This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M9623
Prior notification of a concentration (Case: M.9623—AMG/Shell/JV) (Text with EEA relevance) 2020/C 56/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9623—AMG/Shell/JV) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 56/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9623—AMG/Shell/JV) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 56/08
PUB/2020/141
ĠU C 56, 19.2.2020, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ: M.9623—AMG/Shell/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 56/08)
1.
Fit-12 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
AMG Advanced Metallurgical Group N.V. (“AMG”, in-Netherlands), |
— |
Shell Overseas Investments B.V. (“SOI”, in-Netherlands), sussidjarja tar-Royal Dutch Shell plc (“Shell”, ir-Renju Unit), |
— |
Shell & AMG Recycling B.V. (“S&AR”, in-Netherlands). |
AMG u Shell jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ S&AR.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
AMG huwa grupp dinji ta’ speċjalità fil-metalli u fl-inġinerija. Huwa wkoll attiv fir-riċiklaġġ ta’ catalisti residwi wżati, iġġenerati mill-ipproċessar ta’ żejt mhux maħdum mir-raffineriji, fl-Amerka ta’ Fuq u fil-bejgħ ta’ metalli estratti permezz tal-proċess tar-riċiklaġġ, |
— |
Shell huwa grupp dinji ta’ entitajiet attiv fl-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-produzzjoni taż-żejt u l-gass. Huwa jissupplixxi katalisti ta’ residwi ġodda biex jintużaw fl-industriji tar-raffineriji u tal-ipproċessar tal-petrokimiċi, |
— |
S&AR se tkun attiva, barra mill-Amerka ta’ Fuq, fir-riċiklaġġ ta’ katalisti ta’ residwi wżati u fil-bejgħ tal-metalli estratti permezz tal-ipproċessar tar-riċiklaġġ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9623—AMG/Shell/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).