Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0261

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi

    COM/2021/261 final

    Brussell, 27.5.2021

    COM(2021) 261 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Progress fl-implimentazzjoni tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi


    1.Introduzzjoni: L-inizjattiva tal-UE dwar il-pollinaturi

    F’dawn l-aħħar deċennji, il-pollinaturi insetti selvaġġi Ewropej bħan-naħal, il-friefet, il-hoverflies u l-baħrijiet naqsu b’mod drammatiku fl-okkorrenza u fid-diversità fl-Ewropa. Ħafna speċijiet jinsabu wkoll f’xifer l-estinzjoni. Skont il-Lista l-Ħamra Ewropea 1 , madwar speċi waħda minn kull tlieta ta’ naħal u friefet għandha popolazzjoni li qed tonqos, filwaqt li madwar speċi waħda minn kull għaxra hija mhedda bl-estinzjoni.

    It-telf tal-pollinaturi selvaġġi huwa kawża serja għal tħassib. Dan minħabba li madwar 80 % tal-ispeċijiet tal-għelejjel u tal-pjanti li jagħmlu l-fjuri selvaġġi fl-UE jiddependu, mill-anqas parzjalment, fuq id-dakkir tal-annimali. Mingħajr pollinaturi, ħafna speċijiet ta’ pjanti jonqsu u eventwalment jisparixxu. Dan jhedded is-sopravivenza tan-natura, il-benesseri tal-bniedem u l-ekonomija. Madwar EUR 3,7 biljun tal-produzzjoni agrikola annwali tal-UE tiddependi direttament fuq il-pollinaturi insetti 2 . Madankollu, l-istimi disponibbli ma jqisux id-dakkir tal-annimali ta’ pjanti selvaġġi, u lanqas ma jqisu l-kontribut li jsir mill-pollinaturi għas-sigurtà nutrizzjonali u s-saħħa tal-bniedem.

    F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat l-inizjattiva tal-UE dwar il-pollinaturi 3 (“l-Inizjattiva”). L-Inizjattiva hija l-ewwel qafas tal-UE li qatt sar biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi 4 . Dan ġie appoġġat b’mod qawwi fost il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati 5 .

    L-Inizjattiva stabbiliet objettivi fuq terminu twil għall-2030 li kienu jittrattaw il-ġenerazzjoni ta’ għarfien azzjonabbli dwar il-problema, l-indirizzar tal-kawżi ewlenin magħrufa tal-problema u l-involviment tas-soċjetà inġenerali. Sabiex l-UE taqbad it-triq it-tajba, l-Inizjattiva ddeskriviet 10 azzjonijiet u 31 subazzjoni li jridu jiġu implimentati fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju.

    L-azzjonijiet appoġġaw approċċ integrat għall-problema u l-użu aktar effettiv tal-għodod u tal-politiki eżistenti. Dan iffoka primarjament fuq l-integrazzjoni aħjar tal-objettivi ta’ konservazzjoni tal-pollinaturi f’diversi politiki settorjali tal-UE, inkluż il-politiki ambjentali u tas-saħħa (b’mod partikolari d-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pestiċidi), il-politika agrikola komuni (PAK), il-politika ta’ koeżjoni u l-politika ta’ riċerka u innovazzjoni.

    Kemm il-Parlament Ewropew 6 kif ukoll il-Kunsill 7 laqgħu l-Inizjattiva, enfasizzaw l-importanza tal-pollinaturi u talbu miżuri effettivi biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tagħhom. Fit-9 ta’ Lulju 2020, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport speċjali 8 dwar l-azzjonijiet tal-UE biex jiġu protetti l-pollinaturi selvaġġi (“ir-rapport tal-QEA”). Ir-rapport tal-QEA jidentifika lakuni fil-politiki ewlenin tal-UE li jindirizzaw it-theddidiet ewlenin għall-pollinaturi selvaġġi, u rrakkomanda li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jiżdiedu miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati t-theddidiet li bħalissa mhumiex ikkunsidrati fl-Inizjattiva. Ir-rapport tal-QEA jindika wkoll il-ħtieġa li jiġu integrati aħjar l-azzjonijiet għall-ħarsien tal-pollinaturi selvaġġi fil-politiki tal-UE dwar il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-agrikoltura u li tittejjeb il-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2020 9 laqgħu r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA, u rrikonoxxew l-urġenza li jissaħħaħ il-qafas ta’ azzjoni tal-UE għall-pollinaturi.

    Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 10 u l-istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt 11 , li t-tnejn huma inizjattivi ewlenin taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dawn l-istrateġiji se jagħtu spinta lill-azzjonijiet biex jindirizzaw it-tnaqqis tal-pollinaturi permezz ta’ impenji u miri għall-ħarsien tan-natura u tal-pjan tal-UE għall-irkupru tan-natura. Flimkien mal-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima 12 , u l-ambizzjoni msaħħa kemm dwar in-newtralità klimatika kif ukoll dwar it-tniġġis żero, dawn l-istrateġiji se jgħinu biex jiġu indirizzati t-theddidiet ewlenin għall-pollinaturi selvaġġi bħalma huma l-bidla fl-użu tal-art, il-ġestjoni agrikola intensiva u l-użu tal-pestiċidi, it-tniġġis ambjentali, l-ispeċijiet aljeni invażivi (IAS) u t-tibdil fil-klima.

    Dan ir-rapport jivvaluta l-progress fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tal-Inizjattiva. Dan huwa bbażat fuq ħafna sorsi, inkluż ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-politika, ir-rapporti u l-pubblikazzjonijiet tal-UE u l-istudji speċifiċi. Dan iqis ukoll ir-rispons istituzzjonali li wasal mingħand il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    2.10 azzjonijiet - Sommarju tal-progress

    2.1.Azzjoni 1: Nappoġġaw il-monitoraġġ u l-valutazzjoni

    L-għarfien attwali juri b’mod ċar tnaqqis allarmanti tal-pollinaturi selvaġġi li jiġġustifika azzjoni b’saħħitha. Madankollu, għad hemm lakuni sinifikanti fid-data u fl-informazzjoni dwar l-istat tal-pollinaturi, il-kawżi tat-tnaqqis tagħhom u l-konsegwenzi tiegħu għan-natura u l-benesseri tal-bniedem.

    F’Ġunju 2019, il-Kummissjoni tat mandat lil grupp ta’ esperti dwar il-pollinaturi biex jiżviluppaw proposta għal skema tal-UE għall-monitoraġġ tal-pollinaturi bbażata fuq il-post li tipprovdi informazzjoni robusta dwar l-istatus ta’ u x-xejriet fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi fl-Istati Membri (azzjoni 1A). Sabiex tiżgura l-involviment ta’ u l-inputs f’waqthom mill-Istati Membri f’dan il-proċess, il-Kummissjoni kkonsultat lill-awtoritajiet ambjentali u agrikoli nazzjonali, inkluż permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma dedikati. Il-proposta tal-esperti 13 , ippubblikata f’Jannar 2021, tipprovdi metodoloġija komprensiva għall-iskema ta’ monitoraġġ u sett ta’ indikaturi tal-politika. Bħala l-pass li jmiss, il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Istati Membri fuq l-irfinar u l-operazzjonalizzazzjoni tal-proposta u l-bini tal-kapaċitajiet biex tiġi implimentata l-iskema fil-prattika.

    Id-data mill-iskema futura tal-UE għall-monitoraġġ tal-pollinaturi se tkun kritika għal: (i) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ konservazzjoni effettivi; (ii) l-immappjar ta’ oqsma ta’ prijorità għall-użu ta’ dawn l-azzjonijiet; u (iii) l-evalwazzjoni tal-impatti ta’ dawn l-azzjonijiet. Din id-data se ssostni wkoll il-Lista l-Ħamra Ewropea billi tippermetti valutazzjoni robusta tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet tal-pollinaturi fit-tul. F’Diċembru 2018, il-Kummissjoni bdiet il-ħidma fuq il-Lista l-Ħamra Ewropea tal-hoverflies 14 (azzjoni 1B), li hija mistennija li tiġi ffinalizzata f’Ġunju 2022. F’April 2021, il-Kummissjoni bdiet il-ħidma fuq il-Lista l-Ħamra Ewropea tal-baħrijiet 15 .

    Iż-żoni protetti huma partikolarment importanti għall-konservazzjoni tal-pollinaturi. F’Ġunju 2020, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Tematiku Ewropew tagħha dwar id-Diversità Bijoloġika ppubblikaw rapport li vvaluta l-importanza tat-tipi ta’ ħabitats tal-Anness I skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats għall-pollinaturi 16 . Dan għamilha possibbli li jiġi vvalutat l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats protetti tal-pollinaturi abbażi tar-rapportar mill-Istati Membri 17 (azzjoni 1C). L-aħħar rapport L-Istat tan-Natura tal-EEA juri li l-istatus tal-pollinaturi huwa kawża ta’ tħassib serju 18 , 19 .

    Il-Kummissjoni ħadmet ukoll biex timla l-lakuni fid-data u fl-informazzjoni dwar il-pressjonijiet li jiffaċċjaw l-ispeċijiet tal-pollinaturi, jiġifieri d-degradazzjoni tal-ħabitats u l-użu tal-pestiċidi. Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda tmexxi skema ta’ monitoraġġ ibbażata fuq il-post għall-bijodiversità f’pajsaġġi agrikoli 20 u qed tħejji l-modulu tal-bwar LUCAS 21 bħala parti mill-istħarriġ LUCAS tal-2022, wara proġett pilota li rnexxa fl-2018. Il-Kummissjoni qed twettaq ukoll proġett pilota ta’ skema innovattiva li tuża n-naħal tal-għasel għall-monitoraġġ tal-pestiċidi fl-ambjent 22 (azzjoni 1D). Il-proġett pilota se jiġi segwit bl-implimentazzjoni sħiħa tal-iskema fl-2022, appoġġata mill-azzjoni preparatorja tal-Parlament Ewropew 23 .

    F’Ottubru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-ekosistema madwar l-UE 24 (azzjoni 1E). L-analiżi użat data u informazzjoni attwalment disponibbli dwar il-pollinaturi u l-ħabitats tagħhom biex tivvaluta l-kundizzjoni tas-servizzi tad-dakkir tal-annimali fl-UE. Ir-riżultati wrew li 50 % tal-art ikkultivata b’għelejjel li jiddependu fuq il-pollinaturi tiffaċċja defiċit fid-dakkir. Wieħed mill-aħjar modi biex jiġi indirizzat dan id-defiċit fid-dakkir ikun permezz tar-restawr tal-ekosistema, appoġġat mill-politika agrikola.

    Il-Kummissjoni żviluppat ukoll “kont” tad-dakkir 25 (azzjoni 1F), li juri li l-valur ekonomiku tal-insetti pollinaturi għall-produzzjoni tal-għelejjel fl-UE huwa ta’ madwar EUR 3,7 biljun fis-sena 26 . Il-kont jista’ jintuża biex jiġi vvalutat kif it-tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-pollinaturi jaffettwa l-produzzjoni agrikola, u l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet agrikoli 27 .

    2.2.Azzjoni 2: Nappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni

    Il-Kummissjoni kompliet tappoġġa r-riċerka bażika u applikata dwar il-pollinaturi permezz tal-programm qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex timla l-lakuni fl-għarfien u tappoġġa azzjonijiet ta’ konservazzjoni aktar effettivi u xprunati mir-riżultati 28 (azzjoni 2A).

    Wara l-adozzjoni tal-Inizjattiva, il-Kummissjoni inkludiet suġġett dedikat dwar il-pollinaturi fil-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont 2020 għall-2018-2020. Dan is-suġġett jimmira li jiżviluppa għodod, linji gwida u metodoloġiji biex jiġu mmitigati aħjar il-kawżi u l-konsegwenzi tat-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi 29 . Din ir-riċerka hija mistennija tibda f’Settembru 2021. Taħt il-qafas BiodivERsA 30 , twettqu proġetti rilevanti għall-pollinaturi li għandhom l-għan li jtejbu l-fehim tagħna tal-interazzjoni bejn l-ixprunaturi differenti tat-tnaqqis tal-pollinaturi 31 u l-immudellar ta’ xenarji għall-bijodiversità tal-pollinaturi u s-servizz tal-ekosistema tad-dakkir 32 . Barra minn hekk, l-eċċellenza fir-riċerka dwar il-pollinaturi ġiet appoġġata permezz ta’ għotjiet individwali u boroż ta’ studju taħt il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka 33 u l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie 34 . Dawn l-għotjiet u l-boroż ta’ studju ngħataw lil riċerkaturi eċċellenti li jistudjaw ir-rabta ekoloġika inerenti bejn il-pollinaturi u l-pjanti, u l-importanza ta’ din ir-rabta għall-funzjonament tal-ekosistema u l-produzzjoni tal-ikel 35 .

    L-għarfien iġġenerat mir-riċerka se jkun importanti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Fi ħdan il-qafas EKLIPSE 36 , proġett ivvaluta l-għarfien attwali dwar kif il-pestiċidi u l-fertilizzanti jaffettwaw il-miżuri ta’ konservazzjoni tal-pollinaturi fir-raba’ biex jappoġġaw gwida dwar l-aħjar prattiki 37 . Barra minn hekk, is-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni 38 għall-agrikoltura appoġġat innovazzjoni interattiva minn isfel għal fuq dwar il-ġestjoni tar-raba’ favur il-pollinaturi 39 (azzjoni 2B).

    Il-Kummissjoni għandha l-għan li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għar-riċerka dwar il-pollinaturi fil-programm qafas li jmiss, l-Orizzont Ewropa. Dan huwa rifless fl-ewwel pjan strateġiku tal-programm 40 u fil-proposta għall-ewwel programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa (2021/2022) 41 (azzjoni 2C). Għadd ta’ suġġetti proposti f’Orizzont Ewropa għandhom l-għan li jappoġġaw: (i) l-iżvilupp ta’ għodod għar-riċerka dwar il-pollinaturi (pereżempju għodod għat-tassonomija integrattiva inkluż barcoding tad-DNA u l-apprendiment awtomatiku); (ii) il-bini tal-kapaċitajiet u n-networking tal-esperti; u (iii) it-tranżizzjoni fuq skala kbira lejn il-ġestjoni tal-pajsaġġi kulturali u agrikoli favur il-pollinaturi. Barra minn hekk, l-abbozz ta’ proposta għal sħubija Ewropea dwar il-bijodiversità 42 għandu l-għan li jappoġġa skemi ta’ monitoraġġ għall-bijodiversità. Dan l-appoġġ se jkun ukoll ta’ importanza kbira għall-implimentazzjoni tal-iskema tal-UE għall-monitoraġġ tal-pollinaturi.

    2.3.Azzjoni 3: Niffaċiliaw il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aċċess għad-data

    Il-ġenerazzjoni ta’ għarfien azzjonabbli tenħtieġ il-mili ta’ lakuni magħrufa fid-data, kif segwit taħt l-azzjonijiet 1 u 2. Madankollu, dan jeħtieġ ukoll użu aħjar tad-data u l-informazzjoni eżistenti.

    Fl-20 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni nediet iċ-ċentru tal-UE ta’ informazzjoni dwar il-pollinaturi 43 , hub ta’ informazzjoni dwar il-pollinaturi fl-UE (azzjoni 3A). Din il-pjattaforma online tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi u x’qed isir madwar l-UE biex jitreġġa’ lura dan it-tnaqqis, inkluż permezz ta’ inizjattivi kollaborattivi tal-partijiet ikkonċernati. Iċ-ċentru ta’ informazzjoni dwar il-pollinaturi huwa miftuħ għal atturi ewlenin, bħall-awtoritajiet pubbliċi, ix-xjenzati, is-settur tal-konservazzjoni tan-natura, l-attivisti tas-soċjetà ċivili, dawk li jiġġestixxu l-art (b’mod partikolari l-bdiewa u l-forestiera), dawk li jrabbu n-naħal, il-pubbliku u n-negozji. Iċ-ċentru jippermetti lil dawn l-atturi biex: (i) jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar l-isforzi għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-pollinaturi selvaġġi; (ii) isibu gwida dwar azzjonijiet għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta’ pollinaturi selvaġġi; u (iii) isibu sħab għal dawn l-azzjonijiet.

    L-iskema tal-UE għall-monitoraġġ tal-pollinaturi u inizjattivi oħra ta’ monitoraġġ in situ żviluppati taħt l-azzjoni 1 se jipprovdu data siewja għall-valutazzjoni tal-istat tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi u l-ixprunaturi tat-tnaqqis tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bħalissa qed jesploraw għażliet biex jintegraw l-informazzjoni ġġenerata mill-iskemi fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Bijodiversità għall-Ewropa 44 .

    It-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ data eżistenti dwar l-użu tal-art huwa partikolarment importanti għal azzjonijiet ta’ konservazzjoni tal-pollinaturi effettivi. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tindirizza l-iskambju ta’, il-kondiviżjoni, l-aċċess għal, u l-użu ta’ data spazjali interoperabbli, mhux personali disponibbli fis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) tal-PAK 45 . Is-SIAK fiha informazzjoni potenzjalment siewja dwar il-pollinaturi u s-servizzi tad-dakkir bħad-distribuzzjoni spazjali u l-post tal-għelejjel, il-prattiki agrikoli jew il-miżuri tal-PAK. L-isforzi għall-armonizzazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ din id-data għall-użu mill-ġdid isiru bħala parti mid-Direttiva INSPIRE 46 (azzjoni 3B). Fl-2019, il-Kummissjoni nediet proġett pilota biex tittestja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-kondiviżjoni tad-data u biex tesplora kif id-Direttiva tista’ tintuża biex tgħin fl-organizzazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-kondiviżjoni tad-data f’oqsma differenti tal-politika tal-UE, inkluża s-SIAK.

    2.4.Azzjoni 4: Nikkonservaw l-ispeċijiet u l-ħabitats ta’ pollinaturi fil-periklu

    It-treġġigħ tat-tnaqqis tal-pollinaturi jibda bil-ħarsien tal-ispeċijiet u tal-ħabitats tal-pollinaturi l-aktar mhedda, bħal dawk protetti taħt id-Direttiva dwar il-Ħabitats jew inklużi fil-Lista l-Ħamra Ewropea. Huma meħtieġa finanzjament ta’ prijorità u pjanijiet ta’ azzjoni effettivi biex jitjieb l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ dawk l-ispeċijiet u l-ħabitats.

    Permezz tal-pjan ta’ azzjoni għan-natura, għan-nies u għall-ekonomija 47 , il-Kummissjoni tejbet l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats billi indirizzat aħjar waħda mit-theddidiet ewlenin għall-pollinaturi: it-telf ta’ ħabitats. B’mod partikolari, il-Kummissjoni żviluppat pjanijiet ta’ azzjoni tal-UE dwar il-ħabitats għal żewġ tipi ta’ ħabitats ta’ importanza kbira għall-pollinaturi: il-bwar xotti seminaturali u x-xagħri xott Ewropew. Dawn iż-żewġ tipi ta’ ħabitats huma protetti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats (azzjoni 4 A). F’Lulju 2020, il-Kummissjoni nediet sejħa għall-offerti biex jiġu żviluppati tliet pjanijiet ta’ azzjoni tal-ispeċijiet biex jiġu kkonservati l-ispeċijiet ta’ pollinaturi l-aktar mhedda fl-UE 48 .

    L-appoġġ tal-programm LIFE għall-konservazzjoni tal-pollinaturi ġie msaħħaħ b’mod sinifikanti mill-2018. Diversi proġetti ta’ LIFE li għaddejjin bħalissa għandhom il-konservazzjoni tal-pollinaturi bħala objettiv espliċitu. Dawn il-proġetti li għaddejjin bħalissa jiffukaw fuq ir-restawr tal-ħabitats, it-titjib tal-għarfien, u s-sensibilizzazzjoni biex jitjieb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ta’ friefet mhedda. Proġetti oħra li għaddejjin bħalissa jiffukaw fuq il-promozzjoni ta’ prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-pollinaturi jew għall-insetti b’mod aktar ġenerali 49 .

    Il-Kummissjoni kompliet tippromwovi applikazzjonijiet għal proġetti ta’ LIFE dwar l-invertebrati, inkluż l-insetti pollinaturi. F’Ġunju 2020, il-Kummissjoni organizzat webinar 50 biex tiddiskuti kif iżżid l-appoġġ tal-programm LIFE għall-konservazzjoni tal-invertebrati, bil-għan li tħeġġeġ aktar applikazzjonijiet f’dan il-qasam fil-futur. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll studju finali ta’ 20 proġett ta’ LIFE dwar l-invertebrati, li inkludew rakkomandazzjonijiet għal proġetti futuri 51 .

    Ir-rapport tal-QEA qajjem tħassib dwar in-nuqqas ta’ proġetti ta’ LIFE dwar speċijiet ta’ pollinaturi li mhumiex protetti mid-dritt tal-Unjoni taħt id-Direttiva dwar il-Ħabitats. Fil-programm ta’ ħidma pluriennali LIFE għall-2021-2024, il-Kummissjoni se tipproponi li żżid ir-rata ta’ kofinanzjament tal-UE għall-ispeċijiet l-aktar mhedda skont il-Lista l-Ħamra Ewropea. Dan se jgħin biex jiġu promossi azzjonijiet ta’ proġetti għall-ispeċijiet ta’ pollinaturi li mhumiex legalment protetti, iżda li għadhom jiffaċċjaw riskju għoli ta’ estinzjoni.

    Il-pjanijiet ta’ azzjoni għall-ispeċijiet u l-ħabitats tal-pollinaturi jeħtieġu għarfien komprensiv u mifrux sew dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni u l-ġestjoni tal-konservazzjoni. In-network Natura 2000 għandu rwol importanti fl-indirizzar tat-telf ta’ ħabitats tal-pollinaturi. Matul l-2018 u l-2019, il-Kummissjoni u l-Istati Membri appoġġaw l-iskambju tal-għarfien dwar il-miżuri ta’ ġestjoni u l-approċċi għall-konservazzjoni tal-pollinaturi 52 , 53 54 permezz tal-proċess bijoġeografiku ta’ Natura 2000 55 (azzjoni 4B). F’Novembru 2019, il-Kummissjoni organizzat sessjoni ta’ ħidma dedikata biex tidentifika l-aħjar miżuri u approċċi ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni tal-pollinaturi fis-siti ta’ Natura 2000. 56  

    Mod importanti biex l-objettivi ta’ konservazzjoni tal-pollinaturi jiġu integrati aħjar fil-ġestjoni tan-network ta’ Natura 2000 huwa billi jiġu inklużi miżuri ta’ prijorità għall-ħabitats ewlenin tal-pollinaturi fl-oqfsa ta’ azzjoni prijoritizzati (PAFs) tal-Istati Membri 57 . Ir-rapport tal-QEA rrakkomanda li l-Kummissjoni tivverifika li l-PAFs jinkludu rekwiżiti għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi u tivvaluta l-miżuri rilevanti proposti mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni: (i) stiednet lill-Istati Membri biex jiżguraw li tali rekwiżiti jiġu inklużi fil-PAFs; (ii) bdiet tivvaluta l-PAFs fl-2018 u pprovdiet kummenti biex tħeġġeġ l-inklużjoni tar-rekwiżiti għall-pollinaturi selvaġġi; (iii) u se tkompli tagħmel dan matul l-2021 għall-bqija tal-PAFs (azzjoni 4C).

    L-objettivi għall-protezzjoni tan-natura stabbiliti fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 bħalma huma t-tkabbir ta’ żoni protetti legalment għal 30 % tal-art, il-ġestjoni effettiva ta’ dawn iż-żoni u l-protezzjoni stretta ta’ mill-anqas terz minn dawk iż-żoni, se jkunu ta’ benefiċċju kbir għall-pollinaturi jekk jiġu implimentati bis-sħiħ. Protezzjoni stretta tkun ta’ benefiċċju b’mod speċjali għall-pollinaturi li jiddependu fuq ħabitats tal-foresti antiki, bħall-hoverflies.

    2.5.Azzjoni 5: Intejbu l-ħabitats tal-pollinaturi fir-raba’ u madwaru

    Fl-2019, il-Kummissjoni nediet studju biex tivvaluta l-potenzjal tal-PAK tal-2014-2020 għall-konservazzjoni tal-pollinaturi selvaġġi. Ir-rapport 58 ippubblikat f’Novembru 2020 jirrieżamina l-miżuri tal-PAK li jistgħu jappoġġaw jew ifixklu l-konservazzjoni. Juri l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri permezz ta’ studji tal-każ f’sitt Stati Membri. L-istudju jidentifika wkoll it-tagħlimiet ewlenin miksuba. Abbażi ta’ dan l-istudju, il-Kummissjoni fasslet linji gwida għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni, il-bdiewa u l-konsulenti tagħhom dwar kif tista’ tiżdied l-effettività tal-miżuri tal-PAK għall-pollinaturi 59 (azzjoni 5A).

    Fl-2019, il-Kummissjoni nediet studju biex teżamina b’mod wiesa’ l-azzjonijiet dwar il-pollinaturi meħuda fl-Istati Membri kollha 60 , inklużi l-isforzi fiż-żoni agrikoli (azzjoni 5B). Il-valutazzjoni wriet li għadd ta’ Stati Membri jużaw miżuri mmirati biex jipproteġu l-pollinaturi taħt il-PAK. Madankollu, huwa evidenti li tali sforzi jeħtieġ li jiżdiedu b’mod sinifikanti madwar l-UE kollha.

    Fi Frar 2020, il-Kummissjoni organizzat konferenza kbira tal-partijiet ikkonċernati 61 biex taqsam u tikkomplementa s-sejbiet tal-istudji tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq, u tiddiskuti kif l-objettivi ta’ konservazzjoni tal-pollinaturi għandhom jiġu integrati aħjar fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tal-2021-2027 (azzjoni 5C).

    Il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK futura 62 tinkludi għadd ta’ strumenti u karatteristiċi li l-Istati Membri jistgħu jużaw fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom biex itejbu l-bijodiversità fiż-żoni agrikoli. Tliet fatturi se jkunu kritiċi biex jgħinu fil-ġlieda kontra t-tnaqqis tal-ispeċijiet ta’ pollinaturi: (i) l-“arkitettura ekoloġika” l-ġdida mibnija fuq kondizzjonalità mtejba; (ii) l-ekoskemi u l-impenji ta’ ġestjoni ambjentali u (iii) l-ambizzjoni ambjentali ogħla obbligatorja. Dawn it-tliet fatturi se jappoġġaw ukoll il-miri l-oħrajn tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 li huma essenzjali biex jappoġġaw pajsaġġi tal-biedja favur il-pollinaturi:

    ·mill-anqas 10 % taż-żona agrikola taħt karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità għolja;

    ·tnaqqis ta’ 50 % fir-riskju u fl-użu ta’ pestiċidi kimiċi;

    ·tnaqqis ta’ 50 % fl-użu ta’ pestiċidi aktar perikolużi;

    ·mill-anqas 25 % tal-art agrikola taħt ġestjoni tal-biedja organika;

    ·żieda sinifikanti fl-użu ta’ prattiki agroekoloġiċi.

    Barra minn hekk, fir-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri fir-rigward tal-pjan strateġiku tagħhom għall-PAK 63 , il-Kummissjoni tindirizza wkoll l-objettivi speċifiċi tal-protezzjoni tal-bijodiversità, it-titjib tas-servizzi tal-ekosistema, u l-preservazzjoni tal-ħabitats u tal-pajsaġġi. Ir-rakkomandazzjonijiet dwar dawn l-objettivi huma mistennija jgħinu biex titrawwem il-konservazzjoni ta’ pollinaturi selvaġġi fuq ir-raba’.

    Ir-rapport tal-QEA rrakkomanda li l-Kummissjoni tivverifika li fil-pjanijiet strateġiċi tagħhom, l-Istati Membri jinkludu, kull meta jkun meħtieġ, prattiki ta’ ġestjoni li għandhom effett sinifikanti u pożittiv fuq il-pollinaturi selvaġġi. L-għażla u t-tfassil ta’ interventi u prattiki ta’ ġestjoni proposti mill-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi tas-sitwazzjoni ambjentali tagħhom. Din l-analiżi għandha twassal lill-Istati Membri biex jidentifikaw il-ħtiġijiet – inkluża l-konservazzjoni tal-pollinaturi jekk tkun rilevanti għal territorju partikolari – li għandhom jiġu indirizzati mill-pjanijiet strateġiċi. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-interventi u l-prattiki ta’ ġestjoni proposti jikkontribwixxux b’mod effiċjenti għall-objettivi speċifiċi tal-PAK u għall-ħtiġijiet speċifiċi identifikati mill-Istati Membri.

    Taħt l-azzjoni 1, il-Kummissjoni kompliet il-ħidma tagħha biex tiżviluppa indikatur tal-PAK dwar il-pollinaturi selvaġġi, bil-għan li tinkludi dan l-indikatur fil-qafas tal-prestazzjoni u tal-monitoraġġ ladarba jkun operattiv. Il-finalizzazzjoni sħiħa ta’ dan l-indikatur tiddependi fuq l-implimentazzjoni tal-iskema tal-UE għall-monitoraġġ tal-pollinaturi fl-Istati Membri.

    2.6.Azzjoni 6: Intejbu l-ħabitats tal-pollinaturi fiż-żoni urbani u fil-pajsaġġ usa’

    Fl-2019, il-Kummissjoni ġabret l-aħjar prattiki u żviluppat linji gwida għall-bliet li jiffavorixxu l-pollinaturi (azzjoni 6A). Il-linji gwida 64 , ippubblikati f’Jannar 2020, jipprovdu eżempji u rakkomandazzjonijiet tajbin lil dawk li jfasslu l-politika, lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, lil dawk li jiġġestixxu t-territorju, lill-iżviluppaturi tal-proġetti, u lil maniġers tal-użu tal-art fl-irħula u fil-bliet dwar kif jinħoloq ambjent urban favorevoli għall-pollinaturi.

    F’Ottubru 2020, il-Kummissjoni pproduċiet pjan ta’ azzjoni dedikat dwar l-użu sostenibbli tal-art u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura 65 bħala parti mill-aġenda urbana għall-UE 66 . Azzjonijiet dwar l-infrastruttura ekoloġika u l-bijodiversità taħt dan il-pjan se jappoġġaw ambjent urban favur il-pollinaturi. L-azzjonijiet għall-pollinaturi se jingħataw spinta ulterjuri permezz tal-inizjattiva l-ġdida tal-istrateġija għall-bijodiversità “ftehim dwar il-bliet ekoloġiċi” 67 u l-pjanijiet ta’ ekoloġizzazzjoni urbana 68 .

    Il-Kummissjoni integrat ukoll kriterji rilevanti għall-pollinaturi fil-formoli tal-applikazzjoni u fin-noti ta’ gwida kemm għall-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa 69 kif ukoll għall-Premjijiet Ewropej Green Leaf 70 , fi ħdan il-qasam indikatur ta’ “natura u bijodiversità” (azzjoni 6A).

    Barra minn hekk, biex tiffaċilita azzjonijiet dwar il-pollinaturi aktar effettivi, il-Kummissjoni żviluppat approċċ biex timmappja s-sostenibbiltà taż-żoni urbani biex tappoġġa l-pollinaturi 71 . Diversi bliet użaw l-approċċ biex jifhmu kif l-ispazji ekoloġiċi urbani jistgħu jiġu ġestiti biex jiżdiedu l-popolazzjonijiet tal-pollinaturi. Il-Kummissjoni se tippromwovi din l-għodda b’mod wiesa’ fost l-awtoritajiet tal-belt.

    L-azzjonijiet ta’ konservazzjoni għall-pollinaturi – fiż-żoni urbani jew fil-pajsaġġ usa’ – jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE, skont il-prijoritajiet inklużi fil-programmi operazzjonali nazzjonali u reġjonali 72 . Bi sħab mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-Kummissjoni organizzat konferenza tal-partijiet ikkonċernati 73 fi Frar 2020. L-għan tal-konferenza kien li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar dawn l-opportunitajiet fost: (i) l-awtoritajiet ta’ ġestjoni; (ii) l-awtoritajiet reġjonali u lokali; u (iii) il-partijiet ikkonċernati (azzjoni 6B). Il-konferenza enfasizzat għadd ta’ proġetti għall-konservazzjoni tal-pollinaturi madwar l-UE, iffinanzjati primarjament permezz tal-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) 74 . Il-proġetti għall-pollinaturi ġew appoġġati wkoll permezz ta’ programmi oħra taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll taħt il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew. 75  

    Il-Kummissjoni ppromwoviet azzjonijiet fil-livell tal-pajsaġġ li jżommu, jgħaqqdu u jirrestawraw il-ħabitats tal-pollinaturi permezz tal-gwida tagħha dwar l-infrastruttura ekoloġika fil-livell tal-UE 76 u dwar l-integrazzjoni tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet 77 (azzjoni 6C).

    2.7.Azzjoni 7: Innaqqsu l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq il-pollinaturi

    Fl-2018, il-Kummissjoni ddiskutiet mal-Istati Membri l-possibbiltà li jiġu integrati miri u miżuri speċifiċi għall-pollinaturi fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali (NAPs) riveduti tal-Istati Membri taħt id-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi 78 (azzjoni 7A). It-tieni rapport ta’ progress tal-Kummissjoni 79 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva ma kellu l-ebda fokus partikolari fuq il-pollinaturi. Madankollu, il-Kummissjoni talbet studju biex tivvaluta l-livell ta’ integrazzjoni tal-miri u/jew tal-miżuri dwar il-konservazzjoni tal-pollinaturi fin-NAPs. Ir-rapport finali minn dan l-istudju ġie ppubblikat f’Novembru 2020, u juri livell baxx ta’ integrazzjoni. L-Istati Membri jridu jagħmlu aktar sforzi biex isaħħu d-dispożizzjonijiet għall-insetti pollinaturi fin-NAPs.

    Permezz tal-istrateġiji tal-UE għall-bijodiversità u Mill-Għalqa sal-Platt, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu azzjoni biex tnaqqas l-użu ġenerali u r-riskju ta’ pestiċidi kimiċi b’50 % u l-użu ta’ pestiċidi aktar perikolużi b’50 % sal-2030. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni se tirrevedi d-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi billi ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-ġestjoni integrata tal-pesti (IPM), kif ukoll billi tippromwovi użu akbar ta’ alternattivi sikuri biex jipproteġu l-ħsad mill-pesti u l-mard, b’mod partikolari permezz tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Dawn il-miżuri se jkunu ta’ benefiċċju għall-bijodiversità b’mod ġenerali, u b’mod partikolari għall-insetti pollinaturi.

    Il-Kummissjoni ħadmet biex tiżgura li l-protezzjoni tal-pollinaturi titqies ukoll fl-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti 80 . Il-Kummissjoni ħadmet mal-Istati Membri biex tiżgura l-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom tad-dokument ta’ gwida għall-valutazzjoni tar-riskju potenzjali ppreżentat mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti lin-naħal (Apis mellifera, Bombus spp. u n-naħal solitarju) 81 , wara l-adozzjoni tiegħu mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-2013 (azzjoni 7B). Madankollu, mill-2013, maġġoranza ċara tal-Istati Membri oġġezzjonaw b’mod konsistenti għall-approvazzjoni tal-partijiet tad-dokument ta’ gwida tal-EFSA relatati mat-tossiċità kronika għan-naħal. Għalhekk, fi tmiem l-2018, il-Kummissjoni pproponiet li timplimenta bħala l-ewwel pass il-partijiet tad-dokument ta’ gwida li kien hemm biżżejjed appoġġ għalihom (jiġifieri l-partijiet relatati mar-riskji akuti għan-naħal tal-għasel).

    F’Lulju 2019, maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri qablet fuq abbozz ta’ regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Din l-emenda għall-prinċipji uniformi kienet meħtieġa biex jiġu implimentati l-partijiet tad-dokument ta’ gwida dwar it-tossiċità akuta għan-naħal tal-għasel. Madankollu, f’Ottubru 2019, il-Parlament Ewropew oġġezzjona 82 għal dan l-abbozz ta’ Regolament u stieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta abbozz ta’ Regolament ġdid li jkopri wkoll it-tossiċità kronika u t-tossiċità tal-larva għan-naħal tal-għasel u t-tossiċità akuta għan-naħal bagħal. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tkompli bl-implimentazzjoni parzjali tad-dokument ta’ gwida.

    F’Marzu 2019, il-Kummissjoni tat mandat lill-EFSA 83 biex tirrieżamina d-dokument ta’ gwida fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku ġdid li kien ħareġ mill-2013. Il-Kummissjoni riedet tipproduċi gwida bl-aktar metodoloġiji aġġornati għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet tar-riskju kemm għan-naħal ġestit kif ukoll għal dak selvaġġ. Ir-rieżami għadu għaddej 84 u huwa mistenni li jiġi konkluż fl-2021. Il-Kummissjoni se tfittex l-approvazzjoni tad-dokument ta’ gwida sħiħ wara dan 85 .

    Ir-rapport tal-QEA stieden lill-Kummissjoni biex: (i) twessa’ s-salvagwardji tal-valutazzjoni tar-riskju għal firxa rappreżentattiva ta’ speċijiet ta’ pollinaturi selvaġġi, (ii) tħejji mal-Istati Membri pjan ta’ ħidma għall-iżvilupp ta’ metodi ta’ ttestjar f’dak ir-rigward, u (iii) tiddefinixxi għanijiet speċifiċi ta’ protezzjoni għall-pollinaturi selvaġġi. Il-Kummissjoni qed tindirizza dawn ir-rakkomandazzjonijiet billi ssaħħaħ il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif indikat fil-paragrafu preċedenti u kif impenjat ruħha li tagħmel skont l-istrateġija tal-UE Mill-Għalqa sal-Platt.

    L-użu, ir-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’sustanzi attivi neonikotinojdi f’dawn l-aħħar snin ingħataw attenzjoni kbira minħabba t-tossiċità għolja tagħhom għan-naħal 86 . Fid-29 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat regolamenti ta’ implimentazzjoni li jemendaw il-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni għan-neonikotinojdi imidacloprid 87 , għall-clothianidi 88 u għat-thiamethoxam 89 biex jipprojbixxu l-użi kollha fuq barra tat-tliet sustanzi (azzjoni 7C). Fid-dawl ta’ dawn ir-restrizzjonijiet, l-applikanti għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ clothianidin, thiamethoxam u imidacloprid irtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom. Konsegwentement, l-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi skadiet fil-31 ta’ Jannar 2019, fit-30 ta’ April 2019 u fl-1 ta’ Diċembru 2020, rispettivament.

    Ir-rapport tal-QEA u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2019 90 stiednu lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza rigward l-użu tan-neonikotinojdi jkunu debitament iġġustifikati. Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jippermetti lill-Istati Membri jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhux awtorizzati fit-territorju tagħhom, għal perjodu limitat u għal użu limitat u kkontrollat, fejn periklu ma jistax jiġi kkontrollat b’xi mezz raġonevoli ieħor. Wara l-projbizzjoni tal-użu fuq barra tat-tliet neonikotinojdi u l-iskadenza tal-approvazzjonijiet tagħhom, diversi Stati Membri ripetutament taw awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għall-użu tagħhom.

    Fl-2018, il-Kummissjoni tat mandat lill-EFSA biex tivverifika jekk l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza mogħtija ripetutament fuq ċerti għelejjel kinux iġġustifikati u ħadet azzjoni biex tipprevjeni awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza mhux ġustifikati (għar-Rumanija 91 u għal-Litwanja 92 ) fl-2020. F’Ottubru 2020, il-Kummissjoni bagħtet it-tieni mandat lill-EFSA biex sa Settembru 2021 tivvaluta jekk ċerti awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għall-użu ta’ dawn is-sustanzi fil-pitrava ħelwa jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament. Abbażi tal-eżitu ta’ dan il-mandat, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni ulterjuri. Sabiex tiżdied aktar it-trasparenza, in-notifiki ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza mill-Istati Membri jiġu ppubblikati fil-bażi ta’ data tal-UE dwar il-pestiċidi 93 .

    2.8.Azzjoni 8: Innaqqsu l-impatti tal-IAS fuq il-pollinaturi

    F’Jannar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat gwida dwar il-ġestjoni tal-IAS għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi 94 (azzjoni 8A). Il-gwida hija indirizzata primarjament: (i) lill-korpi responsabbli għall-ġestjoni tal-IAS jew involuti fit-tfassil ta’ politika rilevanti; u (ii) lir-residenti Ewropej li jfittxu li jimmonitorjaw u/jew jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ tali speċijiet. Il-gwida tkopri l-aktar miżuri rilevanti biex jiġu identifikati, ikkontrollati u eliminati wħud mill-IAS li huma l-aktar ta’ ħsara għall-pollinaturi selvaġġi nattivi fl-Ewropa. Dawn l-IAS li jagħmlu ħsara lill-pollinaturi selvaġġi jinkludu n-naħal ġgant tar-reżina, iż-żunżan bagħal Asjatiku, jew pjanti bħar-rhododendron komuni u l-goldenrods. Iż-żunżan bagħal Asjatiku huwa elenkat bħala IAS ta’ tħassib għall-Unjoni skont ir-Regolament dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi 95 . Fl-2019, il-Kummissjoni żviluppat linji gwida dwar l-IAS nattivi għal parti mill-UE, sabiex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-impatti negattivi potenzjali li tali speċijiet jista’ jkollhom barra mill-medda nattiva tagħhom. Fost speċijiet oħra, dawn il-linji gwida indirizzaw sottospeċijiet tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli ġestiti 96 .

    Il-programm LIFE appoġġa proġetti li jinvolvu r-restawr tal-ħabitats wara t-tixrid tal-IAS. Diversi proġetti kienu mmirati lejn il-bini ta’ sensibilizzazzjoni, jew lejn l-istħarriġ u l-kontroll tal-IAS, li jħallu impatt negattiv fuq il-flora nattiva li jiddependu fuqha l-pollinaturi, bħar-rhododendron komuni, il-ħaxix pampa u l-balzmu tal-Ħimalaja 97 . 

    L-impenn taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 biex jitnaqqas in-numru ta’ speċijiet tal-Lista l-Ħamra mhedda mill-IAS b’50 %, se jgħin ukoll biex jiġu mmitigati aktar l-impatti negattivi fuq il-pollinaturi.

    Il-Kummissjoni integrat rakkomandazzjonijiet b’saħħithom biex tuża speċijiet ta’ pjanti u pollinaturi nattivi, u biex tevita b’mod strett speċijiet aljeni u l-IAS, f’sett ta’ dokumenti ta’ gwida għall-konservazzjoni tal-pollinaturi. Dawn id-dokumenti kienu mmirati lejn il-pubbliku, l-awtoritajiet lokali, u firxa wiesgħa ta’ setturi tan-negozju, inkluż is-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija, tal-arkitettura tal-pajsaġġ, u tal-bini 98 (azzjoni 8B).

    2.9.Azzjoni 9: Inħeġġu lis-settur tan-negozju u liċ-ċittadini biex jieħdu azzjoni

    F’Awwissu 2018, il-Kummissjoni wettqet eżami inizjali tal-attivitajiet kummerċjali dwar il-konservazzjoni tal-pollinaturi permezz tal-pjattaforma tal-UE Business@Biodiversity 99 . Wara dan, il-Kummissjoni kkuntrattat l-iżvilupp ta’ dokumenti ta’ gwida speċifiċi 100 għal 11-il settur tan-negozju: l-agrikoltura; is-settur agroalimentari u x-xorb; il-forestrija; l-ortikoltura; l-apikultura; il-bejgħ bl-imnut; l-arkitettura tal-pajsaġġ; il-bini; l-estrazzjoni; l-enerġija; u t-turiżmu (azzjoni 9A). Dawn id-dokumenti ta’ gwida komplew jeżaminaw prattiki kummerċjali tajbin. Il-Kummissjoni tkompli tippromwovi dawn il-gwidi u tħeġġeġ lin-negozji jimplimentaw l-azzjonijiet xprunati mir-riżultati għall-konservazzjoni tal-pollinaturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tkompli tħeġġeġ lin-negozji jivvalutaw u jintegraw fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom l-impatti u d-dipendenzi tagħhom fuq il-bijodiversità 101 , inkluż permezz ta’ proġetti ta’ LIFE li jappoġġaw is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola favur il-pollinaturi.

    Il-Kummissjoni kompliet ukoll tħeġġeġ lill-pubbliku biex jieħu azzjoni għall-konservazzjoni tal-pollinaturi, permezz ta’ kampanji pubbliċi 102 , attivitajiet ta’ komunikazzjoni, materjal edukattiv 103 u gwida 104 (azzjoni 9C). Iċ-ċentru online tal-Kummissjoni ta’ informazzjoni dwar il-pollinaturi 105 huwa pjattaforma ewlenija għal dan. Żviluppat taħt l-azzjoni 3A, iċ-ċentru ta’ informazzjoni dwar il-pollinaturi jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni u jinvolvi lill-pubbliku u lil partijiet ikkonċernati oħrajn. L-approċċ ta’ komunikazzjoni lejn il-pubbliku għandu l-għan li jenfasizza d-diversità tal-pollinaturi u l-importanza tagħhom għall-umanità, filwaqt li jħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu azzjoni għall-protezzjoni tagħhom. Il-pollinaturi huma wieħed mill-aktar suġġetti tan-natura popolari fost l-Ewropej, u huwa faċli ħafna li wieħed jikkomunika dwarhom. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tuża l-pollinaturi bħala mezz biex tikkomunika l-azzjoni tal-UE dwar il-kwistjonijiet usa’ tal-bijodiversità u l-ambjent taħt il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    Il-Kummissjoni tappoġġa r-rwol tal-pubbliku fil-ġenerazzjoni tal-għarfien għal azzjoni ta’ politika. F’Lulju 2020, din ippubblikat rapport dwar l-aħjar prattiki fix-xjenza mill-pubbliku għall-monitoraġġ ambjentali 106 , li jinkludi x-xjenza mill-pubbliku dwar il-pollinaturi (il-monitoraġġ tal-friefet). Permezz tal-implimentazzjoni tal-proġett pilota tal-Parlament Ewropew ABLE 107 , il-Kummissjoni rawmet it-tnedija tal-iskema Ewropea għall-monitoraġġ tal-friefet f’10 Stati Membri. Ix-xjenza mill-pubbliku hija mistennija wkoll li tkun komponent integrali mill-iskema futura tal-UE għall-monitoraġġ tal-pollinaturi, u l-iskema għall-monitoraġġ ambjentali tal-użu tal-pestiċidi permezz tan-naħal tal-għasel, żviluppata taħt l-azzjoni 1. Permezz tal-proġett STING 108 , fl-2021, il-Kummissjoni se twessa’ l-attivitajiet ta’ involviment pubbliku dwar il-pollinaturi, b’mod partikolari fil-kuntest tas-sigurtà alimentari.

    Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (azzjoni 9C) jappoġġa proġetti li jinvolvu liż-żgħażagħ f’diversi oqsma relatati mas-solidarjetà, inkluż fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali u tan-natura. Diversi proġetti li għaddejjin bħalissa jindirizzaw il-pollinaturi. Xi wħud jiffukaw fuq attivitajiet ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni bħall-proġett ta’ Konservazzjoni tal-Pollinaturi Naħal Selvaġġ jew il-proġett Naħal ta’ Solidarjetà. Eżempju ieħor – il-proġett ta’ appoġġ għall-ekosistema – jgħin biex jinħolqu ħabitats favorevoli għall-pollinaturi selvaġġi u għal insetti oħra 109 .

    L-Erasmus+ iffinanzja proġetti li għandhom l-għan li jżidu s-sensibilizzazzjoni fost l-istudenti, u b’hekk jipprovdilhom l-opportunità li jitgħallmu dwar il-pollinaturi. Dan kien jinvolvi l-involviment ta’ studenti f’attivitajiet bħall-monitoraġġ tal-pollinaturi fuq il-post, li ppermetta liż-żgħażagħ jitgħallmu dwar ir-rekwiżiti tal-ħabitats tal-pollinaturi u t-theddid li jiffaċċjaw 110 .

    Il-Kummissjoni tappoġġa liċ-ċittadini fir-rwol tagħhom bħala konsumaturi. L-għażliet tal-konsum jistgħu jaffettwaw lill-pollinaturi selvaġġi b’mod sostanzjali. L-Ekotikketta tal-UE 111 hija waħda mill-għodod li jistgħu jimmitigaw l-impatti negattivi tal-għażliet tal-konsumatur, pereżempju fir-rigward tal-prodotti tal-ġardinaġġ li jaffettwaw lill-pollinaturi (azzjoni 9B). Bħalissa, il-Kummissjoni qed tiffoka fuq il-massimizzazzjoni tas-suċċess tal-portafoll attwali tal-prodotti tal-ekotikketta, minflok fuq l-iżvilupp ta’ kriterji ġodda tal-ekotikketta tal-UE. Din għadha kif bdiet tirrevedi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għal “materjali għat-tkabbir, tejjieba tal-ħamrija u mulch”, u se tiżgura li l-kriterji riveduti jindirizzaw il-ħtieġa li jiġu kkonservati l-pollinaturi. Pereżempju, il-kriterji jistgħu jinkludu salvagwardji biex jiżguraw li l-ħamrija użata għall-pjanti fil-qsari u għall-prodotti tal-ġardinaġġ ma tinkisibx minn ħabitats tal-pollinaturi, jew li l-estrazzjoni tal-minerali ma tikkawżax id-degradazzjoni tal-ħabitats tal-pollinaturi. Fis-settur tal-ikel, il-proġett ta’ LIFE dwar l-ikel u l-bijodiversità studja l-protezzjoni tal-insetti fl-istandards u fit-tikketti tal-ikel, u pproduċa gwida għall-maniġers tal-kwalità, għall-maniġers tal-prodotti, u għall-maniġers tal-akkwist 112 .

    2.10.Azzjoni 10: Nippromwovu l-istrateġiji tal-pollinaturi u l-kollaborazzjoni fil-livelli kollha

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jiżviluppaw strateġiji tal-pollinaturi. Sabiex tiffaċilita dan il-proċess, il-Kummissjoni pproduċiet mudelli 113 għal tali strateġiji, li jistgħu jitfasslu apposta skont ħtiġijiet territorjali speċifiċi (azzjoni 10A).

    Minbarra avvenimenti u sessjonijiet ta’ ħidma ad hoc, il-Kummissjoni ffaċilitat il-kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati dwar il-konservazzjoni tal-pollinaturi permezz tas-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni għall-agrikoltura 114 , il-programmi Interreg 115 , u l-aġenda urbana tal-UE 116 (azzjoni 10B). Il-programmi Interreg kienu ta’ għajnuna b’mod speċjali fit-trawwim tal-kollaborazzjoni permezz ta’ azzjonijiet konġunti u skambji ta’ politika bejn atturi nazzjonali, reġjonali u lokali minn Stati Membri differenti. Il-Kummissjoni kompliet ukoll tiffaċilita l-konnessjonijiet bejn il-gvernijiet nazzjonali, lokali u subnazzjonali u l-kontropartijiet tagħhom xi mkien ieħor fl-UE. Ġew stabbiliti gruppi operattivi lokali 117 , 118 għall-ġestjoni innovattiva u favur il-pollinaturi tal-farms permezz tas-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni għall-agrikoltura.

    F’Ottubru 2020, skont il-programm ta’ sħubija ambjentali tal-UE għall-adeżjoni 119 , ġiet organizzata sessjoni ta’ ħidma reġjonali online 120 dwar l-IAS u l-inizjattiva tal-UE dwar il-pollinaturi għall-parteċipanti mill-Albanija, mill-Bożnija-Ħerzegovina, mill-Montenegro, mis-Serbja, mill-Maċedonja ta’ Fuq, mill-Kosovo u mit-Turkija (azzjoni 10C). Is-sessjoni ta’ ħidma kienet appoġġata permezz tal-istrument għal qabel l-adeżjoni, u wieħed mill-għanijiet tagħha kien li tippromwovi l-iskambju ta’ esperjenzi dwar l-istabbiliment ta’ objettivi strateġiċi u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex jindirizzaw it-tnaqqis tal-pollinaturi fl-UE u jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ konservazzjoni globali.

    Fil-ħidma tagħha lil hinn mill-UE, il-Kummissjoni inkludiet ukoll appoġġ speċifiku għall-objettivi kemm tal-inizjattiva tal-UE dwar il-pollinaturi kif ukoll tal-pjan ta’ azzjoni tal-2018-2030 għat-tieni inizjattiva internazzjonali dwar il-pollinaturi (azzjoni 10C). Pereżempju, il-Kummissjoni appoġġat il-proġett bejn l-UE u l-FAO tal-2019 li ffaċilita l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet multilaterali minn pajjiżi fl-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku 121 . Dan il-proġett ifittex li jippromwovi prattiki agrikoli bbażati fuq l-ekosistema, inkluż il-preservazzjoni tal-ħabitats naturali għall-pollinaturi selvaġġi u l-mitigazzjoni tar-riskji ppreżentati mill-pestiċidi. Se jiġi organizzat seminar globali dwar it-tisħiħ u l-infurzar tar-regolamenti dwar il-pestiċidi għall-protezzjoni tal-pollinaturi għall-awtoritajiet regolatorji tal-pestiċidi, sabiex ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità tagħhom biex jiżviluppaw u jinfurzaw ir-regolamenti dwar il-pestiċidi li jipproteġu l-pollinaturi 122 .

    F’Novembru 2018, l-UE ssieħbet fil-“koalizzjoni tar-rieda dwar il-pollinaturi” 123 matul l-14-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (azzjoni 10D). Minn dakinhar, il-Kummissjoni appoġġat l-objettivi tal-koalizzjoni billi qasmet l-għarfien u l-esperjenza dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-UE dwar il-pollinaturi ma’ pajjiżi oħra.

    Bħala parti mit-tħejjija u mill-implimentazzjoni tal-qafas globali tal-bijodiversità għal wara l-2020 124 , l-UE qed tħeġġeġ lis-sħab internazzjonali tagħha lejn konservazzjoni akbar tal-pollinaturi u apprezzament tas-servizzi tal-ekosistema li jipprovdu.

    3.Konklużjoni

    Dan ir-rieżami wera li sar progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Inizjattiva. L-Inizjattiva pprovdiet qafas ġenerali għall-azzjonijiet tal-UE dwar il-pollinaturi fil-politiki settorjali. L-azzjonijiet biex jiġu żviluppati strumenti ewlenin ta’ politika tnedew b’suċċess u għamlu progress sostanzjali. Dawn l-istrumenti ta’ politika jinkludu skemi għall-monitoraġġ tal-ispeċijiet tal-pollinaturi u l-ixprunaturi tat-tnaqqis tagħhom. Sistema ta’ informazzjoni dwar il-pollinaturi u inizjattivi ta’ riċerka mfassla apposta għandhom ikomplu jappoġġaw l-inizjattiva.

    B’mod ġenerali, l-Inizjattiva tibqa’ għodda ta’ politika valida li tippermetti lill-UE, lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati jindirizzaw it-tnaqqis tal-pollinaturi. Madankollu, għad hemm sfidi sinifikanti fl-indirizzar tal-ixprunaturi tat-tnaqqis. Se jkun meħtieġ li jiżdiedu l-isforzi, b’mod partikolari biex jiġi indirizzat it-telf ta’ ħabitats fil-pajsaġġi tal-biedja u l-impatti tal-pestiċidi. Sfidi oħra li fadal jinkludu l-indirizzar tat-theddid għall-pollinaturi li mhumiex indirizzati direttament mill-Inizjattiva, bħat-tibdil fil-klima u sustanzi niġġiesa ambjentali minbarra l-pestiċidi.

    Il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi fit-tul tal-Inizjattiva se jissaħħaħ b’mod sostanzjali permezz tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità, l-istrateġija tal-UE Mill-Għalqa sal-Platt u l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar it-tniġġis żero, b’mod partikolari permezz tal-impenji għall-espansjoni taż-żoni protetti u għar-restawr tal-ekosistemi. Barra minn hekk, il-promozzjoni ta’ approċċi agroekoloġiċi bħall-agrikoltura organika, ir-restawr ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità għolja fuq ir-raba’ u t-tnaqqis tal-impatti tal-pestiċidi u ta’ sustanzi niġġiesa ambjentali oħra li jagħmlu ħsara lill-pollinaturi, huma ta’ importanza vitali.

    Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-Istati Membri fl-istadju li jmiss tal-implimentazzjoni tal-Inizjattiva. Għalhekk, il-Kummissjoni tilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill 125 dwar ir-rapport tal-QEA, b’mod partikolari dwar il-ħtieġa li jiġi żgurat użu adegwat tar-riżorsi, li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza u monitoraġġ madwar l-UE kollha dwar il-pollinaturi u li l-ħtiġijiet tal-pollinaturi jiġu integrati aħjar fil-PAK u fil-qafas tal-leġiżlazzjoni dwar il-pestiċidi.

    Fit-tieni nofs tal-2021, il-Kummissjoni se tniedi attivitajiet ta’ konsultazzjoni biex tiġbor opinjonijiet u evidenza, għarfien u esperjenza aktar komprensivi mill-partijiet ikkonċernati u mill-pubbliku ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ azzjoni eżistenti. Dawn is-suġġerimenti se jkunu indikazzjoni importanti dwar kif tista’ ttejjeb dan il-qafas u tidentifika miżuri ulterjuri li jkunu meħtieġa biex l-objettivi fit-tul tal-Inizjattiva jiġu implimentati bis-sħiħ.

    Imbagħad, il-Kummissjoni se tirrevedi l-Inizjattiva, filwaqt li tqis ir-rispons li rċeviet s’issa minn istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħra kif ukoll ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

    (1)

      https://ec.europa.eu/environment/nature/conservation/species/redlist  

    (2)

    L-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, (2021), “Accounting for ecosystems and their services in the European Union (INCA)”, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, (qiegħed jiġi stampat).

    (3)

    COM(2018) 395 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52018DC0395 .

    (4)

    Il-pollinaturi fl-Ewropa huma primarjament insetti, inkluż in-naħal selvaġġi, il-hoverflies, il-friefet u l-baħrijiet.

    (5)

    https://www.acceptance.ec.europa.eu/environment/nature/conservation/species/pollinators/documents/EU_pollinators_summary_public_consultation.pdf  

    (6)

      https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2019-0104_MT.html  

    (7)

      https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-12948-2018-INIT/mt/pdf  

    (8)

    Rapport Speċjali 15/2020, https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=54200 .

    (9)

      https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14168-2020-INIT/mt/pdf

    (10)

    COM(2020) 380 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52020DC0380 .

    (11)

    COM(2020) 381 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52020DC0381 .

    (12)

    COM(2021)82 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2021:82:FIN .

    (13)

      https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC122225

    (14)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/European+Red+List+of+Hoverflies  

    (15)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/European+Red+List+of+Moths  

    (16)

      https://www.eionet.europa.eu/etcs/etc-bd/products/etc-bd-reports/etc-bd-technical-paper-1-2020-report-for-a-list-of-annex-i-habitat-types-important-for-pollinators  

    (17)

      https://ec.europa.eu/environment/nature/knowledge/rep_habitats  

    (18)

      https://www.eea.europa.eu/publications/state-of-nature-in-the-eu-2020  

    (19)

    https://tableau.discomap.eea.europa.eu/t/Natureonline/views/SONpollinators/Storypollinators?%3AisGuestRedirectFromVizportal=y&%3Adisplay_count=n&%3AshowAppBanner=false&%3Aorigin=viz_share_link&%3AshowVizHome=n&%3Aembed=y  

    (20)

    Il-Monitoraġġ Ewropew tal-Bijodiversità f’Pajsaġġi Agrikoli (EMBAL), https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Data+and+information .

    (21)

      https://ec.europa.eu/eurostat/web/lucas  

    (22)

    Insignia project, https://www.insignia-bee.eu .

    (23)

    Għal aktar informazzjoni dwar l-azzjonijiet preparatorji tal-Parlament Ewropew, jekk jogħġbok żur: https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/ATAG/2019/640130/EPRS_ATA(2019)640130_EN.pdf .

    (24)

      https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC120383  

    (25)

      https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC117072  

    (26)

    L-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, (2021), “Accounting for ecosystems and their services in the European Union (INCA)”, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, (qiegħed jiġi stampat).

    (27)

      https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC120571  

    (28)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Research+and+innovation  

    (29)

    SC5-32-2020, https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/opportunities/topic-details/sc5-32-2020 .

    (30)

    L-iskema ERA-NET COFUND ta’ Orizzont 2020 għall-promozzjoni tar-riċerka pan-Ewropea dwar il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema, https://www.biodiversa.org .  

    (31)

    Il-Proġett VOODOO, https://www.biodiversa.org/1777/download .

    (32)

    Il-Proġett OBServ, https://www.biodiversa.org/1635/download .

    (33)

    DrivenByPollinators https://cordis.europa.eu/project/id/819374 .

    (34)

    Pereżempju, DEFPOLL https://cordis.europa.eu/project/id/798954 .

    (35)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Horizon+2020  

    (36)

    EKLIPSE huwa mekkaniżmu għall-appoġġ ta’ deċiżjonijiet aħjar dwar l-ambjent abbażi tal-aħjar għarfien disponibbli, https://www.eklipse-mechanism.eu .

    (37)

      https://www.eklipse-mechanism.eu/pollinators_request  

    (38)

      https://ec.europa.eu/eip/agriculture/en/european-innovation-partnership-agricultural  

    (39)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Bottom-up+innovation  

    (40)

      https://ec.europa.eu/research/pdf/horizon-europe/ec_rtd_orientations-towards-the-strategic-planning.pdf  

    (41)

      https://ec.europa.eu/info/horizon-europe/commissions-proposal-horizon-europe_en#the-commissions-proposal-for-horizon-europe  

    (42)

    European Partnership under Horizon Europe, “Rescuing Biodiversity to Safeguard Life on Earth”, https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/research_and_innovation/funding/documents/european_partnership_for_rescuing_biodiversity_to_safeguard_life_on_earth.pdf .

    (43)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/EU+Pollinator+Information+Hive  

    (44)

      https://biodiversity.europa.eu/  

    (45)

    Is-SIAK hija sistema amministrattiva għall-istabbiliment u għall-kontroll tal-eliġibbiltà tal-għajnuna jew tal-appoġġ taħt il-PAK, stabbilita u operata minn kull Stat Membru. Aktar informazzjoni fuq: https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/key-policies/common-agricultural-policy/financing-cap/financial-assurance/managing-payments_en .

    (46)

    Id-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE), https://inspire.ec.europa.eu .

    (47)

      https://ec.europa.eu/environment/nature/legislation/fitness_check/action_plan  

    (48)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Action+plans  

    (49)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/LIFE+programme  

    (50)

      https://ec.europa.eu/easme/en/webinar-life-stepping-save-bugs  

    (51)

      https://ec.europa.eu/easme/sites/easme-site/files/life_and_invertebrates-_summary_report-final-layout.pdf  

    (52)

    https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/platform/events/continental_pannonian_steppic_and_black_sea_regions_seminar_en.htm  

    (53)

    https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/platform/events/atlantic_biogeographical_chalk_grasslands.htm  

    (54)

      https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/platform/events/eurasian_grassland_conference.htm  

    (55)

    Għal aktar informazzjoni dwar il-proċess bijoġeografiku ta’ Natura 2000, jekk jogħġbok żur: https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/seminars_en.htm .

    (56)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Natura+2000+workshop+Nov+2019  

    (57)

      https://ec.europa.eu/environment/nature/natura2000/financing/index_en.htm  

    (58)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Agriculture  

    (59)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Farmers  

    (60)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Actions+in+my+country  

    (61)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Stakeholder+conference+Feb+2020  

    (62)

      https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/key-policies/common-agricultural-policy/future-cap_en  

    (63)

    COM(2020) 846 final.

    (64)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Cities  

    (65)

      https://ec.europa.eu/futurium/en/system/files/ged/sul-nbs_finalactionplan_2018.pdf  

    (66)

    L-aġenda urbana hija sħubija ta’ bliet, Stati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u partijiet ikkonċernati bħal organizzazzjonijiet jew negozji mhux governattivi.

    (67)

      https://ec.europa.eu/environment/topics/urban-environment/green-city-accord_en  

    (68)

      https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1590574123338&uri=CELEX:52020DC0380  

    (69)

      https://ec.europa.eu/environment/europeangreencapital  

    (70)

      https://ec.europa.eu/environment/europeangreencapital/europeangreenleaf  

    (71)

      https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC115375  

    (72)

      https://ec.europa.eu/regional_policy/mt/funding  

    (73)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Stakeholder+conference+Feb+2020  

    (74)

      https://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/cooperation/european-territorial/  

    (75)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Regions  

    (76)

    SWD(2019) 193 final.

    (77)

    SWD(2019) 305 final.

    (78)

    Id-Direttiva 2009/128/KE.

    (79)

      https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/plant/docs/pesticides_sud_report-act_2020_mt.pdf  

    (80)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

    (81)

      https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/3295  

    (82)

      https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/B-9-2019-0149_MT.html  

    (83)

    L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

    (84)

      https://www.efsa.europa.eu/sites/default/files/event/Bee_Guidance_review.pdf  

    (85)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni se tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Rapport Speċjali 15/2020), https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=54200 .

    (86)

      https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/approval_active_substances/approval_renewal/neonicotinoids_en  

    (87)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/783 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva imidakloprid, ĠU L 132, 30.5.2018, p. 31.

    (88)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva klotijanidin, ĠU L 132, 30.5.2018, p. 35.

    (89)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/785 tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijametossam, ĠU L 132, 30.5.2018, p. 40.

    (90)

    2019/2803(RSP), https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2019-0104_MT.html .

    (91)

    ĠU L 33, 5.2.2020, p. 16.

    (92)

    ĠU L 33, 5.2.2020, p. 19.

    (93)

      https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/ppp/pppeas/screen/home  

    (94)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/IAS+Managers  

    (95)

    Ir-Regolament (UE) 1143/2014.

    (96)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/IAS+Managers  

    (97)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/LIFE+programme  

    (98)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Get+involved  

    (99)

      https://ec.europa.eu/environment/biodiversity/business/news/news-84_en.htm  

    (100)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Businesses  

    (101)

      https://ec.europa.eu/environment/biodiversity/business  

    (102)

      https://wikis.ec.europa.eu/pages/viewpage.action?pageId=23462237  

    (103)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Educational+materials  

    (104)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Citizens  

    (105)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/EU+Pollinator+Information+Hive  

    (106)

    SWD(2020)149 final.

    (107)

      https://butterfly-monitoring.net/able  

    (108)

    STING (Xjenza u Teknoloġija għall-Insetti Pollinaturi) huwa proġett implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni,

    https://ec.europa.eu/jrc/sites/jrcsh/files/adopted_jrc_2019-20_wp_europa_v2.pdf .

    (109)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Education+and+youth  

    (110)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Education+and+youth

    (111)

      https://ec.europa.eu/environment/ecolabel/  

    (112)

      https://www.business-biodiversity.eu/en/publications/easy-guide--insect-protection  

    (113)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Public+authorities  

    (114)

      https://ec.europa.eu/eip/agriculture/en/european-innovation-partnership-agricultural  

    (115)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/Regions  

    (116)

      https://ec.europa.eu/futurium/en/system/files/ged/sul-nbs_finalactionplan_2018.pdf  

    (117)

      https://ec.europa.eu/eip/agriculture/en/find-connect/projects/protecting-farmland-pollinators  

    (118)

      https://ec.europa.eu/eip/agriculture/en/find-connect/projects/pasture-pollinators  

    (119)

      https://eppanetwork.eu/project  

    (120)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/International+action  

    (121)

      https://ec.europa.eu/international-partnerships/news/eu-provides-extra-eu9-million-support-faos-work-promoting-nature-friendly-agricultural_en  

    (122)

      https://wikis.ec.europa.eu/display/EUPKH/International+action  

    (123)

      https://promotepollinators.org/about/history  

    (124)

      https://www.cbd.int/conferences/post2020  

    (125)

      https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14168-2020-INIT/mt/pdf  

    Top