This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10241
Prior notification of a concentration (Case M.10241 — Colony Capital/Liberty Global/JV) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 205/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10241 — Colony Capital/Liberty Global/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 205/06
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10241 — Colony Capital/Liberty Global/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 205/06
PUB/2021/353
ĠU C 205, 31.5.2021, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10241 — Colony Capital/Liberty Global/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 205/06)
1.
Fis-21 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Colony Capital, Inc. (“Colony Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
— |
Liberty Global plc (“Liberty Global”, ir-Renju Unit); |
— |
Liberty Property HoldCo II S.à.r.l. (il-joint venture, “il-JV”, il-Lussemburgu). |
Colony Capital u Liberty jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Colony Capital: il-ġestjoni ta’ portafoll globali magħmul minn, fost l-oħrajn, investimenti fl-infrastruttura diġitali, inklużi torrijiet tal-makroċelloli, ċentri tad-data, networks taċ-ċelloli żgħar u networks tal-fibra ottika. |
— |
Liberty Global: it-tħaddim ta’ networks bil-cable li joffru servizzi ta’ televiżjoni, broadband Internet, telefonija bil-vuċi b’linja fissa u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli f’diversi Stati Membri tal-UE. |
— |
il-JV: l-akkwist, l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proprjetà immobbli teknika għall-forniment ta’ servizzi ta’ kolokazzjoni fir-Renju Unit u fiż-ŻEE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10241 — Colony Capital/Liberty Global/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).