This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M9962
Prior notification of a concentration (Case M.9962 — Mylan/Aspen’s EU Thrombosis Business) (Text with EEA relevance) 2020/C 317/08
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9962 — Mylan/Aspen’s EU Thrombosis Business) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 317/08
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9962 — Mylan/Aspen’s EU Thrombosis Business) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 317/08
PUB/2020/750
ĠU C 317, 25.9.2020, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 317/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9962 — Mylan/Aspen’s EU Thrombosis Business)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 317/08)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Mylan Ireland Limited (“Mylan”, l-Irlanda), |
— |
Aspen EU Thrombosis Business (il-“Kumpanija fil-Mira”, Mauritius), li tappartjeni għall-grupp Aspen Pharmacare Holdings LTD. |
Mylan takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-impriża fil-mira kollha hi. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Mylan tiżviluppa, tilliċenzja, timmanifattura, tikkummerċjalizza u tiddistribwixxi farmaċewtiċi ġeneriċi, tad-ditta ġeneriċi u ta’ speċjalità flimkien ma’ prodotti OTC u prodotti tal-kura tas-saħħa tal-konsumatur; |
— |
Il-Kumpanija fil-Mira tinkludi ċerti drittijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati tal-prodotti antitrombotiċi ta’ Aspen fiż-ŻEE, jiġifieri l-molekuli Nadroparin (ismijiet tad-ditta Fraxiparine u Fraxodi), Fondaparinux (isem tad-ditta Arixtra), Certoparin (isem tad-ditta Mono Embolex) u Danaparoid (isem tad-ditta Orgaran). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9962 — Mylan/Aspen’s EU Thrombosis Business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).