Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0409

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku

COM/2020/409 final

Brussell, 28.5.2020

COM(2020) 409 final

2020/0103(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

It-tifqigħa tal-pandemija COVID-19 bidlet il-perspettiva ekonomika għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja. L-impatt fuq żmien qasir tal-kriżi ta’ COVID-19 fl-Istati Membri individwali se jiddependi fuq it-tul u s-severità tal-miżuri ta’ konfinament, il-kompożizzjoni tal-produzzjoni u l-miżuri ta’ politika ekonomika li ttieħdu biex jittaffa l-impatt fuq żmien qasir tal-kriżi. L-effetti fuq żmien medju u twil tal-kriżi se jiddependu fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Minħabba d-differenzi fl-impatt ekonomiku fuq żmien qasir u fl-ispazju ta’ politika disponibbli, hemm riskju reali li l-kriżi tal-COVID-19 se tikkawża aktar twessigħ tad-diverġenzi fl-Unjoni fin-nuqqas ta’ azzjoni politika deċiżiva.

Hekk kif il-miżuri ta’ konfinament jitneħħew b’mod gradwali, hemm bżonn li jiġi ppjanat b’mod strateġiku l-irkupru, ir-rivitalizzazzjoni tal-ekonomija u r-rilanċ tat-tkabbir sostenibbli. Dan jeħtieġ l-appoġġ ta’ investimenti pubbliċi u privati iżda wkoll it-tisħiħ tal-isforzi ta’ riforma tal-Istati Membri biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet soċjali u ekonomiċi sottostanti tal-ekonomiji tagħhom, it-titjib tar-reżiljenza tagħhom u l-faċilitazzjoni tar-ritorn għal tkabbir sostenibbli. F’dan ir-rigward, huwa kruċjali li jitkomplew l-isforzi ta’ riforma tal-Istati Membri billi jingħataw appoġġ tekniku sostanzjali biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tagħhom biex iħejju u jimplimentaw ir-riformi li jrawmu r-reżiljenza u jsostnu l-irkupru.

Dan ir-Regolament jipproponi li jiġi stabbilit Strument ta’ Appoġġ Tekniku indipendenti disponibbli għall-Istati Membri, bħala suċċessur għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (Structural Reform Support Programme, SRSP) 1 . L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku se jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista’ tkompli tipprovdi għarfien espert speċifiku fuq il-post biex tiżgura li l-Istati Membri jkollhom il-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva meħtieġa biex jiżviluppaw u jimplimentaw riformi li jtejbu t-tkabbir u jkunu kapaċi jsaħħu r-reżiljenza tal-ekonomiji Ewropej permezz ta’ strutturi amministrattivi effiċjenti u li jiffunzjonaw tajjeb. Għal dan il-għan, bħal fil-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, dan se jkollu l-għan li jakkumpanja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu qed jagħmlu t-talba matul l-istadji kollha jew f’fażijiet speċifiċi tal-proċess ta’ riforma.

Għal raġunijiet ta’ konvenjenza, u bil-ħsieb li jkun hemm qbil malajr kemm jista’ jkun mill-koleġiżlaturi, din il-proposta għal regolament tieħu bħala bażi l-aħħar test tal-istrument ta’ appoġġ tekniku li jinsab fil-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Programm ta’ Appoġġ għal Riformi (RSP) 2 kif diskuss mill-koleġiżlaturi f’dawn l-aħħar xhur. Il-proposta għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi ġiet irtirata.

Fil-31 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi fil-kuntest tal-proposti għal programmi settorjali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027. Din il-proposta kienet tinkludi strument ta’ appoġġ tekniku, li għandu l-għan li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. It-test ta’ din il-proposta ġie diskuss fil-Kunsill taħt il-presidenza Finlandiża u dik Kroata u sar qbil fil-prinċipju fil-Kunsill dwar dak l-istrument. B’mod parallel, il-Parlament Ewropew kien qed jaħdem fuq il-proposta tal-Kummissjoni għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi u ppreżenta l-abbozz ta’ rapport tiegħu fl-20 ta’ April 2020.

B’mod parallel ma’ din il-proposta, biex twieġeb għall-isfidi l-ġodda ppreżentati mill-kriżi ta’ COVID-19, il-Kummissjoni pproponiet ukoll regolament għal Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 3 li se jipprovdi appoġġ finanzjarju fuq skala kbira għal investimenti pubbliċi u riformi li jagħmlu l-ekonomiji tal-Istati Membri aktar reżiljenti, u mħejjija aħjar għall-futur. L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jista’ jappoġġa lill-Istati Membri fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jippermetti lill-Kummissjoni tappoġġa lill-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex ifasslu r-riformi skont il-prijoritajiet tagħhom li jiżviluppaw u jimplimentaw politiki u strateġiji ta’ riforma, kif ukoll jibbenefikaw minn prattiki tajba u eżempji ta’ pari. L-appoġġ tekniku se jkun partikolarment meħtieġ wara l-kriżi. Din il-proposta għalhekk tikkumplimenta b’mod adegwat il-pakketti ta’ miżuri li huma proposti mill-Kummissjoni biex tindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija COVID-19, jiġifieri l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, ir-REACT EU 4 permezz tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni, il-proposti emendati għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-InvestEU, u l-firxa ta’ miżuri żviluppati b’reazzjoni għall-pandemija COVID-19 bħall-“Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus” 5 .

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jibni fuq is-suċċess tal-SRSP, li esperjenza b’mod kostanti rispons pożittiv mill-Istati Membri benefiċjarji u domanda eċċessiva fir-rigward tal-baġits disponibbli f’sessjonijiet ta’ għażla tal-passat (pereż. għas-sessjoni tal-2019, minn 508 talba ppreżentati, ekwivalenti għall-valur totali ta’ EUR 194 miljun, 263 li jammontaw għal EUR 79,3 miljun setgħu jintgħażlu; għas-sessjoni tal-2020, minn 609 talba ppreżentati, ekwivalenti għal valur ta’ EUR 250 miljun, 228 li jammontaw għal EUR 84,7 setgħu jintgħażlu). L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku huwa mfassal bħala kontinwazzjoni tal-SRSP eżistenti, u huwa konsistenti, koerenti u komplementari għar-riżorsi eżistenti għall-bini ta’ kapaċità u l-assistenza teknika, li huma disponibbli fi programmi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni. L-assistenza teknika disponibbli permezz tal-politika ta’ koeżjoni għandha l-għan li tgħin lill-partijiet interessati jimplimentaw programmi u proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju għat-tħejjija, il-ġestjoni, l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ, l-awditjar u l-kontroll li sar disponibbli permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni. Għaldaqstant, l-assistenza teknika disponibbli f’dan il-kuntest għandha l-għan li tibni l-kapaċità li tamministra fondi tal-Unjoni u li trawwem l-implimentazzjoni ta’ proġetti kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni, u b’hekk tiffaċilita l-assorbiment ta’ dawn il-fondi. Iċ-ċentru ta’ assistenza teknika disponibbli mill-InvestEU hija prinċipalment immirata lejn it-tħejjija ta’ proġetti kbar (privati) ta’ investiment u ma timmirax għal riformi strutturali. B’kuntrast ma’ dan, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku għandu l-għan li jipprovdi appoġġ għall-kapaċità amministrattiva u r-riformi strutturali fit-tul, u b’hekk jikkumplimenta b’mod adegwat u jżid il-valur tal-assistenza eżistenti pprovduta mid-diversi programmi settorjali tal-Unjoni u l-azzjonijiet imwettqa bil-fondi tal-Unjoni.

Barra minn hekk, dan l-istrument huwa konsistenti mal-gwida ta’ politika pprovduta permezz tas-Semestru Ewropew, billi jipprovdi appoġġ tekniku biex titrawwem l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi indirizzati lill-Istati Membri f’dak il-kuntest.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma’ komplementarjetà u sinerġiji mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni u tipprevedihom.

L-għan tal-proposta li tistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa li toffri appoġġ finanzjarju għall-investimenti u r-riformi pubbliċi, b’mod partikolari fil-qasam tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, li jagħmlu l-ekonomiji aktar reżiljenti u mħejjija aħjar għall-futur.

L-istrument ta’ appoġġ tekniku se jkun komplementari għall-proposta li tistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, billi se jipprovdi appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri u, f’dan il-kuntest, se jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza li jistabbilixxu riformi u investimenti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u, b’mod aktar ġenerali, ukoll biex jipprovdu appoġġ għal azzjonijiet ta’ riforma nazzjonali relatati mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 175 (it-tielet paragrafu) u 197(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 175 (it-tielet paragrafu) TFUE jipprevedi, jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi lil hinn mill-Fondi u mingħajr preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politiki l-oħra tal-Unjoni, li dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

L-Artikolu 197(2) TFUE jipprevedi li l-Unjoni tista’ tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, fost oħrajn, billi tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni u tappoġġa l-iskemi ta’ taħriġ. L-ebda Stat Membru ma għandu jkun marbut li jagħmel użu minn dan l-appoġġ. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dan l-għan, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.

Fid-dawl tal-Artikoli 175 u 197 TFUE, ir-regolament għandu l-għan li jtejjeb il-koeżjoni, permezz ta’ miżuri li jippermettu l-irkupru, ir-reżiljenza u l-konverġenza fl-Istati Membri kkonċernati.

Sussidjarjetà (għal kompetenza mhux esklussiva)

Il-finanzjament tal-attivitajiet proposti permezz tar-regolament previst jirrispetta l-prinċipji ta’ valur miżjud Ewropew u ta’ sussidjarjetà. Il-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-għanijiet tagħhom ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom (“test tan-neċessità”), u jekk l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur miżjud meta mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri waħedhom.

L-għan tar-regolament huwa li jippromwovi l-koeżjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jinkisbu l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza, u biex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali.

Il-loġika sottostanti tar-regolament hija li l-appoġġ tekniku jiġi pprovdut bi tweġiba għal talba mill-Istat Membru kkonċernat li ssir fuq bażi volontarja. B’riżultat ta’ dan, kull Stat Membru jiddeċiedi jekk hijiex meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni, fid-dawl tal-possibbiltajiet disponibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ appoġġ tekniku marbuta mal-irkupru, ir-reżiljenza u l-konverġenza ekonomika u soċjali, u mat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri li jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni hija kwistjoni ta’ interess komuni għall-Unjoni.

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku jieħu post l-SRSP attwali u barra minn hekk huwa parti mill-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni b’rispons għat-tifqigħa tal-pandemija COVID-19, biex tgħin lill-Istati Membri jtaffu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa biex jinkiseb irkupru ekonomiku rapidu u robust fl-Unjoni. Dan l-għan ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom, filwaqt li l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali billi jistabbilixxi regolament li jistabbilixxi strument li joffri appoġġ tekniku msaħħaħ fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali li tant huma meħtieġa. Tali appoġġ jikkontribwixxi wkoll biex itaffi l-impatt soċjetali kkawżat mill-kriżi attwali ta’ COVID-19.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi ma tmurx lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan iddikjarat f’livell Ewropew u li huwa meħtieġ għal dan il-għan. Il-karattru volontarju ta’ strument ta’ appoġġ tekniku u n-natura konsenswali tal-kooperazzjoni matul il-proċess kollu jikkostitwixxu garanzija addizzjonali għar-rispett tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u għall-iżvilupp ta’ fiduċja reċiproka u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Għażla tal-istrument

L-għanijiet deskritti fit-taqsimiet preċedenti ma jistgħux jinkisbu permezz ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet, jew b’azzjoni volontarja mill-Istati Membri. Regolament biss jista’ jippermetti l-ksib tagħhom. Regolament applikabbli għall-Istati Membri kollha huwa wkoll l-istrument legali l-aktar xieraq biex tiġi organizzata l-provvista ta’ appoġġ tekniku bil-ħsieb li jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post / kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku huwa kontinwazzjoni tal-SRSP 2017-2020 eżistenti, fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2017/825, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2018/1671 6 . L-implimentazzjoni tal-SRSP bdiet bl-adozzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2017 7 f’Settembru 2017 u kompliet bl-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma sussegwenti 8 . F’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament SRSP, il-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapporti ta’ monitoraġġ annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm 9 u b’rapport ta’ evalwazzjoni indipendenti ta’ nofs it-terminu u ex post.

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport indipendenti ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, li għandu jiġi adottat dalwaqt mill-Kummissjoni, eżamina l-prestazzjoni tal-SRSP kontra l-kriterji ta’ evalwazzjoni (rilevanza, effettività, effiċjenza, koerenza u valur miżjud tal-UE) u ġibed għadd ta’ tagħlimiet. Minkejja li l-programm ġie adottat riċentament u ħafna proġetti ta’ appoġġ tekniku għadhom fil-fażijiet inizjali tal-implimentazzjoni, is-sejbiet juru li l-SRSP miexi sew lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu. L-evalwazzjoni turi l-iktar li t-tfassil tal-SRSP huwa allinjat tajjeb mal-ħtiġijiet attwali tal-Istati Membri u jservi bħala strument xieraq għall-appoġġ tal-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali tagħhom. Il-grad għoli ta’ flessibbiltà u n-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ kofinanzjament jagħmluha possibbli li l-ħtiġijiet tal-Istati Membri jiġu tradotti f’azzjonijiet fattibbli bi skedi ta’ żmien realistiċi u biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-Istat Membru. Il-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba fost l-Istati Membri ġiet ivvalutata wkoll bħala li għandha valur miżjud sinifikanti. Barra minn hekk, l-SRSP huwa integrat sew fil-proċess ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni. Iċ-ċikli annwali tal-SRSP u s-Semestru Ewropew qed jikkontribwixxu b’mod adegwat għal xulxin, li jippermetti approċċ komprensiv u kkoordinat lejn ir-riformi strutturali fl-Istati Membri. Grad għoli ta’ impenn mill-partijiet ikkonċernati kollha, livell għoli ta’ għarfien espert tal-fornituri ta’ appoġġ tekniku u ċirkostanzi politiċi favorevoli huma meqjusa fatturi li għandhom influwenza pożittiva fuq it-twettiq tal-eżiti tal-proġett tal-SRSP. In-nuqqas ta’ kollaborazzjoni fost il-partijiet interessati u ċ-ċirkostanzi politiċi li qed jinbidlu jew li huma inċerti huma meqjusa li għandhom influwenza negattiva fuq l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ proġetti ta’ appoġġ tekniku.

Konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza li titħejja l-proposta sabiex din tkun tista’ tiġi adottata f’waqtha mill-koleġiżlaturi, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati. Il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati ġew ikkunsidrati wkoll matul il-proċess leġiżlattiv dwar il-proposta għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt ġdida. Din il-proposta għal regolament madankollu tibni fuq l-aktar test reċenti disponibbli tal-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill dwar il-proposta għal RSP fir-rigward tal-istrument ta’ appoġġ tekniku li jinsabu fil-proposta għal RSP fir-rigward tal-istrument ta’ appoġġ tekniku u hija konsistenti mal-abbozz ta’ rapport konġunt tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew dwar l-istrument ta’ appoġġ tekniku li jinsabu fil-proposta għal RSP, ippubblikata fit-20 ta’ April 2020. Din il-proposta tissostitwixxi parzjalment il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għal RSP (COD …), li kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt, li s-sejbiet ewlenin tagħha jibqgħu validi jekk kollox jibqa’ l-istess.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta għandha effett pożittiv fuq il-preservazzjoni u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni, jekk wieħed jassumi li l-Istati Membri jitolbu u jirċievu appoġġ f’oqsma relatati. Pereżempju, appoġġ f’oqsma bħas-swieq tax-xogħol u l-assigurazzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-proprjetà, l-amministrazzjoni pubblika u s-sistema ġudizzjarja jistgħu jappoġġaw id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni bħad-dinjità, il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġustizzja.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-Appoġġ Tekniku għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 864 406 000 (fi prezzijiet attwali).

Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tipprevedi l-ispjegazzjonijiet xierqa dwar il-pakkett finanzjarju.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-twettiq tal-għanijiet tal-istrument ta’ appoġġ tekniku, ġew identifikati xi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u se jinġabru perjodikament. Indikaturi speċifiċi tar-riżultati u tal-impatt se jiġu definiti b’ rabta mal-proġetti konkreti, b’linji bażi u miri, biex jiġi mmonitorjat il-progress li sar lejn il-miri finali u biex jiġi evalwat l-impatt tar-riformi implimentati.

Se ssir evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post bil-għan li jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza tal-istrument. L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 10 . L-evalwazzjonijiet se jinkludu l-lezzjonijiet li ttieħdu sabiex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqasijiet u / jew problemi jew kwalunkwe potenzjal biex jittejbu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jgħinu jiġi mmassimizzat l-impatt u l-esplojtazzjoni tagħhom.

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tar-Regolament se titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni. Mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament, se ssir evalwazzjoni finali ex post mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, li se jappoġġa, b’miżuri tekniċi, lill-Istati Membri biex iwettqu riformi istituzzjonali, amministrattivi u li jsostnu t-tkabbir u li jtejbu r-reżiljenza (l-Artikolu 1).

L-għan ġenerali tal-istrument ta’ appoġġ tekniku huwa li jippromwovi l-koeżjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jinkisbu l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza, u biex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali. (L-Artikolu 3)

Għanijiet speċifiċi tal-istrument huma stabbiliti (l-Artikolu 4) bħala li jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi, inkluż permezz ta’ skambju ta’ prattiki tajba, proċessi u metodoloġiji xierqa u ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tar-riżorsi umani. Dawn għandhom jiġu segwiti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

L-ambitu tal-applikazzjoni huwa firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika li jinkludu oqsma relatati mal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u tal-assi, ir-riforma istituzzjonali u amministrattiva, l-ambjent tan-negozju, is-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika, l-edukazzjoni u s-settur finanzjarju (l-Artikolu 5). Tingħata enfasi speċifika lil azzjonijiet li jrawmu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

Il-pakkett finanzjarju ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perjodu 2021-2027 se jkun ta’ EUR 864 406 000 fi prezzijiet attwali (l-Artikolu 6). Minbarra dan il-pakkett finanzjarju, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu fuq bażi volontarja, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament [suċċessur tas-CPR] ] 11 , riżorsi ta’ assistenza teknika taħt programmi ta’ ġestjoni kondiviża għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku. Riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati skont ir-regoli ta’ dan l-istrument u għandhom jintużaw esklussivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat (l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 10).

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 jistabbilixxu għan aktar ambizzjuż għall-integrazzjoni tal-klima fil-programmi kollha tal-UE, b’mira kumplessiva ta’ 25 % tan-nefqa tal-UE tkun qed tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-klima. Il-kontribuzzjoni ta’ dan l-istrument għall-kisba ta’ din il-mira kumplessiva se tiġi mmonitorjata permezz ta’ sistema ta’ mmarkar tal-klima tal-UE f’livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni, inkluż l-użu ta’ metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn huma disponibbli (il-Premessa 10).

Jenħtieġ li l-istrument ta' Appoġġ Tekniku jappoġġa l-implimentazzjoni tar-riformi li jsostnu t-tkabbir u jsaħħu r-reżiljenza mwettqa bl-inizjattiva tal-Istati Membri, jew fil-kuntest ta' proċessi ta' governanza ekonomika jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u riformi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. L-istrument jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ tekniku għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' riformi li jridu jitwettqu permezz tal-Faċilità l-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza (l-Artikolu 8).

Il-Kummissjoni se tanalizza t-talbiet għal appoġġ fuq il-bażi tal-urġenza, il-wisa' u l-profondità tal-problemi identifikati, tappoġġa l-bżonnijiet fir-rigward tal-qasam ta' politika kkonċernat, analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru. Fuq il-bażi ta' dik l-analiżi u filwaqt li jitqiesu l-miżuri u l-azzjonijiet eżistenti ffinanzjati minn fondi oħra tal-Unjoni jew programmi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tilħaq ftehim mal-Istat Membru dwar l-oqsma ta' prijorità għal appoġġ, għanijiet, skeda ta' żmien indikattiva, ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li se jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata, li trid tiġi stabbilita fi pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ (l-Artikolu 8).

It-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament permezz tal-Istrument tal-Appoġġ Tekniku se jinkludu, fost l-oħrajn, kompetenza relatata mal-konsulenza politika u / jew bidla, formulazzjoni ta’ strateġiji u pjanijiet direzzjonali ta’ riforma, kif ukoll riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi; il-provvista ta' esperti, fosthom esperti residenti; bini tal-kapaċità u azzjonijiet ta' appoġġ relatati fil-livelli kollha ta' governanza, li jikkontribwixxu wkoll għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili (l-Artikolu 7). L-azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi, strumenti jew fondi oħra tal-Unjoni permezz tal-baġit tal-Unjoni sakemm dan l-appoġġ ma jkoprix l-istess kost (l-Artikolu 11).

Il-Kummissjoni se tadotta programmi ta' ħidma sabiex timplimenta l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu l-miżuri għall-għoti ta' appoġġ tekniku u l-elementi kollha meħtieġa skont ir-Regolament Finanzjarju 12 (l-Artikolu 12).

Isiru dispożizzjonijiet dwar attivitajiet ta' komunikazzjoni fir-rigward tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew u fir-rigward tal-pubbliku ġenerali huma stabbiliti għad-diversi strumenti (l-Artikoli 9 u 17) kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-komplementarjetà (l-Artikolu 13), il-monitoraġġ (l-Artikolu 14), ir-rapporti annwali (l-Artikolu 15) u l-evalwazzjoni (l-Artikolu 16).

2020/0103 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 197(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Skont l-Artikoli 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat"), l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni u fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali li l-Kunsill jifformula. Skont l-Artikolu 148 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw politiki dwar l-impjiegi li jqisu l-linji gwida għall-impjieg. Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija għalhekk kwistjoni ta' tħassib komuni.

(2)L-Artikolu 175 tat-Trattat jipprevedi, fost l-oħrajn, li l-Istati Membri jenħtieġ jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom b'tali mod li jiksbu l-għanijiet dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174.

(3)It-tifqigħa tal-pandemija COVID-19 fil-bidu tal-2020 bidlet il-perspettiva ekonomika għas-snin li ġejjin fl-UE u fid-dinja. Fl-Unjoni, tfaċċaw prijoritajiet ġodda, marbuta mal-kriżi, li jiffokaw speċifikament fuq l-irkupru u r-reżiljenza. Huma jeħtieġu reazzjoni urġenti u kkoordinata mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi għall-Istati Membri kif ukoll biex jittaffew l-effetti negattivi soċjali u ekonomiċi. Il-pandemija preżenti tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta' ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b'saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Għalhekk, ir-riformi li jsaħħu t-tkabbir u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom, se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji u s-soċjetajiet jiġu jerġgħu jaqbdu t-triq lejn irkupru sostenibbli u jegħlbu d-diverġenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali fl-Unjoni.

(4)Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji ta’ investiment multiannwali nazzjonali tagħhom stess b’sostenn għal dawn il-prijoritajiet tar-riforma. Dawk l-istrateġiji huma ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod biex jippreżentaw u jikkoordinaw prijoritajie biex jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u / jew tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jasal, b’mod partikolari mill-programmi appoġġati mill-Unjoni permezz tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni, u minn programmi oħra.

(5)Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 stabbilixxa l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (Structural Reform Support Programme, SRSP) għall-perjodu mill-2017 sal-2020, b’baġit ta’ EUR 142 800 000. L-SRSP ġie stabbilit biex issaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri biex iħejju u jimplimentaw riformi amministrattivi u strutturali li jsostnu t-tkabbir, fosthompermezz ta' għajnuna għall-użu effiċjenti u effettiv tal-fondi tal-Unjoni. L-appoġġ tekniku taħt dan il-programm huwa pprovdut mill-Kummissjoni, b'talba minn Stat Membru, u jista' jkopri firxa wiesgħa ta' oqsma ta' politika. Dan ir-Regolament huwa mfassal bħala kontinwazzjoni ta’ dak il-programm li l-Istati Membri rċevew b’mod pożittiv.

(6)L-Istati Membri bdew dejjem aktar jieħdu appoġġ tekniku bl-SRSP fil-passat għaldaqstant, permezz ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġi stabbilit strument ta’ appoġġ tekniku bil-għan li jkompli jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi.

(7)B’riflessjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir tal-Ewropa u t-traduzzjoni tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan l-istrument ta' appoġġ tekniku se jikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi. Jenħtieġ li jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrument, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta’ rieżami rilevanti. Dan jenħtieġ li jindirizza wkoll sfidi ambjentali u soċjali usa’ fi ħdan l-Unjoni, inkluża l-protezzjoni tal-kapital naturali u l-appoġġ għall-ekonomija ċirkolari u jkun f’konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

(8)L-objettiv ġenerali tal-istrument ta’ appoġġ tekniku jenħtieġ li jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw riformi meħtieġa biex jintlaħaq l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri biex jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi ffaċċjati mill-istituzzjonijiet, mill-governanza, mill-amministrazzjoni pubblika, u mis-setturi ekonomiċi u soċjali.

(9)L-objettivi speċifiċi tal-istrument ta' appoġġ tekniku jenħtieġ li jikkonsistu fl-assistenza lill-awtoritajiet nazzjonali fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex ifasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi, inkluż permezz ta' skambju ta' prattiki tajbin, proċessi u metodoloġiji xierqa u ġestjoni tar-riżorsi umani aktar effettivai u effiċjenta.

(10)Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu megħjuna jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-riformi fl-oqsma kollha ekonomiċi u soċjetali essenzjali, jenħtieġ li jissokta l-appoġġ tekniku pprovdut mill-Kummissjoni, fuq talba minn Stat Membru, f'firxa wiesgħa ta' oqsma politiċi, li jinkludu oqsma relatati mal-ġestjoni tal-finanzi u tal-assi pubbliċi, ir-riforma istituzzjonali u amministrattiva, l-ambjent tan-negozju, is-settur finanzjarju, is-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-iżvilupp sostenibbli, is-saħħa pubblika u il-benessri soċjali. Jenħtieġ li tingħata enfasi speċifika lill-azzjonijiet li jrawmu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

(11)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 16 , għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(12)Sabiex jilqgħu għal ħtiġijiet addizzjonali permezz tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà jittrasferixxu għall-baġit ta’ dan l-istrument ir-riżorsi programmati f’ġestjoni kondiviża taħt il-fondi tal-Unjoni, skont il-proċedura tagħhom. Ir-riżorsi trasferiti jenħtieġ li jiġu implimentati skont ir-regoli ta’ dan l-istrument u jenħtieġ li jintużaw esklużivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru konċernat. Il-Kummissjoni jenħtieġ litipprovdi feedback lill-Istat Membru kkonċernat dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali.

(13)L-Istrument ta' Appoġġ Tekniku jenħtieġ li jiġi pprovdut wara talba għal dan, sabiex jappoġġa l-implimentazzjoni tar-riformi mwettqa bl-inizjattiva tal-Istati Membri, riformi fil-kuntest ta' proċessi ta' governanza ekonomika jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, u riformi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku. Jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ tekniku għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjaniiet ta' rkupru li jridu jitwettqu skont ir-Regolament (UE) Nru YYY/XX.

(14)F'konformità mar-regoli u l-prattika diġà eżistenti fil-programm preċedenti, jenħtieġ li jiġi stabbilit proċess ħafif għall-preżentazzjoni ta' talbiet għal appoġġ tekniku. Għal din ir-raġuni, it-talbiet mill-Istati Membri jenħtieġ li jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Ottubru tas-sena kalendarja. B'rispett għall-prinċipju ġenerali ta' trattament ugwali, ġestjoni finanzjarja soda u trasparenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji xierqa għall-analiżi tat-talbiet tal-Istati Membri. Dawn il-kriterji jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-urġenza, is-severità u l-firxa tal-problemi, kif ukoll fuq il-ħtiġijiet ta' appoġġ identifikati fir-rigward tal-oqsma ta' politika fejn huwa previst l-appoġġ tekniku.

(15)Jenħtieġ li jiġi speċifikat ukoll il-kontenut tal-pjanijiet ta' kooperazzjoni u appoġġ li jagħti dettalji dwar il-miżuri għall-għoti ta' appoġġ tekniku lill-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-miżuri ta' appoġġ tekniku previsti u l-kontribuzzjoni finanzjarja globali stmata relatata jenħtieġ li jqisu l-azzjonijiet u l-attivitajiet iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew mill-programmi tal-Unjoni.

(16)Għall-finijiet ta' responsabbiltà, trasparenza u biex tkun żgurata l-viżibbiltà tal-azzjoni tal-Unjoni, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet li jipproteġu informazzjoni sensittiva, jenħtieġ li l-pjanijiet ta' kooperazzjoni u appoġġ jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u jenħtieġ li jitwettqu attivitajiet ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni kif xieraq.

(17)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku, b'mod partikolari l-modi ta' ġestjoni, il-forom ta' finanzjament għall-miżuri ta' appoġġ tekniku u l-kontenut tal-programmi ta' ħidma, li jenħtieġ li jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Fid-dawl tal-importanza li jiġu sostnuti l-isforzi tal-Istati Membri fis-segwiment u l-implimentazzjoni tar-riformi, huwa meħtieġ li tiġi permessa rata ta' kofinanzjament għal għotjiet sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli. Sabiex ikun hemm mobilizzazzjoni rapida ta' appoġġ tekniku f'każ ta' urġenza, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-adozzjoni ta' miżuri speċjali għal perjodu ta' żmien limitat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jitwarrab ammont limitat tal-baġit fil-programm ta' ħidma tal-Istrument ta' Appoġġ Tekniku għal miżuri speċjali.

(18)Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta' fondi mill-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, l-azzjonijiet b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju għall-istess nefqa. B'mod partikolari, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn is-sorsi ta' finanzjament, inkluża l-assistenza teknika tagħhom.

(19)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat l-istrument stabbilit permezz ta’ dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni u piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, jekk xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-istrument fil-post.

(20)Hu opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta' nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-istrument stabbilit permezz ta’ dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tiegħu u l-valur miżjud tiegħu. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrument.

(21)Jenħtieħ li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tekniku. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament Finanzjarju) 17 u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(22)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 19 , u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 20 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 21 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(23)Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan.

(24)Dan ir-Regolament jenħtieġ li la jaffettwa l-kontinwazzjoni u lanqas il-modifika tal-miżuri ta' appoġġ approvati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 2017/825 jew kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li japplika għal dik l-assistenza fil-31 ta' Diċembru 2020. Il-miżuri approvati skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/825 għalhekk jenħtieġ li jibqgħu validi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll dispożizzjoni tranżizzjonali.

(25)Sabiex tiġi permessa l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku ("l-istrument").

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-istrument, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“appoġġ tekniku” tfisser miżuri li jgħinu lill-Istati Membri jwettqu riformi istituzzjonali, amministrattivi u li jsostnu t-tkabbir u jtejbu r-reżiljenza;

(2)"awtorità nazzjonali" tfisser awtorità pubblika waħda jew aktar fil-livell tal-gvern, inkluż awtoritajiet pubbliċi f'livelli reġjonali u lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet ta’ Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 2(42) tar-Regolament Finanzjarj, li tikkoopera fi spirtu ta' sħubija skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-Istati Membri;

(3)"fondi tal-Unjoni" tfisser il-fondi koperti mir-Regolament (UE) Nru YYY/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-suċċessur CPR] 23 ;

(4)"organizzazzjoni internazzjonali" tfisser organizzazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju, u organizzazzjonijiet assimilati ma' xi organizzazzjoni internazzjonali bħal din skont dak l-Artikolu.

Artikolu 3
Objettiv ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-istrument għandu jkun li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jiksbu l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza, u billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom li jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi li jikkonfrontaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali.

Artikolu 4
Objettivi speċifiċi

Sabiex jinkiseb l-objettiv ġenerali stipulat fl-Artikolu 3, l-istrument għandu jkollu l-objettivi speċifiċi li jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali biex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom li jfasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi, inkluż permezz ta' skambju ta' prattiki tajbin, proċessi u metodoloġiji xierqa u ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tar-riżorsi umani. Dawn l-objettivi speċifiċi għandhom jiġu segwiti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 5
Kamp ta’ applikazzjoni

L-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 4 għandhom jirreferu għall-oqsma ta' politika relatati mal-koeżjoni, il-kompetittività, l-edukazzjoni, il-produttività, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, ġust, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, b’enfasi speċifika fuq azzjonijiet li jiffavorixxu t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u b'mod partikolari fuq wieħed minn dawn li ġejjin jew aktar:

(a)il-ġestjoni tal-finanzi u tal-assi pubbliċi, il-proċess baġitarju, il-qafas makrofiskali, il-ġestjoni tad-dejn u tal-flus, il-politika tal-infiq u tat-tassazzjoni, il-konformità mar-regoli tat-taxxa, il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva, il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u l-amministrazzjoni tad-dħul u l-unjoni doganali;

(b)ir-riforma istituzzjonali u l-funzjonament effiċjenti u orjentat lejn is-servizzi tal-amministrazzjoni pubblika u tal-gvern elettroniku, inkluż fejn xieraq, permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli, stat tad-dritt effettiv, ir-riforma tas-sistemi ġudizzjarji u t-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;

(c)l-ambjent tan-negozju, inkluż għall-impriżi żgħar u medji u l-impriżi soċjali, l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid, l-iżvilupp tas-settur privat, is-swieq tal-prodotti u tas-servizzi, l-investiment, il-parteċipazzjoni pubblika fl-impriżi, il-proċessi ta' privatizzazzjoni, il-kummerċ u l-investiment dirett barrani, il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku, l-iżvilupp settorjali sostenibbli u s-sostenn għar-riċerka u l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;

(d)l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-politiki tas-suq tax-xogħol, fosthom id-djalogu soċjali, għall-ħolqien tal-impjiegi, it-taħriġ ta’ aġġornament u t-taħriġ mill-ġdid, b’mod partikolari fil-kompetenzi diġitali, il-litteriżmu medjatiku, iċ-ċittadinanza attiva, il-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza eċċessiva fl-introjtu, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, sistemi tas-sigurtà soċjali u tal-assistenza soċjali li huma adegwati u inklużivi, sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa li huma aċċessibbli u affordabbli, kif ukoll il-politiki li jirrigwardaw il-koeżjoni, l-ażil, il-migrazzjoni u l-fruntieri;

(e)il-politiki għall-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, is-soluzzjonijiet tal-gvern elettroniku, l-akkwist elettroniku, il-konnettività, l-aċċess għad-data u l-governanza, it-tagħlim online, l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-Intelliġenza Artifiċjali, il-pilastru ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali, l-azzjoni klimatika, il-mobbiltà, il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-ksib tad-diversifikazzjoni tal-enerġija u l-iżgurar tas-sigurtà tal-enerġija, u għas-settur agrikolu, il-protezzjoni tal-ħamrija u tal-bijodiversità, is-sajd u l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali; kif ukoll

(f)il-politiki tas-settur finanzjarju, inklużi: il-promozzjoni tal-litteriżmu finanzjarju, l-istabbiltà finanzjarja, l-aċċess għall-finanzi u s-self lill-ekonomija reali; u l-produzzjoni, il-provvista u l-monitoraġġ tal-kwalità tad-data u tal-istatistika.

Artikolu 6
Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-istrument għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 864 406 000 fi prezzijiet kurrenti.

2.Il-pakkett finanzjarju tal-istrument jista’ jkopri wkoll spejjeż li jirrigwardaw attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-istrument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat tal-esperti, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jikkonċentraw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva li tagħmel il-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-istrument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta' attivitajiet oħra ta' sostenn bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta' proġetti ta' appoġġ tekniku fil-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali.

3.Meta jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-istrument. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità mal-punt (c) ta' dak l-Artikolu. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istati Membru kkonċernat.

KAPITOLU II

Appoġġ tekniku

Artikolu 7
Azzjonijiet eliġibbli għal appoġġ tekniku

Skont l-objettivi stipulati fl-Artikoli 3 u 4, l-istrument għandu jiffinanzja b'mod partikolari dawn it-tipi ta' azzjonijiet:

(a)l-għarfien espert relatat mal-konsulenza dwar il-politika, mat-tibdil fil-politika, mal-formulazzjoni ta' strateġiji u pjanijiet direzzjonali ta' riforma, kif ukoll mar-riformi leġiżlattivi, istituzzjonali, strutturali u amministrattivi;

(b)il-provvista fi żmien qasir jew twil ta' esperti, inklużi esperti residenti, biex iwettqu kompiti f'oqsma speċifiċi jew biex iwettqu attivitajiet operazzjonali, fejn meħtieġ b'interpretazzjoni, traduzzjoni u sostenn ta' kooperazzjoni, assistenza amministrattiva u kif ukoll faċilitajiet ta’ infrastruttura u tagħmir;

(c)il-bini ta' kapaċità istituzzjonali, amministrattiva jew settorjali u l-azzjonijiet ta' sostenn relatati fil-livelli kollha ta' governanza, anki billi jikkontribwixxu, b'mod partikolari, għall-awtonomizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali, kif xieraq:

(i)seminars, konferenzi u workshops;

(ii)żjarat ta' ħidma fi Stati Membri jew pajjiżi terzi rilevanti biex l-uffiċjali jkunu jistgħu jiksbu jew iżidu l-għarfien espert jew l-għarfien tagħhom fi kwistjonijiet rilevanti;

(iii)azzjonijiet ta' taħriġ u l-iżvilupp ta' moduli ta' taħriġ online jew oħrajn b’sostenn għall-kompetenzi u l-għarfien professjonali neċessarji relatati mar-riformi rilevanti;

(d)il-ġbir ta' data u statistika, l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment;

(e)l-organizzazzjoni ta' sostenn operazzjonali lokali f'oqsma bħall-ażil, il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri;

(f)il-bini tal-kapaċità tal-IT, inkluż għarfien espert relatat mal-iżvilupp, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-kontroll tal-kwalità tal-infrastruttura tal-IT u l-applikazzjonijiet meħtieġa biex jimplimentaw ir-riformi rilevanti, kif ukoll l-għarfien espert relatat ma' programmi mmirati lejn id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi;

(g)studji, riċerka, analiżijiet u stħarriġ, evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt u l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv;

(h)proġetti ta' komunikazzjoni għal tagħlim, inkluż it-tagħlim online, kooperazzjoni, sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' disseminazzjoni u skambju ta' prattiki tajba; l-organizzazzjoni ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, kampanji u avvenimenti medjatiċi, inklużi l-komunikazzjoni korporattiva kif ukoll, fejn xieraq, il-komunikazzjoni permezz tan-networks soċjali;

(i)il-kumpilazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' materjali għat-tixrid ta’ informazzjoni u tar-riżultati tal-appoġġ tekniku li jingħata permezz tal-istrument, inkluż permezz tal-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' sistemi u għodod li jużaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; kif ukoll

(j)kull attività rilevanti oħra ta' sostenn għall-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 8
Talbiet għal appoġġ tekniku

1.Stat Membru li jkun jixtieq jirċievi appoġġ tekniku skont dan l-istrument għandu jippreżenta talba għal appoġġ tekniku lill-Kummissjoni, u jidentifika l-oqsma ta' politika u l-prijoritajiet għall-appoġġ fl-ambitu kif stabbilit fl-Artikolu 5. Dawn it-talbiet għandhom jiġu ppreżentati sal-31 ta' Ottubru ta' sena kalendarja. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi gwida dwar l-elementi ewlenin li għandhom jiġu inklużi fit-talba għal sostenn.

2.L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw talba għal appoġġ tekniku fiċ-ċirkostanzi segwenti marbuta ma':

(a)l-implimentazzjoni tar-riformi mill-Istati Membri, imwettqa fuq inizjattiva proprja, b’mod partikolari b’sostenn għall-irkupru [f’konformità mar-Regolament (UE) Nru YYY/XX], biex jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi u tissaħħaħ ir-reżiljenza;

(b)l-implimentazzjoni ta' programmi ta' aġġustament ekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni skont strumenti eżistenti, b'mod partikolari f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 fir-rigward tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 25 fir-rigward ta' Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro;

(c)l-implimentazzjoni ta' riformi li jsostnu t-tkabbir u jsaħħu r-reżiljenza fil-kuntest ta' proċessi tal-governanza ekonomika, b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew jew azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni;

(d)it-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza skont ir-Regolament (UE) Nru YYY/XX u l-implimentazzjoni tiegħu mwettqa mill-Istati Membri;

3.Filwaqt li tqis il-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali u ġestjoni finanzjarja soda, u wara djalogu mal-Istat Membru, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha tanalizza t-talba għal sostenn imsemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi tal-urġenza, id-dimensjoni tal-problemi identifikati, il-ħtiġijiet ta' sostenn fir-rigward tal-oqsma ta' politika konċernati, analiżi tal-indikaturi soċjoekonomiċi u l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-Istat Membru.

Fuq il-bażi ta' din l-analiżi, u filwaqt li tqis l-azzjonijiet u l-miżuri eżistenti ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew programmi oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tilħaq ftehim mal-Istat Membru konċernat dwar l-oqsma ta' prijorità għall-appoġġ, l-objettivi, skeda ta' żmien indikattiva, l-ambitu tal-miżuri ta' appoġġ li għandhom jiġu pprovduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja kumplessiva stmata għal appoġġ tekniku bħal dan, li għandha tiġi stabbilita f'pjan ta' kooperazzjoni u appoġġ.

4.Il-pjan ta’ kooperazzjoni u appoġġ imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jidentifika, b’mod separat minn appoġġ tekniku ieħor, il-miżuri marbuta mal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza għall-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru YYY/XX.

Artikolu 9
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u komunikazzjoni dwar il-pjanijiet ta' kooperazzjoni u sostenn

1.Il-Kummissjoni għandha tibgħat, bil-kunsens tal-Istat Membru kkonċernat, il-pjan ta' kooperazzjoni u sostenn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien bla bżonn. L-Istat Membru kkonċernat jista' jirrifjuta li jagħti tali kunsens f’każ ta' informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

2.Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjan ta' kooperazzjoni u sostenn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)malli l-Istat Membru konċernat ikun neħħa l-informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali kollha, li d-divulgazzjoni tagħha tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru;

(b)wara żmien raġonevoli, meta d-divulgazzjoni tal-informazzjoni rilevanti ma tkunx affettwat ħażin l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' sostenn, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahrejn wara li jitwettqu tali miżuri skont il-pjan ta' kooperazzjoni u sostenn.

3.Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa f'attivitajiet ta' komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-miżuri ta' sostenn previsti fil-pjanijiet ta' kooperazzjoni u sostenn, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

Artikolu 10
Trasferimenti ta’ riżorsi għall-istrument

1.Minbarra l-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 6(1), il-baġit ta’ appoġġ tekniku jista’ jiġi ffinanzjat permezz ta’ trasferimenti volontarji mill-Istati Membri magħmula f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament [is-suċċessur RDK], u skont il-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu, kif imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-Regolament.

2.Trasferiment magħmul minn Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 għandu jintuża esklużivament f'dak l-Istat Membru.

Artikolu 11
Finanzjament komplementari

L-azzjonijiet finanzjati skont l-istrument jistgħu jirċievu sostenn minn programmi, strumenti jew fondi oħra tal-Unjoni fil-kuntest tal-baġit tal-Unjoni sakemm dan is-sostenn ma jkoprix l-istess spejjeż.

Artikolu 12
Implimentazzjoni ta' appoġġ tekniku

1.Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-istrument f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

2.Il-miżuri tal-istrument jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni jew, indirettament minn entitajiet u persuni li mhumiex Stati Membri f'konformità mal-Artikolu XX tar-Regolament Finanzjarju. B'mod partikolari, is-sostenn finanzjarju tal-Unjoni għal azzjonijiet skont l-Artikolu 7 għandu jieħu l-forma ta':

(a)sovvenzjonijiet;

(b)kuntratti ta' akkwist pubbliku;

(c)rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu l-esperti esterni, inklużi l-esperti minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali fl-Istati Membri li jipprovdu jew jirċievu sostenn;

(d)kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji, stabbiliti minn organizzazzjonijiet internazzjonali; kif ukoll

(e)azzjonijiet imwettqa permezz ta' ġestjoni indiretta.

3.Jistgħu jingħataw sovvenzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri, lill-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, lil organizzazzjonijiet internazzjonali, lil korpi pubbliċi jew privati u lil entitajiet legalment stabbiliti fi:

(a)Stati Membri;

(b)il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih.

Ir-rata ta' kofinanzjament tas-sovvenzjonijiet għandha tkun sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

4.Miżuri ta’ appoġġ tekniku jistgħu jingħataw bil-kooperazzjoni ta’ entitajiet ta’ Stati Membri oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali.

5.L-appoġġ tekniku jista' jingħata wkoll minn esperti individwali, li jistgħu jiġu mistiedna jikkontribwixxu għal attivitajiet organizzati kull meta dan ikun meħtieġ biex jitlaħqu l-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 4.

6.Sabiex timplimenta l-appoġġ tekniku, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.

Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu l-allokazzjoni għall-istrument. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom, f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' dan ir-Regolament, il-kriterji għas-selezzjoni u għall-aġġudikazzjoni tas-sovvenzjonijiet, u l-elementi kollha meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju.

7.Sabiex tkun żgurata disponibbiltà f'waqtha ta' riżorsi, parti limitata tal-programm ta' ħidma għandha tkun riservata għal miżuri speċjali fil-każ ta' raġunijiet ta' urġenza mhux previsti u debitament ġustifikati li jenħtieġu rispons immedjat, inkluż tfixkil serju fl-ekonomija jew ċirkostanzi sinifikanti li jaffettwaw b'mod serju l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali fi Stat Membru li jmorru lil hinn mill-kontroll tiegħu.

Il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ tekniku, tadotta miżuri speċjali skont l-objettivi u l-azzjonijiet definiti fl-istrument biex tipprovdi appoġġ tekniku lill-awtoritajiet nazzjonali meta jindirizzaw ħtiġijiet urġenti. Dawn il-miżuri speċjali għandhom ikunu interim fin-natura tagħhom, u għandhom marbuta maċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 8(2). Il-miżuri speċjali għandhom jintemmu fi żmien sitt xhur u jistgħu jiġu sostitwiti b'miżuri ta' appoġġ tekniku skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8.

KAPITOLU III

Komplementarjetà, monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 13
Koordinazzjoni u komplementarjetà

1.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, f'miżura proporzjonata għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn l-istrument ta’ appoġġ tekniku u programmi u strumenti oħra tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, dawn għandhom:

(a)jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(b)jottimizzaw il-mekkaniżmi tal-koordinazzjoni sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi; kif ukoll

(c)jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, dak reġjonali sabiex iwettqu azzjonijiet ta' sostenn koerenti u simplifikati skont l-istrument.

2.Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura l-komplementarjetà u s-sinerġiji bl-appoġġ provdut minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra.

Artikolu 14
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istrument u tkejjel il-ksib tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4. L-indikaturi li għandhom jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament lejn il-ksib tal-objettivi ġenerali u speċifiċi huma stipulati fl-Anness III. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa skont l-istrument.

2.Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrument u r-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni.

Artikolu 15
Rapport annwali

1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a)it-talbiet għal sostenn ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 8(1);

(b)l-analiżi tal-applikazzjoni tal-kriterji, imsemmija fl-Artikolu 8(2), użata biex jiġu analizzati t-talbiet għas-sostenn ippreżentati mill-Istati Membri;

(c)il-pjanijiet ta' kooperazzjoni u sostenn imsemmija fl-Artikolu 8(3);

(d)il-miżuri speċjali adottati skont l-Artikolu 12(7); kif ukoll

(e)l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ sostenn. 

Artikolu 16
Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post

1.Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni indipendenti ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll lil dawn l-istituzzjonijiet rapport ta’ evalwazzjoni ex post indipendenti mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1.

2.Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandu, b’mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi tal-istrument imsemmi fl-Artikoli 3 u 4, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.

3.Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni kumplessiva tar-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt fit-tul tiegħu.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 17
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-istrument, kif ukoll l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 18
Dispożizzjoni tranżitorja

1.Azzjonijiet u attivitajiet ta' appoġġ tekniku mibdija fil-31 ta' Diċembru 2020, jew qabel, skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/825 għandhom ikomplu jiġu rregolati minn dak ir-Regolament sakemm jitlestew.

2.Il-pakkett finanzjarju stipulat fl-Artikolu 6(1) jista' wkoll ikopri l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva, inklużi l-monitoraġġ, il-komunikazzjoni u l-evalwazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/825 u li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2020.

3.Fejn meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 6(2) relatati mal-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux imwettqa sal-31 ta' Diċembru 2020.

Artikolu 19
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta' ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja/linji baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 26  

Koeżjoni;

Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 27  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

L-għan ta’ dan l-istrument huwa li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa biex jiksbu l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza, u li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-isfidi li jiffaċċjaw l-istituzzjonijiet, il-governanza, l-amministrazzjoni pubblika, u s-setturi ekonomiċi u soċjali.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernat(i)

Objettiv speċifiku Nru

L-Istati Membri jitolbu lill-istrument ta’ appoġġ tekniku jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali fit-titjib tal-kapaċità tagħhom biex ifasslu, jiżviluppaw u jimplimentaw riformi, inkluż permezz ta’ skambju ta’ prattiki tajbin, proċessi u metodoloġiji xierqa u ġestjoni aktar effettiva u effiċjenti tar-riżorsi umani. 

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Jenħtieġ li l-appoġġ jirriżulta f’titjib fil-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri biex jimplimentaw riformi ta’ prijorità biex jinkisbu l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza, u biex jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fl-oqsma rilevanti ta’ politika fejn jingħata dan l-appoġġ (jekk jintalab), jiġifieri l-ġestjoni finanzjarja u tal-assi pubbliċi; il-proċess tal-baġit; il-ġestjoni tad-dejn u l-amministrazzjoni tad-dħul; il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa; ir-riforma istituzzjonali, l-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi elettroniċi tal-gvern; l-ambjent tan-negozju; l-edukazzjoni u t-taħriġ; is-saħħa; is-suq tax-xogħol; u l-implimentazzjoni tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u l-politiki tas-settur finanzjarju.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

L-indikaturi tar-riżultati jkejlu l-eżiti tal-attivitajiet ta’ appoġġ tekniku pprovdut, bħall-adozzjoni ta’ strateġija, l-adozzjoni ta’ att/liġi ġdid/a jew il-modifika ta’ wieħed/waħda eżistenti, l-adozzjoni ta’ proċeduri u azzjonijiet (ġodda) biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tar-riformi;

L-indikaturi tal-impatt ikejlu l-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u ta’ appoġġ, li jkunu kisbu, fost affarijiet oħra, permezz tal-appoġġ tekniku riċevut.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Riformi strutturali huma bidliet li jimmodifikaw, b’mod li jdum, l-istruttura ta’ ekonomija jew il-qafas istituzzjonali u regolatorju li fih joperaw in-negozji u n-nies. Jekk jintgħażlu u jiġu implimentati tajjeb, ir-riformi strutturali jistgħu jgħinu l-ippjanar strateġiku għall-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza fost l-Istati Membri. Dan huwa mistenni li jpoġġi rkupru solidu fit-triq it-tajba u jimbotta t-tkabbir sostenibbli tal-Istati Membri.

Għaldaqstant, l-istrument ta’ appoġġ tekniku għandu l-għan li jappoġġa lill-gvernijiet tal-Istati Membri u awtoritajiet oħra, fuq talba mingħandhom, fl-isforzi tagħhom biex ifasslu u jimplimentaw ir-riformi strutturali li jgħinu l-irkupru. L-istrument huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-objettiv kumplessiv li jtejjeb il-koeżjoni, u l-irkupru ekonomiku u soċjali, ir-reżiljenza u l-konverġenza.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Fl-isfond tat-tifqigħa tal-COVID-19, il-ħtieġa li jippjanaw b’mod strateġiku għall-irkupru jitlob li l-isforzi għar-riforma tal-Istati Membri jkomplu jiġu akkumpanjati billi jingħataw appoġġ tekniku sostanzjali biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom biex iħejju u jimplimentaw ir-riformi li jimbuttaw ir-reżiljenza u jirfdu dak l-irkupru fid-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi tiegħu.

F’dan il-kuntest, il-valur miżjud huwa offrut minn strument fil-livell tal-Unjoni li jiffoka fuq l-għoti ta’ għarfien espert imfassal apposta għall-benefiċċju tal-Istati Membri li jitolbu għall-appoġġ fil-post. Dan il-valur miżjud jiġi tradott ulterjorment f’kapaċità istituzzjonali u amministrattiva meħtieġa biex jiġu implimentati riformi u jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jpoġġu l-irkupru fuq sisien aktar sodi.

Barra minn hekk, l-istrument ta’ appoġġ tekniku se jippromwovi l-fiduċja reċiproka u aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni hekk kif dawn jiffaċċjaw l-impatt soċjetali tal-kriżi tal-COVID-19.

Il-valur miżjud mistenni tal-Unjoni (ex post)

Filwaqt li l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali fl-Istati Membri għadha kompetenza nazzjonali, l-impatt ekonomiku u soċjetali kkawżat mill-kriżi attwali tal-COVID-19 enfasizza r-rabtiet qawwija bejn l-ekonomiji tal-Istati Membri. Għaldaqstant, l-isforzi għar-riforma li jirfdu l-irkupru minn dik il-kriżi ma jistgħux ikunu sempliċiment kwistjoni nazzjonali. Il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-irkupru mill-kriżi se tiġi diskussa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. L-istrument ta’ appoġġ tekniku se jkollu l-għan li jakkumpanja lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri rikjedenti matul l-istadji jew f’fażijiet speċifiċi tal-proċess ta’ riforma, inkluż billi jagħti appoġġ addizzjonali għall-implimentazzjoni tar-riformi skont is-Semestru Ewropew. B’hekk, se jikkontribwixxi għar-reżiljenza, għall-konverġenza u għall-irkupru ekonomiku u soċjali tal-Istati Membri. Għaldaqstant, l-impatt tiegħu se jinħass mhux biss fil-livell nazzjonali, iżda se jkollu wkoll effetti konsegwenzjali pożittivi għall-irkupru tal-Unjoni kollha kemm hi.

1.5.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-istrument ta’ appoġġ tekniku huwa kontinwazzjoni tal-Programm eżistenti ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali tal-2017-2020 (Structural Reform Support Programme, SRSP), li daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2017.

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-SRSP, li dalwaqt jiġi adottat mill-Kummissjoni, eżamina l-prestazzjoni tiegħu skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni tar-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE, u silet għadd ta’ tagħlimiet:

- it-tfassil tal-SRSP huwa allinjat mal-ħtiġijiet attwali tal-Istati Membri u jservi ta’ strument xieraq biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali tagħhom;

- il-livell għoli ta’ flessibbiltà u n-nuqqas ta’ rekwiżiti ta’ kofinanzjament jagħmluha possibbli li l-ħtiġijiet tal-Istati Membri jissarrfu f’azzjonijiet fattibbli bi skedi ta’ żmien realistiċi u jissodisfaw l-aspettattivi tal-Istat Membru;

- il-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba fost l-Istati Membri ġiet evalwata wkoll li għandha valur miżjud sinifikanti. Barra minn hekk, l-SRSP huwa integrat sew fil-proċess ta’ governanza ekonomika tal-UE;

- iċ-ċikli annwali tal-SRSP u tas-Semestru Ewropew qed jikkontribwixxu b’mod adegwat għal xulxin, u dan jippermetti approċċ komprensiv u koordinat lejn riformi strutturali fl-Istati Membri;

- livell għoli ta’ impenn mill-partijiet ikkonċernati kollha, livell għoli ta’ għarfien espert tal-fornitur tal-appoġġ tekniku u ċirkustanzi politiċi favorevoli jitqiesu bħala fatturi li għandhom influwenza pożittiva fuq it-twettiq tal-outpouts tal-proġetti tal-SRSP; kif ukoll

- nuqqas ta’ kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u tibdil jew ċirkustanzi politiċi inċerti jitqiesu li jkollhom influwenza negattiva fuq l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ proġetti ta’ appoġġ tekniku.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija konsistenti mal-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-politiki l-oħrajn tal-Unjoni, u tipprovdi għalihom.

Il-proposta, li tistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, għandha l-għan li toffri appoġġ finanzjarju għall-investimenti u r-riformi pubbliċi. L-istrument ta’ appoġġ tekniku jipprovdi sinerġiji mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza billi jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet, u jappoġġa r-riformi tagħhom matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tagħhom. L-istrument ta’ appoġġ tekniku huwa kompatibbli mal-assistenza teknika disponibbli taħt il-politika ta’ koeżjoni billi din l-assistenza teknika hija ffukata b’mod strett fuq l-għajnuna biex il-partijiet ikkonċernati jibnu l-kapaċità li jamministraw il-fondi tal-Unjoni u jimbuttaw l-implimentazzjoni tal-proġetti kofinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Bl-istess mod, iċ-ċentru tal-assistenza teknika li huwa disponibbli permezz tal-InvestEU huwa prinċipalment immirat għat-tħejjija ta’ proġetti kbar ta’ investiment (privat) u ma għandux ir-riformi strutturali fil-mira tiegħu. B’kuntrast ma’ dan, l-istrument ta’ appoġġ tekniku għandu l-għan li jagħti appoġġ għal riformi strutturali fit-tul.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva b’effett minn SSSS sa SSSS

   Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 28

  Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

 lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

 lill-korpi tal-liġi pubblika;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

mhux disponibbli

2.MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tinkludi obbligi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-kisba tal-objettivi speċifiċi se tkun immonitorjata fuq il-bażi tal-indikaturi li jinsabu fil-proposta; il-Kummissjoni se tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament.

Il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’rapport interim ta’ evalwazzjoni u b’rapport ta' evalwazzjoni ex post.

Ir-rapport tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu se jinkludi informazzjoni dwar l-ilħiq tal-objettivi tar-Regolament, l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE tar-Regolament. Ir-rapport se jindirizza wkoll jekk l-objettivi u l-azzjonijiet kollha għadhomx rilevanti. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post se jikkonsisti minn valutazzjoni globali tar-Regolament u se jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fit-tul.

2.2.Sistema ta' ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/Riskji identifikat(i)

Ir-riskji huma marbuta mal-għażla tas-sħab (pereżempju istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFI) u l-benefiċjarji), il-fażi kontraenti (traspożizzjoni tar-rekwiżiti tal-Kummissjoni fid-dokumentazzjoni kuntrattwali), il-monitoraġġ u t-tranżazzjonijiet finanzjarji (nuqqas ta’ osservanza tal-proċessi stipulati mill-Kummissjoni) u l-kejl tal-prestazzjoni (nuqqas ta’ kisba ta’ miri/objettivi definiti minn qabel).

Il-miżuri li se jiġu implimentati biex jiġu mitigati dawn ir-riskji huma dawn li ġejjin:

- wara l-proċess ta’ evalwazzjoni stabbilit qabel id-deċiżjoni tal-għotja;

- verifika ex ante mis-servizz ta’ ġestjoni tal-programm u verifika finanzjarja mis-servizz finanzjarju;

- validazzjoni ġerarkika tal-operazzjonijiet permezz ta’ ċirkwiti xierqa;

- valutazzjoni ex ante tal-entità fdata (valutazzjoni tal-pilastru); kif ukoll

- kontrolli ex post biex jiġu indirizzati nuqqasijiet sistemiċi tal-kontrolli ex ante u li jikkontribwixxu għall-korrezzjonijiet tal-ammonti mħallsa indebitament.

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

L-istrument jista’ jiġi implimentat direttament mill-Kummissjoni jew indirettament, skont l-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju. L-istrument jibni fuq l-esperjenza tal-SRSP, li ġiet immaniġġata permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta, li karatteristika attraenti tagħha kienet is-sempliċità amministrattiva tagħha. Biex tkun żgurata l-kontinwità u tinżamm il-koerenza tal-qafas, il-ġestjoni diretta (u, fejn xieraq, il-ġestjoni indiretta) hija l-aktar opzjoni xierqa. Fejn xieraq, fid-dawl tal-objettivi ta’ politika u meta wieħed iqis ukoll l-objettivi ta’ kontroll, se tintuża wkoll il-ġestjoni indiretta mal-organizzazzjonijiet internazzjonali. L-istrateġija ta’ kontroll hija meqjusa xierqa u bbilanċjata biex jiġi indirizzat ir-riskju tradizzjonali relatat mal-ġestjoni diretta jew indiretta (l-akkwist u l-ftehimiet tal-għotjiet u ta’ kontribuzzjoni, kif iddetaljat fil-punt 2.2.1).

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

Fuq il-bażi tal-aħħar informazzjoni (disponibbli fil-Pjan ta’ Ġestjoni tal-SRSS (issa DĠ REFORM) għall-2018 u r-Rapport Annwali tal-Attività), l-istima tal-kosteffettività tal-kontrolli hija taħt il-5 %.

Il-kostijiet tal-persunal huma stmati permezz ta’ approssimazzjonijiet ibbażati fuq analiżi tal-organigramma u d-deskrizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li l-kostijiet esterni tal-kontrolli huma bbażati fuq il-valuri tal-kuntratti rispettivi u tal-pagamenti relatati.

Meta wieħed iqis il-mod ta’ ġestjoni propost, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni tar-riskji proposti, ir-rata mistennija ta’ erruri hija baxxa.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Hemm miżuri differenti fis-seħħ għall-istrument biex jipprevjenu frodi u irregolaritajiet.

F’konformità mal-Istrateġija Kontra l-Frodi tal-Kummissjoni li tkopri ċ-ċiklu kollu tan-nefqa, id-DĠ REFORM se jwettaq pjan ta’ azzjoni speċifiku kontra l-frodi għal dawn l-ispejjeż, b’kunsiderazzjoni tal-proporzjonalità u tal-benefiċċju tal-kostijiet tal-miżuri li se jiġu implimentati. Dan se jkun ibbażat b’mod wiesa’ fuq l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-istrateġija attwali kontra l-frodi tad-DĠ REFORM.

Proċessi xierqa ta’ kontroll intern se japplikaw fil-livelli kollha ta’ ġestjoni u se jkunu mfassla biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li jintlaħqu l-objettivi li ġejjin: l-effettività, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; l-affidabbiltà tar-rapportar; is-salvagwardji tal-assi u tal-informazzjoni; ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta’ frodi u irregolaritajiet.

Il-pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi se jiddeskrivi s-sistema ta’ verifiki ex ante u ex post abbażi ta’ sistema ta’ ffleggjar aħmar, u jispeċifika l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-persunal jekk jinstabu frodi jew irregolaritajiet. Għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ ħidma mal-OLAF.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja/linji baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja Baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru 
Intestatura 2: Koeżjoni u Valuri

Diff./Mhux diff 29 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 30

mill-pajjiżi kandidati 31

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2

 06.01 04 01 (Nefqa ta’ sostenn għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku – TSI)

Diff./Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

2

06.02.02 (TSI — Appoġġ Tekniku Operazzjonali)

Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali

2

Koeżjoni u Valuri

DĠ REFORM

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Wara l-2027

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

06.02.02 (TSI — Appoġġ Tekniku Operazzjonali)

Impenji

(1)

114,364

116,692

119,065

121,486

123,956

126,476

128,367

-

850,406

Pagamenti

(2)

56,382

84,658

97,685

102,053

104,886

107,981

107,853

188,908

850,406

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 32  

06.04 04 01 (Nefqa ta’ sostenn għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku – TSI)

(3)

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

-

14,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ REFORM

Impenji

=1+1a +3

116,364

118,692

121,065

123,486

125,956

128,476

130,367

-

864,406

Pagamenti

=2+2a

+3

58,382

86,658

99,685

104,053

106,886

109,981

109,853

188,908

864.406



Intestatura tal-qafas finanzjarju 
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

DĠ: REFORM

•Riżorsi umani

29,890

31,945

31,945

31,945

31,945

31,945

31,945

221,560

•Nefqa amministrattiva oħra

1,400

1,655

1,695

1,695

1,695

1,695

1,695

11,530

TOTAL tad-DĠ REFORM

Approprjazzjonijiet

31,290

33,600

33,640

33,640

33,640

33,640

33,640

233,090

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
taħt l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

31,290

33,600

33,640

33,640

33,640

33,640

33,640

233,090

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
taħt l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

154,720

157,030

157,070

157,070

157,070

157,070

156,060

0,000

1096,090

Pagamenti

75,791

126,065

150,999

157,070

157,070

157,070

157,070

114,955

1096,090

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.2.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2021 33

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

29,890

31,945

31,945

31,945

31,945

31,945

31,945

221,560

Nefqa amministrattiva oħra

1,400

1,655

1,695

1,695

1,695

1,695

1,695

11,530

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

31,290

33,600

33,640

33,640

33,640

33,640

33,640

233,090

Barra mill-INTESTATURA 7 34  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

14,000

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

2,000

14,000

TOTAL

33,290

35,600

35,640

35,640

35,640

35,640

35,640

247,090

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.2.Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

162

173

173

173

173

173

173

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 35

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

69

74

74

74

74

74

74

XX 01 02 02 (AC, AL, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  36

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

231

247

247

247

247

247

247

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 37

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja baġitarja tan-nefqa affettwata.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perjodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013, ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1-16.
(2)    2018/0213 (COD), Brussell 31.5.2018 COM(2018) 391 final.
(3)    [COD…]
(4)    ĠU…
(5)    ĠU…
(6)    Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1-16, kif emendat bir-Regolament (UE) 2018/1671, ĠU L 284, 12.11.2018, p. 3-5 (ir-Regolament SRSP).
(7)    L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2017 u dwar il-finanzjament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li tħassar id-Deċiżjoni C(2017)3093, 2017, C(2017)5780 final
(8)     https://ec.europa.eu/info/publications/structural-reform-support-programme-financing-decisions-and-annual-work-programmes_en
(9)     https://ec.europa.eu/info/publications/annual-monitoring-reports_en
(10)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14).
(11)    ĠU C , , p. .
(12)    ĠU C , , p. .
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    ĠU C , , p. .
(15)    Ir-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-periodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 (UE) Nru 1305/2013 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1).
(16)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14)
(17)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(18)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L248, 18.9.2013, p. 1)
(19)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1).
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L292,15.11.96, p. 2).
(21)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) (ĠU L283, 31.10.2017, p.1)
(22)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)
(23)    ĠU C , , p. .
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
(25)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).
(26)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(27)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(28)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(29)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(30)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(31)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(32)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(33)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(34)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(35)    AC= Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(36)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(37)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 28.5.2020

COM(2020) 409 final

ANNESS

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku


ANNESS

Indikaturi

Il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha titkejjel abbażi tal-indikaturi li ġejjin, maqsumin skont l-Istat Membru u skont il-qasam ta’ intervent.

L-indikaturi għandhom jintużaw skont id-data u l-informazzjoni disponibbli, inkluża data kwantitattiva u/jew kwalitattiva.

   Indikaturi tal-output:

(a)l-għadd ta’ pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ konklużi;

(b)l-għadd ta’ attivitajiet ta’ appoġġ tekniku mwettqa;

(c)ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ appoġġ tekniku bħal pjanijiet ta’ azzjoni, pjanijiet direzzjonali, linji gwida, manwali, u rakkomandazzjonijiet;

   Indikaturi tar-riżultati:

(d)l-eżiti tal-attivitajiet ta’ appoġġ tekniku pprovdut, bħall-adozzjoni ta’ strateġija, l-adozzjoni ta’ att/liġi ġdid/a jew il-modifika ta’ wieħed/waħda eżistenti, l-adozzjoni ta’ proċeduri u azzjonijiet (ġodda) biex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tar-riformi;

Indikaturi tal-impatt:

(e)l-objettivi stabbiliti fil-pjanijiet ta’ kooperazzjoni u appoġġ, li nkisbu, fost l-oħrajn, bis-saħħa tal-appoġġ tekniku rċevut.

L-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 16 għandha titwettaq mill-Kummissjoni bl-iskop ukoll li jiġu stabbiliti r-rabtiet bejn l-appoġġ tekniku u l-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jissaħħu r-reżiljenza, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-koeżjoni.

Top