Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9867

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.9867 — Allianz/BBVA Allianz Seguros y Reaseguros) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 243/09

    PUB/2020/599

    ĠU C 243, 23.7.2020, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/17


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-każ M.9867 — Allianz/BBVA Allianz Seguros y Reaseguros)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 243/09)

    1.   

    Fil-15 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Allianz SE (“Allianz”, il-Ġermanja),

    BBVA Seguros y Reaseguros, S.A. (“BASR”, Spanja), ikkontrollata minn BBVA Seguros S.A., de Seguros y Reaseguros (“BBVA”, Spanja)

    Allianz takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ BASR kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Allianz: Il-grupp Allianz huwa fornitur globali tas-servizzi finanzjarji attiv b’mod predominanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u l-ġestjoni tal-assi;

    għal BASR: In-negozju ġenerali tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja (u mhux tas-saħħa) ta’ BBVA fi Spanja u l-linja tal-assigurazzjoni domestika eżistenti ta’ BBVA fil-Portugall.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9867 Allianz/BBVA Allianz Seguros y Reaseguros

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top