This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10379
Prior notification of a concentration (Case M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 392/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 392/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 392/05
PUB/2021/749
ĠU C 392, 28.9.2021, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 392/05)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
HDT Automotive Solutions LLC (“HDT”, l-Istati Unit), ikkontrollata minn ARDIAN Holding S.A.S. (“ARDIAN”, Franza), |
— |
“Veritas Group”, magħmula minn Veritas Aktiengesellschaft, Veritas Sachsen GmbH, Veritas Thüringen GmbH, (kollha mill-Ġermanja, flimkien “Veritas Germany”), u Veritas Austria GmbH (l-Awstrija), Veritas Dunakiliti Kft. (l-Ungerija), Veritas Automotive d.o.o. (il-Bożnija-Ħerzegovina), Veritas Otomotiv Sanayi Ltd. Sti. (it-Turkija), Veritas Automotive Systems (Kunshan) Co., Ltd., (iċ-Ċina), Automotive Veritas de México S.A. de C.V., (il-Messiku), Veritas Servicios S.A. de C.V., (il-Messiku) (flimkien “Veritas International Subsidiaries”). |
HDT takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Veritas Group kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ assi u ishma.
2.
L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
għal HDT: il-manifattura u l-forniment tal-apparati tal-korp tal-valv, l-assemblaġġi tubulari ta’ preċiżjoni u l-prodotti ta’ funditura bi pressjoni għall-industrija tal-karozzi lill-OEMs u lill-fornituri tal-Grad 1, |
— |
għal Veritas Group: il-forniment ta’ teknoloġija ta’ fluwidi, inklużi s-sistemi tal-fjuwil, is-sistemi tal-emissjonijiet, l-arja tat-tkessiħ u l-fluwidu berried; u l-komponenti bbażati fuq polimeri, inklużi soluzzjonijiet tal-issiġillar u tal-ismorzament jew soluzzjonijiet oħra ta’ polimeru, lill-OEMs. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10379 — HDT Automotive Solutions/Veritas
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).