EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10099

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10099 – Arch/Kelso/Warburg/Watford) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 71/12

PUB/2021/157

ĠU C 71, 1.3.2021, p. 68–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/68


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10099 – Arch/Kelso/Warburg/Watford)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 71/12)

1.   

Fit-23 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Arch Capital Group Ltd (“Arch”, Bermuda),

Kelso & Company L.P. (“Kelso”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Warburg Pincus LLC (“Warburg”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u

Watford Holdings Ltd (“Watford”, Bermuda).

Arch, Kelso, u Warburg jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Watford.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Arch: kumpanija tal-assikurazzjoni, tar-riassikurazzjoni u tal-assikurazzjoni ipotekarja attiva madwar id-dinja;

Kelso: ekwità privata li tinvesti f’firxa ta’ industriji, inklużi l-konsumaturi, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, l-industrija u s-servizzi;

Warburg: ditta ta’ ekwità privata globali bi kwartieri ġenerali fi New York li l-kumpaniji tal-portafoll tagħha huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi s-servizzi tal-konsumatur, industrijali u tan-negozju, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, il-proprjetà immobbli, u t-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet; kif ukoll

Watford: kumpanija globali tal-assikurazzjoni u r-riassikurazzjoni tal-proprjetà u d-diżgrazzji b’operazzjonijiet f’Bermuda, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10099 – Arch/Kelso/Warburg/Watford

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top