EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XG1103(01)

Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li jikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi 2020/C 369/08

PUB/2020/784

ĠU C 369, 3.11.2020, p. 14–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/14


Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja li jikkonċerna d-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u għall-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi

(2020/C 369/08)

AVVIŻ TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL KONĊESSJONI GĦALL-PROSPETTAR U L-ESPLORAZZJONI TA’ DEPOŻITI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS NATURALI U GĦALL-ESTRAZZJONI TAŻ-ŻEJT U TAL-GASS NATURALI

TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49ec(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2020, il-punt 1064, kif emendat)

2.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni Speċjali bil-lingwa Pollakka: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

SEZZJONI II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Il-Ministeru għall-Ambjent

Indirizz postali:

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warsaw

POLAND

Tel. +48 223692449

Faks +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/srodowisko

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   Informazzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal konċessjoni:

Ġiet sottomessa applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Żarówka” mill-awtorità ta’ konċessjoni.

2)   It-tip ta’ attivitajiet li għalihom il-konċessjoni għandha tingħata:

Konċessjoni għall-prospettar u l-esplorazzjoni ta’ depożiti taż-żejt u tal-gass naturali u l-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Żarówka”, partijiet tal-blokok tal-konċessjoni Nri 374, 375, 394, 395 u 415.

3)   Iż-żona li fiha l-attivitajiet għandhom jitwettqu:

Il-konfini taż-żona huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-1992:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

270 540,043

672 311,742

2

249 443,453

672 878,103

3

245 290,899

669 473,151

4

240 958,636

665 921,830

5

237 577,757

665 495,763

6

237 410,575

650 413,455

7

239 417,422

650 357,023

8

238 508,655

648 788,837

9

243 613,841

646 403,423

10

249 610,064

642 378,845

11

272 901,839

642 324,883

12

275 644,856

655 439,420

13

281 714,994

660 677,582

14

281 732,174

663 835,806

15

277 531,651

670 376,646

16

271 201,938

670 339,108

bl-eċċezzjoni taż-żoni Nri 1-3, konfinati permezz tal-linji li jgħaqqdu l-koordinati li ġejjin:

 

iż-żona Nru 1:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

253 717,84

659 764,02

2

251 939,39

662 811,64

3

250 457,41

663 851,33

4

249 458,27

663 878,05

5

249 431,37

662 878,69

6

250 913,54

661 839,11

7

252 329,78

659 091,17

 

iż-żona Nru 2:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

243 841,27

652 408,86

2

243 704,28

652 859,09

3

242 160,78

653 402,84

4

241 942,54

652 079,84

5

242 104,56

650 665,63

6

242 538,42

650 063,90

7

242 988,25

650 051,86

 

iż-żona Nru 3:

Nru

X [PL-1992]

Y [PL-1992]

1

239 836

658 121

2

239 517

658 892

3

240 337

660 407

4

240 349

661 365

5

239 838

661 533

6

239 595

660 944

7

238 995

661 013

8

238 365

660 292

9

238 360

660 175

10

238 425

659 983

11

239 673

660 009

12

239 103

658 799

13

239 277

658 137

Iż-żona tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona hija 1 072,40 km2.

Post amministrattiv:

il-Provinċja ta’ Małopolskie;

id-Distrett ta’ Dąbrowa: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Mędrzechów, Radgoszcz u Olesno; il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Szczucin u Dąbrowa Tarnowska;

id-Distrett ta’ Tarnów: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Lisia Góra, Tarnów u Skrzyszów;

il-Provinċja ta’ Podkarpackie;

id-Distrett ta’ Mielec: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Borowa, Czermin, Wadowice Górne u Mielec; il-muniċipalitajiet urbani-rurali ta’ Radomyśl Wielki u Przecław;

id-Distrett ta’ Dębica: il-muniċipalitajiet rurali ta’ Żyraków u Czarna; il-muniċipalità urbana-rurali ta’ Pilzno.

4)   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal konċessjoni minn entitajiet oħra interessati fl-attività li għaliha għandha tingħata l-konċessjoni, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

L-applikazzjonijiet 'għal konċessjoni jridu jiġu sottomessi lill-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard min-nofsinhar (12:00) (CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda mill-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5)   Kriterji ta’ valutazzjoni għall-applikazzjonijiet għal konċessjoni u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom stabbilita b’kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 49k(1), (1a) u (3) tal-Att dwar il-Liġi Ġeoloġika u Minerarja:

L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

 

30 % — l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni proposti;

 

20 % — l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir;

 

20 % — il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

 

20 % — it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni;

 

5 % — il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u għall-esplorazzjoni, rispettivament, ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 2 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, flimkien ma’ korpi xjentifiċi attivi fir-riċerka tal-ġeoloġija tal-Polonja, u ta’ għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet, inklużi fil-lista ta’ korpi xjentifiċi attivi msemmija fl-Artikolu 49k(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni);

 

5 % — l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta’ operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali, u l-ħarsien tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

IV.1)   L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Ministerstwo Środowiska [Ministry of the Environment]

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Geology and Geological Concessions Department]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warsaw

Poland

IV.2)   L-informazzjoni tista’ tinkiseb:

mis-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: https://www.gov.pl/web/srodowisko

mid-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi

Il-Ministeru għall-Ambjent

ul. Wawelska 52/54

00-922 Varsavja

Il-Polonja

Tel. +48 225792449

Faks +48 225792460

Posta elettronika: sekretariat.dgk@srodowisko.gov.pl

IV.3)   Deċiżjoni ta’ kwalifika:

L-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.

IV.4)   Tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju:

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Żarówka” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni huwa ta’ PLN 245 740,46 (mitejn u ħamsa u erbgħin elf, seba’ mija u erbgħin zloty, sitta u erbgħin grosz) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ minerali huwa indiċizzat mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali).

IV.5)   L-għoti tal-konċessjonijiet u l-istabbiliment ta’ użufrutt minerarju

L-awtorità ta’ konċessjoni, wara li tkun kisbet l-opinjonijiet jew il-ftehimiet meħtieġa skont l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi:

1)

lill-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ, jew

2)

meta applikazzjoni għal konċessjoni ppreżentata b’mod konġunt minn diversi entitajiet tingħata l-ogħla punteġġ, lill-partijiet fil-ftehim ta’ kooperazzjoni – ladarba dak il-ftehim ikun ġie sottomess lill-awtorità tal-konċessjoni

u, fl-istess ħin, mhux se tagħti konċessjonijiet lil entitajiet oħra (l-Artikolu 49ee (1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

L-awtorità ta’ konċessjoni se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt minerarju mal-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ u, fejn applikazzjoni għal konċessjoni sottomessa b’mod konġunt minn entitajiet diversi entitajiet tingħata l-ogħla punteġġ, mal-entitajiet kollha li ppreżentaw l-applikazzjoni konġunta (l-Artikolu 49ee (2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni). Sabiex ikun jista’ jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur irid ikollu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju u konċessjoni.

IV.6)   Ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-applikazzjonijiet għal konċessjoni u d-dokumenti meħtieġa mill-applikanti:

L-Artikolu 49eb tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni jispeċifika l-partijiet komponenti tal-applikazzjoni għal konċessjoni.

L-età ġeoloġika tal-formazzjonijiet fejn se jitwettqu xogħlijiet ġeografiċi (skop ġeoloġiku) għandha tiġi indikata bħala l-għan tax-xogħlijiet, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

IV.7)   Kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti:

Il-Kategorija C hija l-kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti taż-żejt u tal-gass naturali fiż-żona “Żarówka”.

F’isem il-Ministru

Il-Ministeru għall-Ambjent


Top