni.

    (c)    It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-AOW ma għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1957 li matulhom il-konjuġi ta’ pensjonant li jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta’ assigurazzjoni:

       kien residenti fin-Netherlands bejn l-età ta’ 15 u 65, jew

       filwaqt li kien residenti fi Stat ieħor, ħadem fin-Netherlands għal impjegatur stabbilit fin-Netherlands, jew

       ħadem fi Stat ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta’ assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tan-Netherlands.

    (d)    It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-AOW ma għandux japplika għas-snin kalendarji ta’ qabel it-2 ta’ Awwissu 1989 li matulhom, konjuġi tal-pensjonant residenti fi Stat minbarra n-Netherlands, bejn l-età ta’ 15 u 65 sena, ma kienx assigurat skont l-AOW, jekk dawk is-snin kalendarji jikkoinċidu ma’ perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula mill-pensjonant skont dik il-leġiżlazzjoni jew ma’ snin kalendarji li għandhom jitqiesu skont il-punt 2(a), dment li ż-żwieġ tal-koppja kien jeżisti matul dak iż-żmien.

    (e)    Il-punti 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) ma għandhomx japplikaw għall-perjodi li jikkoinċidu ma’:

       perjodi li jistgħu jitqiesu fil-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni għax-xjuħija ta’ Stat minbarra n-Netherlands, jew

       perjodi li għalihom il-persuna kkonċernata tkun ħadet pensjoni tax-xjuħija skont tali leġiżlazzjoni.

    Perjodi ta’ assigurazzjoni volontarja skont is-sistema ta’ Stat ieħor ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta’ dan il-punt.

    (f)    Il-punti 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) għandhom japplikaw biss jekk il-persuna kkonċernata kienet residenti fi Stat wieħed jew aktar għal sitt snin wara l-età ta’ 59 sena u għaż-żmien biss li matulu dik il-persuna kienet residenti f’wieħed minn dawk l-Istati.

    (g)    B’deroga mill-Kapitolu IV tal-AOW, kull min huwa residenti fi Stat ieħor minbarra n-Netherlands li l-konjuġi tiegħu huwa kopert minn assigurazzjoni obbligatorja skont dik il-leġiżlazzjoni għandu jkun awtorizzat li jagħmel assigurazzjoni volontarja skont dik il-leġiżlazzjoni għal perjodi li matulhom il-konjuġi huwa assigurat b’mod obbligatorju.

    Din l-awtorizzazzjoni ma għandhiex tieqaf meta l-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi tintemm b’riżultat ta’ mewthom u meta s-superstitu jirċievi biss pensjoni skont l-Algemene nabestaandenwet (Att Ġenerali dwar il-Qraba Superstiti).

    Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data meta l-persuna tagħlaq 65 sena.

    Il-kontribuzzjoni li għandha titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja skont l-AOW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta’ assigurazzjoni kif imsemmi fil-punt 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja skont l-AOW, u l-introjtu li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu għandu jitqies li ġie riċevut fin-Netherlands.

    (h)    L-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt 2(g) ma għandha tingħata lil ħadd li jkun assigurat skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor dwar il-pensjonijiet jew il-benefiċċji tas-superstiti.

    (i)    Kull min ikun jixtieq jagħmel assigurazzjoni volontarja skont il-punt 2(g) għandu jintalab japplika għaliha fil-Bank tal-Assigurazzjoni Soċjali (Sociale Verzekeringsbank) sa mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni jkunu sodisfatti.

    3.    Applikazzjoni tal-Algemene nabestaandenwet (ANW) (Att Ġenerali dwar il-Qraba Superstiti)

    (a)    Fejn il-konjuġi superstiti huwa intitolat għal pensjoni tas-superstiti skont l-ANW (l-Att Ġenerali dwar il-Qraba Superstiti) skont l-Artikolu SSC.46(3) ta’ dan il-Protokoll, dik il-pensjoni għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll.

    Għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-perjodi ta’ assigurazzjoni qabel l-1 ta’ Ottubru 1959 għandhom jitqiesu wkoll bħala perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands jekk matul dawk il-perjodi l-persuna assigurata, wara l-età ta’ 15-il sena:

       kienet residenti fin-Netherlands; jew

       filwaqt li kienet residenti fi Stat ieħor, ħadmet fin-Netherlands għal impjegatur stabbilit fin-Netherlands; jew

       ħadmet fi Stat ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta’ assigurazzjoni skont is-sistema tas-sigurtà soċjali tan-Netherlands.

    (b)    Il-perjodi li se jiġu kkunsidrati skont il-punt 3(a) li jikkoinċidu ma’ perjodi ta’ assigurazzjoni obbligatorja magħmula skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat ieħor fir-rigward ta’ pensjonijiet tas-superstiti ma għandhomx jitqiesu.

    (c)    Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll, huma biss il-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula skont il-leġiżlazzjoni tan-Netherlands wara l-età ta’ 15-il sena li għandhom jitqiesu bħala perjodi ta’ assigurazzjoni.

    (d)    B’deroga mill-Artikolu 63a(1) tal-ANW, persuna residenti fi Stat minbarra n-Netherlands li l-konjuġi tagħha huwa assigurat b’mod obbligatorju skont l-ANW għandha tkun awtorizzata li tagħmel assigurazzjoni volontarja skont l-ANW, dment li tali assigurazzjoni tkun diġà bdiet sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, iżda tkun biss għal perjodi li matulhom il-konjuġi jkun assigurat b’mod obbligatorju.

    Din l-awtorizzazzjoni għandha tieqaf mid-data tat-tmiem tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi skont l-ANW, dment li l-assigurazzjoni obbligatorja tal-konjuġi ma tintemmx b’riżultat tal-mewt tiegħu u meta s-superstitu jirċievi biss pensjoni skont l-ANW.

    Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data meta l-persuna tagħlaq 65 sena.

    Il-kontribuzzjoni li għandha titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja skont l-ANW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta’ assigurazzjoni kif imsemmi fil-punt 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi stabbilita f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja skont l-ANW, u l-introjtu li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu għandu jitqies li ġie riċevut fin-Netherlands.

    4.    Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tan-Netherlands dwar l-inkapaċità għax-xogħol

    Fil-kalkolu tal-benefiċċji skont id-WAO, id-WIA jew id-WAZ, l-istituzzjonijiet tan-Netherlands għandhom iqisu:

       il-perjodi ta’ impjieg bi ħlas, u l-perjodi ttrattati bħala tali, magħmula fin-Netherlands qabel l-1 ta’ Lulju 1967,

       il-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula skont id-WAO,

       il-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula mill-persuna kkonċernata, wara l-età ta’ 15-il sena, skont l-Algemene Arbeidsongeschiktheidswet (l-Att Ġenerali dwar l-Inkapaċità għax-Xogħol), dment li dawn ma jikkoinċidux mal-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula skont id-WAO,

       il-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula skont id-WAZ,

       il-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula skont id-WIA.

    SPANJA

    1.    Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, is-snin li l-ħaddiem ikun jonqsu biex jasal għall-età tal-pensjoni jew għall-età tal-irtirar obbligatorja kif stipulat skont l-Artikolu 31(4) tal-verżjoni konsolidata tal-Ley de Clases pasivas del Estado (il-Liġi dwar il-Pensjonanti tal-Istat) għandhom jitqiesu bħala snin proprji ta’ servizz lill-Istat fil-każ biss li fiż-żmien li jseħħ l-avveniment li għalih tkun dovuta pensjoni tal-mewt, il-benefiċjarju kien kopert mill-iskema speċjali Spanjola għall-impjegati maċ-ċivil jew kien qed iwettaq attività assimilata taħt l-iskema, jew jekk, fi żmien l-avveniment li fih huma dovuti l-pensjonijiet, il-benefiċjarju kien qed iwettaq attività li kienet tirrikjedi li l-persuna kkonċernata tiġi inkluża taħt l-iskema speċjali tal-Istat għall-impjegati taċ-ċivil, il-forzi armati jew il-ġudikatura, kieku l-attività twettqet fi Spanja.

    2.    (a)    Skont il-punt (c) tal-Artikolu SSC.51(1), il-kalkolu tal-benefiċċju teoretiku Spanjol għandu jsir abbażi tal-kontribuzzjonijiet effettivi tal-persuna matul is-snin li jiġu immedjatament qabel il-ħlas tal-aħħar kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Meta fil-kalkolu tal-ammont bażiku għall-pensjoni jkollhom jitqiesu l-perjodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stati oħra, il-bażi tal-kontribuzzjoni fi Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien għall-perjodi ta’ referenza għandha tintuża għal dawn il-perjodi, filwaqt li jitqies l-iżvilupp tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.

    (b)    L-ammont tal-pensjoni miksub għandu jiżdied bl-ammont taż-żidiet u tar-rivalwazzjonijiet ikkalkulati għal kull sena sussegwenti għal pensjonijiet tal-istess natura.

    3.    Il-perjodi magħmula fi Stati oħra li jridu jiġu kkalkulati fl-iskema speċjali għall-impjegati maċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, se jiġu ttrattati bl-istess mod, għall-finijiet tal-Artikolu SSC.51 ta’ dan il-Protokoll, bħall-perjodi l-eqreb fiż-żmien kopert bħala impjegat taċ-ċivil fi Spanja.

    4.    L-ammonti addizzjonali bbażati fuq l-età li hemm referenza għalihom fit-Tieni Dispożizzjoni Tranżizzjonali tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu applikabbli għall-benefiċjarji kollha skont dan il-Protokoll li għandhom kontribuzzjonijiet f’isimhom skont il-leġiżlazzjoni Spanjola qabel l-1 ta’ Jannar 1967; ma għandux ikun possibbli, bl-applikazzjoni tal-Artikolu SSC.6 ta’ dan il-Protokoll, li perjodi ta’ assigurazzjoni kkreditati fi Stat ieħor qabel l-1 ta’ Jannar 1967 jiġu ttrattati daqslikieku kienu l-istess bħall-kontribuzzjonijiet imħallsa fi Spanja, unikament għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll. Id-data li tikkorrispondi għall-1 ta’ Jannar 1967 għandha tkun l-1 ta’ Awwissu 1970 għall-Iskema Speċjali għall-Baħrin u l-1 ta’ April 1969 għall-Iskema Speċjali ta’ Sigurtà Soċjali għal Attivitajiet fil-Minjieri tal-Faħam.

    L-IŻVEZJA

    1.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll dwar l-aggregazzjoni ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni u perjodi ta’ residenza ma għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-leġiżlazzjoni Żvediża dwar id-dritt għal pensjoni ggarantita għal persuni mwielda fl-1937 jew qabel, li jkunu residenti fl-Iżvezja għall-perjodu speċifikat qabel applikaw għal pensjoni (il-Kapitolu 6 tal-Att [2010:111] dwar l-introduzzjoni tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali).

    2.    Għall-finijiet tal-kalkolu tal-introjtu għall-mard relatat mal-introjtu nozzjonali skont il-Kapitolu 34 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali (2010:110), għandu japplika dan li ġej. Meta l-persuna assigurata, matul il-perjodu ta’ referenza, kienet ukoll soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat wieħed jew aktar minħabba attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, l-introjtu fl-Istat(i) ikkonċernat(i) għandu jitqies bħala ekwivalenti għall-introjtu gross medju tal-persuna assigurata fl-Iżvezja matul il-parti tal-perjodu ta’ referenza li tkun għamlet fl-Iżvezja, ikkalkulat billi jiġi diviż il-qligħ fl-Iżvezja bin-numru tas-snin li fihom ikun akkumula dan il-qligħ.

    3.    (a)    Għall-fini tal-kalkolu tal-assi nozzjonali għal pensjoni tas-superstiti bbażata fuq l-introjtu (il-Kapitolu 82 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Soċjali [2010:110]), jekk ma jkunx issodisfat ir-rekwiżit meħtieġ fil-leġiżlazzjoni Żvediża għall-intitolament tal-pensjoni fir-rigward ta’ mill-inqas tlieta minn ħames snin kalendarji eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta’ referenza), għandhom jiġu rikonoxxuti wkoll il-perjodi ta’ assigurazzjoni magħmula fi Stati oħra daqslikieku jkunu saru fl-Iżvezja. Il-perjodi ta’ assigurazzjoni fi Stati oħra għandhom jitqiesu li huma bbażati fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Żvediża. Jekk il-persuna kkonċernata għandha sena biss fl-Iżvezja b’bażi ta’ pensjoni, kull perjodu ta’ assigurazzjoni fi Stat ieħor għandu jitqies li jikkostitwixxi l-istess ammont.

    (b)    Għall-fini tal-kalkolu tal-krediti ta’ pensjoni nozzjonali għall-pensjonijiet tar-romol relatati ma’ mwiet fl-1 ta’ Jannar 2003 jew wara, jekk ma jkunx issodisfat ir-rekwiżit fil-leġiżlazzjoni Żvediża għall-krediti tal-pensjoni fir-rigward ta’ mill-inqas tnejn mill-erba’ snin eżatt qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta’ referenza) u l-perjodi tal-assigurazzjoni jkunu saru fi Stat ieħor matul il-perjodu ta’ referenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala bbażati fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħas-sena Żvediża.

    IR-RENJU UNIT

    1.Meta, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, persuna tista’ tkun intitolata għal pensjoni tal-irtirar jekk:

    (a)il-kontribuzzjonijiet tal-konjuġi preċedenti jitqiesu daqslikieku kienu l-kontribuzzjonijiet proprji tal-persuna; jew

    (b)il-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet rilevanti jkunu ssodisfati mill-konjuġi jew mill-konjuġi preċedenti tal-persuna, dment li f’kull każ, il-konjuġi jew il-konjuġi preċedenti kien jew qiegħed jeżerċita attività bħala impjegat jew persuna li taħdem għal rasha, u kien soġġett għal leġiżlazzjoni ta’ żewġ Stati jew aktar, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. F’dak il-każ, ir-referenzi fl-Artikoli SSC.44 u SSC.55 ta’ dan il-Protokoll għal “perjodi ta’ assigurazzjoni” għandhom jiġi interpretati bħala referenzi għal perjodi ta’ assigurazzjoni mlestija minn:

    (1)konjuġi jew konjuġi preċedenti meta t-talba ssir minn:

    (a)mara miżżewġa, jew

    (b)persuna li ż-żwieġ tagħha ntemm bi kwalunkwe mod ħlief bil-mewt tal-konjuġi; jew

    (2)konjuġi preċedenti, meta t-talba ssir minn:

    (a)armel li eżatt qabel l-età tal-pensjoni ma jkunx intitolat għal allowance ta’ ġenitur armel, jew

    (b)armla li eżatt qabel l-età tal-pensjoni ma tkunx intitolata għal allowance ta’ omm armla, allowance ta’ ġenitur armel jew pensjoni tar-romol, jew li hija intitolata biss għal pensjoni tar-romol relatata mal-età kkalkulata skont il-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll, u għal dan il-fini “pensjoni tar-romol relatata mal-età” tfisser pensjoni tar-romol imħallsa b’rata mnaqqsa f’konformità mat-taqsima 39(4) tal-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali tal-1992.

    2.Għall-finijiet tal-Artikolu SSC.8 ta’ dan il-Protokoll, fil-każ ta’ benefiċċji fi flus għax-xjuħija jew għas-superstiti, pensjonijiet għal aċċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali u għotjiet f’każ ta’ mewt, kwalunkwe benefiċjarju skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li qed joqgħod f’territorju ta’ Stat ieħor, matul is-soġġorn tiegħu għandu jitqies daqslikieku jirrisjedi fit-territorju ta’ dak l-Istat l-ieħor.

    (1)Għall-fini tal-kalkolu tal-fattur tal-qligħ sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament għall-benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għal kull ġimgħa ta’ attività bħala persuna impjegata skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, u li bdiet waqt is-sena tat-taxxa fuq l-introjtu rilevanti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, il-persuna kkonċernata għandha titqies li ħallset il-kontribuzzjonijiet bħala ħaddiem b’paga impjegat, jew li għandu l-qligħ li fuqu tħallsu l-kontribuzzjonijiet, abbażi tal-qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi tal-limitu tal-qligħ l-aktar għoli ta’ dak is-sena.

    (2)Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll, meta:

    (a)fi kwalunkwe sena tat-taxxa fuq l-introjtu ti tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara, persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata tkun lestiet perjodi ta’ assigurazzjoni, impjieg jew soġġorn esklussivament fi Stat Membru, u l-applikazzjoni tal-punt (1) ta’ dan il-paragrafu jirriżulta f’dik is-sena tingħadd bħala sena li tikkwalifika skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll, għandha titqies li ġiet assigurata għal 52 ġimgħa f’dik is-sena fl-Istat Membru;

    (b)kwalunkwe sena tat-taxxa fuq l-introjtu li tibda fis-6 ta’ April 1975 jew wara ma tingħaddx bħala sena li tikkwalifika skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-punt (b)(i) tal-Artikolu SSC.47(1) ta’ dan il-Protokoll, u kwalunkwe perjodu ta’ assigurazzjoni, impjieg jew residenza mlesti f’dik is-sena għandu jiġi injorat.

    (3)Għall-fini tal-konverżjoni ta’ fattur tal-qligħ f’perjodi ta’ assigurazzjoni, il-fattur tal-qligħ miksub fis-sena tat-taxxa fuq l-introjtu rilevanti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għandu jiġi diviż bil-limitu tal-qligħ l-aktar inferjuri ta’ dik is-sena. Ir-riżultat għandu jiġi espress bħala numru sħiħ, u kwalunkwe frazzjoni li tibqa’ għandha tiġi injorata. Iċ-ċifra kkalkulata hekk għandha titqies li tirrappreżenta n-numru ta’ ġimgħat ta’ assigurazzjoni mlestija skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena, dment li t-tali ċifra ma taqbiżx in-numru ta’ ġimgħat li matulhom f’dik is-sena l-persuna kienet soġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.

    3.Meta r-riċeviment ta’ Allowance għall-Ġenitur Armel jew Pagament ta’ Sostenn għall-Mewt (rata ogħla) ikun kontinġenti fuq l-intitolament għal Benefiċċju tat-tfal tar-Renju Unit, persuna li tissodisfa l-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà, u li tkun eliġibbli li tirċievi Benefiċċju tat-Tfal tar-Renju Unit jekk hija, jew it-tfal rilevanti, ikunu residenti fir-Renju Unit, ma titwaqqafx milli titlob Allowance għall-Ġenituri Romol jew Pagament ta’ Sostenn għall-Mewt (rata ogħla) f’konformità ma’ dan il-Protokoll, minkejja l-fatt li l-Benefiċċju tat-Tfal tar-Renju Unit huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan il-Protokoll skont l-Artikolu SSC.3(4)(g).

    APPENDIĊI SSCI-1

    ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI BEJN ŻEWĠ STATI JEW AKTAR
    (imsemmija fl-Artikolu SSCI.8 ta’ dan l-Anness)

    IL-BELĠJU — IR-RENJU UNIT

    L-Iskambju ta’ Ittri tal-4 ta’ Mejju u tal-14 ta’ Ġunju 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

    L-Iskambju ta’ Ittri tat-18 ta’ Jannar u tal-14 ta’ Marzu 1977 rigward l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti skont it-termini tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) kif emendat bl-Iskambju ta’ Ittri tal-4 ta’ Mejju u tat-23 ta’ Lulju 1982 (ftehim għal ħlas lura ta’ spejjeż minfuqa taħt l-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71)

    ID-DANIMARKA — IR-RENJU UNIT

    L-Iskambju ta’ Ittri tat-30 ta’ Marzu u tad-19 ta’ April 1977 kif modifikat minn Skambju ta’ Ittri tat-8 ta’ Novembru 1989 u tal-10 ta’ Jannar 1990 dwar ftehim li jirrinunzja l-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura u l-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi

    L-ESTONJA — IR-RENJU UNIT

    L-Arranġament finalizzat fid-29 ta’ Marzu 2006 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Estonja u tar-Renju Unit skont l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

    IL-FINLANDJA — IR-RENJU UNIT

    L-Iskambju ta’ Ittri tal-1 u tal-20 ta’ Ġunju 1995 li jikkonċerna l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament bażiku (KEE) Nru 1408/71 (il-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

    FRANZA — IR-RENJU UNIT

    L-Iskambju ta’ Ittri tal-25 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 1997 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

    Il-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 1998 dwar il-metodi speċifiċi għad-determinazzjoni tal-ammonti tar-rifużjoni tal-benefiċċji in natura permezz tar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

    L-UNGERIJA — IR-RENJU UNIT

    L-Arranġament finalizzat fl-1 ta’ Novembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Ungerija u tar-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti taħt dak ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

    L-IRLANDA — IR-RENJU UNIT

    L-Iskambju ta’ Ittri tad-9 ta’ Lulju 1975 rigward l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (arranġament għall-ħlas lura jew ir-rinunzja tal-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previsti skont it-termini tal-Kapitolu 1 jew 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71) u l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ kontrolli amministrattivi u eżamijiet mediċi)

    L-ITALJA — IR-RENJU UNIT

    L-Arranġament iffirmat fil-15 ta’ Diċembru 2005 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tar-Repubblika tal-Italja u tar-Renju Unit taħt l-Artikoli 36(3) u 63(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2005

    IL-LUSSEMBURGU — IR-RENJU UNIT

    L-Iskambju ta’ Ittri tat-18 ta’ Diċembru 1975 u tal-20 ta’ Jannar 1976 rigward l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 (ir-rinunzja ta’ ħlas lura tal-ispejjeż involuti fil-kontrolli amministrattivi u l-eżamijiet mediċi msemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72)

    MALTA — IR-RENJU UNIT

    L-Arranġament iffinalizzat fis-17 ta’ Jannar 2007 bejn l-Awtoritajiet Kompetenti ta’ Malta u tar-Renju Unit taħt l-Artikoli 35(3) u 41(2) tar-Regolament (KEE) Nru 883/2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż ta’ benefiċċji in natura previsti skont dan ir-Regolament miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Mejju 2004

    IN-NETHERLANDS — IR-RENJU UNIT

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 3 tal-Arranġament Amministrattiv tat-12 ta’ Ġunju 1956 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-11 ta’ Awwissu 1954

    IL-PORTUGALL — IR-RENJU UNIT

    L-Arranġament tat-8 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi metodi oħra ta’ ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura previsti miż-żewġ pajjiżi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2003

    SPANJA — IR-RENJU UNIT

    Il-Ftehim tat-18 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas lura tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72

    ANNESS 3

    Anness II tad-Deċiżjoni Nru 1/2021

    ANNESS SSC-8

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
    RIGWARD L-APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU SSC.11

    STATI MEMBRI

    l-Awstrija

    il-Belġju

    il-Bulgarija

    il-Kroazja

    Ċipru

    ir-Repubblika Ċeka

    id-Danimarka

    l-Estonja

    il-Finlandja

    Franza

    il-Ġermanja

    il-Greċja

    l-Ungerija

    l-Irlanda

    l-Italja

    il-Latvja

    il-Litwanja

    il-Lussemburgu

    Malta

    in-Netherlands

    il-Polonja

    il-Portugall

    ir-Rumanija

    is-Slovakkja

    is-Slovenja

    Spanja

    l-Iżvezja

    (1)    ĠU L 444, 31.12.2020, p. 14.
    Top