Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9675

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9675 — Apollo Capital Management/Lopesan Group/IFA Faro Hotel/IFA Buenaventura Hotel) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 86/08

    PUB/2020/231

    ĠU C 86, 16.3.2020, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 86/11


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9675 — Apollo Capital Management/Lopesan Group/IFA Faro Hotel/IFA Buenaventura Hotel)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 86/08)

    1.   

    Fis-6 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Apollo Capital Management L.P. (“Apollo”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Invertur Helsan, S.L.U. (“Lopesan”, Spanja), finalment ikkontrollata mil-Lopesan Group,

    Hotel Faro, li hija Lopesan Collection Hotel (“IFA Faro Hotel”) u Abora Buenaventura By Lopesan Hotels (“IFA Buenaventura Hotel”) (flimkien “il-Lukandi fil-Miras”, Gran Canaria, Spabja).

    Apollo u Lopesan jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Hotel Faro u Hotel Buenaventura.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u ftehim dwar il-ġestjoni tal-lukandi.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Apollo: investiment f’kumpaniji involuti f’diversi negozji madwar id-dinja, fost oħrajn, kumpaniji fin-negozju tal-kimiċi, tal-isptarijiet, tas-sigurtà, tal-assikurazzjoni, tas-servizzi finanzjarji u tal-proprjetà immobbli,

    Lopesan Group: konglomerat Spanjol ibbażat fil-Gran Canaria li huwa sid ta’ kumpaniji fis-setturi tal-kostruzzjoni, it-turiżmu, l-iżvilupp tal-proprjetà immobbli, tal-ħin ħieles u l-agrikoltura. Huwa sid u jħaddem 15-il lukanda mxerrda fil-Gran Canaria, Fuerteventura, il-Ġermanja, l-Awstrija, u r-Repubblika Dominikana. Lopesan Group jiġġestixxi wkoll sitt lukandi fil-Gran Canaria li huma proprjetà ta’ terzi persuni,

    il-Lukandi fil-Mira: lukandi ta’ erba’ u ħames stilel li joffru kmamar kif ukoll ristorant, faċilitajiet tal-bar u tal-konferenzi f’San Barthomome de Tirajana fil-Gran Canaria, Spanja.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9675 — Apollo Capital Management/Lopesan Group/IFA Faro Hotel/IFA Buenaventura Hotel

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top