EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0059

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Emendi għal għadd ta’ Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago

COM/2020/59 final

Brussell, 12.2.2020

COM(2020) 59 final

2020/0027(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Emendi għal għadd ta’ Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) b’rabta mal-adozzjoni prevista tal-Emendi li ġejjin għall-Annessi tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”) mill-Kunsill tal-ICAO fil-219-il sessjoni tiegħu, kif elenkat hawn taħt:

Adozzjoni tal-Emenda 176 għall-Anness 1

Adozzjoni tal-Emenda 79 għall-Anness 3

Adozzjoni tal-Emenda 61 għall-Anness 4

Adozzjoni tal-Emenda 44 għall-Anness 6, Parti I

Adozzjoni tal-Emenda 37 għall-Anness 6, Parti II

Adozzjoni tal-Emenda 23 għall-Anness 6, Parti III

Adozzjoni tal-Emenda 92 għall-Anness 10, Volum I

Adozzjoni tal-Emenda 92 għall-Anness 10, Volum II

Adozzjoni tal-Emenda 52 għall-Anness 11

Adozzjoni tal-Emenda 18 għall-Anness 13

Adozzjoni tal-Emenda 15 għall-Anness 14, Volum I

Adozzjoni tal-Emenda 9 għall-Anness 14, Volum II

Adozzjoni tal-Emenda 41 għall-Anness 15

Adozzjoni tal-Emenda 13 għall-Anness 16, Volum I

Adozzjoni tal-Emenda 10 għall-Anness 16, Volum II

Adozzjoni tal-Emenda 1 għall-Anness 16, Volum III

Adozzjoni tal-Emenda 13 għall-Anness 18

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

Il-Konvenzjoni ta’ Chicago għandha l-għan li tirregola t-trasport internazzjonali bl-ajru. Il-Konvenzjoni ta’ Chicago daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947 u stabbilixxiet l-ICAO.

L-Istati Membri kollha huma Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Chicago.

2.2.Il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

L-ICAO hija aġenzija speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti. L-għanijiet u l-objettivi tal-ICAO huma li tiżviluppa l-prinċipji u t-tekniki tan-navigazzjoni internazzjonali bl-ajru u li trawwem l-ippjanar u l-iżvilupp tat-trasport internazzjonali bl-ajru.

Il-Kunsill tal-ICAO huwa korp permanenti tal-ICAO u fih huma msieħba 36 Stat kontraenti eletti mill-Assemblea tal-ICAO għal perjodu ta’ tliet snin. Għall-perjodu 2019-2022, għadd ta’ Stati Membri tal-UE huma rrappreżentati fil-Kunsill tal-ICAO.

Fost il-funzjonijiet obbligatorji tal-Kunsill tal-ICAO, elenkati fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, hemm l-adozzjoni ta’ standards internazzjonali u prattiki rakkomandati, iddeżinjati bħala Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

2.3.L-att previst tal-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali

Fil-219-il sessjoni tiegħu, il-Kunsill tal-ICAO mistenni jadotta Emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (“l-atti previsti”). Id-dettalji dwar dan jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta.

3.Pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni

Il-Kunsill tal-ICAO, fil-219-il sessjoni tiegħi, li tibda fit-2 ta’ Marzu 2020, mistenni jadotta għadd ta’

Emendi għal diversi Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, fl-oqsma tas-sikurezza, tal-ambjent u tan-navigazzjoni tal-ajru. Id-dettalji dwar dan jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta.

Għal kull punt, l-Anness jirreferi wkoll għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Minn dan isegwi li l-Emendi kollha msemmija jaqgħu f’oqsma li, fil-parti l-kbira, huma koperti mil-liġi tal-Unjoni u għalhekk jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva esterna tal-Unjoni.

F’dan il-kuntest, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-219-il sessjoni tal-Kunsill tal-ICAO hija li l-emendi proposti għandhom jiġu appoġġati. F’ċerti każijiet, tali appoġġ huwa kkwalifikat minn kummenti dwar id-dettalji, iżda li ma jaffettwawx il-prinċipji ġenerali sottostanti tal-Emendi ssuġġeriti. Id-dettalji dwar dan jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta.

4.Bażi ġuridika

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

L-Artikolu 218(9) tat-TFUE japplika irrispettivament minn jekk l-Unjoni hijiex membru tal-korp jew parti għall-ftehim 1 .

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali bis-saħħa tar-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw is-sede kkonċernata. Huwa jinkludi wkoll l-istrumenti li ma jkollhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni 2 .

4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

Il-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali huwa korp stabbilit permezz ta’ ftehim, jiġifieri l-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

L-atti li l-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali qed jintalab jadotta jikkostitwixxu atti li għandhom effetti legali. L-atti previsti għandhom effetti legali għaliex se jbiddlu għadd ta’ standards, li kapaċi joħolqu obbligu legali vinkolanti skont l-Artikoli 37 u 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

Barra minn hekk, l-Emendi jintroduċu għadd ta’ bidliet li huma ddeżinjati bħala “rakkomandazzjonijiet”. Minkejja d-denominazzjoni tagħhom, dawk ir-“rakkomandazzjonijiet” għandhom natura li tibdel is-sitwazzjoni legali eżistenti bl-istandards prieżistenti.

L-atti previsti la jissupplimentaw u lanqas jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva għal deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament fuq l-għan u fuq il-kontenut tal-att previst li fir-rigward tiegħu tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew minn dawk il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement wieħed inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tissejjes fuq bażi ġuridika sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-atti previsti għandhom x’jaqsmu mal-politika komuni dwar it-trasport.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 100(2) tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Jenħtieġ li l-bażi ġuridika tad-Deċiżjoni proposta tkun l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

2020/0027 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Emendi għal għadd ta’ Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”), li tirregola t-trasport bl-ajru internazzjonali, daħlet fis-seħħ fl-4 ta’ April 1947. Hija stabbiliet l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

(2)L-Istati Membri tal-Unjoni huma Stati Kontraenti għall-Konvenzjoni u membri tal-ICAO, filwaqt li l-Unjoni għandha status ta’ osservatur f’ċerti korpi tal-ICAO.

(3)Skont l-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni, ta’ Chicago, il-Kunsill tal-ICAO jista’ jadotta standards internazzjonali u prattiki rakkomandati.

(4)Il-Kunsill tal-ICAO, matul il-219-il sessjoni tiegħu, li tibda fit-2 ta’ Marzu 2020, mistenni jadotta għadd ta’ Emendi għal diversi Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, fl-oqsma tas-sikurezza, tal-ambjent u tan-navigazzjoni tal-ajru. Dawn jikkonċernaw l-Annessi 1, 3, 4, 6, 10, 11, 13, 14, 15, 16 u 18.

(5)Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-ICAO peress li l-Emendi proposti għandhom effetti legali, u li huma kapaċi, kompletament jew parzjalment li jinfluwenzaw il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, kif jissemma fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Ladarba jiġu adottati, l-Emendi previsti se jorbtu lill-Istati kollha tal-ICAO, inklużi l-Istati Membri kollha, f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fi ħdan il-limiti stabbiliti fiha. L-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jesiġi li l-Istati kontraenti jinnotifikaw lill-ICAO jekk ikollhom l-intenzjoni li jiddevjaw minn standard, skont il-mekkaniżmu tan-notifika tad-differenzi.

(6)L-Unjoni tappoġġa l-politiki espressi fl-Emendi peress li dawn jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza tal-ajru u tal-istandards ambjentali.

(7)Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-219-il sessjoni tal-Kunsill tal-ICAO hija stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

Il-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tal-Kunsill tal-ICAO, li jaġixxu b’mod konġunt.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President
   

(1)    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafu 64.
(2)    Il-paragrafi 61 sa 64 tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża C-399/12, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill (ECLI:EU:C:2014:2258).
Top

Brussell, 12.2.2020

COM(2020) 59 final

ANNESS

tal-

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni tal-Emendi għal għadd ta’ Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago


ANNESS

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-adozzjoni tal- Emendi għal għadd ta’ Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago

1.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed

Il-Kunsill tal-ICAO, matul il-219-il sessjoni tiegħu, li tibda fit-2 ta’ Marzu 2020, għandu jadotta għadd ta’ Emendi għal diversi Annessi tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, fl-oqsma tas-sikurezza, tal-ambjent u tan-navigazzjoni bl-ajru. F’dak il-kuntest, filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-219-il sessjoni tal-Kunsill tal-ICAO hija din li ġejja.

1.1.L-Emenda 176 għall-Anness 1 dwar il-Liċenzjar tal-Persunal (il-punt 15 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda.

Fir-rigward ta’, b’mod partikolari, l-allinjament mal-Emenda 5 għall-Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Taħriġ (PANS-TRG, Dok. 9868), appoġġ, bis-suġġerimenti li ġejjin li għandhom l-għan li jiżguraw flessibbiltà xierqa fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ inġenji tal-ajru innovattivi:

·ħassar ir-referenzi kollha għall-apparati speċifiċi ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTD) li għandhom jintużaw matul il-kors ta’ ‘Multi-cre Pilot License’ (MPL) imsemmi fit-Taqsima 3 “Titjira simulata” tal-Appendiċi 3 tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

·iddefinixxi l-kunċett ta’ inġenji tal-ajru "powered-lift" kif ġej: “Inġenju tal-ajru "powered-lift"” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jikseb ir-refgħa vertikali u l-propulsjoni/refgħa waqt it-titjir minn skrejjen ġeometriċi varjabbli jew magni/tagħmir ta’ propulsjoni mwaħħla jew fil-qafas tal-ajruplan jew fil-ġwienaħ; jew għall-inqas neħħi l-kriterji ta’ “ġwienaħ fissi”.

1.2.L-Emenda 79 għall-Anness 3 dwar is-Servizz Meteoroloġiku għan-Navigazzjoni Internazzjonali bl-Ajru (il-punt 16 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda.

1.3.L-Emenda 61 għall-Anness 4 dwar iċ-Ċarts Ajrunawtiċi (il-punt 17 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda.

1.4.L-Emendi 44, 37, 23, rispettivament, għall-Partijiet I, II u III tal-Anness 6 dwar l-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru (il-punti 18, 19 u 20 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emendi, bl-eċċezzjoni li ġejja: l-obbligu introdott mill-Emendi 44, 37 jew 23 għall-operatur tal-ajru li jġorr kopji veri ċċertifikati tal-ftehim skont l-Artikolu 83bis f’inġenju tal-ajru soġġett għal ftehim bħal dan. Ma hemm l-ebda benefiċċju għas-sikurezza minn dak ir-rekwiżit oneruż. Għalhekk, din l-emenda trid tiġi rrifjutata.

1.5.L-adozzjoni tal-Emenda 92 għall-Anness 10 dwar it-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika, il-Volum I u l-Volum II (il-punti 21 u 22 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda.

1.6.L-adozzjoni tal-Emenda 52 għall-Anness 11 dwar is-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (il-punt 23 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda.

1.7.L-adozzjoni tal-Emenda 18 għall-Anness 13 dwar l-Investigazzjoni tal-Aċċidenti tal-Inġenji tal-Ajru (il-punt 24 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda, b’xi kummenti.

1.8.L-adozzjoni tal-Emendi 15 u 9 għall-Anness 14 dwar l-Ajrudromi, il-Volum I u l-Volum II (il-punti 25 u 26 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda.

1.9.L-adozzjoni tal-Emenda 41 għall-Anness 15 (il-punt 27 tal-aġenda)

Appoġġ għall-Emenda.

1.10.L-adozzjoni tal-Emendi 13, 10 u 1 għall-Anness 16, rispettivament, għall-Volumi I, II u III (il-punti 28, 29 u 30 tal-aġenda).

Appoġġ għall-Emendi.

1.11.L-adozzjoni tal-Emenda 13 għall-Anness 18 (il-punt 31 tal-aġenda).

Appoġġ għall-Emenda.

2.Spjegazzjoni dettaljata li fuqha hija bbażata l-pożizzjoni proposta fuq kull punt

1.[This seems to be a numbering mistake. Please remove the redundant point]

2.

2.1.L-Emenda 176 għall-Anness 1 dwar il-Liċenzjar tal-Persunal (il-punt 15 tal-aġenda)

L-Emenda proposta tirrigwarda l-allinjament mal-Emenda 5 għall-Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Taħriġ (PANS-TRG, Dok. 9868) fir-rigward ta’: definizzjonijiet ġodda; aġġornament tar-rekwiżiti għall-uffiċjali tal-operazzjonijiet tat-titjir jew għad-dispaċers tat-titjiriet dwar ir-rekwiżiti ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza u l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-għalliema tat-taħriġ fuq ix-xogħol (‘on-the-job training instructors’ - OJTI) fir-rigward tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru biex jagħtu struzzjonijiet lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru; emenda għad-dispożizzjonijiet dwar l-inġenji tal-ajru "powered-lift" u aġġornamenti żgħar għad-dispożizzjonijiet eżistenti.

Id-dettalji huma stabbiliti fil-punti 2.1.2 sa 2.1.4.

2.1.1.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 , ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 2 , ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 3 , ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 4 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 5

2.1.2.Allinjament mal-Emenda 5 għall-PANS-TRG

Dik l-Emenda tallinja d-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet eżistenti mal-metodoloġija l-ġdida fir-rigward tat-taħriġ u l-valutazzjoni bbażati fuq il-kompetenzi introdotti fil-PANS-TRG. Hija taġġorna r-referenzi għall-PANS-TRG u tintroduċi definizzjonijiet oħrajn bħall-monitoraġġ, it-titjir tal-bdoti u l-monitoraġġ tal-bdoti, u l-ġestjoni tat-theddid u tal-iżbalji b’appoġġ għall-SARPs aġġornati.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li tiġi appoġġata l-Emenda proposta bis-suġġerimenti li ġejjin:

-li jitħassru r-referenzi kollha għall-apparati speċifiċi ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir (FSTD) li għandhom jintużaw matul il-kors ta’ ‘Multi-cre Pilot License’ (MPL) imsemmi fit-Taqsima 3 “Titjira simulata” tal-Appendiċi 3 tal-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Raġunament: Id-Dok. 9625 tal-ICAO diġà jindika liema apparat għandu jintuża għal kull element ta’ taħriġ tal-MPL. It-tħassir tar-referenzi minn dik il-proposta jiżgura li tiġi evitata d-duplikazzjoni;

-li d-definizzjoni ta’ inġenji tal-ajru "powered-lift" (fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago) jew tiġi allinjata kompletament mad-definizzjoni tal-Unjoni: “Inġenju tal-ajru "powered-lift"” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru li jikseb ir-refgħa vertikali u l-propulsjoni/refgħa waqt it-titjir minn skrejjen b'ġeometrija varjabbli jew magni/tagħmir ta’ propulsjoni mwaħħla mal-qafas jew mal-ġwienaħ inkella li jinsabu fil-qafas jew fil-ġwienaħ tal-ajruplan 6 jew inkella, għall-inqas, tiġi emendata billi jitneħħew il-kriterji “ġwienaħ fissi”. Raġunament: dan ser jiżgura l-flessibbiltà meħtieġa fil-kuntest tal-iżvilupp ta’ inġenji tal-ajru innovattivi ġodda.

Jekk dawn is-suġġerimenti ma jiġux ikkunsidrati, l-emenda xorta waħda għandha tiġi appoġġata, minħabba l-mertu ġenerali tagħha.

2.1.3.Aġġornament tar-rekwiżiti għall-uffiċjali tal-operazzjonijiet tat-titjir jew għad-dispaċers tat-titjiriet dwar ir-rekwiżiti ta’ għarfien, ħiliet u esperjenza u l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar l-għalliema tat-taħriġ fuq ix-xogħol (‘on-the-job training instructors’ - OJTI) fir-rigward tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru biex jgħallmu lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;

Dik l-Emenda proposta taġġorna r-rekwiżiti tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-esperjenza relatati mal-uffiċjal tal-operazzjonijiet tat-titjir jew tad-dispaċer tat-titjira u tintroduċi standard biex jiġu ċċarati r-rekwiżiti tal-kontrollur tat-traffiku tal-ajru li jissorvelja l-apprendisti tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru. L-istandards dwar l-esperjenza tal-apprendisti huma proposti għal emendar biex tittejjeb il-formulazzjoni tagħhom u tiddaħħal turija ta’ kompetenza bħala parti mit-taħriġ. Hija tiċċara wkoll il-formulazzjoni rigward il-perjodu ta’ żmien li fih trid tinkiseb l-esperjenza meħtieġa.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.1.4.Dispożizzjonijiet dwar l-inġenji tal-ajru "powered-lift" u aġġornamenti żgħar għad-dispożizzjonijiet eżistenti

Fl-2014, il-Kunsill tal-ICAO adotta bidla li testendi l-validità tal-miżuri tranżitorji relatati mal-kategorija "powered-lift" biex ikun permess id-dħul fis-servizz ta’ inġenji tal-ajru "powered-lift". Minn dak iż-żmien, l-ebda inġenju tal-ajru "powered-lift" ma ġie ċċertifikat minħabba avvenimenti u dewmien mhux mistennija fl-ittestjar taċ-ċertifikazzjoni u hemm il-ħtieġa li l-validità tal-miżuri tranżitorji tiġi estiża aktar. Billi l-ewwel inġenju tal-ajru "powered-lift" huwa mistenni li jidħol fis-servizz fl-2020, hija proposta data tat-tmiem tal-5 ta’ Marzu 2025 għall-miżuri tranżizzjonali. L-Emenda tipproponi wkoll aġġornamenti żgħar tal-għarfien meħtieġ għall-klassifikazzjoni tal-istrumenti biex din tiġi allinjata mat-teknoloġija attwali u biex tgħin fl-isforzi sabiex in-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tiġi inkorporata fl-operazzjonijiet tradizzjonali.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.L-Emenda 79 għall-Anness 3 dwar is-Servizz Meteoroloġiku għan-Navigazzjoni Internazzjonali bl-Ajru (il-punt 16 tal-aġenda)

2.2.1.Deskrizzjoni

L-Emenda proposta, li tirriżulta mir-raba’ laqgħa tal-Bord Meteoroloġiku (METP/4), tikkonċerna l-mudell ta’ skambju ta’ informazzjoni meteoroloġika tal-ICAO (IWXXM), l-għassa internazzjonali tal-vulkani mill-passaġġi tal-ajru (IAVW), is-sistema tat-tbassir tal-erjas madwar id-dinja (WAFS), SIGMET, AIRMET u GAMET 7 .

Id-dettalji huma stabbiliti fil-punti 2.2.3 sa 2.2.15.

2.2.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373

2.2.3.Irmied vulkaniku sospiż mill-ġdid 8

L-Emenda proposta hija maħsuba biex tiffaċilita r-rapportar tal-irmied vulkaniku f’każijiet ta’ avvenimenti ta’ rmied vulkaniku sospiż mill-ġdid. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu emendati d-definizzjoni ta’ ċentru konsultattiv dwar l-irmied vulkaniku (VAAC) (imsemmija fil-Kapitolu 1 tal-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago) u l-mudell għall-messaġġ ta’ rakkomandazzjoni għall-irmied vulkaniku (imsemmi fit-Tabella A2-1 tal-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago). Fid-definizzjoni ta’ VAAC, il-bidla proposta tikkonsisti fit-tħassir tal-kliem “wara żbroffi vulkaniċi” (‘following volcanic eruptions’), biex b’hekk tiġi eliminata restrizzjoni eżistenti u tippermetti aħjar li l-VAACs jipprovdu informazzjoni ta’ rakkomandazzjoni. Fir-rigward tal-messaġġ ta’ rakkomandazzjoni għall-irmied vulkaniku (it-Tabella A2-1), huwa propost li tiġi emendata l-kolonna tal-Eżempji biex tiġi pprovduta gwida dwar l-użu xieraq tat-terminoloġija permessa fil-kolonna tal-mudelli. Huwa propost ukoll li jittejbu żewġ entrati oħrajn fil-mudell(i) ta’ VA ADVISORY relatati man-numru ta’ vulkan sabiex jiġu allinjati mal-aħħar bażi tad-data tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Vulkanoloġija u tal-Kimika tal-Intern tad-Dinja u l-aġġornament ta’ referenza satellitari.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.4.Sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-forniment ta’ servizz meteoroloġiku

L-Emenda proposta taġġorna r-referenzi fl-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago sabiex tallinjahom mal-materjal ta’ gwida attwali tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità, minħabba li twaqqfu l-pubblikazzjonijiet li ġejjin mill-ICAO u mill-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija:

·Manwal tal-ICAO dwar is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità għall-Forniment ta’ Servizz Meteoroloġiku għan-Navigazzjoni Internazzjonali bl-Ajru (Dok 9873)

·WMO 1001, Manwal dwar/Gwida għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità għall-Forniment ta’ Servizz Meteoroloġiku għan-Navigazzjoni Internazzjonali bl-Ajru.

Il-pubblikazzjoni rilevanti attwali hija WMO-N0. 1100, Gwida għall-Implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Kwalità għas-Servizzi Meteoroloġiċi u Idroloġiċi Nazzjonali u Fornituri ta’ Servizzi Rilevanti oħrajn.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.5.L-armonizzazzjoni mtejba tal-informazzjoni ta’ SIGMET

L-Emenda proposta timmira għall-koordinazzjoni fost l-uffiċċji tal-għassa meteoroloġika meta tinħareġ informazzjoni ta’ SIGMET, bħala prattika rrakkomandata fl-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago sabiex tiġi indirizzata l-informazzjoni inkonsistenti jew nieqsa għal kollox ta’ SIGMET f’xi partijiet tad-dinja. Minħabba l-progress li sar fit-titjib tal-armonizzazzjoni tal-informazzjoni ta’ SIGMET permezz ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni bilaterali jew multilaterali f’xi reġjuni, il-METP/4 tipproponi prattika rakkomandata għall-Istati kollha li għandhom ir-responsabbiltà li joħorġu l-informazzjoni ta’ SIGMET.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.6.Mudelli ta’ ċarts (Mudell ta’ VAG u Mudell ta’ SVA) użati fl-Appendiċi 1 tal-Anness 3

Huwa propost li l-mudelli taċ-ċarts stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago jiġu emendati biex jirrappreżentaw il-post u l-firxa tas-sħab tal-irmied vulkaniku. F’dan ir-rigward, il-proposta tindirizza l-ħtieġa li jingħelbu n-nuqqasijiet identifikati fil-MUDELL ta’ VAG u l-MUDELL ta’ SVA eżistenti użati fl-Appendiċi 1, b’mod partikolari meta relatati mal-projezzjonijiet tal-mapep, ir-rappreżentazzjoni ta’ poligoni biex tiġi deskritta l-kopertura tas-sħab(a) tal-irmied vulkaniku u s-saffi tas-sħab. L-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija (WMO), bħala l-kustodju tal-mudelli taċ-ċarts (kollha) użati fl-Appendiċi 1, żviluppat massimu ta’ żewġ eżempji skont il-MUDELL ta’ VAG u l-MUDELL ta’ SVA.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.7.Informazzjoni dwar is-sistema tat-tbassir tal-erjas madwar id-dinja (WAFS)

L-Emenda proposta ttejjeb it-tbassir tas-sistema tat-tbassir tal-erjas madwar id-dinja (WAFS) kif mitlub fil-konklużjoni tal-Laqgħa tad-Diviżjoni tal-Meteoroloġija ICAO/WMO (MET/14, 2014). Dawk ir-rekwiżiti jinkludu: (a) titjib fir-riżoluzzjoni spazjali orizzontali tal-grilji tal-periklu (eż. turbulenza, formazzjoni tas-silġ u tbassir tas-sħab cumulonimbus (CB)) mill-ispazjar orizzontali attwali ta’ 1.25 grad għal 0.25 grad; u (b) bidliet fil-parametri li jkunu qed jiġu mbassra. Flimkien ma’ dik iż-żieda fir-riżoluzzjoni tal-grilji tal-periklu ser ikun hemm is-sostituzzjoni tal-informazzjoni dwar il-potenzjal ta’ turbulenza u formazzjoni tas-silġ b’informazzjoni dwar is-severità ta’ turbulenza u formazzjoni tas-silġ. Barra minn hekk, it-tbassir tal-punt tal-grilja tat-turbulenza fis-sħab ser jiġi rtirat, favur l-estensjoni tat-tbassir il-ġdid tal-punt tal-grilja tas-severità tat-turbulenza ’l isfel għal-Livell tat-Titjira (FL)100, FL140 u FL180. Dawk il-livelli ġodda ta’ turbulenza, meta jintużaw flimkien mal-grilja tas-sħab CB, ser jipprovdu informazzjoni xjentifikament aktar tajba dwar it-turbulenza mill-algoritmu attwali tat-turbulenza fis-sħab. Dak it-titjib fir-riżoluzzjoni orizzontali u vertikali tat-tbassir tad-WAFS huwa maħsub biex jissodisfa kompletament il-ħtiġijiet tal-industrija tal-avjazzjoni.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.8.Messaġġi ta’ rakkomandazzjoni dwar iċ-ċikluni tropikali u SIGMET għaċ-ċikluni tropikali

Huwa propost li l-messaġġi ta’ rakkomandazzjoni ta’ (TC) SIGMET u TC dwar iċ-ċikluni tropikali jiġu emendati biex jiġu kkoreġuti u jitnaqqsu l-inkonsistenzi u n-nuqqasijiet fil-format ta’ dawk il-messaġġi. Il-bidliet proposti jgħinu biex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina mill-utenti, b’implikazzjonijiet tas-sikurezza assoċjati ma' dan. Huma jtejbu wkoll il-validazzjoni u t-traduzzjoni ta’ dawk il-messaġġi minn kodiċijiet alfanumeriċi tradizzjonali (TAC) fil-Mudell għall-Iskambju ta’ Informazzjoni Meteoroloġika tal-ICAO (IWXXM) biex jiġu evitati żbalji tal-IWXXM.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.9.Dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni ta’ rakkomandazzjoni dwar it-temp spazjali

L-Emenda proposta hija maħsuba biex ittejjeb id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar it-temp spazjali. Dan it-titjib ser jippermetti li jkun hemm aktar minn effett wieħed tat-temp spazjali (jiġifieri sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS), radjazzjoni, komunikazzjoni bis-satellita (SATCOM) u komunikazzjoni bi frekwenza għolja (HF COM)) bl-istess intensità li għandha tiġi kkombinata f’rakkomandazzjoni waħda dwar it-temp spazjali, kif ukoll biex l-effetti kollha tat-temp spazjali jiġu deskritti bl-użu ta’ meded ta’ latitudni. Barra minn hekk, it-test propost itejjeb ir-riżoluzzjoni vertikali tal-informazzjoni pprovduta.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.10.L-indikazzjoni ta’ parametri neqsin jew skorretti, jew it-tnejn li huma, f’METAR

L-Emenda proposta hija li jiġi żgurat li l-iskema tal-IWXXM tkun tista’ tindika faċilment il-parametri obbligatorji neqsin jew skorretti, jew it-tnejn li huma, f’METAR fil-forma ta’ TAC biex jiġu evitati l-fallimenti fil-proċess ta’ validazzjoni ladarba jiġu ttrasformati mit-TAC fl-IWXXM. L-METP iqis li l-użu ta’ solidus (/) biex tiġi indikata ċifra jew ittra nieqsa fit-test tal-bullettini meteoroloġiċi huwa proposta essenzjali fit-tranżizzjoni għall-IWXXM u l-ġestjoni tat-tagħrif mifruxa mas-sistema kollha (SWIM).

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.11.Il-valuri ta’ limitu riveduti tar-rata tad-dissipazzjoni tal-kurrenti ta' Foucault (EDR)

Il-proposta għandha l-għan li taġġorna l-valuri tar-rata tad-dissipazzjoni tal-kurrenti ta' Foucault (EDR) u l-metrika bbażata fuq l-indiċi għar-rapportar tat-turbulenza tal-inġenji tal-ajru. Billi l-evidenza xjentifika wriet li l-valuri ta’ limitu tal-EDR fl-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago huma għoljin wisq, il-proposta tintroduċi: (a) valuri ta’ limitu aġġornati tal-EDR ibbażati fuq studji xjentifiċi ta’ aktar minn 100 miljun rapport dwar it-turbulenza tal-inġenji tal-ajru; (b) xi aġġustamenti rigward it-terminoloġija; u (ċ) iż-żieda ta’ nota ta’ spjegazzjoni waħda.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.12.Informazzjoni ta’ AIRMET u GAMET

L-Emenda proposta tippermetti li t-tbassir tal-erja għal titjiriet ta’ livell baxx imħejjija u prodotti f’konformità mal-ftehim reġjonali dwar in-navigazzjoni bl-ajru jiġi trażmess lis-Servizz ta’ Informazzjoni dwar Data tal-Avjazzjoni Sigura (SADIS) u lis-Servizz ta’ Fajl ta’ Informazzjoni tad-WAFS (WIFS). Il-bidla fir-rekwiżit, mitluba mill-utenti ajrunawtiċi, ser tagħmel sett aktar komprensiv ta’     dwar AIRMET u GAMET disponibbli, biex b’hekk jibbenefikaw l-utenti ta’ SADIS u WIFS madwar id-dinja.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.13.Ir-rilaxx ta’ materjal radjuattiv fl-atmosfera

L-Emenda proposta dwar is-sħab radjuattiv (RDOACT CLD) ta’ SIGMET hija meħtieġa għall-konsistenza mal-Emenda 78 għall-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago li introduċiet ir-rappreżentazzjoni tal-erja RDOACT CLD ta’ SIGMET permezz ta’ ċilindru b’raġġ fiss li jestendi għal-livelli kollha tat-titjir u li ma jiddependix mill-ħin. Il-bidliet proposti għat-Tabella A6-1A (Mudell għall-messaġġi ta’ SIGMET u AIRMET) u għall-Eżempju A6-4 (messaġġ ta’ SIGMET għas-sħab radjuattiv) tal-Anness 3 ser jissimplifikaw ir-rekwiżiti eżistenti.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.14.L-inklużjoni ta’ maltempati tat-trab qawwija fit-Tabelli A4-1 u A6-1B relatati mal-konnessjoni axxendentali u l-konnessjoni dixxendentali ta’ rapporti speċjali dwar l-ajru

L-Emenda proposta għandha tinkludi r-rapportar ta’ maltempati tat-trab qawwija (HVY DS) f’rapporti speċjali dwar l-ajru biex tittejjeb id-disponibbiltà ta’ tali informazzjoni f’rapporti speċjali dwar l-ajru b’appoġġ għall-avjazzjoni ċivili internazzjonali.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.2.15.Il-mudell ta’ skambju ta’ informazzjoni meteoroloġika tal-ICAO (IWXXM) u n-netwerk fiss tat-telekomunikazzjoni ajrunawtika (AFTN) u s-servizz ajrunawtiku fiss (AFS)

Id-dispożizzjonijiet proposti jintroduċu xi bidliet żgħar fl-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago biex jiffaċilitaw l-iskambju tal-IWXXM, minħabba li l-IWXXM ma jistax jiġi skambjat fuq in-netwerk fiss tat-telekomunikazzjoni ajrunawtika (AFTN). Għal dan l-għan, huma jirreferu għat-terminu ġeneriku “servizz ajrunawtiku fiss” (AFS), li jinkludi kemm l-AFTN kif ukoll is-“sistema tal-immaniġġar tal-messaġġi (AMHS) tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS)”, li din tal-aħħar tista’ tiskambja l-IWXXM.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.3.L-Emenda 61 għall-Anness 4 dwar iċ-Ċarts Ajrunawtiċi (il-punt 17 tal-aġenda)

2.3.1.Deskrizzjoni

L-Emenda proposta tirrigwarda ċ-ċarts dwar it-truf tal-ġwienaħ li jintwew, l-għajnuniet tan-navigazzjoni bbażati fuq l-art għall-proċeduri tan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN), is-superfiċje tas-segment viżwali, u operazzjonijiet simultanji fuq runways paralleli u kważi paralleli.

2.3.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.4.L-Emendi 44, 37, 23, rispettivament, għall-Partijiet I, II u III tal-Anness 6 dwar l-Operazzjonijiet tal-Inġenji tal-Ajru (il-punti 18, 19 u 20 tal-aġenda)

2.4.1.Deskrizzjoni

L-Emenda 44 għall-Parti I tal-Anness 6 tirrigwarda l-valuri minimi operattivi tal-ajrudromi, l-avviċinament finali bi nżul kontinwu, il-CAT III, l-Artikolu 83 bis, ir-reġistraturi tat-titjiriet, iż-żoni ta’ kunflitt, il-kompartimenti tal-merkanzija, is-sistema ta’ twissija dwar il-prossimità għall-art (GPWS) u l-ġkieket tas-salvataġġ. L-Emenda 37 għall-Parti II tal-Anness 6 u l-Emenda 23 għall-Parti III tal-Anness 6 jirrigwardaw il-valuri minimi operattivi tal-ajrudromi, l-avviċinament finali b'inżul kontinwu, il-CAT III, l-Artikolu 83 bis u r-reġistraturi tat-titjiriet.

2.4.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 9 .

2.4.3.Il-Pożizzjoni tal-Unjoni

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li tiġi appoġġata l-Emenda proposta.

Madankollu, huwa ssuġġerit li jiġi eliminat l-obbligu introdott għall-operatur tal-ajru li jġorr kopji veri ċċertifikati tal-ftehim skont l-Artikolu 83bis f’inġenju tal-ajru soġġett għal ftehim bħal dan. Ma hemm l-ebda benefiċċju għas-sikurezza minn dak ir-rekwiżit, u l-informazzjoni tista’ tkun disponibbli bl-użu ta’ mezzi oħrajn, eż. repożitorju tal-ICAO, jew bil-ħolqien tal-obbligu għall-Istati kontraenti li jidħlu fi ftehimiet bħal dawn li jippubblikawhom fuq is-sit web tagħhom.

Jekk dawn is-suġġerimenti ma jiġux ikkunsidrati, l-emenda xorta waħda għandha tiġi appoġġata, minħabba l-mertu ġenerali tagħha.

2.5.L-Emenda 92 għall-Anness 10 dwar it-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika, il-Volum I u l-Volum II (il-punti 21 u 22 tal-aġenda)

2.5.1.Deskrizzjoni

Volum I: L-Emenda proposta tirrigwarda s-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) u l-għajnuniet konvenzjonali għan-navigazzjoni li jirriżultaw mir-raba’ u l-ħames laqgħa tal-Bord tas-Sistemi tan-Navigazzjoni (NSP/4 u 5). L-Emenda proposta tindirizza: (a) il-kategoriji ta’ prestazzjoni tal-faċilitajiet ta’ sistema għall-illandjar bl-istrumenti (ILS); (b) il-forniment ta’ informazzjoni dwar l-istatus operattiv tas-servizzi ta’ navigazzjoni bir-radju; (c) l-aġġornament tad-dispożizzjonijiet tas-sistema ta’ awmentazzjoni bis-satellita (SBAS) biex jiġu introdotti fornituri ġodda tas-servizzi SBAS, identifikatur standard ġdid tal-Ħin Universali Koordinat (UTC) u rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-ħruġ ta’ data (IOD) tas-Sistema ta’ Pożizzjonament Globali (GPS); (d) id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-kompatibbiltà tas-sistema ta’ awmentazzjoni bbażata fuq l-art (GBAS) bi frekwenza għolja ħafna (VHF) ta’ xandir ta’ data (VDB) mas-sinjal tar-radju omnidirezzjonali (VOR) tal-ILS u tal-VHF; (e) il-kjarifiki u l-korrezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tas-GBAS; u (f) il-gwida addizzjonali dwar il-limiti ta’ twissija tal-integrità tal-GNSS.

Volum II: Il-proposta hija relatata mal-mudell għall-iskambju ta’ informazzjoni meteoroloġika (IWXXM) tal-ICAO, man-netwerk fiss tat-telekomunikazzjoni ajrunawtika (AFTN) u mas-servizz ajrunawtiku fiss (AFS).

Id-dettalji huma stabbiliti fil-punti 2.5.3 sa 2.5.9.

2.5.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti 

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373

2.5.3.Emenda li tikkonċerna l-kategoriji ta’ prestazzjoni tal-faċilitajiet ta’ sistema għall-illandjar bl-istrumenti (ILS) (il-Volum I)

L-Emenda li tikkonċerna l-kategoriji ta’ prestazzjoni tal-faċilitajiet ILS tinkludi erba’ gruppi ta’ bidliet:

(1) bidliet relatati mat-tneħħija tal-immappjar dirett bejn il-kategorija ta’ prestazzjoni tal-faċilitajiet (FPC) tal-ILS u l-kategorija tal-operazzjonijiet ta’ avviċinament bl-istrumenti. Dawk il-bidliet huma maħsuba biex jirriflettu l-evoluzzjoni riċenti tad-definizzjonijiet operazzjonali fl-Anness 6 — It-Tħaddim tal-Inġenji tal-Ajru tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u fil-Manwal tal-Operazzjonijiet f’Kull Temp (Dok 9365) li jippreżentaw bosta diskrepanzi mad-dispożizzjonijiet attwali tal-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago;

(2) bidliet relatati mal-estensjoni tad-definizzjoni tal-Kategorija I ta’ Prestazzjoni tal-Faċilitajiet (FPC I) sa 30 m (100 pied) ’il fuq mil-limitu. Dawk il-bidliet huma maħsuba biex ineħħu inkonsistenza bejn il-limitu minimu ta’ kopertura użat fid-definizzjoni tal-FPC I u l-limitu korrispondenti użat fil-biċċa l-kbira tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) għall-FPC I;

(3) bidliet relatati mal-introduzzjoni ta’ skema ta’ klassifikazzjoni mtejba tal-ILS. Dawk il-bidliet huma maħsuba biex jippermettu l-ottimizzazzjoni tal-użu tal-faċilità ILS f’każ ta’ prestazzjoni aħjar minn standard magħrufa;

(4) bidliet relatati mal-funzjoni ta’ ʻinterlockʼ tal-lokalizzatur tal-ILS. Dawk il-bidliet huma maħsuba biex ineħħu xi restrizzjonijiet operattivi mhux meħtieġa kkaġunati mid-dispożizzjonijiet attwali relatati ma’ dik il-funzjoni.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.5.4.Emenda li tikkonċerna l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-istatus operattiv tas-servizzi tan-navigazzjoni bir-radju (il-Volum I)

Dik l-Emenda hija maħsuba biex tindirizza d-diffikultajiet potenzjali tal-implimentazzjoni jew tal-interpretazzjoni, jew it-tnejn li huma, tal-Istandard eżistenti (l-Anness 10, il-Volum I, 2.3) dwar il-forniment ta’ informazzjoni dwar l-istatus operattiv tas-servizzi tan-navigazzjoni bir-radju.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.5.5.Emenda li tikkonċerna l-aġġornament tad-dispożizzjonijiet tas-sistema ta’ awmentazzjoni bis-satellita (SBAS) biex jiġu introdotti fornituri ġodda tas-servizzi SBAS, identifikatur standard ġdid tal-Ħin Universali Koordinat (UTC), u r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tal-ħruġ ta’ data (IOD) (il-Volum I)

Dik l-Emenda hija maħsuba biex tirrifletti l-iżvilupp kontinwu ta’ erba’ SBASs ġodda mill-Awstralja u n-New Zealand, miċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, u mill-Aġenzija għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru fl-Afrika u f’Madagascar (ASECNA), u biex tipprovdi mekkaniżmu ġdid li jipproteġi lill-utenti tal-SBAS f’każ ta’ anomaliji fil-ħruġ tad-data, id-data tal-arloġġ (IODC)/il-ħruġ tad-data, id-data tal-ephemeris (IODE) trażmessa fil-messaġġ tan-navigazzjoni tal-GPS.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.5.6.Emenda li tikkonċerna l-kompatibbiltà tas-sistema ta’ awmentazzjoni bbażata fuq l-art (GBAS) bi frekwenza għolja ħafna (VHF) ta’ xandir ta’ data (VDB) mas-sinjal tar-radju omnidirezzjonali (VOR) tal-ILS u tal-VHF (il-Volum I)

Dik l-Emenda hija maħsuba biex tistabbilixxi l-kompatibbiltà sħiħa tax-xandir tad-data (VDB) bi frekwenza għolja ħafna (VHF) tal-GBAS mal-lokalizzaturi tal-ILS u VOR li jikkondividu l-medda ta’ frekwenza tat-tħaddim bil-GBAS, u li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-GBAS billi tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni tal-assenjazzjonijiet tal-frekwenzi bejn il-GBAS, l-ILS u l-VOR.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.5.7.Emenda li tikkonċerna l-kjarifiki u l-korrezzjonijiet għad-dispożizzjonijiet tal-GBAS (il-Volum I)

Dik l-Emenda tinkludi għadd ta’ kjarifiki u korrezzjonijiet editorjali għad-dispożizzjonijiet tal-GBAS.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.5.8.Emenda li tikkonċerna gwida addizzjonali dwar il-limiti ta’ twissija tal-integrità tal-GNSS (il-Volum I)

Dik l-Emenda hija maħsuba biex tipprovdi gwida addizzjonali fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-limitu ta’ twissija vertikali (VAL) għall-avviċinament tal-Kategorija I tal-GNSS.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.5.9.Emenda konsegwenzjali li tikkonċerna s-servizz ajrunawtiku fiss (AFS) (il-Volum II)

fL-Emenda għall-Anness 10 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago – It-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika, il-Volum II – Proċeduri ta’ Komunikazzjoni, inklużi dawk bi status ta’ PANS fiha test addizzjonali maħsub biex jappoġġa b’mod espliċitu l-ġarr ta’ messaġġi meteoroloġiċi permezz tas-sistema tal-immaniġġjar tal-messaġġi (AMHS) tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (ATS).

Dak ir-rekwiżit jirriżulta mill-Emenda 79 għall-Anness 3 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u mill-Emenda 9 konsegwenzjali għall-Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru — Il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (PANS-ATM, Dok 4444). L-AMHS hija l-mezz ippreferut għall-ġarr tat-traffiku tal-messaġġi ġġenerat mill-Emenda 79 għall-Anness 3, minħabba li jista’ jkun li xi installazzjonijiet tan-netwerk fiss tat-telekomunikazzjoni ajrunawtika (AFTN) ma jkunux jistgħu jagħmlu dan.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.6.L-Emenda 52 għall-Anness 11 dwar is-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru (il-punt 23 tal-aġenda)

2.6.1.Deskrizzjoni

L-Emendi proposti jikkonċernaw l-ippjanar ta’ kontinġenza fir-rigward taż-żoni ta’ kunflitt. Dawn huma ispirati mir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li saru mill-Bord tas-Sikurezza Olandiż (DSB) wara t-Titjira 17 tal-Malaysian Airlines (MH17) u mir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force dwar ir-Riskji għall-Avjazzjoni Ċivili li jirriżultaw minn Żoni ta’ Kunflitt (TF RCZ) (C-DEC 203/1). Il-proposta tikkonċerna wkoll emendi fil-forma ta’ dispożizzjoni ġdida dwar il-qari lura mis-sewwieqa ta’ vetturi operattivi.

Id-dettalji huma stabbiliti fil-punti 2.6.3 u 2.6.4.

2.6.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Ir-Regolament (UE) 2018/1139

2.6.3.Emenda li tikkonċerna l-ippjanar ta’ kontinġenza b’rabta maż-żoni ta’ kunflitt

Wara li ġew ikkunsidrati wħud mir-rakkomandazzjonijiet ta’ sikurezza li saru mill-Bord tas-Sikurezza Olandiż (DSB) wara l-investigazzjoni tagħhom tal-aċċident tal-MH17, ġew żviluppati proposti b’rabta mal-ippjanar ta’ kontinġenza fir-rigward taż-żoni ta’ kunflitt. F’dan ir-rigward, inbdiet azzjoni mill-ICAO biex tanalizza d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ICAO, li kienu jinkludu emendi għall-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar is-Servizzi tat-Traffiku tal-Ajru. L-Emenda proposta hawnhekk għandha l-għan li ttejjeb il-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza mwettqa meta jseħħu attivitajiet potenzjalment perikolużi għall-avjazzjoni ċivili.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.6.4.Dispożizzjoni ġdida dwar il-qari lura mis-sewwieqa ta’ vetturi operattivi

Ġiet żviluppata proposta mill-Grupp ta’ Studju dwar l-Ajrudromi PANS (PASG) biex jiġu introdotti tmien kapitoli ġodda għall-Proċeduri għas-Servizzi tan-Navigazzjoni bl-Ajru (PANS) - Ajrudromi (Dok. 9981) li jkopru t-taħriġ tal-persunal tal-operazzjonijiet tal-ajrudromi; l-ispezzjonijiet tal-erja ta’ moviment; ix-xogħol li għadu għaddej (WIP) fiż-żona tal-ajru; il-fdalijiet ta’ oġġetti barranin (FOD); l-immaniġġjar tal-organiżmi selvaġġi; is-sikurezza tar-rampa; is-sikurezza tar-runway; u l-iskema ta’ permess tas-sewwieqa tal-ajrudrom u r-rekwiżiti tas-sikurezza tal-vetturi/tat-tagħmir. Fid-dawl ta’ dik il-proposta, ġiet abbozzata dispożizzjoni ġdida tal-Anness 11 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar il-qari lura mis-sewwieqa ta’ vetturi operattivi. Sa issa, l-Anness 11 ma fih l-ebda rekwiżit biex il-kontrolluri jaqraw lura l-awtorizzazzjoni li jagħtu lis-sewwieqa tal-vetturi u biex is-sewwieqa tal-vetturi jirrepetu l-awtorizzazzjoni.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.7.L-Emenda 18 għall-Anness 13 dwar l-Investigazzjoni tal-Aċċidenti tal-Inġenji tal-Ajru (il-punt 24 tal-aġenda)

2.7.1.Deskrizzjoni

Il-proposta għandha l-għan li tiddefinixxi t-termini “rakkomandazzjoni tas-sikurezza ta’ tħassib globali” u “reġistrazzjonijiet ibbażati fuq l-art għall-investigazzjonijiet”.

2.7.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 10 .

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija waħda ta' “qbil, b'xi kummenti” u li jiġi propost it-test rivedut li ġej: “Rakkomandazzjoni tas-sikurezza ta’ tħassib globali (SRGC). Rakkomandazzjoni tas-sikurezza fir-rigward ta’ defiċjenza sistemika bi probabbiltà ta’ rikorrenza b’konsegwenzi sinifikanti fuq livell globali, u li tkun teħtieġ azzjoni f’waqtha biex tittejjeb il-kunsiderazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ sikurezza xierqa”.

Dik ir-riformulazzjoni mistennija tiċċara n-natura mhux obbligatorja ta’ “rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza”.

2.8.L-Emendi 15 u 9 għall-Anness 14 dwar l-Ajrudromi, il-Volum I u l-Volum II (il-punti 25 u 26 tal-aġenda)

2.8.1.Deskrizzjoni

Volum I: Il-proposta tirrigwarda d-disinn u l-operazzjonijiet tal-ajrudrom u l-għajnuniet viżwali għan-navigazzjoni.

Volum II: L-Emenda proposta tikkonċerna l-modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u tal-operat tal-ajrudrom li jirriżultaw mit-tielet laqgħa tal-Bord tad-Disinn u tal-Operazzjonijiet tal-Ajrudrom (ADOP/3) u mit-tmien laqgħa tal-Grupp ta’ Studju tal-Ajrudromi PANS (PASG/8).

Id-dettalji huma stabbiliti fil-punti 2.8.3 u 2.8.4.

2.8.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Volum I: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 11 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/373

Volum II: Ir-Regolament (UE) Nru 139/2014

2.8.3.Emenda għad-disinn u l-operazzjonijiet tal-ajrudrom u għajnuniet viżwali għan-navigazzjoni

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.8.4.Emenda li tikkonċerna l-modifiki tal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u tal-operat tal-ajrudrom

Il-proposta tintroduċi emendi estensivi relatati mal-karatteristiċi fiżiċi tal-ħeliport, l-għajnuniet viżwali, u s-salvataġġ u t-tifi tan-nar. Hija tinkludi wkoll modifiki ta’ bosta definizzjonijiet u referenzi assoċjati għal materjal ta’ gwida matur u ta’ sostenn li għandhom jiġu inklużi fil-Manwal aġġornat tal-Ħeliports (Dok. 9261).

Madankollu, għandu jiġi nnotat li t-tħassir ta’ ċerti standards fil-Kapitolu 5 tal-Anness 14, Vol. II, tal-Konvenzjoni ta’ Chicago u d-definizzjoni tas-servizzi ta’ salvataġġ u tifi tan-nar jistgħu joħolqu ċerti diffikultajiet għall-Unjoni. Dawk il-bidliet jagħmluha neċessarja li jitħassru l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni rilevanti tal-EASA li, sa issa, wasslu għal implimentazzjoni armonizzata. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar is-salvataġġ u t-tifi tan-nar, ir-regoli l-ġodda proposti għandhom jostakolaw l-implimentazzjoni armonizzata, billi l-applikazzjoni tagħhom tirrikjedi valutazzjonijiet individwali tas-sikurezza tal-ħeliports.

Madankollu, fid-dawl tal-bidliet estensivi l-oħrajn, li huma kollha appoġġati minħabba l-benefiċċji tagħhom għas-sikurezza, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.9.L-Emenda 41 għall-Anness 15 dwar is-Servizzi ta’ Informazzjoni Ajrunawtika (il-punt 27 tal-aġenda)

2.9.1.Deskrizzjoni

L-Emenda proposta tikkonċerna l-ippjanar ta’ kontinġenza relatat maż-żoni ta’ kunflitt.

Id-dettalji huma stabbiliti fil-punt 2.9.3.

2.9.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti 

Ir-Regolament (UE) 2018/1139

2.9.3.Emenda meħtieġa minħabba kwistjonijiet ta’ ppjanar ta’ kontinġenza fir-rigward ta’ żoni ta’ kunflitt

Fid-dawl ta’ tnejn mir-rakkomandazzjonijiet tas-sikurezza indirizzati lill-ICAO fir-Rapport Finali tal-Bord tas-Sikurezza Olandiż dwar l-aċċident tat-Titjira 17 tal-Malaysia Airlines (MH17), ġiet proposta emenda fil-forma ta’ standard li għandu jiżdied mal-Anness 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago mill-Kummissjoni tan-Navigazzjoni bl-Ajru lill-Kunsill tal-ICAO. Il-Bord tas-Sikurezza Olandiż irrakkomanda li l-ICAO “jinkorpora fl-Istandards li l-Istati li jittrattaw kunflitt bl-armi fit-territorju tagħhom għandhom jippubblikaw fi stadju bikri informazzjoni li tkun speċifika kemm jista’ jkun dwar in-natura u l-firxa tat-theddid ta’ dak il-kunflitt u l-konsegwenzi tiegħu għall-avjazzjoni ċivili […]”. L-emenda proposta għandha l-għan li ttejjeb l-informazzjoni dwar l-attivitajiet perikolużi għall-avjazzjoni ċivili li ġew ippromulgati permezz ta’ Avviż lill-Ekwipaġġ tal-Ajru (NOTAM), filwaqt li tindirizza wkoll il-każ speċifiku taż-żoni ta’ kunflitt. Iż-żieda fid-dettall ser tappoġġa l-valutazzjoni mill-operaturi tar-riskji assoċjati maż-żona ta’ kunflitt.

L-Emenda, jekk tiġi adottata, ittejjeb il-valutazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar in-natura u l-firxa tat-theddid ta’ kunflitti u l-konsegwenzi tagħhom għall-avjazzjoni ċivili, li hija s-suġġett tal-punt (b) tal-Artikolu 88(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139. Dak l-artikolu jagħti s-setgħa lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex ixxerred l-informazzjoni rilevanti u tirrakkomanda l-azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew minn persuni fiżiċi u ġuridiċi soġġetti għal dak ir-Regolament, fil-każ ta’ riskji għall-avjazzjoni ċivili li jirriżultaw minn żoni ta’ kunflitt. L-Emenda flimkien mal-materjal ta’ gwida rilevanti tal-ICAO relatat maż-żoni ta’ kunflitt tiffaċilita bil-kbir il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ kwalunkwe azzjoni fil-livell tal-Unjoni li għandha tasal għand l-operaturi kollha tal-Unjoni assoċjati maż-żona ta’ kunflitt.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

2.10.L-Emendi 13, 10 u 1 għall-Anness 16 dwar il-Ħarsien tal-Ambjent, rispettivament, għall-Volumi I, II u III (il-punti 28, 29 u 30 tal-aġenda)

2.10.1.Deskrizzjoni

Il-proposta tirrigwarda l-istorbju tal-inġenji tal-ajru.

Id-dettalji huma stabbiliti fil-punt 2.10.3.

2.10.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Ir-Regolament (UE) 2018/1139

2.10.3.It-titjib tal-istandards internazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-istorbju u tal-gassijiet.

L-Emendi ppreżentati huma r-riżultati tal-ħidma mwettqa mill-Kumitat għall-Avjazzjoni u l-Ħarsien tal-Ambjent (CAEP) matul l-aħħar laqgħa triennali tiegħu.

L-elaborazzjoni tagħhom ġiet iġġudikata b’mod favorevoli mill-Unjoni, f’għadd ta’ pożizzjonijiet suċċessivi meħuda matul il-ħidma teknika fil-livell tal-ICAO. Qed issir referenza għall-pożizzjonijiet adottati mill-Kunsill fir-rigward tal-Ittri tal-Istat 19/42, 19/43, 19/44.

Fir-rigward tal-adozzjoni tal-Emenda 13 għall-Anness 16, il-Volum I, din fiha korrezzjonijiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet tekniċi, ta’ nomenklatura u tipografiċi ġenerali. Hija għandha wkoll l-għan li tirrevedi d-definizzjonijiet bl-użu tal-kelma “travers”, definizzjoni għal “korsa ta' referenza fuq l-art”, it-tolleranza speċifikata għall-kalkolu bil-mod tal-medja tal-ħin esponenzjali sabiex ir-reazzjoni attwali tal-ħin esponenzjali tiġi kkaratterizzata aħjar b’kostanti tal-ħin ta’ sekonda waħda. Fl-aħħar nett, hija fiha reviżjonijiet relatati mal-użu xieraq tal-verbi modali “irid”, “għandu” u “jenħtieġ li”.

Fir-rigward tal-Emenda 10 għall-Anness 16, il-Volum II, hija tirrifletti l-approvazzjoni riċenti mis-CAEP tal-ICAO (fil-ħdax-il laqgħa, li saret fi Frar 2019) ta’ standards tal-massa u tan-numru ta’ Materja Partikulata mhux volatili (nvPM). L-iżvilupp ta’ dak l-istandard ġdid jimmarka t-tlestija tal-komponent finali taċ-ċertifikazzjoni ambjentali tal-inġenji tal-ajru, li jagħlaq iċ-ċirku sħiħ fuq l-istorbju, il-kwalità tal-arja lokali u l-istandards tas-CO2 għall-ajruplani subsoniċi.

L-istandard il-ġdid ser japplika għal magni ġodda tat-tip u tal-produzzjoni b’forza propulsiva nominali akbar minn 26.7kN mill-1 ta’ Jannar 2023. Il-linji ta’ limitu għall-massa u n-numru ta’ nvPM jipprovdu xi tnaqqis għall-magni b’forzi propulsivi nominali inqas minn 150kN.

Fir-rigward tal-Emenda 1 għall-Anness 16, il-Volum III, il-proposti jikkonċernaw l-introduzzjoni tad-definizzjoni għal “disinn tat-tip” u diversi titjib fid-definizzjonijiet; kjarifika dwar l-applikabbiltà ta’ standards għal verżjonijiet derivati ċċertifikati mis-CO2 ta’ ajruplani mhux iċċertifikati mis-CO2; kjarifika tal-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta’ eżenzjonijiet u tal-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-eżenzjoni; fit-taqsima dwar il-kundizzjonijiet ta’ referenza, it-tħassir ta’ test superfluwu u l-korrezzjoni ta’ kwistjonijiet tipografiċi minuri.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li jiġu appoġġati dawk l-Emendi li huma konformi mar-Regolament (UE) 2018/1139.

2.11.L-Emenda 13 għall-Anness 18 dwar it-Trasport Sikur ta’ Oġġetti Perikolużi bl-Ajru (il-punt 31 tal-aġenda)

2.11.1.Deskrizzjoni

Il-proposta tirrigwarda t-terminoloġija u dispożizzjonijiet tas-segregazzjoni għal sustanzi tossiċi u infettivi.

2.11.2.Id-Dritt tal-Unjoni Rilevanti

Il-punt CAT.GEN.MPA.200 tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li l-essenza tiegħu hija li jinnota li “…it-trasport tal-oġġetti perikolużi bl-ajru għandu jitwettaq skont l-Anness 18 għall-Konvenzjoni ta’ Chicago”.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni hija li l-Emenda proposta tiġi appoġġata fl-intier tagħha.

(1)    Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).
(2)    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3)    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol (ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1).
(4)    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/340 tal-20 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati maċ-ċertifikati u l-liċenzji tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 1).
(5)    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/373 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni għall-fornituri ta’ servizzi fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru/tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u funzjonijiet oħrajn tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-sorveljanza tagħhom, iħassar ir-Regolament (KE) Nru 482/2008, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1034/2011, (UE) Nru 1035/2011 u (UE) 2016/1377 u jemenda r-Regolament (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 62, 8.3.2017, p. 1).
(6)      L-Anness I tar-Regolament (UE) 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili.
(7)

AIRMET u SIGMET jissemmew fir-Regolament (UE) Nru 2017/373. Huma jirrappreżentaw informazzjoni lill-utenti tal-ispazju tal-ajru rigward ċerti kundizzjonijiet meteoroloġiċi.

GAMET hija definita fir-regoli tal-ICAO. Huwa tbassir tal-erja f’lingwaġġ sempliċi mqassar għal titjiriet ta’ livell baxx għal reġjun ta’ informazzjoni dwar it-titjira jew subżona tiegħu, imħejji mill-uffiċċju meteoroloġiku magħżul mill-awtorità meteoroloġika kkonċernata u skambjat mal-uffiċċji meteoroloġiċi f’reġjuni kontigwi ta’ informazzjoni dwar it-titjir, kif miftiehem bejn l-awtoritajiet meteoroloġiċi kkonċernati. Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE, issir referenza għal “tbassir tal-erja għal titjiriet ta’ livell baxx” kif definit fl-Anness I (Definizzjonijiet) tar-Regolament (UE) Nru 2017/373.

(8) “Irmied vulkaniku sospiż mill-ġdid” huwa t-terminu tal-ICAO għal irmied vulkaniku – possibbilment xi żmien wara u xi distanza minn żbroff ta’ vulkan li issa waqaf, li sab ruħu fl-atmosfera minn irjieħ qawwija u li spiċċa mxerred b’tali mod li jikkostitwixxi periklu għall-inġenji tal-ajru.
(9)    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(10)    Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).
(11)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2014 tat-12 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b’rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 44, 14.2.2014, p. 1).
Top