Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9676

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9676 — Lov Group/Banijay/ESG) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 183/07

    PUB/2020/422

    ĠU C 183, 3.6.2020, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 183/11


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9676 — Lov Group/Banijay/ESG)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 183/07)

    1.   

    Fil-25 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Lov Group Invest (“Lov Group”, Franza),

    Banijay Group (“Banijay”, Franza), ikkontrollata minn Lov Group u DeAgostini,

    Endemol Shine Group (“ESG”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Apollo Management u The Walt Disney Company.

    Lov Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Banijay u ESG.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Lov Group: Produzzjoni ta’ kontenut televiżiv (permezz ta’ Banijay) fl-Ewropa, attivitajiet fis-setturi tal-logħob tal-azzard online u lukandi lussużi,

    Banijay: il-ħolqien, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ kontenut televiżiv tad-divertiment għal xandara fl-Ewropa u f’pajjiżi oħra madwar id-dinja, u

    ESG: produzzjoni u distribuzzjoni ta’ kontenut televiżiv u liċenzjar lil terzi persuni, żvilupp ta’ kontenut ta’ divertiment ġenerali fl-Ewropa u pajjiżi oħra madwar id-dinja.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9676 — Lov Group/Banijay/ESG

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top