EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DC0204

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2019 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar is-servizz kontinwu jew bix-xift)

COM/2021/204 final

Brussell, 26.4.2021

COM(2021) 204 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2019 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar is-servizz kontinwu jew bix-xift)


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2019 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar is-servizz kontinwu jew bix-xift)

1.Introduzzjoni

Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar ix-xogħol standby (Nru 495/77) u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (Nru 858/2004) jobbligaw lill-Kummissjoni tippreżenta, kull sena, rapport lill-Kunsill dwar l-għadd ta’ uffiċjali u aġenti oħrajn f’kull kategorija li jirċievu l-benefiċċji msemmija fir-regolamenti kkonċernati kif ukoll dwar in-nefqa totali relatata magħhom.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq l-aħħar ċifri annwali kompluti li kienu disponibbli fi żmien it-tħejjija tiegħu u għalhekk jirreferi għas-sena 2019. Huwa jkopri l-istituzzjonijiet kollha u jinkludi wkoll, għall-finijiet ta’ kompletezza, informazzjoni simili dwar l-użu tas-servizz kontinwu jew bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76).

2.Benefiċċju għax-xogħol standby

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikoli 55 u 56b tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977, kif emendat.

Il-ħlas tal-benefiċċju huwa limitat għal uffiċjali u għal aġenti oħra mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u impjegati:

fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), jew

f’azzjonijiet indiretti, jew

imħallsa mill-approprjazzjonijiet amministrattivi u impjegati:

fit-tmexxija jew fis-superviżjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi,

f’dipartiment tas-sigurtà,

f’dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT),

f’dipartiment li jipprovdi sostenn għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / Politika Ewropea ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għall-arranġamenti ta’ koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew fi kriżijiet, jew

fil-qafas ta’ arranġament maħluq biex jipprovdi l-għajnuna lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa (“SM 24/7”) fil-kuntest tal-koordinazzjoni f’każ urġenti jew ta’ kriżi jew servizzi li fihom teżisti n-neċessità li jwettqu kompiti sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri.

Il-benefiċċju għax-xogħol standby huwa espress permezz ta’ punti. L-għadd ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol standby effettivament maħduma huwa stabbilit kif ġej:

xogħol standby mid-dar, f’jum tax-xogħol: 2.15 punti;

xogħol standby fi tmiem il-ġimgħa u l-jiem ta' btala: 4.3 punti;

xogħol standby fuq il-post tax-xogħol, f’jum tax-xogħol: 11-il punt;

xogħol standby fuq il-post tax-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa u l-jiem ta' btala: 22 punt.

Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri EUR 0,95 fl-2019).

Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta’ benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni għas-sena 2019.

2.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali / aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali)

Istituzzjoni

AD

SC-AST

CA

TOTAL

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Kumissjoni

139

206

50

8

12

9

424

- li minnhom tal-JRC:

48

81

18

0

1

3

151

Il-Kunsill

15

68

2

0

0

0

85

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11

15

1

0

0

1

28

Il-Qorti tal-Awdituri

0

1

16

0

0

0

17

KESE

0

3

0

0

0

0

3

KtR

0

3

0

0

1

0

4

KEDP

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

14

11

0

2

5

1

33

TOTAL

179

307

69

10

18

11

594



2.2.    Għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol standby

Istituzzjoni

Fid-dar

Xogħol mid-dar u fuq il-post tax-xogħol

Fuq il-post tax-xogħol

TOTAL

Il-Kumissjoni

409

5

10

424

- li minnhom tal-JRC:

137

5

9

151

il-Kunsill

85

0

0

85

Il-Parlament

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28

0

0

28

Il-Qorti tal-Awdituri

17

0

0

17

KESE

3

0

0

3

KtR

4

0

0

4

KEDP

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

SEAE

33

0

0

33

TOTAL

579

5

10

594

2.3.L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ impjieg:

Istituzzjoni

JRC

Azzjoni indiretta

Installazzjonijiet tekniċi

Sigurtà

L-ICT

PESK / PSDK

SM 24/7

TOTAL

Il-Kumissjoni

151

2

58

39

133

0

41

424

- li minnhom tal-JRC:

151

0

0

0

0

0

0

151

Il-Kunsill

0

0

0

28

46

11

0

85

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

16

12

0

0

0

28

Il-Qorti tal-Awdituri


0

0


0


17


0


0


0

17

KESE

0

0

0

3

0

0

0

3

KtR

0

0

0

4

0

0

0

4

KEDP

0

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

0

0

4

9

20

0

33

TOTAL

151

2

74

107

188

31

41

594

3.Benefiċċju li jingħata minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikolu 56C tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004 tad-29 ta’ April 2004, kif emendat. Il-benefiċċju jingħata biex tikkumpensa għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli relatati ma’ (1) ‘protezzjoni personali’ (l-ilbies ta’ lbies speċjali skomdu, protezzjoni parzjali), (2) “post tax-xogħol” (postijiet konfinati, storbjużi u perikolużi) u (3) “natura tax-xogħol” (pereżempju, l-immaniġġar ta’ sustanzi korrużivi, xogħol bl-isplussivi) 1 .

Il-benefiċċju huwa espress f’termini ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol effettiv. L-għadd ta’ punti jvarja bejn 2 punti, pereżempju għal-livell medju ta’ ħoss li jeċċedi l-85 deċibel, u l-limitu massimu ta’ 50 punt fil-każ ta’ uffiċjal li jrid jilbes ilbies protettiv għal kontra n-nar b'apparat awtorespiratorju. Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri EUR 0,95 fl-2019).

3.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali / aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali)

Istituzzjoni

AD

SC-AST

CA

TOTAL

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Kumissjoni

36

144

26

0

1

9

216

- li minnhom tal-JRC:

32

132

16

0

1

9

190

Il-Kunsill

0

0

0

0

0

0

0

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

0

0

0

0

KESE

0

0

0

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

0

0

0

KEDP

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL

36

144

26

0

1

9

216

4.Benefiċċju għas-servizz kontinwu jew bix-xift

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976, kif emendat.

Il-ħlas tal-benefiċċju huwa limitat għal uffiċjali u għal aġenti oħra mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u impjegati:

fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), jew

f’azzjonijiet indiretti, jew

imħallsa mill-approprjazzjonijiet amministrattivi u impjegati:

f’dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT),

f’dipartiment tas-sigurtà,

f’servizz ta’ swiċċbord tat-telefon / ta’ informazzjoni jew f’uffiċċju ta' akkoljenza,

f’dipartiment li jipprovdi sostenn għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / Politika Ewropea ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għall-arranġamenti ta’ koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew fi kriżijiet,

servizz li jipprovdi appoġġ fil-kuntest ta’ koordinazzjoni f’każ ta’ emerġenza jew kriżi jew

fit-tmexxija jew fis-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi.

Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta’ benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni għas-sena 2019.

4.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali / aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali)

Istituzzjoni

AD

SC-AST

CA

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Kumissjoni

0

75

20

24

6

0

125

- li minnhom tal-JRC:

0

21

9

0

0

0

30

Il-Kunsill

0

65

0

10

0

0

75

Il-Parlament

4

57

516

4

12

2

595

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

1

16

0

0

0

17

KESE

0

3

0

0

0

0

3

KtR

0

3

0

0

1

0

4

KEDP

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

36

0

0

0

0

36

Total

4

240

552

38

19

2

855

Hemm erba' rati differenti previsti għall-benefiċċju ta' kull xahar (ċifri abbażi tas-sena 2019):

rata 1: servizz b’żewġ xiftijiet, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u fil-jiem ta' btala: EUR 429,05;

it-tieni rata: servizz b’żewġ xiftijiet, inkluż matul il-lejl, fi tmiem il-ġimgħa u fil-jiem ta' btala: EUR 647,59;

it-tielet rata: 24 siegħa kuljum, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u l-jiem ta' btala: EUR 708,05;

ir-raba’ rata: 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa: EUR 965,31.

4.2.L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull rata

Istituzzjoni

Rata 1

Rata 2

Rata 3

Rata 4

Total

429.05

647.59

708.05

965.31

Il-Kumissjoni

14

0

8

103

125

- li minnhom tal-JRC:

0

0

8

22

30

Il-Kunsill

25

0

0

50

75

Il-Parlament

50

281

0

264

595

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

17

17

KESE

3

0

0

0

3

KtR

4

0

0

0

4

KEDP

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

SEAE

27

0

0

9

36

Total

123

281

8

443

855

4.3.    L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ impjieg:

Istituzzjoni

JRC

Crisis/emerg. coord.

L-ICT

Sigurtà

Swiċċbord/Reception

PESK/
PSDK

Installazzjoni teknika

Azzjonijiet Ind.

TOTAL

Il-Kumissjoni

30

16

14

65

0

0

0


0

125

- li minnhom tal-JRC:

30

0

0

0

0

0

0


0

30

Il-Kunsill

0

0

0

75

0

0

0

0

75

Il-Parlament

0

0

0

545

50

0

0

0

595

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

17

0

0

0

0

17

KESE

0

0

0

3

0

0

0

0

3

KtR

0

0

0

4

0

0

0

0

4

KEDP

0

0

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

0

14

13

0

9

0

0

36

Total

30

16

28

722

50

9

0

0

855

5.Is-servizzi kkonċernati u r-raġunijiet

Il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE, il-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri u ż-żewġ Kumitati jużaw xogħol standby u/jew xogħol bix-xift u jħallsu l-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni.

Il-Kummissjoni għadha l-unika istituzzjoni li tħallas benefiċċji għal kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli, fil-JRC, fl-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (OIB) u, mill-2018, għall-ispetturi nukleari fid-DĠ ENER.

5.1.Ir-raġunijiet għall-użu tax-xogħol standby

Il-Kummissjoni: Fl-2019, il-Kummissjoni ħallset benefiċċji għal xogħol standby lil 410 membru tal-persunal tagħha, li jirrappreżentaw tnaqqis żgħir meta mqabbla mal-2018 (416 benefiċjarju).

Kien hemm żieda fid-dipartiment tas-servizzi tal-informazzjoni u t-teknoloġija (ICT) (+16). Din iż-żieda hija dovuta għal għadd akbar ta’ benefiċjarji (103 meta mqabbla ma’ 89 fl-2018) li jiffurmaw parti mill-23 servizz ta’ standby eżistenti fi ħdan id-DĠ DIGIT. B’kuntrast, kien hemm tnaqqis żgħir fis-servizzi ta’ installazzjoni teknika matul l-aħħar ftit snin (abolizzjoni tas-servizzi standby fl-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, inqas benefiċjarji fl-OIB/OIL). L-istess xejra tista’ tiġi osservata fil-qasam tal-koordinazzjoni ta’ kriżi/emerġenza (-9).        
Madwar 37 % (151) tal-benefiċjarji jaħdmu f’wieħed miċ-ċentri ta’ riċerka. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet fil-JRC ix-xogħol standby isir mid-dar, bl-eċċezzjoni ta’ Ispra fejn is-servizzi jistgħu jitwettqu jew minn fuq il-post tax-xogħol, jew mid-dar minħabba l-ispeċifiċità tal-kompiti.

Fid-Direttorati Ġenerali l-oħra tal-Kummissjoni, kien hemm tnaqqis żgħir fl-għadd ta’ benefiċjarji (54 fl-2018, 47 fl-2019) fid-DĠ ECHO (SM 24/7), wara żieda (+ 5) fl-2018. Għas-servizzi l-oħra, ftit li xejn kien hemm tibdil meta mqabbel mal-2018.

Il-Kunsill: Il-Kunsill ħallas benefiċċji għal xogħol standby lil 85 membru tal-persunal tiegħu fl-2019 (77 fl-2018).

Ġew stabbiliti erba’ servizzi biex ikopru l-oqsma li ġejjin: (1) it-teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), biex jiggarantixxu l-protezzjoni u l-funzjonament tajjeb tan-netwerks tal-IT u tal-komunikazzjoni, (2) is-Sikurezza/is-Sigurtà biex jirrispondu minnufih għal kwalunkwe inċident li jista’ jaffettwa l-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u l-attivitajiet tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew, u biex jipprovdu 24/7 lill-uffiċjali tas-sigurtà fuq missjoni, (3) azzjoni rapida biex jabbozzaw, jippubblikaw fuq l-internet u jxerrdu dikjarazzjonijiet immedjati u urġenti mill-Presidenza b’rotazzjoni u l-President tal-Kunsill Ewropew fil-kuntest tal-PESK/PESD. Fl-2019 dan ix-xogħol ta’ standby kien jitwettaq biss mid-dar.    
Din ix-xejra ‘l fuq tista’ tiġi spjegata minn żieda żgħira fin-numru ta’ benefiċjarji fis-servizzi eżistenti minn naħa, u bil-ħolqien ta’ servizz ġdid fl-unità ORG.5 “Sigurtà tal-Informazzjoni” min-naħa l-oħra.
   
   

Il-Qorti tal-Awdituri: Fl-2019, l-ippjanar ta’ kull xahar tad-dipartiment tas-sigurtà u s-sikurezza jinkludi dmirijiet ta’ standby f’darhom għal 17 membru tal-persunal, l-istess bħal fl-2018. Huma jiżguraw is-sikurezza tal-bini u tal-okkupanti tiegħu madwar l-arloġġ matul is-sena.

SEAE: Fl-2019, is-SEAE ħallas benefiċċji għal xogħol standby lil 33 membru tal-persunal tiegħu (29 membru tal-persunal fl-2018). Il-ħolqien ta’ servizz ġdid fl-unità SG AFF GEN 6 “Komunikazzjoni strateġika” jispjega din iż-żieda. Is-servizzi standby ikopru tliet oqsma ta’ ħidma: (1) servizzi ta’ sigurtà, biex jipprovdu protezzjoni l-ħin kollu lill-persunal, lill-viżitaturi, lill-uffiċċji u lill-proprjetà tas-SEAE fi Brussell u biex jipproteġu l-informazzjoni klassifikata (fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet); (2) appoġġ għall-PESK/PESD għall-monitoraġġ tal-avvenimenti madwar id-dinja 24/7, ir-rispons għal kriżijiet, inċidenti, avvenimenti kritiċi, sitwazzjonijiet jew emerġenzi speċifiċi, l-għoti ta’ appoġġ lir-Rappreżentant Għoli u l-atturi tal-UE, il-faċilitazzjoni tal-laqgħat tal-Pjattaforma tal-Kriżijiet tas-SEAE barra l-ħinijiet tax-xogħol normali; (3) is-servizz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni permezz tal-COMCEN (Ċentru ta’ Komunikazzjoni) li jipprovdi servizzi għat-trasmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata lill-membri kollha tal-persunal tas-SEAE, filwaqt li jipprovdi wkoll servizzi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill sabiex jiġi żgurat it-trattament rapidu ta’ informazzjoni klassifikata urġenti.

Il-Qorti tal-Ġustizzja: Fl-2019, il-Qorti tal-Ġustizzja ħallset benefiċċji għas-servizzi standby lil 28 membru tal-persunal tagħha (27 fl-2018). Dan is-servizz ġie stabbilit f’Novembru 2014 fid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura. Id-Direttorat tal-Bini huwa responsabbli għall-protezzjoni tal-istituzzjoni, il-prevenzjoni tan-nirien, u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan jinkludi tliet unitajiet responsabbli għal xogħol ġdid, il-ġestjoni tal-bini u s-sikurezza u s-sigurtà.

KtR-KESE: Hemm servizz konġunt ta’ standby fi ħdan is-servizz tas-sigurtà fil-KtR u l-KESE biex jiġi żgurat li l-persunal tas-sigurtà jkun jista’ jintlaħaq u jkun lest li jirreaġixxi f’kull ħin jekk jinqalgħu inċidenti li jeħtieġu azzjoni meta l-istituzzjoni tkun magħluqa. Fl-2019, is-servizz standby id-dar kien jikkonċerna 4 membru tal-persunal tal-KtR (l-istess bħal fl-2018) u 3 membru tal-persunal tal-KESE (2 fl-2018).

5.2.Ir-raġunijiet għall-użu tal-benefiċċju li jingħata minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Kummissjoni: Il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni li għamlet użu minn din il-possibbiltà fl-2019: l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (OIB) għas-servizz tar-riproduzzjoni, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u d-DĠ ENER għall-ispezzjonijiet ta’ installazzjonijiet f’siti nukleari, għal total ta’ 216 benefiċjarju fl-2019 (209 fl-2018).

Fl-2019, in-numru totali ta’ sigħat li nħadmu f’dawn il-kundizzjonijiet diffiċli tqassmu kif ġej:

Ø64 889.11 siegħa (65 808.19 minn kull 2018) relatati mal-protezzjoni individwali (pereżempju, l-ilbies ta’ lbies protettiv partikolarment skomdi);

Ø115 973.35 siegħa (117 127.13 fl-2018) relatati mal-post tax-xogħol (pereżempju, livell għoli ta’ storbju, siti perikolużi);

Ø12 162.74 siegħa (11 539.68 fl-2018) relatati man-natura tax-xogħol (pereżempju, l-immaniġġar ta’ sustanzi korrużivi);

Ø8 sigħat (26.20 fl-2018) relatati mal-kombinazzjoni tal-protezzjoni personali u l-postijiet tax-xogħol (spetturi nukleari: livell għoli ta’ storbju, ilbies protettiv b’apparat awtonomu għat-teħid tan-nifs).

5.3.Raġunijiet għal servizz kontinwu jew bix-xift

Il-Kummissjoni: Fi ħdan il-Kummissjoni, il-JRC (għal raġunijiet relatati man-natura tal-kompiti) u d-DĠ HR (dipartiment tas-sikurezza u s-sigurtà) għamlu l-akbar użu minn dan it-tip ta’ organizzazzjoni tax-xogħol (30 u 57 persuna rispettivament fl-2019).

Fl-2019, ix-xogħol bix-xift twettaq fid-Direttorati Ġenerali l-oħra (baġit operattiv) minn 38 persuna fl-oqsma li ġejjin:

Sigurtà u prevenzjoni: 8 (OIL);

Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni: 14 (DG COMM);

Assistenza lill-Istati Membri: 16 (DG ECHO).

L-arranġament tax-xogħol bix-xift fid-DĠ COMM iħejji rieżamijiet għall-istampa għall-President, il-Kulleġġ u s-Servizz tal-Kelliem.

Is-servizz madwar il-ħin kollu fiċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni fid-DĠ ECHO jassisti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni waqt diżastri.

Ir-rati 1, 3 u 4 (tipi ta’ konċessjonijiet) huma applikati fil-Kummissjoni, bir-rata 4 (servizz kontinwu) tintuża prinċipalment fis-servizzi tas-sigurtà.

Il-Kunsill: Il-Kunsill għandu sistema ta’ xogħol bix-xift, li hija essenzjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi responsabbli għall-prevenzjoni u għas-sikurezza u s-sigurtà tal-bini u l-persuni fiż-żewġ binjiet tal-Kunsill.

L-għadd ta’ benefiċjarji baqa’ stabbli (75 fl-2019 bħal fl-2018).

Parlament Ewropew: Fl-2019, il-Parlament Ewropew ħallas benefiċċji għal xogħol bix-xift biex ikopri (1) servizzi ta’ sikurezza u sigurtà fit-3 post tax-xogħol: Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu, (2) servizzi relatati mal-akkoljenza, is-sigurtà u l-kontroll tal-viżitaturi (il-Parlamentarium, Dar l-Istorja Ewropea u Dar Jean Monnet (mill-2017), iċ-Ċentru Sportiv (mill-2017)) u l-komunikazzjoni permezz tal-iswitchboard, li toffri varjetà ta’ servizzi f’diversi lingwi, inkluż it-trasferiment ta’ telefonati deħlin u ħerġin, il-forniment ta’ informazzjoni ta’ kuntatt (numri tat-telefown u tal-faks, indirizzi tal-posta elettronika u tal-uffiċċju), informazzjoni dwar il-laqgħat u l-bini tal-Parlament Ewropew.

L-istruttura tikkonsisti jew f’arranġament ta’ żewġ xiftijiet (rata 1), arranġament ta’ żewġ xiftijiet inklużi l-iljieli, tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi (rata 2) jew servizz kontinwu ta’ 24 siegħa (rata 4). L-għadd ta’ benefiċjarji baqa’ kważi stabbli 595 benefiċjarju fl-2019 (603 fl-2018).

Fl-2019, il-Parlament irrapporta tnaqqis qawwi fl-għadd ta’ persuni li jirċievu l-benefiċċju tar-rata tal-1 iżda żieda fl-għadd ta’ benefiċjarji tal-benefiċċji tar-rati tal-2 u l-4, li wassal għal żieda sinifikanti fil-baġit użat. 

Il-Qorti tal-Awdituri: Fl-2019, l-uniku servizz irrappurtat mill-Qorti tal-Awdituri kien ix-xogħol bix-xift stabbilit fl-unità RH 2 “Servizzi ġenerali” Huwa servizz kontinwu ta’ 24 siegħa (rata 4) b’ 17 benefiċjarju (19 fl-2018). Ix-xogħol bix-xift fil-qasam tas-servizz telefoniku/reception irrappurtat fl-2018 (2 benefiċjarju) ġie abolit.

SEAE: Fl-2019, is-SEAE ħallas 36 benefiċċju għal xogħol bix-xift biex jiżgura l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u l-immarkar ta’ kuljum ta’ avvenimenti jew sitwazzjonijiet politikament sinifikanti fuq bażi 24/7 u biex jipprovdi servizzi għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni klassifikata lill-persunal kollu tas-SEAE u lir-Rappreżentant Għoli u atturi oħra tal-UE (il-Kummissjoni Ewropea, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, l-Aġenziji tal-UE, l-Istati Membri tal-UE).

Żewġ tipi ta’ benefiċċji huma applikabbli fis-SEAE, prinċipalment ir-rata 1 u r-rata 4. L-għadd ta’ benefiċjarji baqa’ stabbli. 

KtR-KESE: Servizz konġunt ta’ ħidma bix-shift qed jopera fil-KtR u fil-KESE biex jissodisfa l-ħtieġa għal preżenza kontinwa fis-servizz tas-sigurtà. Il-KtR iħallas indennizzi lil 4 benefiċjarju (rata 1) u lill-KESE lil 3 benefiċjarju (rata 1).



6.    In-nefqa baġitarja, għal kull istituzzjoni u għal kull benefiċċju (f’EUR)

Istituzzjoni

Xogħol bix-xift

Ix-xogħol standby

Kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Total

Il-Kumissjoni

1 114 753.93

1 565 038.22

650 195.23

3 329 987.38

- li minnhom tal-JRC:

216 008,78

634 304,88

616 763,55

1 467 077.21

Il-Kunsill

645 516.00

258 689.00

0

904 205.00

Il-Parlament

5 581 878.31

0

0

5 581 878.31

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

67 265.00

0

67 265.00

Il-Qorti tal-Awdituri

192 198.69

12 314.87

0

204 513,56

KESE

12 753.76

6 958.64

0

19 712.40

KtR

20 392.56

12 718.72

0

33 111.28

KEDP

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

SEAE

249 700.00

101 874.00

0

351 574.00

Total

7 817 193.25

2 024 858.45

650 195.23

10 492 246.93

L-ammont imħallas għat-tliet benefiċċji, mill-istituzzjonijiet Ewropej kollha f'daqqa jammonta għal EUR 10 492 246,93 għas-sena 2019 (EUR 9 378 337,37 għas-sena 2018).

(1) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004.
Top