Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10252

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 245/19

    PUB/2021/501

    ĠU C 245, 24.6.2021, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.6.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/35


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 245/19)

    1.   

    Fil-15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    General Markets Food Ibérica Group (“GM Food”, SPANJA), ikkontrollat minn Bright Food Group (IĊ-ĊINA);

    TransGourmet Holding AG (“Transgourmet”, L-ISVIZZERA), ikkontrollata minn Coop-Gruppe Genossenschaft (L-ISVIZZERA).

    TransGourmet takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ GM Food kollu kemm hu.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    GM Food: id-distribuzzjoni ta’ ikel ta’ kuljum u provvisti ta’ prodotti li joqorbu l-ikel għall-ħwienet bħas-supermarkets u għall-operaturi tas-servizzi tal-ikel (ristoranti, lukandi u kumpaniji tal-catering) prinċipalment fi Spanja.

    Transgourmet: l-akkwist u l-provvista bl-ingrossa ta’ prodotti tal-konsum ta’ kuljum f’diversi pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE u, permezz tal-Bell Food Group, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat, ħwawar / kondimenti u varjetà ta’ prodotti ta’ konvenjenza.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top