Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0427

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata

    COM/2020/427 final

    Brussell, 21.8.2020

    COM(2020) 427 final

    2020/0201(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.Suġġett tal-proposta

    Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata (HSC) tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali f’Settembru 2020.

    2.Kuntest tal-proposta

    2.1.Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija

    Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija għandha l-għan li tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali u l-ġbir, it-tqabbil u l-analiżi tal-istatistika, b’mod partikolari dik dwar il-kummerċ internazzjonali. Bħala Anness din tinkludi n-Nomenklatura tas-SA li hija sistema armonizzata internazzjonali li tippermetti lill-pajjiżi parteċipanti jikklassifikaw oġġetti tal-kummerċ fuq bażi komuni għal skopijiet doganali. B’mod partikolari, in-Nomenklatura tas-SA tinkludi d-deskrizzjoni tal-oġġetti, li jidhru bħala intestaturi u subintestaturi, u l-kodiċijiet numeriċi relatati tagħhom, fuq il-bażi ta’ sistema ta’ kodiċi b’sitt figuri. In-Nomenklatura tas-SA tiġi riveduta kull ħames snin 1 . Din tiġi applikata minn aktar minn 190 amministrazzjoni minn madwar id-dinja; konsegwentement, aktar minn 98 % tal-oġġetti kollha tal-kummerċ fid-dinja jiġu klassifikati skontha.

    Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1988.

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Ftehim 2 .

    2.2.L-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO)

    L-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), stabbilita fl-1952 bħala l-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, hija korp intergovernattiv indipendenti b’missjoni li jsaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet doganali. Hija tirrappreżenta 183 amministrazzjoni doganali minn madwar id-dinja. Il-korp governattiv tad-WCO huwa l-Kunsill. L-Unjoni teżerċita drittijiet u obbligi simili għas-sħubija ad interim fid-WCO sakemm tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali.

    Il-korp governattiv tad-WCO hu l-Kunsill tad-WCO, li jibbaża ruħu fuq il-kompetenza u l-ħiliet ta’ Segretarjat u fuq firxa ta’ kumitati tekniċi u konsultattivi biex iwettaq il-missjoni tiegħu.

    Il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata (HSC) huwa kumitat tekniku responsabbli għall-ħidma preparatorja relatata mal-Konvenzjoni SA. Il-kompiti ewlenin tal-HSC huma dawn li ġejjin:

    ·Iħejji n-Noti ta’ Spjegazzjoni, l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew pariri oħra bħala gwida għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, u jeżerċita tali funzjonijiet oħra fir-rigward tas-Sistema Armonizzata li l-Kunsill tad-WCO jew il-Partijiet Kontraenti jistgħu jqisu li jkunu meħtieġa.

    ·Iħejji rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tat-testi legali tas-Sistema Armonizzata, inkluż billi jsib soluzzjonijiet għal tilwimiet dwar il-klassifikazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti, u b’hekk jiffaċilita l-kummerċ;

    ·Jipproponi emendi u aġġornamenti għas-Sistema Armonizzata biex din tirrifletti l-iżviluppi fit-teknoloġija u t-tibdiliet fix-xejriet tal-kummerċ kif ukoll ħtiġijiet oħra tal-utenti tas-Sistema Armonizzata;

    ·Jippromwovi l-applikazzjoni mifruxa tas-Sistema Armonizzata u jeżamina mistoqsijiet ġenerali u kwistjonijiet ta’ politika relatati magħha.

    L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha flimkien għandhom vot wieħed biss fl-HSC. Id-deċiżjonijiet tal-HSC dwar kwistjonijiet koperti minn din id-deċiżjoni qafas jittieħdu b’maġġoranza sempliċi.

    Skont l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni SA, in-Noti ta’ Spjegazzjoni, l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata, imħejjija matul sessjoni tal-HSC, jitqiesu bħala approvati mill-Kunsill tad-WCO jekk, mhux aktar tard mit-tmiem tat-tieni xahar wara x-xahar li fih ingħalqet is-sessjoni li fiha ġew adottati, l-ebda Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni SA ma tkun innotifikat lis-Segretarju Ġenerali tad-WCO t-talba tagħha li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-Kunsill tad-WCO.

    2.3.L-atti previsti

    Skont l-Artikolu 6(2) tal-Konvenzjoni SA, l-HSC normalment jiltaqa’ darbtejn fis-sena. Fil-prattika, il-laqgħat tal-HSC isiru f’Marzu u f’Settembru.

    Id-deċiżjoni proposta tikkonċerna l-atti li ġejjin, li jitqiesu mill-HSC u li jiġu adottati provviżorjament minnu, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kunsill tad-WCO permezz ta’ “proċedura ta’ silenzju”:

    (a)Noti ta’ Spjegazzjoni, li jiċċaraw l-interpretazzjoni tan-noti, tal-intestaturi u tas-subintestaturi tan-Nomenklatura tas-SA,

    (b)Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, li jirriflettu d-deċiżjonijiet meħuda mill-HSC fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ prodotti speċifiċi,

    (c)Pariri u rakkomandazzjonijiet oħra li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura tas-SA, bħal deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni jew gwida oħra adottati mill-HSC.

    F’konformità mal-Artikolu 34 7.(a)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 3 , l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jirrevokaw id-deċiżjonijiet tagħhom relatati ma’ informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (id-deċiżjonijiet BTI) meta ma jibqgħux kompatibbli mal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura tas-SA li tirriżulta minn deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni jew emendi għan-noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura tas-SA, b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    3.Pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

    3.1.Diffikultajiet prattiċi fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE

    F’kull waħda miż-żewġ sessjonijiet annwali tiegħu, il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tad-WCO jadotta Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata.

    Mill-perspettiva prattika, normalment ma jkunx hemm biżżejjed żmien biex l-Unjoni formalment tadotta pożizzjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE qabel kull laqgħa tal-HSC. Għalhekk, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WCO għall-kwistjonijiet tas-SA 4 li bħalissa tinsab pendenti fil-Kunsill.

    Madankollu, minħabba t-tifqigħat tal-COVID-19, is-Segretarjat tad-WCO informa li l-laqgħa ta’ Settembru 2020 se ssir permezz ta’ diskussjonijiet online bil-miktub. Minkejja l-fatt li l-aġenda ta’ din il-laqgħa għadha mhix disponibbli, u l-organizzazzjoni u l-format tad-diskussjonijiet għadhom mhumiex magħrufa, huwa mistenni li l-punti fuq l-aġenda tal-laqgħa preċedenti (HSC/65 – Marzu 2020), li tħassret mid-WCO minħabba s-sitwazzjoni ta’ pandemija globali, x’aktarx li jkunu inklużi fl-aġenda tal-laqgħa ta’ Settembru.

    Fid-dawl tal-għadd ta’ punti li dwarhom l-HSC se jintalab jiddeċiedi f’din il-laqgħa, u l-effetti legali vinkolanti tagħhom fuq id-dritt tal-Unjoni, jitqies li hemm il-ħtieġa għal Deċiżjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE, li tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni għall-punti li dwarhom huwa diġà magħruf li l-HSC se jintalab jiddeċiedi (jiġifieri Noti ta’ Spjegazzjoni, opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni u deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, gwida jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata).

    Punti oħra li jistgħu jiġu inklużi aktar tard fl-aġenda tal-HSC se jiġu ttrattati fi stadju ulterjuri.

    3.2.L-iskop u l-kontenut tal-proposta

    Id-deċiżjonijiet inkwistjoni mħejjija mill-HSC kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, u n-Nomenklatura Magħquda (NM) annessa miegħu. Id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni jew l-emendi għan-noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura tas-SA jintużaw b’appoġġ għall-klassifikazzjoni prevista fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-NM, fin-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM u fid-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri huma meħtieġa jirrevokaw id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni tagħhom fejn dawn ma jkunux għadhom kompatibbli mal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura tas-SA li tirriżulta minn dawn id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni, jew l-emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA.

    Għalhekk, huwa xieraq li l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WCO tiġi stabbilita b’Deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni.

    L-istabbiliment ta’ tali pożizzjonijiet kien iggwidat mill-kriterji ġenerali ddefiniti mill-Konvenzjoni SA (ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA) u l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-oġġetti.

    Il-pożizzjoni proposta għandha l-għan li tesprimi l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura tas-SA. Għandha wkoll l-għan li tesprimi pożizzjoni fir-rigward tal-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni u tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA mħejjija mill-HSC.

    Il-konsultazzjoni tal-esperti tekniċi mill-Istati Membri twettqet fil-Grupp ta’ Esperti Doganali bejn it-3 u l-5 ta’ Marzu 2020. Il-konklużjonijiet tas-CEG huma konformi mal-pożizzjonijiet ssuġġeriti, li jistgħu jinsabu fl-Anness tal-abbozz ta’ proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill.

    Il-pożizzjoni proposta tal-UE hi allinjata wkoll mal-politika doganali stabbilita u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni tal-oġġetti malli jiġu importati, skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom.

    Il-pożizzjoni proposta hi meħtieġa biex l-UE tkun tista’ tesprimi pożizzjoni fl-HSC li jmiss.

    4.Bażi ġuridika

    4.1.Prinċipji

    L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

    Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregola l-korp inkwistjoni. Jinkludi wkoll strumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mill-korp leġiżlattiv tal-Unjoni 5 .

    Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WCO, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew pariri oħra bħala gwida għall-interpretazzjoni tas-SA skont il-Konvenzjoni SA hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

    4.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

    Il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata u l-Kunsill tad-WCO huma korpi stabbiliti bi ftehim, jiġifieri l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija.

    L-atti li l-HSC huwa mitlub iħejji jikkostitwixxu atti li għandhom effetti legali. L-atti previsti, ladarba jiġu approvati mill-Kunsill tad-WCO, kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE, jiġifieri: l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana. Dan għaliex l-Artikolu 34.7.(a)(iii) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 6 jiddikjara li “l-awtoritajiet doganali għandhom jirrevokaw id-deċiżjonijiet BTI 7 tagħhom… fejn dawn ma jkunux għadhom kompatibbli mal-interpretazzjoni…b’riżultat ta’…deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni jew emendi għan-noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija adottati mill-Kumitat tas-SA;”. Barra minn hekk, tali deċiżjonijiet ippreparati mill-HSC (id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni jew l-emendi għan-noti ta’ spjegazzjoni tan-Nomenklatura tas-SA) jintużaw b’appoġġ għall-klassifikazzjoni prevista fir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (NM), fin-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM u fid-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. L-att previst ma jissupplimentax u ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

    Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hi l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

    4.3.Bażi ġuridika sostantiva

    4.3.1.Prinċipji

    Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-objettiv u mill-kontenut tal-att previst li dwaru tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-objettivi jew il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tkun imsejsa fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

    4.3.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

    Peress li l-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst huma relatati mat-Tariffa Doganali Komuni, l-Artikoli 31, 43(2) u 207(4) tat-TFUE huma l-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta.

    4.4.Konklużjoni

    Il-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikoli 31, 43(2) u 207(4) tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

    5.Implikazzjonijiet baġitarji

    Din il-proposta ma għandhiex implikazzjoni fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea.

    6.Pubblikazzjoni tal-att previst

    L-ebda

    2020/0201 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 31, 43(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE 8 l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, u l-Protokoll li Jemendaha 9 (il-Konvenzjoni SA), li stabbiliet il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata (HSC).

    (2)Skont l-Artikolu 7(1) b) u c) tal-Konvenzjoni SA, l-HSC huwa, fost l-oħrajn, responsabbli għat-tħejjija tan-Noti ta’ Spjegazzjoni, tal-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata.

    (3)Fis-sessjoni tiegħu ta’ Settembru, il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata huwa mistenni jiddeċiedi dwar l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata.

    (4)Importanti li jiġi mfakkar li skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fl-interessi taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-verifika, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tal-oġġetti għal skopijiet doganali b’mod ġenerali għandu jitfittex fil-karatteristiċi u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħhom kif definiti fit-test tal-intestatura rilevanti tan-nomenklatura doganali u fit-taqsima u fin-noti rilevanti dwar il-kapitoli.

    (5)Fid-dawl tal-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata, jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, billi, ladarba jiġu aċċettati, l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, ċerti deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni u emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA jiġu ppubblikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 a) iii) tal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013, u jsiru applikabbli għall-Istati Membri kollha. Il-pożizzjoni se tiġi espressa fil-Kumitat tas-Sistema Armonizzata.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali dwar l-approvazzjoni tan-Noti ta’ Spjegazzjoni, l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata, hija stabbilita fl-Anness.

    Artikolu 2

    Jista’ jintlaħaq qbil dwar tibdiliet minuri għall-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 mingħajr il-ħtieġa ta’ deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    Mill-introduzzjoni tagħha fl-1988, in-Nomenklatura tas-SA ġiet riveduta sitt darbiet. Dawn ir-reviżjonijiet daħlu fis-seħħ fl-1996, fl-2002, fl-2007, fl-2012 u fl-2017. Is-sitt reviżjoni se tidħol fis-seħħ fl-2022.
    (2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).
    (3)    ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
    (4)    COM(2020)196
    (5)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, il-Kawża C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi 61 sa 64.
    (6)    Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
    (7)    Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi: id-deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni mogħtija minn qabel mill-amministrazzjonijiet doganali lill-operaturi ekonomiċi, sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali dwar il-klassifikazzjoni u t-trattament tariffarju applikabbli għall-oġġetti soġġetti għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni. 
    (8)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha ( ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1 ).
    (9)    ĠU L 198, 20.7.1987, p. 3
    Top

    Brussell, 21.8.2020

    COM(2020) 427 final

    ANNESS

    ta’ [...]

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fis-66 sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, deċiżjonijiet ta’ klassifikazzjoni, emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata


    ANNESS

    IV. RAPPORT TAS-SOTTOKUMITAT XJENTIFIKU: Dok. NS0456Eb (SSC/35 - rapport)

    (1)Kwistjonijiet għal deċiżjoni (dok. NC2708Ea)

    (a)L-Annessi A/1 u C/1 – Klassifikazzjoni ta’ prodotti INN ġodda (il-Lista 120). Jenħtieġ li l-Unjoni tapprova l-125 klassifikazzjoni (l-Edizzjoni tas-SA tal-2017) u t-tliet riklassifikazzjonijiet konsegwenzjali (l-Edizzjoni tas-SA tal-2022) rakkomandati mis-Sottokumitat Xjentifiku.

    (b)L-Annessi A/2 u C/2 – Klassifikazzjoni ta’ prodotti INN ġodda (il-Lista 121). Jenħtieġ li l-Unjoni tapprova l-143 klassifikazzjoni (l-Edizzjoni tas-SA tal-2017) u l-15-il riklassifikazzjoni konsegwenzjali (l-Edizzjoni tas-SA tal-2022) rakkomandati mis-Sottokumitat Xjentifiku.

    (c)L-Annessi A/3 u C/3 – Riklassifikazzjoni possibbli ta’ ċerti prodotti INN konsegwenzjali fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Artikolu 16 tat-23 ta’ Ġunju 2019. Jenħtieġ li l-Unjoni tapprova r-riklassifikazzjonijiet konsegwenzjali (l-Edizzjoni tas-SA tal-2022) tal-143 prodott INN miftehma mas-Sottokumitat Xjentifiku.

    (d)L-Annessi B/1 u C/6 – Deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat tas-SA fit-63 u fl-64 sessjoni tiegħu u mill-Kunsill tad-WCO fil-133/134 sessjoni tiegħu, li jaffettwaw il-ħidma tal-SSC. Jenħtieġ li l-Unjoni tapprova r-riklassifikazzjonijiet ta’ “zilucoplan” u “etryptamine” approvati mis-Sottokumitat Xjentifiku, fis-subintestaturi 2933.79 u 2939.80, rispettivament.

    L-Unjoni għandha taqbel mal-klassifikazzjonijiet kollha proposti peress li huma konformi mal-politika ta’ klassifikazzjoni attwali fl-UE.

    (2)L-emenda possibbli għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-Kapitolu 29 fir-rigward tal-lista ta’ drogi narkotiċi, sustanzi psikotropiċi u prekursuri Dok. NC2738Ea

    L-Unjoni għandha taqbel mal-proposta li tiġi emendata n-NSSA tal-Kapitolu 29, f’konformità mal-parir tas-Sottokumitat Xjentifiku.

    V. RAPPORT TAS-SOTTOKUMITAT DWAR IR-RIEŻAMI TAS-SA (Dok. NR1403E)

    (1)Kwistjonijiet għal deċiżjoni (Dok. NC2709Ea)

    (a)L-Annessi D/6 u G/11 – Emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 85.24 (SA 2022)

    (b)L-Annessi D/7 u G/12 – Emendi possibbli għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-SA 2022 fir-rigward tal-istampaturi 3D

    (c)L-Annessi E/14 u G/19 – Emenda għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 70.19 fir-rigward tal-fibri tal-ħġieġ (HS 2022)

    (d)L-Annessi E/1 sa E/6, E/8 sa E/13, E/15 sa E/18, E/20, E/23 u G/1 sa G/6, G/8, G/13 sa G/18, G/21, G/22, G/24, G/27 – Emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tat-Taqsimiet I, II, III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII, XIII, XIV, XV, XVI, XVII, XVIII, XX u XXI.

    (e)L-Annessi E/23 u G/27 – Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-Kapitolu 97 fir-rigward ta’ ċerti oġġetti kulturali (HS 2022)

    (f)L-Annessi E/24 u G/28 – Emendi għan-Noti ta’ Spjegazzjoni (GIRs)

    L-Unjoni għandha taqbel mal-emendi kollha proposti fid-dokumenti peress li jirriflettu l-politika ta’ klassifikazzjoni attwali fl-UE.

    (2)Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta’ ċerti vaporizzaturi elettriċi personali li jintremew wara l-użu jew rikarikabbli (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2710Eb

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott 1 fis-subintestatura 8543.70 tas-SA 2017 u fis-subintestatura 8543.40 tas-SA 2022. Jenħtieġ li l-prodott 2 jiġi kklassifikat fl-intestatura 24.04 tas-SA2022 bl-użu ta’ GIR 3(b), abbażi tal-karattru essenzjali mogħti mil-likwidu elettroniku.

    (3)Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta’ ċerti kollezzjonijiet u biċċiet tal-kollezzjoni ta’ interess numismatiku (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2711Ea

    L-Unjoni għandha tesprimi l-bżonn għal informazzjoni addizzjonali dwar il-prodotti biex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni.

    L-Unjoni ma għandhiex taqbel mal-proposta li tiġi emendata n-NSSA, sakemm ma jkunx hemm kjarifika u gwida dwar kif issir distinzjoni bejn is-subintestaturi l-ġodda taħt l-intestatura 97.05.

    (4)Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta’ ċerti cartridges għall-istampaturi 3D (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2712Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fil-Kapitolu 39 skont il-materjal kostitwenti, f’konformità mal-Kawża C-276/00 tal-QĠUE. Hemm bżonn informazzjoni addizzjonali biex jiġu kklassifikati l-prodotti fil-livell tas-subintestatura. L-emenda proposta għan-NSSA jenħtieġ li ma tiġix appoġġata, peress li l-prattika attwali fl-UE hija li l-cartridges tal-istampaturi ma jiġux ikklassifikati bħala partijiet mill-istampaturi.

    (5)Il-klassifikazzjoni fis-SA 2022 ta’ magna tal-laminazzjoni tal-folji għall-manifattura addittiva Dok. NC2744Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.85 (għażla II).

    VI. RAPPORT TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA PRESESSJONALI Dok. NC2714Ea u l-Annessi A sa T

    L-Unjoni għandha tadotta t-test ippreżentat fl-Annessi A sa T, soġġett għal xi suġġerimenti editorjali, bir-rimarki li ġejjin.

    (1)L-emenda għall-Ġabra ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ prodott imsejjaħ “Milka Oreo Sandwich” fl-intestatura 18.06 (subintestatura 1806.32)

    L-Unjoni għandha tissuġġerixxi li titħassar il-lista ta’ ingredjenti li mhumiex meħtieġa għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni.

    (2)L-emenda għall-Ġabra ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ żewġ tipi ta’ zkuk tat-tabakk (“Zkuk tat-tabakk imqatta’ rrumblat espandut (CRES)” u “Zkuk tat-tabakk espandut (ETS)”) fl-intestatura 24.03 (subintestatura 2403.99)

    L-Unjoni għandha tinsisti li jinżamm it-test “ma jistax jitpejjep direttament” peress li dan kien il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni.

    (3)L-emenda għall-Ġabra ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni biex tiġi riflessa d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ Ċelloli tal-Karburant b’Ossidu Solidu (SOFC) imsejħa “Bloom Energy ES-5700” fl-intestatura 85.01 (subintestatura 8501.62)

    L-Unjoni għandha tissuġġerixxi l-użu tad-deskrizzjoni tal-prodott mit-test fil-kaxxa fid-dokument ta’ ħidma inizjali (dok. NC2655E1b).

    VII. TALBIET GĦAL RIEŻAMI (RIŻERVI)

    (1)Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta’ ċerti sip feeds djetetiċi (Prodotti 1 sa 5) (Talba mill-Istati Uniti) Dok. NC2715Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodotti bħala xarbiet fl-intestatura 22.02, f’konformità mal-Kawża C-114/80 tal-QĠUE u mal-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni 2202.99/2-4.

    (2)Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta’ apparat imsejjaħ “arloġġ tal-idejn tal-ġiri Polar M430 bil-GPS u bil-monitoraġġ tal-polz” (Talbiet mill-Istati Uniti u l-Ġappun) Dok. NC2716Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 9102.12 bħala arloġġ tal-idejn, f’konformità man-NSNM għall-intestatura 91.02.

    (3)Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta’ apparat imsejjaħ “Sterilizzatur tal-Formaldeid Formomat PL 349-2” (Talba mill-Ukrajna) Dok. NC2717Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.19, peress li din hija l-intestatura speċifika għall-isterilizzaturi. Il-bidla fit-temperatura sseħħ u għandha effett importanti fuq il-proċess sterilizzanti. L-apparat ma jissodisfa l-ebda funzjoni mekkanika.

    (4)Ir-rieżami tal-klassifikazzjoni ta’ żewġ prodotti msejħa “Ġeneraturi RF u Networks ta’ Korrispondenza RF” (Talba mill-Korea) Dok. NC2718Ea, NC2745Eb, NC2747Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.86 peress li huma magni identifikabbli użati biss jew prinċipalment għall-manifattura ta’ apparati semikondutturi.

    VIII. AKTAR STUDJI

    (1)Il-klassifikazzjoni tal-insetti li jittieklu (Proposta mis-Segretarjat) Dok. NC2719Ea

    L-Unjoni għandha tappoġġa t-trasferimenti possibbli mill-intestaturi 02.10 u 04.10 għall-prodott 1. Il-prodott 2 jista’ jiġi ttrasferit jew mill-intestatura 04.10 jew mill-Kapitolu 16. Il-prodott 3 jista’ jiġi ttrasferit mill-Kapitolu 16. Il-prodott 4 jista’ jiġi ttrasferit mill-Kapitolu 16 jew mill-Kapitolu 21.

    (2)L-emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 27.11 biex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni tal-gass likwifikat miż-żejt (LPG) (Proposta mis-Segretarjat) Dok. NC2720Ea

    L-Unjoni għandha tappoġġa s-subintestatura proposta fin-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-subintestatura 2711.19.

    (3)L-emenda għan-Noti ta’ Spjegazzjoni tar-Regola 3(b) biex tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni tas-settijiet tad-Dok. NC2721Ea

    L-Unjoni għandha tappoġġa ż-żamma tal-istatus quo u l-prattiki ta’ klassifikazzjoni attwali.

    (4)L-emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 91.02 Dok. NC2722Ea

    L-Unjoni tippreferi tistenna deċiżjoni definittiva dwar il-klassifikazzjoni ta’ “arloġġ Polar” (ara l-punt VII.2) qabel timxi bl-emenda għan-NSSA.

    (5)L-emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 87.03 fir-rigward ta’ vetturi ibridi mikro Dok. NC2723Ea

    L-Unjoni għandha tappoġġa l-emenda għan-NSSA peress li din tiċċara l-klassifikazzjoni tat-tip ta’ vettura l-ġdid.

    (6)Il-klassifikazzjoni tal-vetturi ibridi ħfief Dok. NC2724Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8703.40, peress li l-mutur elettriku huwa ddisinjat biex jagħti spinta lill-vettura billi jappoġġa t-tħaddim tal-magna.

    (7)Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ “DIMODAN HP M” (Talba mill-Ekwador) Dok. NC2725Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 34.04, peress li l-analiżi fil-laboratorju kkonfermat li l-prodott kellu karatteristika bħax-xema’.

    (8)L-emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 95.03 (Proposta mill-UE) Dok. NC2667Ea, NC2667Ea

    L-Unjoni għandha tibqa’ flessibbli għal kwalunkwe kumment editorjali addizzjonali dwar il-proposta oriġinali tal-UE.

    (9)L-emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 95.05 (Proposta mill-UE) Dok. NC2668Ea, NC2668Ea

    L-Unjoni għandha tibqa’ flessibbli għal kwalunkwe kumment editorjali addizzjonali dwar il-proposta oriġinali tal-UE.

    (10)Il-klassifikazzjoni ta’ ċerti żjut essenzjali mqiegħda għall-bejgħ bl-imnut (Talba mill-Costa Rica) Dok. NC2672Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 33.01. Dan il-prodott huwa żejt essenzjali tal-lavanda li fih tipi ta’ alkoħol monoterpeniċi, għalhekk mhuwiex deterpenat u huwa kopert mill-intestatura 33.01. Dan jinkiseb permezz ta’ proċess ta’ distillazzjoni bil-fwar li, għaldaqstant, huwa konformi man-NSSA tal-intestatura 33.01.

    (11)Il-klassifikazzjoni ta’ żewġ magni li jillostraw l-art imsejħa “Galaxy Floor Machine 1500, 1.5 HP, NSS brand” u “Galaxy Floor Machine, 1 HP, NSS brand” (Talba mill-Costa Rica) Dok. NC2673Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.79. Minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom, mhumiex tat-tip li normalment jintuża għal skopijiet domestiċi u meta titqies in-Nota 4(a) tal-Kapitolu 85 jenħtieġ li jkunu kklassifikati fis-subintestatura 84.79.

    (12)Il-klassifikazzjoni ta’ “Boom Lift Artikolat Awtonomu” (Talba mill-Korea) Dok. NC2674Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 84.28 abbażi tar-Regolament 738/2000 għal prodott simili.

    (13)Il-klassifikazzjoni ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-ikel (Talba mill-Istati Uniti) Dok. NC2676Ea, NC2742Ea

    L-Unjoni għandha titlob informazzjoni addizzjonali dwar l-erba’ prodotti kkonċernati kollha biex tiġi ddeterminata l-klassifikazzjoni.

    Prodott 1: kontenut ta’ proteina. Jekk dan ikun għoli ħafna (aktar minn 85 %), tista’ tiġi kkunsidrata l-intestatura 35.04. Abbażi tal-informazzjoni attwali, il-prodott jista’ jiġi kklassifikat fis-subintestatura 2106.10 f’konformità mal-Opinjoni ta’ Klassifikazzjoni 2106.90/5.

    Prodott 2: l-Unjoni tikklassifikah fl-intestatura 22.02 jekk ikun direttament tajjeb għax-xorb, jew fl-intestatura 21.06 jekk ikun irid jiġi dilwit qabel jinxtorob.

    Prodott 3: l-Unjoni tikklassifikah fl-intestatura 2101.20, madankollu, ikun ta’ għajnuna jekk ikun hemm informazzjoni addizzjonali dwar il-kontenut ta’ kafeina.

    Prodott 4: id-deskrizzjoni tal-prodott toħloq konfużjoni, peress li mhuwiex ċar x’inhu l-ingredjent prinċipali. Jekk ikun fih il-kawkaw, jista’ jiġi kklassifikat fl-intestatura 18.06, jekk le fl-intestatura 19.05.

    (14)Il-klassifikazzjoni ta’ “magna tat-tqattigħ” (Talba mill-Federazzjoni Russa) Dok. NC2677Ea

    L-Unjoni għandha tinnota li peress li l-magna fiha bosta funzjonijiet, il-klassifikazzjoni diffiċli li tiġi ddeterminata, u li din tista’ tiġi kklassifikata fl-intestaturi 84.30 jew 84.32, għalhekk tikklassifikaha fl-intestatura 84.32, bl-użu ta’ GIR 3(c).

    (15)Il-klassifikazzjoni ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda, tal-gomma, intiżi għall-vetturi użati għat-trasport ta’ oġġetti fil-kostruzzjoni, fix-xogħol tal-minjieri jew fl-industrija (Talba mill-Federazzjoni Russa) Dok. NC2678Ea, NC2748Ea

    L-Unjoni għandha tikkondividi l-parir tas-Segretarjat tad-WCO, u tikklassifika ż-żewġ prodotti fis-subintestatura 4011.20.

    (16)Il-klassifikazzjoni ta’ ċerti preparazzjonijiet ta’ tip użat fl-għalf tal-annimali (Talba mill-Kanada) Dok. NC2679Ea, NC2743Ea

    Abbażi tas-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-144/15, l-UE tikklassifika l-prodott fl-intestatura 23.09.

    (17)Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ “Kaxxa tad-Dawl għall-Ittrejsjar” (Talba mill-Ġappun) Dok. NC2681Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 94.05, billi dan għandu funzjoni b’użi multipli u mhuwiex mgħammar b’xi strument tat-tpinġija.

    (18)Il-klassifikazzjoni ta’ kontrollur tal-veloċità elettroniku msejjaħ “KEB COMBIVERT F5” (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2682Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 85.04, kif issuġġerit mis-Segretarjat tad-WCO.

    (19)L-emenda possibbli għan-Nota ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 27.10 (Proposta mill-Ġappun) Dok. NC2641Ea, NC2739Ea

    L-Unjoni għandha toqgħod lura milli tieħu sehem f’diskussjonijiet peress li l-opinjoni ta’ klassifikazzjoni li minnha tirriżulta din l-emenda ma tistax tiġi applikata fl-UE minħabba s-sentenza tal-QĠUE fil-Kawża C-330/13. Ikun aħjar li wieħed jaħseb fl-emenda għas-SA fil-futur u fit-tqassim mill-ġdid tan-Nota 2 tal-Kapitolu 27.

    (20)Jaf hemm allinjament ħażin bejn it-test Ingliż u dak Franċiż fin-Noti ta’ Spjegazzjoni tal-intestatura 85.01 Dok. NC2688Ea

    L-Unjoni għandha taqbel mal-emenda proposta li jintuża t-terminu “onduleur” bħal f’partijiet oħra tan-Nomenklatura tas-SA.

    IX. MISTOQSIJIET ĠODDA

    (1)Il-klassifikazzjoni ta’ ċerti kontenituri taż-żibel fit-toroq (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2726Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 39.26 minħabba d-daqs akbar tal-kontenituri, mhux għall-użu domestiku. L-Unjoni tinnota li d-deskrizzjoni tal-prodott jenħtieġ li tinkludi l-kapaċità tal-kontenituri f’litri.

    (2)Il-klassifikazzjoni ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-ikel fil-forma likwida (Talba mit-Tuneżija) Dok. NC2727Ea

    L-Unjoni għandha titlob aktar informazzjoni dwar il-kontenuti tal-prodotti (ilma jew meraq, sustanzi żejtnin, ingredjenti oħra minbarra l-vitamini, dożaġġ).

    (3)Il-klassifikazzjoni ta’ żewġ prodotti li fihom il-kannabidiol (CBD) imsejħa “FREYHERR” u “CANABIGAL” (Talba mis-Segretarjat) Dok. NC2728Ea

    L-Unjoni għandha tipproponi li l-kwistjoni tintbagħat quddiem is-Sottokumitat Xjentifiku, sabiex tintalab informazzjoni dwar (i) jekk il-prodotti jkollhomx biżżejjed ingredjenti attivi biex jagħtu effett terapewtiku jew profilattiku, u dwar (ii) l-ammont minimu ta’ CBD bħala ingredjent attiv fi kwalunkwe prodott biex dan ikollu effett terapewtiku jew profilattiku.

    (4)Il-klassifikazzjoni tal-ħut imnixxef li sussegwentement jiġi trattat bl-ilma (ħut imnixxef riidratat) (Talba min-Norveġja) Dok. NC2729Ea

    L-Unjoni tista’ tikklassifika l-prodott fil-Kapitolu 3, iżda hemm bżonn aktar informazzjoni dwar jekk it-togħma u l-konsistenza tal-prodott humiex ta’ ħut imnixxef jew ta’ ħut frisk.

    (5)Il-klassifikazzjoni ta’ ċerti ġeneraturi tat-togħlija bil-fwar għall-kmamar tal-fwar (Talba mill-Eġittu) Dok. NC2730Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodotti fl-intestatura 84.02 kif propost mis-Segretarjat tad-WCO, f’konformità mat-test tal-intestatura u n-NSSA tal-intestatura 84.02.

    (6)Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ “Flakes tal-fażola tas-sojja” (Talba minn Madagascar) Dok. NC2731Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fl-intestatura 23.04, simili għall-prodott tal-Opinjoni ta’ Klassifikazzjoni 2304.00/1.

    (7)Il-klassifikazzjoni ta’ stufa tal-etanol b’żewġ berners (Talba mill-Kenja) Dok. NC2732Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 7321.12., bħala karburant tal-etanol fil-forma likwida f’temperatura ambjentali u għalhekk jaqbel mat-test tas-subintestatura.

    (8)Il-klassifikazzjoni ta’ kiosk interattiv li jirċievi l-ilmenti (Talba mill-Eġittu) Dok. NC2733Ea

    L-Unjoni għandha titlob informazzjoni addizzjonali: jekk il-prodott jistax jiffunzjona flimkien ma’ apparat USB u kif, jew jistax jintuża biss permezz ta’ skrin tattili.

    XI. LISTA ADDIZZJONALI

    (1)Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ “ċfaċagħ żgħar tal-qamħirrum” (Talba mill-UE) Dok. NC2736Ea

    L-Unjoni talbet Opinjoni ta’ Klassifikazzjoni.

    (2)Il-klassifikazzjoni ta’ sett ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku bid-diżil b’potenza nominali doppja (Talba mill-Ghana) Dok. NC2737Ea

    L-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8502.13.

    (3)Il-klassifikazzjoni ta’ modulu TFT-LCD (Talba mill-Korea) Dok. NC2740Ea

    F’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 957/2006, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1201/2011 u Nru 1202/2011, u meta titqies in-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI, l-Unjoni tikklassifika l-prodott fis-subintestatura 8529.90.

    (4)It-Tħassir tal-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni 8528.69/1 u 8528.69/2 Dok. NC2741Ea

    Peress li l-prodotti ma għadhomx aktar fis-suq, l-Unjoni għandha tappoġġa t-tħassir ta’ dawk l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni.

    (5)Il-klassifikazzjoni tal-prodott imsejjaħ “trab tal-ġewż tal-Indi bix-xaħam parzjalment imneħħi” (Talba mill-UE) Dok. NC2746Ea

    L-Unjoni talbet Opinjoni ta’ Klassifikazzjoni.

    Top