Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0797

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-Ewwel Rapport ta’ Progress rigward l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà

    COM/2020/797 final

    Brussell, 9.12.2020

    COM(2020) 797 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL EMPTY

    L-Ewwel Rapport ta’ Progress rigward l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà












    I    INTRODUZZJONI

    Is-sigurtà hija waħda mill-akbar tħassib taċ-ċittadini u s-sensiela reċenti ta’ attakki terroristiċi fuq it-territorju Ewropew kompliet tenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni mill-UE. Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni adottat Strateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE 2020-2025 1 biex timmira azzjoni fuq oqsma ta’ prijorità fejn l-UE tista’ ġġib valur miżjud għall-isforzi nazzjonali. Din tibni fuq il-progress miksub preċedentement taħt l- Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà 2015-2020 2 u tipprovdi fokus ġdid, biex jiġi żgurat li l-politika ta’ sigurtà tal-UE tirrifletti x-xenarju ta’ theddid li qed jinbidel; li tibni reżiljenza fit-tul u sostenibbli; li tinvolvi lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, il-gvernijiet, is-settur privat u l-individwi f’approċċ ta’ soċjetà sħiħa; u li tgħaqqad flimkien il-ħafna oqsma ta’ politika b’impatt dirett fuq is-sigurtà. Ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali huwa fil-qalba ta’ din il-ħidma, billi s-sigurtà tal-Unjoni tista' tiġi żgurata biss meta kulħadd ikollu fiduċja li d-drittijiet fundamentali tagħhom jiġu rispettati bis-sħiħ.

    It-theddida ta’ networks terroristiċi transnazzjonali hija tfakkira qawwija li azzjoni koordinata tal-UE hija indispensabbli għal azzjoni effettiva biex jiġu protetti l-Ewropej, filwaqt li jiġu rispettati l-valuri komuni tagħna u l-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna. Dan huwa emblematiku ta’ kif feġġew theddidiet għas-sigurtà transfruntiera u transettorjali dejjem aktar kumplessi, u dan jagħmel il-kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar is-sigurtà fil-livelli kollha dejjem aktar essenzjali. Dan huwa minnu għall-kriminalità organizzata jew għall-kummerċ tad-drogi - huwa minnu wkoll għad-dinja diġitali, b’attakki ċibernetiċi u ċiberkriminalità li qed ikomplu jiżdiedu. Dawn l-isfidi kollha japplikaw ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħna, b’interkonnessjoni ċara bejn is-sigurtà interna u esterna. Il-kriżi tal-COVID-19 poġġiet ukoll enfasi qawwija fuq is-sigurtà Ewropea, filwaqt li ttestjat ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tal-Ewropa, it-tħejjija għall-kriżijiet, il-ktajjen tal-valur strateġiċi u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, kif ukoll ir-reżiljenza tas-soċjetajiet tagħna vis-à-vis l-interferenza manipulattiva u d-diżinformazzjoni.

    L-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà hija magħmula minn erba’ prijoritajiet strateġiċi għal azzjoni fil-livell tal-UE: ambjent ta’ sigurtà li jibqa’ validu fil-futur, l-indirizzar ta’ theddid li qed jevolvi, il-protezzjoni tal-Ewropa mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u ekosistema tas-sigurtà Ewropea b’saħħitha. Ċentrali għall-istrateġija hija l-implimentazzjoni, u din hija t-tema ewlenija ta’ dan ir-rapport: l-implimentazzjoni li teħtieġ l-involviment sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali fuq quddiem nett tas-sigurtà fl-UE. Dan ir-rapport huwa l-ewwel rapport ta’ implimentazzjoni taħt l-Istrateġija, li jissodisfa l-impenn li ħadet il-Kummissjoni biex tirrapporta regolarment dwar il-progress 3 . Dan ikopri l-perjodu mill-31 ta’ Ottubru 2019, meta l-aħħar Rapport ta’ Progress dwar l-Unjoni tas-Sigurtà ġie ppubblikat taħt il-mandat tal-Kummissjoni preċedenti 4 .

    II    AMBJENT TA’ SIGURTÀ LI JIBQA’ VALIDU FIL-FUTUR

    1.Protezzjoni u reżiljenza tal-infrastruttura kritika

    Il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini tiddependi fuq infrastruttura fiżika u diġitali dejjem aktar interkonnessa u interdipendenti. Din l-infrastruttura hija vitali għall-funzjonament tal-ekonomija u tas-soċjetà. Mingħajr provvisti affidabbli ta’ enerġija, trasport prevedibbli, sistemi tas-saħħa komprensivi jew network finanzjarju mmexxi diġitalment, il-mod ta’ ħajja attwali tagħna ma jkunx possibbli. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet b’mod aktar ċar l-importanza li tiġi żgurata r-reżiljenza ta’ setturi u operaturi kritiċi. L-UE rrikonoxxiet l-interess komuni fil-protezzjoni tal-infrastruttura kritika minn theddid, kemm jekk diżastri naturali kif ukoll dawk ikkawżati mill-bniedem, jew attakki terroristiċi. L-istampa attwali tat-theddid li qed jiffaċċjaw l-infrastrutturi kritiċi hija wiesgħa. Din tinkludi: terroriżmu, azzjonijiet ibridi, attakki ċibernetiċi, inċidenti minn ġewwa; theddid assoċjat ma’ teknoloġiji ġodda u emerġenti (bħal droni, 5G, intelliġenza artifiċjali); sfidi relatati mat-tibdil fil-klima; interruzzjoni tal-ktajjen tal-provvista; u l-interferenza elettorali. Ir-regoli attwali tagħna jeħtieġu modernizzazzjoni u espansjoni 5 . Jeħtieġ li jċaqilqu l-enfasi minn fuq il-protezzjoni għal fuq ir-reżiljenza, filwaqt li jġibu aktar koerenza u konsistenza fil-kopertura settorjali u jiffukaw fuq entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali.

    Dan se jkun l-għan tal-proposti li ġejjin għall-promozzjoni tar-reżiljenza tal-infrastrutturi fiżiċi u diġitali. L-objettiv ġenerali huwa li tiżdied it-tħejjija fil-livell nazzjonali u tal-UE billi jinbnew kapaċitajiet robusti għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, ir-rispons u l-mitigazzjoni tat-theddid, u li wieħed ikun lest li jaġixxi fi kriżi. Il-leġiżlazzjoni eżistenti rnexxielha żżid u ttejjeb il-ġestjoni tar-riskju f’setturi kritiċi; dan jeħtieġ li jiġi intensifikat. Objettiv ewlieni tad-Direttiva riveduta dwar l-Infrastruttura Kritika se jkun il-promozzjoni ta’ livell komuni għoli ta’ reżiljenza f’firxa suffiċjenti ta’ setturi ewlenin. Bl-istess mod, l-aġġornament tad-Direttiva dwar in-Networks u s-Sistemi tal-Informazzjoni (Network and Information Systems, NIS) se jimmira għal aktar konsistenza fl-identifikazzjoni tal-“operaturi ta’ servizzi essenzjali” tal-Istati Membri 6 . B’mod aktar ġenerali, minkejja progress konsiderevoli, il-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà fl-Istati Membri għadhom mhux uniformi u għalhekk ir-reviżjoni se tfittex li tixpruna aktar iċ-ċibersigurtà b’mod ġenerali 7 . Ir-riżultat se jkun approċċi akbar u aktar koerenti għar-reżiljenza għall-infrastruttura fiżika u diġitali.

    Hekk kif il-ħidma miexja lejn dan il-qafas aktar koerenti, l-inizjattivi settorjali jikkomplementaw din il-ħidma u jimmiraw lejn vulnerabbiltajiet speċifiċi. L-isfidi speċifiċi taċ-ċibersigurtà għas-settur tal-enerġija issa qed jitmexxew ’il quddiem fuq il-bażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2019 8 , filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tas-settur bħar-rekwiżiti f’ħin reali, ir-riskju ta’ effetti kaskata, u l-kombinazzjoni ta’ sistemi ta’ legat ma’ teknoloġiji ġodda. Għaddejja ħidma fuq kodiċi tan-network iddedikat dwar iċ-ċibersigurtà għall-flussi transfruntiera tal-elettriku, kif ukoll dwar il-protezzjoni tar-reżiljenza u ċ-ċibersigurtà tal-infrastruttura kritika tal-enerġija. In-Network Tematiku għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika tal-Enerġija ġie mniedi mill-ġdid, b’fokus u objettivi mġedda, u ntlaħaq għall-ewwel darba f’Ġunju 2020, b’aktar minn 100 parteċipant online. Dan in-Network jipprovdi pjattaforma biex titrawwem kollaborazzjoni transfruntiera fost l-operaturi u s-sidien tal-infrastruttura kritika tal-enerġija fis-settur tal-enerġija.

    Biex jipprovdi punt ta’ tluq komuni għall-kollaborazzjoni tal-Istati Membri fit-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku, f’Settembru 2020 in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-elettriku stabbilixxa l-aktar xenarju ta’ kriżi tal-elettriku reġjonali rilevanti kif previst fir-regolament dwar it-tħejjija għar-riskji 9 . Dawn jinkludu attakki ċibernetiċi kif ukoll avvenimenti pandemiċi u estremi tat-temp. L-Istati Membri se jħejju xenarji ta’ kriżi nazzjonali u pjanijiet ta’ tħejjija għar-riskji għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kriżijiet tal-elettriku (l-ewwel abbozzi huma mistennija f’April 2021). Biex jikkontribwixxu għal dan il-proċess, f’Ġunju 2020 inħareġ sett ta’ prattiki tajba 10 , ibbażat fuq il-monitoraġġ mill-qrib tal-impatt tal-COVID-19 fuq is-settur tal-enerġija permezz tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni tal-Elettriku, il-Gass u ż-Żejt, kif ukoll il-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej dwar is-Sikurezza Nukleari u l-Grupp Ewropew tal-Awtoritajiet Offshore.

    Id-dipendenza dejjem tikber u sofistikata fuq il-proċessi diġitali fl-għoti ta’ servizzi finanzjarji titlob ukoll li jiżdied il-livell ta’ ċibersigurtà fis-settur finanzjarju. Filwaqt li s-sigurtà tas-sistemi tal-ICT hija rikonoxxuta bħala parti integrali tal-ġestjoni tar-riskju għall-entitajiet finanzjarji, dan għadu ma ġiex rifless bis-sħiħ fix-xenarju regolatorju tas-servizzi finanzjarji tal-UE. Fl-24 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni adottat il-pakkett tal-Istrateġija għall-Finanzi Diġitali tagħha 11 , bl-objettiv ċar li tindirizza l-isfidi u r-riskji assoċjati mat-trasformazzjoni diġitali, tippromwovi r-reżiljenza, il-protezzjoni tad-data u s-superviżjoni prudenzjali xierqa. Dan kien jinkludi proposta leġiżlattiva dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali 12 , biex jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji biex jiġu mitigati l-attakki ċibernetiċi u riskji oħra 13 . Din l-inizjattiva tikkontribwixxi għal settur finanzjarju diġitali Ewropew b’saħħtu u vibranti u b’hekk issaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha fis-servizzi finanzjarji u, b’estensjoni, il-kapaċità tagħha li tirregola u tissorvelja s-sistema finanzjarja biex tipproteġi l-istabbiltà finanzjarja tal-Ewropa.

    Matul emerġenzi fuq skala kbira, il-grad għoli ta’ interdipendenza bejn is-setturi u l-pajjiżi jeħtieġ azzjoni kkoordinata biex jiġi żgurat rispons rapidu u effettiv, kif ukoll prevenzjoni u tħejjija aħjar għal sitwazzjonijiet simili fil-futur. Fir-reviżjoni tad-Deċiżjoni dwar il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili 14 , il-Kummissjoni proponiet 15 l-iżvilupp ta’ għanijiet ta’ reżiljenza għad-diżastri u l-ippjanar tar-reżiljenza, b’enfasi msaħħa fuq il-bini ta’ reżiljenza transsettorjali fit-tul għal diżastri transfruntiera. L-approċċ il-ġdid propost għall-bini tar-reżiljenza jikkomplementa l-ħidma ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri fil-livell nazzjonali. Fis-26 ta’ Novembru, il-Kunsill laħaq qbil dwar mandat ta’ negozjar biex jissaħħu l-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri, fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2020 16 .

    Il-pandemija tal-COVID-19 uriet l-impatt tal-kriżi tas-saħħa fuq is-sigurtà fil-livell tal-UE u dak globali, u enfasizzat il-ħtieġa li jissaħħaħ l-ippjanar ta’ tħejjija u ta’ rispons għal epidemiji u theddid transfruntiera serju ieħor għas-saħħa. Il-pakkett tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Novembru 2020 dwar “Il-bini ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Insaħħu r-reżiljenza tal-UE” stabbilixxa l-passi li jmiss biex jiġi indirizzat it-theddid transfruntier għas-saħħa. Dan iwassal għal qafas imsaħħaħ għall-kooperazzjoni transfruntiera kontra t-theddid kollu għas-saħħa u jinkludi tliet proposti leġiżlattivi: l-aġġornament tal-leġiżlazzjoni dwar theddid transfruntieri serju għas-saħħa, u t-tisħiħ taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (European Centre for Disease Prevention and Control, ECDC) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA). Flimkien, dawn il-proposti se jistabbilixxu qafas robust u kosteffettiv biex l-UE u l-Istati Membri jitqiegħdu fuq bażi aktar sikura meta jirreaġixxu għal kriżijiet tas-saħħa futuri.

    Element importanti biex jiġu protetti l-assi diġitali nazzjonali u tal-UE huwa li l-infrastrutturi kritiċi jiġu offruti kanal għall-komunikazzjoni sigura. Dan huwa appoġġat mill-iżvilupp ta’ infrastruttura ta’ network għal Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita siguri u reżiljenti bħala komponent tal-programm Spazjali tal-UE.

    2.Ċibersigurtà

    Il-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali huma ċari iżda tant ieħor ċar huwa l-fatt li inevitabbilment hija akkumpanjata minn żieda fil-vulnerabbiltajiet potenzjali 17 . L-infrastruttura kritika spiss tkun il-mira ta’ attakki ċibernetiċi dejjem aktar sofistikati 18 . Iċ-ċibersigurtà għalhekk trid tkun it-tħassib mhux biss ta’ dawk li jfasslu l-politika, iżda ta’ dawk kollha li jaħdmu jew jikkomunikaw online.

    Biex tiżdied il-fiduċja u s-sigurtà tal-prodotti, il-proċessi u s-servizzi diġitali, l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà ta’ Ġunju 2019 ħoloq qafas taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tal-UE. Il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà, l-ENISA, biex tħejji żewġ skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u t-tħejjija tagħhom tinsab fi stadju avvanzat. Din il-ħidma tinvolvi wkoll l-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, l-industrija, il-konsumaturi, l-akkreditazzjoni, il-korpi ta’ standardizzazzjoni u ċertifikazzjoni kif ukoll il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

     

    Waħda minn dawn l-iskemi hija skema ta’ servizzi tal-cloud b’appoġġ għal suq tas-servizzi tal-cloud sigur u affidabbli. Dan huwa element ewlieni fl-Istrateġija tad-Data tal-UE adottata fi Frar 2020 19 . Din toħloq linja bażi komuni ta’ sigurtà għas-servizzi tal-cloud fis-setturi kollha, filwaqt li tibni fuq l-ogħla denominatur komuni ta’ standards, skemi u prattiki eżistenti (Ewropej u internazzjonali). Dan se jkun element ewlieni fil-fluss liberu tad-data madwar l-UE 20 . L-iskema se trawwem ukoll l-adozzjoni tat-teknoloġiji cloud billi tipprovdi lill-utenti, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-amministrazzjoni pubblika, b’riassigurazzjoni komprensibbli dwar il-livell ta’ sigurtà meta jużaw il-cloud.

    Kif sottolineat fl-Istrateġija tal-Unjoni tas-sigurtà, minħabba t-tnedija li għadha għaddejja tal-infrastruttura tal-5G fl-UE kollha u d-dipendenza potenzjali ta’ bosta servizzi kritiċi fuq in-networks tal-5G, il-konsegwenzi tat-tħarbit sistemiku u mifrux ikun partikolarment serju. Ir-riżultat kien sforz komuni mill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri ta’ sigurtà adegwati. Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċibersigurtà tan-networks 5G ta’ Marzu 2019 21 , l-Istati Membri lestew valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali li ssarrfu f’rapport 22 ikkoordinat tal-UE dwar il-valutazzjoni tar-riskju li jidentifika l-isfidi tas-sigurtà marbuta man-networks 5G. Fuq il-bażi ta’ dan, fid-29 ta’ Jannar 2020 il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS 23 ippubblika s-sett ta’ għodod tal-UE ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju 24 li jistabbilixxu l-miżuri strateġiċi u tekniċi meħtieġa. Is-sett ta’ għodod jinkludi miżuri biex jissaħħu r-rekwiżiti tas-sigurtà għall-operaturi tan-networks mobbli (mobile network operators, MNOs), tiġi żgurata d-diversità tal-fornituri għal MNOs individwali, jiġi vvalutat il-profil tar-riskju tal-fornituri, u jiġu applikati restrizzjonijiet għall-fornituri meqjusa bħala ta’ riskju għoli. Il-Kummissjoni se tappoġġa l-implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod, billi tagħmel użu sħiħ mill-kompetenzi u l-mezzi għad-dispożizzjoni tagħha 25 , inklużi r-regoli tat-telekomunikazzjoni u taċ-ċibersigurtà; il-koordinazzjoni dwar l-istandardizzazzjoni, u ċ-ċertifikazzjoni għall-UE kollha; u l-Qafas ta’ Investiment Dirett Barrani tal-UE 26 .

    Il-grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS ippubblika rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ sett ta’ għodod f’Lulju 2020 27 . Dan innota li maġġoranza kbira ta’ Stati Membri diġà adottaw jew qegħdin fil-proċess li jimplimentaw il-miżuri rakkomandati fis-sett ta’ għodod. Miżuri fejn l-implimentazzjoni kienet inqas avvanzata inkludew il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ dipendenza fuq fornituri b’riskju għoli u l-iżvilupp ta’ strateġiji b’diversi bejjiegħa kemm fil-livell tal-kumpaniji kif ukoll f’dak nazzjonali.

    Matul dawn l-aħħar ftit xhur, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri rreaġixxew għal-livell ogħla ta’ riskju taċ-ċibersigurtà kkawżat mill-kriżi tal-COVID-19 billi intensifikaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tejbu l-livell ta’ tħejjija għal kriżi ċibernetika potenzjali. Il-kooperazzjoni tal-UE ġiet intensifikata f’fora ewlenin (il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS u n-Network tal-Iskwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters (Computer Security Incident Response Teams, CSIRTs)), kif ukoll permezz ta’ forom ġodda ta’ koordinazzjoni u għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni 28 . F’Settembru 2020, kien hemm it-tieni simulazzjoni tal-Eżerċizzju tal-Livell Operazzjonali tal-Blueprint (Blue OLEx) 29 , fejn tnieda wkoll in-“Network tal-Organizzazzjoni ta’ Kollegament dwar il-Kriżi Ċibernetika” (Cyber Crisis Liaison Organisation Network, CyCLONe) tal-Istati Membri, li se jimplimenta aktar il-Pjan ta’ Azzjoni għal rispons rapidu ta’ emerġenza għal inċidenti jew kriżijiet ċibernetiċi transfruntiera fuq skala kbira 30 .

    Fiċ-ċiberspazju globali, l-attakki ċibernetiċi u t-theddid spiss joriġinaw minn barra l-UE. Biex jiffaċċjaw b’mod effettiv dawn l-isfidi, l-UE u l-Istati Membri jikkooperaw biex javvanzaw is-sigurtà internazzjonali u l-istabbiltà fiċ-ċiberspazju, jippromwovu mġiba responsabbli tal-istat, iżidu r-reżiljenza globali u jqajmu kuxjenza dwar it-theddid ċibernetiku u attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, inkluż ma’ sħab internazzjonali 31 . Fit-30 ta’ April 2020, ir-Rappreżentant Għoli ppubblika Dikjarazzjoni f’isem l-UE li tikkundanna l-imġiba malizzjuża fiċ-ċiberspazju u tesprimi solidarjetà mal-vittmi 32 .

    Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta l-ewwel sanzjonijiet ċibernetiċi tal-UE kontra sitt individwi u tliet entitajiet responsabbli għal attakki ċibernetiċi jew għax kienu involuti fihom. Dawn jinkludu l-attentat ta’ attakk ċibernetiku kontra l-OPCW (l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi) u dawk magħrufa pubblikament bħala “WannaCry”, “NotPetya”, u “Operation Cloud Hopper”. Fit-22 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill applika sanzjonijiet fuq żewġ individwi oħra u entità waħda responsabbli għal jew involuta fl-attakk ċibernetiku kontra l-parlament federali Ġermaniż. Dawn id-deċiżjonijiet segwew is-sinjalar kontinwu tal-UE u tal-Istati Membri tal-ħtieġa li jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jirrispondu għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, inkluż billi jużaw ir-reġim ta’ sanzjonijiet ċibernetiċi tagħha bħala parti mis-sett ta’ għodod tagħha tad-diplomazija ċibernetika tal-2017 33 .

    In-negozjati bejn il-koleġiżlaturi dwar regoli ġodda dwar l-esportazzjoni li jirrestrinġu l-bejgħ ta’ prodotti ta’ sorveljanza ċibernetika lil reġimi dinjija li jinvolvu ruħhom fir-repressjoni tad-drittijiet tal-bniedem 34 għamlu progress ukoll. Ladarba jiġu adottati, dawn ir-regoli se jwasslu għal kummerċ aktar responsabbli, kompetittiv u trasparenti ta’ oġġetti b’użu doppju 35 . L-emendi proposti, li saru meħtieġa minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u r-riskji għas-sigurtà li qed jiżdiedu, jinkludu kriterji ġodda biex jingħataw jew jiġu rrifjutati liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti oġġetti.

    3.Il-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi

    Kif rikonoxxut fl-Aġenda tal-UE dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu 36 , il-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi, permezz tal-bini tar-reżiljenza kontra t-theddid għas-sigurtà tibqa’ komponent kruċjali tal-ħidma lejn Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina. Il-Kummissjoni qed taħdem ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati pubbliċi u privati biex jiżviluppaw gwida u jipprovdu appoġġ prattiku u finanzjament 37 , f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2017 għall-appoġġ tal-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi 38 u l-ġabra tal-2019 ta’ prattiċi tajba b’appoġġ tal-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi 39 . Kif stabbilit fl-Aġenda tal-UE dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, il-Kummissjoni se tintensifika l-appoġġ tagħha għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom rwol ewlieni fil-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni. Dan se jinkludi t-tfassil ta’ Protokoll tal-UE dwar is-Sigurtà Urbana u r-Reżiljenza għall-ibliet, li jistabbilixxi l-prinċipji u l-objettivi bażiċi għall-awtoritajiet lokali f’dawn l-oqsma.

    Billi l-attakki terroristiċi qed jimmiraw dejjem aktar postijiet ta’ qima, qed issir enfasi partikolari fuq il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u mexxejja u kongregazzjonijiet ibbażati fuq it-twemmin, sabiex jittejjeb il-livell ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà u tingħata għajnuna fl-implimentazzjoni ta’ prattiki tajbin u taħriġ f’postijiet ta’ qima. Miżuri sempliċi jistgħu jagħmlu d-differenza bejn il-ħajja u l-mewt. F’Ottubru 2019, sinagoga f’Halle kienet is-suġġett ta’ attakk terroristiku. Bieb rinforzat, buttuna ta’ paniku u kameras tas-sigurtà kollha għenu biex jiġu salvati l-ħajjiet.

    Biex tkompli tappoġġa s-sigurtà mtejba fl-ispazji pubbliċi, b’mod partikolari l-postijiet ta’ qima, fl-2020 il-Kummissjoni għamlet EUR 20 miljun disponibbli għal proġetti mmexxija mill-partijiet ikkonċernati.

    Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll fuq ir-rispons għal riskji emerġenti għall-ispazji pubbliċi, inklużi sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (unmanned aircraft systems, UAS). Filwaqt li d-droni jġibu magħhom opportunitajiet ekonomiċi u ta’ impjieg sinifikanti, dawn joħolqu wkoll riskju sinifikanti għall-ispazji pubbliċi, l-infrastrutturi kritiċi u siti sensittivi oħra, bħall-ħabsijiet. Ir-regoli reċenti tal-UE 40 f’dan il-qasam jimmitigaw dan ir-riskju, billi jtejbu s-sigurtà tal-operazzjonijiet bid-drones. Minn Jannar 2021, l-operaturi tad-drones se jkunu meħtieġa wkoll jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali. Dan ir-reġim jista’ jiġi kkomplementat minn qafas regolatorju għall-U-space, is-sistema ta’ ġestjoni tat-traffiku mingħajr bdot tal-Ewropa 41 , biex jiġu żgurati operazzjonijiet ta’ droni aktar siguri. Flimkien, dawn il-passi se jagħmluha aktar diffiċli għall-individwi biex itajjru droni f’żoni ristretti u se jgħinu fl-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni tat-trasgressuri.

    Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll biex tappoġġa l-infurzar tal-liġi, l-operaturi tal-infrastruttura kritika, l-organizzaturi tal-avvenimenti tal-massa u partijiet ikkonċernati oħra biex jiġġieldu kontra l-użu mhux kooperattiv tad-droni, pereżempju, billi jaħdmu mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea biex jiżviluppaw prattiki tajbin biex jgħinu lill-partijiet ikkonċernati fl-ajruporti jwieġbu għal inċidenti ta’ droni mhux awtorizzati, jiffaċilitaw aktar sforzi armonizzati ta’ ttestjar ta’ kontromiżuri madwar l-UE, u jiżviluppaw manwal prattiku għall-partijiet ikkonċernati, iffokat fuq il-kuntest urban.

    Skola tal-Ħarifa Diġitali tal-UE għall-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi, organizzata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni f’Ottubru 2020, ġabret aktar minn 200 pjanifikatur urban u operaturi pubbliċi u privati ta’ spazji pubbliċi. Is-sessjonijiet eżaminaw firxa wiesgħa ta’ suġġetti, bħall-protezzjoni kontra l-blasts u l-vetturi, il-mitigazzjoni tat-theddid ikkawżat minn droni ostili f’ambjenti urbani, u l-użu ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza u ta’ detezzjoni.

    Il-Kummissjoni kompliet ukoll tappoġġa b’mod attiv is-Sħubija għas-Sigurtà fi Spazji Pubbliċi, imnedija f’Jannar 2019 taħt l-Aġenda Urbana għall-UE, li ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid 42 tagħha biex jindirizza s-sigurtà urbana f’diversi livelli ta’ governanza. L-azzjonijiet jinkludu l-ħolqien ta’ qafas għal għodda ta’ awtovalutazzjoni, rakkomandazzjonijiet għat-tfassil tal-politika, governanza u finanzjament f’diversi livelli, l-innovazzjoni permezz ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji intelliġenti, inkluż il-kunċett tas-sigurtà permezz tad-disinn, il-prevenzjoni u l-inklużjoni soċjali. Is-Sħubija issa se tidħol fil-fażi ta’ implimentazzjoni.

    L-appoġġ għat-titjib tas-sigurtà fl-ispazji pubbliċi fil-livell lokali ġie pprovdut ukoll permezz tar-raba’ sejħa tal-Azzjonijiet Innovattivi Urbani. Intgħażlu tliet bliet u qed jittestjaw soluzzjonijiet ġodda dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà urbana (Piraeus fil-Greċja, Tampere fil-Finlandja u Turin fl-Italja), permezz ta’ finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

    F’termini ta’ rispons, il-Kummissjoni żviluppat ukoll qafas Ewropew biex ittejjeb it-tħejjija u r-rispons għal inċidenti ta’ diżgrazzji li jikkawżaw ħruq fil-massa, filwaqt li tisfrutta l-kapaċità ġenerali Ewropea tal-kura tal-ħruq biex tittratta l-pazjenti permezz ta’ kooperazzjoni fil-livell tal-UE. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jista’ jintuża biex jappoġġa għadd kbir ta’ pazjenti b’korrimenti ta’ ħruq serju billi jipprovdi aċċess għal sodod tal-ħruq f’ċentri ta’ trattament speċjalizzati, esperti tal-valutazzjoni tal-ħruq, u kapaċitajiet ta’ evakwazzjoni medika.

    III    L-INDIRIZZAR TAT-THEDDID LI QED JEVOLVI

    1.Ċiberkriminalità

    In-nuqqasijiet fiċ-ċibersigurtà spiss jiġu sfruttati mill-kriminali. Dan kien aktar ċar minn qatt qabel matul il-kriżi tal-COVID-19. Kien hemm żieda fil-kriminalità ċibernetika “klassika” bl-użu ta’ malware u ransomware (jiġifieri biex jisirqu data personali u ta’ pagament jew għal vittmi ta’ rikatt) kif ukoll proliferazzjoni ta’ siti web ġodda li jattiraw lill-utenti biex jinstallaw malware. Seħħew attakki ċibernetiċi fuq il-kura tas-saħħa u l-infrastruttura tar-riċerka, li llokkjaw is-sistemi tal-ICT li setgħu jiġu rilaxxati biss bi ħlas ta’ riskatt jew b’aċċess għal informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ vaċċin 43 . Ġiet osservata wkoll żieda sinifikanti fl-abbuż sesswali tat-tfal u l-materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal 44 .

    Rispons effettiv għaċ-ċiberkriminalità jeħtieġ qafas b’saħħtu għall-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali, u l-ewwel pass ewlieni huwa t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni 45 . Il-Kummissjoni qed tissorvelja l-azzjonijiet tal-Bulgarija, l-Italja, il-Portugall u s-Slovenja wara l-ftuħ ta’ każijiet ta’ ksur fl-2019. Huwa meħtieġ ukoll progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal 46 . L-oqsma li fihom għad hemm bżonn ta’ sforzi jinkludu l-prevenzjoni, il-liġi kriminali sostantiva, l-assistenza, l-appoġġ u l-miżuri ta’ protezzjoni għall-vittmi tfal. Mill-2018, il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ ksur kontra 25 Stat Membru 47 .

    Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni adottat strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal 48 , li għandha l-għan li tipprovdi rispons effettiv għar-reat tal-abbuż sesswali tat-tfal. Tfaċċat ukoll sfida speċifika billi, mill-21 ta’ Diċembru 2020, ċerti servizzi ta’ komunikazzjoni online, bħall-webmail jew is-servizzi ta’ messaġġi, se jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u huma koperti mid-definizzjonijiet riveduti fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi. B’riżultat ta’ dan, hemm riskju ċar li l-fornituri ta’ dawk is-servizzi li jwettqu ċerti attivitajiet volontarji importanti għall-fini tal-identifikazzjoni, l-indirizzar u r-rappurtar ta’ abbuż sesswali tat-tfal online illum ikollhom jieqfu jagħmlu dan. Il-Kummissjoni għalhekk ipproponiet Regolament 49 li jippermetti li dawn l-attivitajiet volontarji jkomplu b’ċerti kundizzjonijiet, sakemm tinstab soluzzjoni leġiżlattiva fit-tul. Il-Kummissjoni qed taħdem fuq proposta għal soluzzjoni bħal din, skedata għall-adozzjoni fl-2021.

    Ġiet stabbilita Alleanza taċ-Ċiberdifiża tal-COVID-19 min-network Ewropew taċ-Ċentri taċ-Ċibersigurtà u ċ-Ċentru ta’ Kompetenza għall-innovazzjoni u l-Operazzjonijiet biex jiġu żviluppati approċċi innovattivi għall-ġlieda kontra r-reati relatati mal-COVID-19. F’April 2020, ġiet stabbilita Pjattaforma ddedikata għall-COVID tal-EIC 50 biex tgħaqqad is-soċjetà ċivili, l-innovaturi, is-sħab u l-investituri madwar l-Ewropa sabiex jiġu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi.

    Sabiex tiġi żgurata prosekuzzjoni aktar effettiva tar-reati u fid-dawl tal-importanza tal-informazzjoni elettronika u l-evidenza fl-investigazzjonijiet kriminali, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jiksbu aċċess malajr għal din l-informazzjoni u l-evidenza għall-investigazzjonijiet kriminali tagħhom. Dan ġie rikonoxxut fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Ministri għall-Affarijiet Interni tal-UE tat-13 ta’ Novembru 2020 51 . Fl-1 ta’ Diċembru 2020 l-Europol, l-Eurojust u n-Network Ġudizzjarju Ewropew ippubblikaw it-tieni Rapport SIRIUS dwar is-Sitwazzjoni tal-Evidenza Diġitali tal-UE tagħhom. Ir-rapport jenfasizza ż-żieda fir-rilevanza ta’ evidenza elettronika f’investigazzjonijiet kriminali 52 . Rigward il-proposti tal-Kummissjoni dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika 53 minn April 2018, il-Parlament Ewropew għadu ma stabbiliex il-pożizzjoni tiegħu, għaldaqstant in-negozjati bejn il-koleġiżlaturi għadhom iridu jibdew. Id-dewmien fl-adozzjoni ta’ dawn il-proposti qed iżomm lura l-ħidma tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, kif ukoll qed jikkomplika l-isforzi li għaddejjin biex jiġu stabbiliti regoli kompatibbli għall-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika permezz ta’ negozjati internazzjonali 54 .

    Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni, f’isem l-UE, tipparteċipa fin-negozjati li għaddejjin tat-Tieni Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-ċiberkriminalità tal-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-Protokoll jipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi b’għodod imtejba u estensivi għall-kooperazzjoni transfruntiera għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni taċ-ċiberkriminalità u forom serji oħra ta’ kriminalità, inkluża l-kooperazzjoni diretta mal-fornituri tas-servizzi. Billi ħafna minn dawn il-modi mtejba u msaħħa ta’ kooperazzjoni se jiddependu fuq l-iskambju ta’ data personali, huwa essenzjali li l-Protokoll futur jipprevedi salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data, mhux biss minn perspettiva tad-drittijiet fundamentali, iżda anki biex jiġu żgurati ċ-ċertezza tad-dritt, il-fiduċja reċiproka u l-effettività tal-kooperazzjoni operazzjonali għall-infurzar tal-liġi.

    Jenħtieġ li n-negozjati jiġu konklużi fl-2021. B’mod parallel, b’segwitu għall-mandat li rċeviet mill-Kunsill ĠAI s-sena l-oħra, il-Kummissjoni qed tinnegozja ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-aċċess transfruntier għal evidenza elettronika. Dan jikkumplimenta r-regoli interni proposti tal-UE għal kooperazzjoni transfruntiera diretta mal-fornituri tas-servizzi, billi jitneħħew il-kunflitti fil-liġijiet u jiġu previsti regoli u salvagwardji komuni. In-negozjati formali tnedew fil-25 ta’ Settembru 2019 u diġà saru diversi ċikli ta’ negozjati. Madankollu, l-eżitu tan-negozjati jiddependi ħafna fuq il-progress li jinkiseb dwar ir-regoli interni dwar l-evidenza elettronika.

    Fir-rigward taż-żamma u l-użu tad-data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, il-Kummissjoni segwiet is-sentenza Tele2/Watson 55 preċedenti tal-2016 permezz ta’ konsultazzjonijiet esperti mal-fornituri tas-servizzi rilevanti, mal-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji, mas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data, mal-akkademji u mal-aġenziji tal-UE. Ir-riflessjonijiet ġew alimentati wkoll bi studju dwar il-prattiki dwar iż-żamma ta’ data tal-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u l-ħtiġijiet u l-prattiki tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jaċċessaw id-data, l-identifikazzjoni tal-isfidi teknoloġiċi rilevanti, u ħarsa ġenerali lejn l-oqfsa legali nazzjonali 56 . Din il-ħidma enfasizzat il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jaċċessaw id-data biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod aktar effettiv.

    Fis-6 ta’ Ottubru 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet sentenzi 57 dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Belġju, Franza u r-Renju Unit dwar iż-żamma, it-trażmissjoni u l-aċċess ta’ data ta’ komunikazzjoni mhux ta’ kontenut għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi u sigurtà nazzjonali. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-għażliet disponibbli biex tiżgura li t-terroristi u kriminali oħrajn jistgħu jiġu identifikati u rintraċċati, filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-UE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, anki fir-rigward ta’ każijiet oħra pendenti quddiem il-Qorti dwar dan is-suġġett.

    Element importanti ieħor fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità kien ix-xogħol biex tiġi żgurata d-disponibbiltà u l-preċiżjoni tad-data tar-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta’ dominju tal-internet (“informazzjoni tal-WHOIS”), f’konformità mal-isforzi tal-Korporazzjoni tal-Internet dwar l-Ismijiet u n-Numri Assenjati (Internet Corporation for Assigned Names and Numbers, ICANN). Id-diskussjonijiet ifittxu li jiżguraw li dawk li jfittxu aċċess leġittimu, inklużi l-operaturi tal-infurzar tal-liġi u taċ-ċibersigurtà, jiksbu aċċess effiċjenti għad-data tar-reġistrazzjoni ġenerika tad-Dominju tal-Ogħla Livell, b’rispett sħiħ tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data. Ir-rakkomandazzjonijiet finali għal politika ġdida tal-WHOIS ġew ippubblikati fl-10 ta’ Awwissu 2020 u attwalment qed jiġu rieżaminati, qabel ma tittieħed deċiżjoni mill-Bord tal-ICANN. Il-Kummissjoni se teżamina l-konklużjonijiet tar-rieżami u tqis il-limitu sa fejn dawn jirriflettu biżżejjed il-protezzjoni tad-data u l-kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku li jipprovdu aċċess effettiv għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-operaturi taċ-ċibersigurtà.

    2.Infurzar tal-liġi modern

    Hekk kif it-teknoloġija tkompli ssawwar mill-ġdid kważi kull settur tas-soċjetà, inklużi s-sigurtà, l-infurzar tal-liġi u l-ġudikatura jridu jkunu kapaċi jlaħħqu magħha. L-integrazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, tal-Big Data u tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja fil-politika ta’ sigurtà, filwaqt li ma ddgħajjifx il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali, hija essenzjali biex jiżdiedu s-sikurezza u s-sigurtà.

    Il-Kummissjoni qed taħdem fuq għadd ta’ oqsma ta’ ħidma ewlenin 58 . Fil-25 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni pproponiet 59 l-Att dwar il-Governanza tad-Data, qafas għall-faċilitazzjoni tal-qsim u l-użu mill-ġdid ta’ data personali u mhux personali għal skopijiet ta’ innovazzjoni u żvilupp. Dan ikopri l-industrija u l-korpi pubbliċi permezz ta’ spazji tad-data settorjali virtwali jew fiżiċi. Jippermetti aċċess lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali għal data miżmuma fi spazji tad-data oħra għal skopijiet ta’ innovazzjoni tagħhom stess. Fl-istess ħin, l-aċċess għad-data miżmuma mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali ma jkunx permess sakemm ma jkunx awtorizzat mid-dritt tal-UE jew dak nazzjonali. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tas-sigurtà nazzjonali jistgħu jibbenefikaw ukoll jekk is-suġġetti tad-data individwali jagħmlu d-data tagħhom disponibbli b’mod volontarju għall-ġid komuni, għall-iskop uniku ta’ riċerka xjentifika. 

    Għaddejja ħidma wkoll ħidma biex titħejja inizjattiva ġdida dwar l-intelliġenza artifiċjali (IA), wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar l-IA 60 . Filwaqt li tirrikonoxxi l-opportunitajiet li toffri t-teknoloġija tal-IA biex tagħti spinta lis-sigurtà u l-benesseri taċ-ċittadini u tas-soċjetà kollha kemm hi, il-White Paper identifikat ukoll għadd ta’ riskji – bħalma huma t-theddid ċibernetiku, ir-riskji għas-sigurtà personali, jew it-telf tal-konnettività. Fil-konsultazzjoni pubblika, it-tħassib ewlieni tal-parteċipanti kien marbut mal-possibbiltà li l-IA tikser id-drittijiet fundamentali u r-riskju li l-IA tista’ twassal għal eżiti diskriminatorji 61 . Fil-Komunikazzjoni Nibnu l-Fiduċja fl-IA Ċċentrata Fuq il-Bniedem 62 , il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li s-sistemi tal-IA jsiru aktar reżiljenti kontra kemm attakki evidenti kif ukoll tentattivi aktar sottili ta’ manipulazzjoni tad-data jew tal-algoritmi, u li jittieħdu passi biex jittaffa dan ir-riskju.

    Il-kriptaġġ għandu rwol fundamentali fl-iżgurar taċ-ċibersigurtà b’saħħitha u l-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali, bħall-privatezza, inklużi l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, u l-protezzjoni tad-data personali u fl-iżgurar tal-fiduċja fis-servizzi u l-prodotti bbażati fuq it-teknoloġiji tal-kriptaġġ, bħas-soluzzjonijiet tal-identità diġitali. Fl-istess ħin, jista’ jintuża biex jaħbi l-kriminalità mill-infurzar tal-liġi u mill-ġudikatura, u jagħmilha diffiċli li wieħed jinvestiga, jidentifika u jagħmel prosekuzzjoni. L-Istati Membri fil-Kunsill appellaw għal soluzzjonijiet li jippermettu li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jiksbu aċċess legali għall-evidenza diġitali, b’rispett sħiħ għall-privatezza, il-protezzjoni tad-data u l-garanziji ta’ proċess ġust 63 . Il-Kummissjoni se taħdem mal-Istati Membri biex tidentifika soluzzjonijiet legali, operazzjonali u tekniċi għal aċċess legali għall-informazzjoni elettronika f’ambjenti kriptati li jżommu s-sigurtà tal-komunikazzjonijiet.

    Passi prattiċi li għaddejjin jinkludu pjattaforma ta’ dekriptaġġ fl-Europol biex tgħin lill-infurzar tal-liġi jikseb aċċess illegali għall-informazzjoni kriptata fuq apparat sekwestrat matul l-investigazzjonijiet kriminali 64 . Il-Grupp Ewropew għat-Taħriġ u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċiberkriminalità żviluppa moduli ta’ taħriġ pilota li se jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Aġenzija għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL). Twaqqaf network ta’ għarfien espert dwar il-punti ta’ kriptaġġ tal-Istati Membri biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u għarfien espert, u biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ sett ta’ għodod ta’ strumenti tekniċi u prattiċi.

    Is-Sistema ta’ Skambju Diġitali ta’ Evidenza Elettronika (e-Evidence Digital Exchange System, eEDES) se toffri għodda ġdida għal skambju transfruntier sigur, rapidu u effiċjenti ta’ Ordnijiet ta’ Investigazzjoni Ewropej, talbiet ta’ assistenza reċiproka u evidenza f’format diġitali. Jenħtieġ li tiġi arrikkita u estiża gradwalment għal strumenti oħra ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-ambitu futur tagħha se jiġi stipulat fi proposta leġiżlattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja ppjanati għall-2021 65 .

    3.Ġlieda kontra l-kontenut illegali online

    Ir-radikalizzazzjoni li twassal għal estremiżmu vjolenti u terroriżmu hija fenomenu multidimensjonali u transfruntier li rnexxielu jisfrutta t-tkabbir rapidu tal-internet. L-internet għadu jintuża biex jirradikalizza u jirrekluta lil dawk vulnerabbli. F’Lulju, l-Unità ta’ Indikazzjoni ta’ Kontenut fuq l-Internet tal-Europol neħħiet 2 000 link għal kontenut terroristiku – inkluż manwali u tutorials dwar kif jitwettaq attakk. L-evidenza tar-rwol tal-internet fir-radikalizzazzjoni u r-reklamar tar-reati ta’ dawk involuti f’attakki fi Franza u fl-Awstrija kompliet tenfasizza l-ħtieġa għal qafas leġiżlattiv ċar li jipprevjeni t-tixrid ta’ kontenut terroristiku online, filwaqt li jżomm salvagwardji effettivi għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali. In-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-Regolament propost dwar il-Kontenut Terroristiku Online 66 intensifikaw f’dawn l-aħħar ġimgħat. Il-konklużjoni ta’ dawn in-negozjati, partikolarment bl-istabbiliment tal-istrument ġdid u effettiv tal-ordnijiet ta’ tneħħija għall-eliminazzjoni transfruntiera ta’ kontenut terroristiku fi żmien siegħa jew inqas mill-wasla ta’ dawn l-ordnijiet, hija kritika biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku, inkluż il-kontenut li jikkontribwixxi għar-radikalizzazzjoni.

    Fl-istess ħin, il-Forum tal-UE dwar l-Internet ikompli jaġixxi bħala katalist għall-azzjoni, u jipprovdi pjattaforma essenzjali li tlaqqa’ flimkien lill-Istati Membri u lill-industrija biex jiġi evitat it-tixrid ta’ kontenut terroristiku online u jiġu miġġielda l-messaġġi li jwasslu għar-radikalizzazzjoni. Il-Forum qed jaħdem fuq l-iżvilupp ta’ lista ta’ referenza ta’ simboli u gruppi pprojbiti fl-Istati Membri, li tista’ tinforma l-politiki ta’ moderazzjoni tal-kontenut tal-pjattaforma.

    Il-Forum tal-UE dwar l-Internet espanda l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu biex ikopri wkoll l-abbuż sesswali tat-tfal online. Il-Forum jipprovdi spazju komuni biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki u jiġu identifikati l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom kemm l-atturi privati kif ukoll dawk pubbliċi, biex jiżdied il-fehim reċiproku u jsibu soluzzjonijiet flimkien. Jippermetti wkoll koordinazzjoni politika ta’ livell għoli biex jiġu massimizzati l-effiċjenza u l-effettività tal-azzjoni. Inħoloq proċess ta’ esperti tekniċi taħt il-Forum tal-UE dwar l-Internet magħmul mill-akkademji, mill-industrija, mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jimmappjaw u jivvalutaw b’mod preliminari s-soluzzjonijiet tekniċi possibbli biex jiġi identifikat u rappurtat l-abbuż sesswali tat-tfal fil-komunikazzjonijiet elettroniċi kriptati minn tarf għall-ieħor. Jenħtieġ li dawn is-soluzzjonijiet tekniċi ma jdgħajfux il-kriptaġġ. Dan l-approċċ jikkomplementa elementi oħra tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal, kemm online kif ukoll offline, kif deskritt hawn fuq.

    Il-Kummissjoni kompliet taqsam ukoll l-għarfien espert u l-esperjenza tal-UE bħala parti mill-Kumitat Konsultattiv Indipendenti tal-Forum Globali tal-Internet għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu li għadu kif twaqqaf u bħala l-Kap, flimkien mal-Microsoft, tal-Grupp ta’ Ħidma tar-Rispons għall-Kriżijiet. Flimkien mal-Europol, il-Kummissjoni kompliet tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Kriżi tal-UE. Fit-23 ta’ Novembru 2020 l-Unità ta’ Indikazzjoni ta’ Kontenut fuq l-Internet ospitat it-tieni eżerċizzju ta’ simulazzjoni biex tħejji linji gwida biex jitjieb ir-rispons operazzjonali u l-koordinazzjoni f’ħin reali bejn l-Istati Membri u l-Fornituri tas-Servizzi Online. 

    F’Ġunju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat ir-riżultati tal-aħħar eżerċizzju ta’ monitoraġġ dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda online illegali 67 . Dan wera li, bħala medja, il-kumpaniji tal-IT jivvalutaw 90 % tal-kontenut immarkat fi żmien 24 siegħa u jneħħu 71 % tal-kontenut meqjus bħala diskors ta’ mibegħda illegali. Madankollu, identifika wkoll nuqqasijiet fit-trasparenza u fil-feedback lill-utenti. L-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta matul l-aħħar erba’ snin ġiet inkluża wkoll fir-riflessjonijiet dwar kif jiġi indirizzat il-kontenut illegali online filwaqt li tiġi protetta l-libertà tal-espressjoni fil-proposta li jmiss għal Att dwar is-Servizzi Diġitali. Fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2020, il-President von der Leyen ħabbret ukoll li, sa tmiem l-2021, il-Kummissjoni se tkun ipproponiet li testendi l-lista ta’ reati fil-livell tal-UE skont l-Artikolu 83(1) TFUE għal reati ta’ mibegħda u diskorsi ta’ mibegħda 68 .

    4.Theddid ibridu

    B’rikonoxximent għan-natura tat-theddid ibridu li tevolvi, f’Lulju 2019 il-Kunsill stabbilixxa Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar it-Tisħiħ tar-Reżiljenza u l-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu. L-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jappoġġa l-koordinazzjoni strateġika u orizzontali fost l-Istati Membri fil-qasam tar-reżiljenza tal-Istat u tas-soċjetà, u jtejjeb il-komunikazzjoni strateġika u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni. Il-ħidma inkludiet segwitu għall-istħarriġ dwar ir-riskju ibridu 69 , kif ukoll ħarsa speċifika lejn it-theddid ibridu u d-diżinformazzjoni fil-pajjiżi sħab tal-viċinat. L-attivitajiet tal-Grupp ta’ Ħidma Orizzontali ġew ippreżentati f’Rapport Annwali adottat fl-14 ta’ Settembru 2020.

    F’Diċembru 2019, il-Kunsill adotta “Konklużjonijiet dwar Sforzi Komplementari għat-Tisħiħ tar-Reżiljenza u l-Ġlieda kontra t-Theddid Ibridu” 70 , u appella għal approċċ komprensiv għas-sigurtà u għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu, b’ħidma fis-setturi ta’ politika rilevanti kollha b’mod aktar strateġiku, koordinat u koerenti. F’Lulju 2020 saru żewġ passi ewlenin ta’ segwitu. L-ewwel, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE ħejjew immappjar tal-miżuri u d-dokumenti marbuta mar-rispons tal-UE għat-theddid ibridu 71 . L-immappjar jipprovdi inventarju ġenerali tal-miżuri marbuta mal-ġlieda kontra t-theddid ibridu fil-livell tal-UE u d-dokumenti ta’ politika korrispondenti. Iservi ta’ punt tat-tluq biex tinħoloq pjattaforma online ristretta bħala one-stop-shop tal-miżuri kollha marbuta mat-theddid ibridu, id-dokumenti ta’ politika u leġiżlattivi, kif ukoll studji rilevanti. It-tieni, l-aħħar rapport annwali dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu 72 ħares lejn l-implimentazzjoni li tkopri l-għarfien tas-sitwazzjoni, il-bini tar-reżiljenza, it-tħejjija u r-rispons għall-kriżijiet, kif ukoll il-kooperazzjoni internazzjonali u, b’mod partikolari, dik bejn l-UE u n-NATO, fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu. Filwaqt li r-rapport jinnota li sar xi progress f’termini tal-koordinazzjoni fil-livell tal-UE, l-iskala bla preċedent u d-diversità tat-theddid ibridu tal-lum jeħtieġu aktar passi fil-livell tal-approċċ tal-UE biex id-dimensjoni esterna u dik interna jiġu integrati fi fluss bla xkiel u jappoġġaw l-isforzi tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu u t-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom.

    B’mod parallel, għaddejja ħidma fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fl-Istrateġija ta’ Sigurtà l-ġdida biex il-kunsiderazzjonijiet ibridi jiġu integrati fit-tfassil tal-politika, tiġi żviluppata pjattaforma online ristretta, jiġu stabbiliti linji bażi tar-reżiljenza tal-UE, kif ukoll jiġu ssimplifikati l-flussi ta’ informazzjoni biex ikompli jittejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni 73 . Dan jibni fuq iċ-Ċellola ta’ Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu (Hybrid Fusion Cell, HFC) stabbilita fiċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (EU Intelligence and Situation Centre, EU INTCEN), li għadha l-punt fokali tal-UE għall-valutazzjonijiet tat-theddid ibridu. Issa pproduċiet aktar minn 180 rapport bil-miktub dwar theddid ibridu u ċibernetiku. Wieħed mill-proġetti tal-HFC huwa l-Analiżi tax-Xejriet tat-Theddid Ibridu 74 li tipprovdi data dwar suġġetti bħal: analiżi rikorrenti tal-attivitajiet ibridi tal-atturi emerġenti; attivitajiet tal-intelligence barranija kontra l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, is-sħab u l-interessi tal-UE; u sfruttament tat-theddid ibridu tal-atturi Statali u mhux Statali tal-pandemija tal-COVID-19.

    Il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO (fil-qafas komprensiv ipprovdut mid-Dikjarazzjonijiet Konġunti ta’ Varsavja u ta’ Brussell tal-2016 u tal-2018) kompliet tintensifika, kif enfasizzat fil-ħames Rapport ta’ Progress ta’ Ġunju 2020, b’interazzjoni bejn il-persunal u riżultati konkreti fl-oqsma tat-theddid ibridu, id-difiża ċibernetika u l-bini tal-kapaċitajiet 75 . Huwa kruċjali li tiġi żviluppata metodoloġija unika matul is-setturi għall-ħidma fuq il-linji bażi tar-reżiljenza, biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ politiki, għodod u azzjonijiet frammentati u dupplikati. Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Eċċellenza għall-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu f’Helsinki kien involut ukoll f’din il-kooperazzjoni. Fil-kriżi tal-COVID-19 żdiedet il-kooperazzjoni man-NATO, inkluż rigward id-diżinformazzjoni marbuta mal-pandemija u l-indirizzar ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni ostili.

    B’mod ġenerali, il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat ir-riskji tad-diżinformazzjoni li qed jevolvu b’mod rapidu u r-riskju reali għal ħajjiet in-nies 76 . Fl-10 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli adottaw Komunikazzjoni Konġunta dwar il-COVID-19 u d-diżinformazzjoni 77 biex jindikaw ir-riskji speċifiċi tad-diżinformazzjoni tal-COVID-19 u liema azzjonijiet jenħtieġ li jittieħdu. Dan kien jinvolvi azzjoni minn pjattaformi online ewlenin biex jiġu żviluppati politiki biex tiġi indirizzata t-theddida, u intensifika l-monitoraġġ tal-azzjoni tal-pjattaformi kif ukoll il-kooperazzjoni ddedikata permezz tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija mmexxija mis-SEAE. Il-pandemija kienet il-kawża ta’ aktar sforzi biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni, u għal aktar sensibilizzazzjoni pubblika. Fl-ewwel nofs tal-2020, il-bażi tad-data pubblika EUvsDisinfo tal-każijiet tad-diżinformazzjoni żiedet 1 963 każ ġdid ta’ diżinformazzjoni favur il-Kremlin, li minnhom kważi terz kienu marbuta mal-infodemija tal-COVID-19. Minn nofs Marzu sal-aħħar ta’April 2020, aktar minn 10 000 persuna żaru s-sit web kuljum, u l-għadd ġenerali ta’ viżitaturi kiber b’400 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2019. Ir-rispons tal-UE kien jinkludi kampanji ta’ komunikazzjoni mmirati 78 u l-għoti ta’ informazzjoni fattwali dwar il-pandemija.

    It-tagħlimiet meħuda ġew inklużi fl-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-Demokrazija Ewropea li ġie adottat fit-2 ta’ Diċembru 2020 79 . Dan jippreżenta l-passi ewlenin biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tan-nisġa demokratika tal-UE billi jippromwovi elezzjonijiet liberi u ġusti, jindirizza pressjonijiet li tħabbat wiċċha magħhom il-media indipendenti, u jiġġieled id-diżinformazzjoni. Dan l-aħħar aspett se jibni fuq il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018 kontra d-Diżinformazzjoni 80 bħala l-bażi għal żieda fl-azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni u għal kif il-partijiet ikkonċernati ewlenin jimpenjaw ruħhom fis-soċjetà ċivili kif ukoll fl-industrija privata. Iħares ’il quddiem ukoll lejn il-pass li jmiss mal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni, wara l-valutazzjoni ta’ Settembru 2020 tal-effettività tal-Kodiċi 81 . Il-Kodiċi kien pass importanti u neċessarju lejn il-ħolqien ta’ ekosistema ta’ pjattaforma online aktar trasparenti u responsabbli, iżda jkun aktar effettiv b’definizzjonijiet aktar uniformi, implimentazzjoni aktar konsistenti, u aktar azzjoni biex jiġu indirizzati oqsma speċifiċi bħall-mikroimmirar. Għodda oħra ewlenija li issa hija għad-dispożizzjoni tal-UE hija l-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali, li sar operazzjonali minn Ġunju 2020. Dan jiġbor flimkien lill-partijiet ikkonċernati ewlenin li jaħdmu fuq id-diżinformazzjoni, inklużi l-verifikaturi tal-fatti u r-riċerkaturi akkademiċi.

    IV    NIPPROTEĠU LILL-EWROPEW MIT-TERRORIŻMU U L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA

    1.Terroriżmu u radikalizzazzjoni

    Għal darb’oħra, attakki riċenti wrew li t-theddid terroristiku fl-UE għadu għoli. Il-qtil ta’ għalliem f’Conflans-Sainte-Honorine fis-16 ta’ Ottubru 2020 ġie segwit bil-qtil ta’ tliet persuni fil-knisja ta’ Notre Dame ta’ Nizza fid-29 ta’ Ottubru. Fit-2 ta’ Novembru, attakk terroristiku fi Vjenna qatel erba’ persuni, u ħalla 23 midruba. Fit-13 ta’ Novembru, il-Kunsill adotta Dikjarazzjoni Konġunta mill-Ministru tal-Affarijiet Interni tal-UE dwar l-attakki terroristiċi riċenti fi Franza u fl-Awstrija 82 . Dawn l-attakki riċenti ispirati mill-ġiħadisti jkomplu jżidu mat-theddida mill-estremisti vjolenti tal-lemin u forom oħra ta’ terroriżmu.

    Biex tkompli tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-Kummissjoni llum qed tadotta Aġenda għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu għall-UE 83 . Din l-Aġenda tibni fuq politiki u strumenti eżistenti u se ssaħħaħ il-qafas tal-UE biex tkompli ttejjeb l-antiċipazzjoni tat-theddid u r-riskji, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti, il-protezzjoni tan-nies u tal-infrastruttura, inkluż permezz tas-sigurtà tal-fruntiera esterna, u segwitu effettiv wara l-attakki. Tiddeskrivi wkoll it-triq ’il quddiem għat-titjib tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja, u l-użu tat-teknoloġiji u l-qsim tal-informazzjoni rilevanti madwar l-UE, inkluż għal dawk li jwettqu verifiki mal-fruntieri esterni. Għadu kruċjali li l-leġiżlazzjoni tiġi implimentata u infurzata.

    Il-prevenzjoni hija kruċjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-isforzi tal-UE fil-qasam tal-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni jibnu fuq l-esperjenza solida li nkisbet sa issa fl-appoġġ għall-prattikanti tal-ewwel linja u dawk li jfasslu l-politika. Fl-24 ta’ Novembru, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 84 . Huwa kritiku li jkun hemm aktar ħidma fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni biex il-komunitajiet jingħaqdu flimkien. Soċjetà aktar koeżiva u inklużiva tista’ tgħin fil-prevenzjoni tal-firxa ta’ ideoloġiji estremisti li jistgħu jwasslu għat-terroriżmu u estremiżmu vjolenti. L-appoġġ għan-Network ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni jinkludi kuntratt ta’ EUR 30 miljun oħra f’Jannar 2020 għall-erba’ snin li jmiss ta’ għajnuna fil-post, kif ukoll appoġġ ulterjuri biex jiġu appoġġati dawk li jfasslu l-politika u r-riċerkaturi. Dawn l-istrumenti u oħrajn, bħall-Forum tal-UE dwar l-Internet, se jippermettu li l-Kummissjoni tindirizza l-azzjonijiet ta’ prijorità enfasizzati fl-Orjentazzjonijiet Strateġiċi tal-2021 b’approċċ ikkoordinat tal-UE għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, żviluppat mal-Istati Membri. Dawn huma kkomplementati b’azzjonijiet fl-Aġenda kontra t-Terroriżmu biex jiġu miġġielda l-ideoloġiji estremisti online, jiżdiedu l-isforzi fil-ħabsijiet u dwar ir-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni, inkluż għall-ġellieda terroristi barranin, u biex jissaħħaħ l-appoġġ għall-atturi lokali u l-bini ta’ komunitajiet aktar reżiljenti.

    Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 85 li ġiet adottata f’Marzu 2017 hija l-istrument tal-ġustizzja kriminali ewlieni fil-livell tal-UE biex jiġi miġġieled it-terroriżmu. Din tistabbilixxi standards minimi għad-definizzjoni ta’ reati terroristiċi u marbuta mat-terroriżmu u għal sanzjonijiet, filwaqt li tagħti wkoll drittijiet ta’ protezzjoni, appoġġ u assistenza lill-vittmi tat-terroriżmu. Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni adottat rapport 86  li jivvaluta l-miżuri li ħadu l-Istati Membri biex jikkonformaw mad-Direttiva. Dan jikkonkludi li t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali għenet fit-tisħiħ tal-approċċ għall-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri għat-terroriżmu u d-drittijiet mogħtija lill-vittmi tat-terroriżmu, iżda għad fadal nuqqasijiet. Pereżempju, mhux l-Istati Membri kollha jikkriminalizzaw ir-reati kollha elenkati fid-Direttiva bħala reati terroristiċi fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, kif ukoll id-dispożizzjonijiet għall-kriminalizzazzjoni tal-ivvjaġġar għal skopijiet ta’ terroriżmu u l-indirizzar tal-finanzjament tat-terroriżmu, u l-appoġġ għall-vittmi. Aktar tard fl-2021 jiġi adottat rapport ta’ evalwazzjoni dwar id-Direttiva.

    L-UE tkompli taħdem biex tappoġġa lill-Istati Membri biex ma jagħtux lit-terroristi l-mezzi biex jattakkaw u biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-regoli. Ir-Regolament dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi li ġie adottat f’Ġunju 2019 87 se jibda japplika mill-1 ta’ Frar 2021. Biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali u lis-settur privat jimplimentaw ir-Regolament, f’Ġunju 2020 il-Kummissjoni ppubblikat sett ta’ linji gwida 88 . Barra minn hekk, f’Ġunju 2020 89 il-Kummissjoni stabbiliet programm għall-monitoraġġ tal-outputs, ir-riżultati u l-impatti tar-Regolament.

    F’Novembru 2019 il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2017 biex tittejjeb it-tħejjija kontra riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (chemical, biological, radiological and nuclear, CBRN) 90 . Il-konklużjoni ġenerali kienet li ġew implimentati l-maġġoranza tal-azzjonijiet. Fil-bidu tal-2020 il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-esperti nazzjonali, stabbiliet lista ta’ sustanzi ta’ tħassib ta’ riskju għoli. Dan kien il-bażi għal involviment mal-manifatturi tat-tagħmir bil-ħsieb li jittejbu l-kapaċitajiet tad-detezzjoni. Dan l-aħħar, il-Kummissjoni nediet studju fil-fattibbiltà tar-restrizzjoni tal-aċċess għal uħud minn dawn is-sustanzi kimiċi. Għaddejja ħidma wkoll hekk kif parti mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, u kapaċitajiet ta’ rispons addizzjonali tas-CBRN qed jiġu diskussi mal-Istati Membri fl-oqsma tad-Dekontaminazzjoni, id-Detezzjoni, is-Sorveljanza u l-Monitoraġġ, kif ukoll il-kumulazzjoni ta’ riżerva.

    Fit-12 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill iddeċieda li jestendi r-reġim ta’ sanzjonijiet kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi b’sena 91 , u dan jippermetti li l-UE timponi miżuri restrittivi fuq il-persuni u l-entitajiet involuti fl-iżvilupp u fl-użu tal-armi kimiċi. Fl-14 ta’ Ottubru 2020 il-Kunsill adotta miżuri restrittivi kontra sitt individwi u entità waħda involuta fl-attentat ta’ qtil ta’ Alexei Navalny, li ġie vvelenat b’aġent nervin tossiku tal-grupp “Novichok” fl-20 ta’ Awwissu 2020 fir-Russja 92 .

    L-informazzjoni finanzjarja hija kruċjali wkoll biex tippermetti l-identifikazzjoni tan-networks terroristiċi, billi t-terroristi jiddependu fuq il-finanzjament għall-ivvjaġġar, it-taħriġ u t-tagħmir, u l-isforzi tal-finanzjament kontra t-terroriżmu huma essenzjali għall-investigazzjonijiet kontra t-terroriżmu. Kwistjonijiet ewlenin jinkludu l-isfruttament tal-għodod u l-intelligence eżistenti għall-potenzjal massimu tagħhom, l-implimentazzjoni xierqa ta’ standards miftehma internazzjonalment, u l-indirizzar tal-isfidi li qed jevolvu u li huma imposti minn teknoloġiji emerġenti u pjattaformi tal-media soċjali 93 (ara hawn taħt).

    In-network tat-trasport kien u għadu mira għat-terroriżmu. L-isforzi tal-UE jinkludu approċċ ta’ valutazzjoni bbażat fuq ir-riskju biex jiġi protett is-settur tal-avjazzjoni 94 . Iż-żoni ta’ kunflitt joħolqu riskju serju għall-avjazzjoni ċivili u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-valutazzjoni tar-riskju hija strumentali għall-mitigazzjoni tar-riskju 95 . Is-sistema ta’ Twissija ta’ Informazzjoni dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Żona ta’ Kunflitt tal-UE hija rikonoxxuta bħala l-aħjar prattika u l-istandards internazzjonali dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġew inkorporati fil-leġiżlazzjoni tal-UE 96 . Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili, il-Kummissjoni estendiet l-approċċ ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju għal modi oħra ta’ trasport. L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 97 tal-UE għas-Sigurtà Ferrovjarja tinsab fi stadju avvanzat u tibbenefika mill-għarfien espert tal-Pjattaforma tal-UE dwar il-Passiġġieri Ferrovjarji, grupp ta’ esperti dedikat stabbilit mill-Kummissjoni. Fil-qasam marittimu, l-approċċ ibbażat fuq il-valutazzjoni tar-riskju huwa magħruf u applikat sew, u l-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati biex issaħħaħ is-sigurtà tal-passiġġieri. Dan huwa inkorporat fl-Istrateġija għas-Sigurtà Marittima tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha, rivedut fl-2018, li jinkludi wkoll dimensjoni ta’ sigurtà u difiża. Dan huwa stabbilit fl-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni, adottat u ppubblikat fit-23 ta’ Ottubru 2020 98 .

    L-Europol jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri f’investigazzjonijiet marbuta mat-terroriżmu permezz taċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (ECTC). It-talbiet tal-Istati Membri għal appoġġ operazzjonali lill-ECTC komplew jiżdiedu, u l-ECTC issa huwa parti minn kważi kull investigazzjoni maġġuri kontra t-terroriżmu. Matul l-2019, l-Europol appoġġa total ta’ 632 operazzjoni differenti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-investigaturi tal-Istati Membri wrew ukoll apprezzament dejjem akbar ta’ dan ix-xogħol, minn livell ta’ sodisfazzjon ta’ 8/10 fl-2018 għal 9,1/10 fl-2019. L-ECTC ikkoordina total ta’ 18-il Jum ta’ Azzjoni fl-2019 99 .

    L-Eurojust appoġġat ukoll 116-il investigazzjoni dwar it-terroriżmu fl-2019 u l-2020. Il-ħidma attwali se twassal għal proposta leġislattiva dwar skambji dwar każijiet ta’ terroriżmu diġitali transfruntier biex jiġi żviluppat ir-Reġistru Kontra t-Terroriżmu mniedi fl-2019 100 , kif ukoll biex tiġi estiża l-ħidma fuq gruppi estremisti tal-lemin u tax-xellug.

    Fit-30 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill ġedded l-aħħar il-lista tal-UE ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi mmirati lejn il-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-aħħar lista fiha 14-il persuna u 21 entità. Fl-istess jum, il-Kunsill impona miżuri restrittivi fuq persuna waħda taħt ir-reġim tas-sanzjonijiet kontra t-terroriżmu tal-ISIL (Da'esh)/Al-Qaida. Bħalissa hemm ħames persuni elenkati b’mod awtonomu taħt dan ir-reġim, li ġġedded għal sena fl-19 ta’ Ottubru 2020 101 .

    Element importanti tal-politika kontra t-terroriżmu jikkonċerna t-theddid mill-ġellieda terroristi barranin (foreign terrorist fighters, FTFs) li bħalissa jinsabu fis-Sirja u l-Iraq. Filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà primarja tal-Istati Membri dwar dawn il-kwistjonijiet, l-appoġġ u l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw sfidi komuni: il-prosekuzzjoni ta’ dawk li wettqu reati terroristiċi, il-prevenzjoni ta’ dħul mhux identifikat fiż-Żona Schengen u r-riintegrazzjoni u r-riabilitazzjoni ta’ ġellieda terroristi barranin li jirritornaw. Pereżempju, il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-Istati Membri u l-pajjiżi sħab ewlenin biex tiżgura li l-evidenza mill-kamp tal-battalja tiġi kondiviża u użata b’mod effettiv għall-identifikazzjoni, l-identifikazzjoni fil-fruntieri tal-UE u l-prosekuzzjoni. Il- Memorandum tal-2020 dwar l-Evidenza ta’ Kampijiet ta’ Battalja 102 ppubblikat mill-Eurojust juri li filwaqt li hemm ħafna sfidi biex tinkiseb tali data u biex jiġi żgurat li tissodisfa l-kriterji għal evidenza ammissibbli, dan jista’ jgħin biex persuni suspettati terroristiċi jitressqu quddiem il-ġustizzja.

    Il-Kummissjoni qed tiffaċilita wkoll djalogu mal-Istati Membri u l-atturi umanitarji biex tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva u fattwali tas-sitwazzjoni fil-kampijiet tal-Grigal tas-Sirja fejn jinsabu l-membri tal-familja tal-FTFs Ewropej. Qed tingħata attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tat-tfal fil-kampijiet Sirjani. Il-Kummissjoni tgħin ukoll lill-Istati Membri jaqsmu l-esperjenzi dwar il-miżuri u l-mekkaniżmi nazzjonali għall-ġestjoni aħjar tar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni ta’ FTFs li jirritornaw, kif ukoll tat-tfal. In-Network ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni jmexxi wkoll żjarat ta’ studju u jipprovdi pariri mfassla apposta biex jiġu indirizzati aħjar l-isfidi ta’ persuni rimpatrijati kkundannati b’mod partikolari wara li jinħelsu mill-ħabs, kif ukoll ir-rwol tal-familji u tal-komunitajiet lokali fl-isforzi ta’ riintegrazzjoni.

    Is-sħubiji u l-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu ma’ pajjiżi terzi u sħab fil-viċinat tal-UE huma essenzjali wkoll biex tittejjeb is-sigurtà fl-UE u biex ikun hemm rabta aħjar bejn id-dimensjonijiet interni u esterni tal-politika ta’ sigurtà tal-UE. Il-Kunsill appella għal aktar tisħiħ tal-impenn estern tal-UE kontra t-terroriżmu 103 b’enfasi fuq il-Balkani tal-Punent, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani, ir-reġjun tas-Saħel, il-Qarn tal-Afrika u l-Asja. Din il-ħidma qed titmexxa ‘l quddiem bl-użu sħiħ tal-għodod ta’ azzjoni esterna, inkluż djalogi ta’ livell għoli kontra t-terroriżmu u n-network ta’ 17-il espert dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu/Sigurtà 104 skjerati fid-Delegazzjonijiet tal-UE li kompla jipprovdi appoġġ, jiffaċilita l-kooperazzjoni u jippromwovi l-bini tal-kapaċità. Bħalissa għaddejja riflessjoni dwar il-possibbiltà li dan in-network jissaħħaħ u jiġi estiż.

    Il-pjan ta’ Azzjoni Konġunt tal-2018 dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu għall-Balkani tal-Punent u l-arranġamenti bilaterali li jakkumpanjawh ffirmati fl-2019 ma’ kull sieħeb 105 jipprovdu fokus fuq reġjun ta’ sinifikat ewlieni għall-objettivi komuni tas-sigurtà u għall-protezzjoni tan-nies li jgħixu fl-UE. Fil-Forum Ministerjali UE-Balkani tal-Punent dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fit-22 ta’ Ottubru 2020, l-UE u s-sħab tal-Balkani tal-Punent affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt lil hinn mill-2020 106 . Il-kooperazzjoni mal-Balkani tal-Punent tinkludi l-ġestjoni tar-ritorn kontinwu tal-FTFs u l-membri tal-familja tagħhom kif ukoll aktar integrazzjoni fl-attivitajiet kontra r-radikalizzazzjoni. L-UE żżomm ukoll impenn regolari dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu mal-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq u l-Asja Ċentrali 107 . Il-ħidma mal-Asja Ċentrali ffukat fuq l-indirizzar ta’ theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari. Il-Kumitat Konġunt għall-Kooperazzjoni tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Golf iltaqa’ fil-25 ta’ Ġunju 2020 u kopra kwistjonijiet li jinkludu l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u l-indirizzar tal-finanzjament tat-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, kif ukoll iċ-ċibersigurtà u l-kooperazzjoni mal-Europol. L-UE ħadmet man-NATO fuq l-ewwel awditu li qatt sar dwar theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari f’wieħed mill-pajjiżi tal-Golf lejn l-aħħar tal-2019. B’mod ġenerali, fi tmiem l-2019, madwar EUR 465 miljun ġew iddedikati għal proġetti li għaddejjin bħalissa dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti barra mill-UE, żieda ta’ 15 % mis-sena preċedenti.

    L-UE kompliet ukoll tapprofondixxi l-kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 108 , b’mod partikolari mal-Uffiċċju tan-NU għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu u d-direttorat eżekuttiv għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, inkluż permezz ta’ djalogi annwali ta’ livell għoli u l-aktar reċenti permezz ta’ parteċipazzjoni attiva fil-ġimgħa virtwali tan-NU kontra t-terroriżmu fis-sajf tal-2020. Il-Kummissjoni segwiet ukoll mill-qrib id-deliberazzjonijiet dwar reviżjoni tad-definizzjoni ta’ reati terroristiċi fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni tat-terroriżmu, filwaqt li ħeġġet allinjament mill-qrib mad-definizzjonijiet fil-liġi tal-UE. Kompliet kooperazzjoni tajba fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari bejn in-NATO u l-UE, bl-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-bini tal-kapaċità biex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi żgurata l-komplementarjetà.

    2.Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;

    Il-kriminalità organizzata qed tiżdied, qed issir dejjem aktar transfruntiera, u qed tiċċaqlaq online.

     

    Europol, Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA), 2017.

    L-azzjoni tal-Kummissjoni inkludiet il-ġlieda kontra d-drogi, l-armi tan-nar illegali, il-kriminalità finanzjarja, l-importazzjoni illegali ta’ beni kulturali, it-traffikar tal-bnedmin jew il-kriminalità ambjentali, l-appoġġ tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-awtoritajiet ġudizzjarji fl-Istati Membri kif ukoll is-sħab fil-viċinat. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-viċinat bħall-Balkani tal-Punent, u organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drogi u l-kriminalità 109 , kienet ukoll kruċjali 110 .

    Fl-2019, iċ-Ċentru tal-Kriminalità Serja u Organizzata tal-Europol irċieva u pproċessa kważi 55,000 kontribuzzjoni operazzjonali, li jirrappreżenta żieda ta’ 12 % meta mqabbel mal-2018. Fir-rigward tal-għadd ta’ operazzjonijiet appoġġati, iċ-ċentru għen lill-pajjiżi f’726 każ 111 . Huwa kruċjali wkoll li l-qafas leġislattiv tal-UE dwar il-kriminalità organizzata 112 , li jfittex li jarmonizza l-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-kriminalizzazzjoni ta’ reati marbuta mal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, u jistabbilixxi pieni għal dawn ir-reati, jiġi traspost bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni nediet studju biex tanalizza modi biex issaħħaħ din il-leġiżlazzjoni. Passi ulterjuri dwar l-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fl-UE se jinġabru flimkien fl-Aġenda tal-UE biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata li għandha tiġi adottata fl-ewwel kwart tal-2021.

    L-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali huma fost l-aktar mezzi effettivi għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Iċ-Ċentru Ewropew il-ġdid tal-Kriminalità Finanzjarja u Ekonomika (European Financial and Economic Crime Centre, EFECC) stabbilit f’Ġunju 2020 fil-Europol se isaħħaħ l-appoġġ operattiv ipprovdut lill-Istati Membri u lill-korpi tal-UE fl-oqsma tal-kriminalità finanzjarja u ekonomika u jippromwovi l-użu sistematiku tal-investigazzjonijiet finanzjarji. B’appoġġ għall-isforzi tal-UE għal identifikazzjoni, iffriżar u konfiska aktar effettivi ta’ assi kriminali, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet f’Ġunju 2020 dwar it-tisħiħ tal-investigazzjonijiet finanzjarji għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata 113 . Fl-2021, il-Kummissjoni se tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità 114 u dwar l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi 115 .

    Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata teħtieġ salvagwardji biex tiżgura li l-ħidma tal-infurzar tal-liġi tista’ topera b’mod effettiv f'konfini essenzjali, bħall-protezzjoni tad-data personali. Id-Direttiva tal-2016 dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali marbuta ma’ reati kriminali 116 tipproteġi d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data kull meta d-data personali tintuża mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi. Tiżgura li d-data personali tal-vittmi, tax-xhieda u tas-suspettati tar-reati kriminali jkunu protetti kif xieraq, u se jiffaċilitaw il-koperazzjoni transfruntiera fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu. L-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi fir-rigward tal-Protezzjoni tad-Data għaddiet fis-6 ta’ Mejju 2018. Sal-lum, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri adottaw leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva. Madankollu, xi proċeduri ta’ ksur għadhom għaddejjin 117 . Il-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta l-konformità tal-liġijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni mad-Direttiva.

    Il-ġlieda kontra d-drogi illegali

    F’Lulju 2020, il-Kummissjoni adottat Aġenda u Pjan ta’ Azzjoni ġodda tal-UE dwar id-Drogi 2021-2025 118 , b’segwitu għall-istrateġiji attwali tal-UE dwar id-drogi 119 . Dan jistabbilixxi l-qafas politiku u l-prijoritajiet għall-azzjoni fil-ħames snin li ġejjin. L-enfasi ewlenija tal-Aġenda hija fuq: (1) miżuri msaħħa ta’ sigurtà kontra t-traffikar illeċitu ta’ drogi minn gruppi tal-kriminalità organizzata għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni u d-distribuzzjoni u l-produzzjoni illeċiti; (2) żieda fil-prevenzjoni inkluża s-sensibilizzazzjoni dwar l-effetti negattivi tad-drogi, b’mod partikolari l-intersezzjoni bejn l-użu tad-droga, il-vjolenza u kriminalità oħra; u (3) l-indirizzar tal-ħsara relatata mad-droga permezz tal-aċċess għat-trattament, it-tnaqqis ta’ riskju u ħsara, u approċċ bilanċjat għall-kwistjoni ta’ drogi fil-ħabsijiet. Fit-30 ta’ Novembru 2020 il-Kummissjoni adottat ukoll evalwazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-prekursuri tad-droga li tikkonkludi li hija meħtieġa azzjoni addizzjonali biex jiġi evitat l-aċċess tal-gruppi tal-kriminalità organizzata fl-UE għas-sustanzi kimiċi li jeħtieġu biex jipproduċu drogi sintetiċi illegali 120 .

    L-UE ffinanzjat ukoll proġetti konkreti biex issaħħaħ il-ġlieda kontra d-drogi bħall-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi. Ir-rapport Ewropew dwar id-Drogi 2020 taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga ppubblikat fit-22 ta’ Settembru 2020 121 juri xejriet reċenti fl-użu tad-droga u fis-suq madwar l-UE, it-Turkija u n-Norveġja. Dan juri żieda fid-disponibbiltà tal-kokaina b’sekwestri f’livell rekord li jammonta għal 181 tunnellata, kważi rduppjar ta’ sekwestri ta’ eroina għal 9,7 tunnellati u disponibbiltà għolja ta’ drogi ta’ purità għolja fl-UE. Dan jesplora wkoll l-apparenza ta’ opjojdi sintetiċi ġodda, ta’ tħassib partikolari dwar is-saħħa u jindirizza l-isfidi kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19. 

    Il-ħidma kontra d-drogi titmexxa 'l quddiem fuq diversi livelli differenti. Il-pakkett leġiżlattiv dwar sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) ġie adottat fil-ħarifa 2017 122 u sar applikabbli kollu f’Novembru 2018. Ħames Stati Membri għadhom taħt proċedura ta’ ksur 123 . L-ewwel att delegat li jiddefinixxi sustanza psikoattiva ġdida (isotonitazene) bħala droga issa ġie adottat 124 . 

    Fix-xena internazzjonali, l-UE kienet attiva fil-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi 125 , b’mod partikolari biex taġġorna fir-rigward tal-iskedar ta’ sustanzi psikoattivi ġodda 126 kif ukoll għall-iskedar mill-ġdid tal-kannabis u sustanzi relatati mal-kannabis 127 . Żewġ djalogi ġodda dwar id-drogi maċ-Ċina u l-Iran ġew approvati mill-Kunsill 128 , u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga mexa ’l quddiem b’arranġamenti ta’ ħidma ma’ pajjiżi terzi 129 .

    Il-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja

    Ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja kif ukoll il-ħasil tal-flus. Id-Direttiva li tiffaċilita l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali ġiet adottata fl-2019 li tagħti aċċess għal reġistri ċentrali nazzjonali tal-kontijiet bankarji lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja. Id-Direttiva għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-UIF. F’Ġunju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar “L-irkupru tal-assi u l-konfiska: Niżguraw li l-kriminalità ma trendix qligħ” 130 Dan indika l-potenzjal għal armonizzazzjoni akbar fir-reġimi tal-irkupru tal-assi 131 biex tiġi mmodernizzata l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-irkupru tal-assi u jissaħħu l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Tnediet analiżi ulterjuri tal-irkupru tal-assi permezz ta’ studju estern. Ir-Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ konfiska 132 se japplika mid-19 ta’ Diċembru 2020 u se jsaħħaħ b’mod konsiderevoli l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

    F’Mejju 2020, il-Kummissjoni adottat pjan ta’ azzjoni għal politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu 133 biex issaħħaħ il-qafas tal-UE. Fil-5 ta’ Novembru, il-Kunsill adotta Konklużjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu 134 , b’mod partikolari fejn talab lill-Kummissjoni biex taħdem fuq l-adozzjoni ta’ ġabra unika tar-regoli, l-istabbiliment ta’ superviżur indipendenti u l-koordinazzjoni tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja. F’konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-investigazzjonijiet finanzjarji 135 , il-Kummissjoni qed tivvaluta wkoll il-ħtieġa li jiġu interkonnessi r-reġistri ċentralizzati tal-kontijiet bankarji, li jħaffu b’mod sinifikanti l-aċċess għall-informazzjoni tal-kontijiet bankarji għall-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja u l-infurzar tal-liġi. B’mod parallel, ikomplu l-isforzi biex jiġi żgurat li l-aħħar standards tal-UE jiġu implimentati b’mod effettiv mill-Istati Membri. Ir-regoli skont il-Ħames Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus għandhom l-għan li jiżguraw livell ogħla ta’ trasparenza tal-istrutturi ta’ sjieda korporattiva. L-iskadenza tat-traspożizzjoni skadiet fil-1 ta’ Jannar 2020 u l-Kummissjoni nediet proċeduri ta’ ksur kontra 16-il Stat Membru 136 . Miżura importanti oħra hija r-Regolament il-ġdid dwar il-Kontrolli tal-Flus Kontanti 137 adottat f’Ottubru 2018 u applikabbli mit-3 ta’ Ġunju 2021. Dan se jtejjeb is-sistema eżistenti ta’ kontrolli fuq il-flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-UE u qed jitħejjew dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni.

    Fuq il-front estern, l-isforzi jkomplu jappoġġaw lill-pajjiżi sħab fl-indirizzar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. F’dan il-kuntest, is-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni u l-appoġġ tal-impenn politiku ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali bħat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (Financial Action Task Force, FATF).

    Biex tikkomplementa din il-ħidma, il-Kummissjoni nediet faċilità globali biex tipprovdi appoġġ lill-pajjiżi sħab barra mill-UE biex jistabbilixxu oqfsa effettivi kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mal-istandards internazzjonali. L-azzjoni ta’ EUR 20 miljun għandha l-għan ukoll li tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-atturi finanzjarji, tal-ġustizzja fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali.

    Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

    Il-korruzzjoni hija reat fiha nnifisha u faċilitatur ewlieni tal-kriminalità organizzata. Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni se jkunu suġġetti għal monitoraġġ u valutazzjoni regolari tal-qafas ġuridiku tal-Istati Membri taħt il-mekkaniżmu tal-Istat tad-dritt 138 li għadu kif ġie stabbilit. L- ewwel rapport għall-UE kollha dwar l-istat tad-dritt ġie adottat fit-30 ta’ Settembru 2020 139 . Dan wera li ħafna Stati Membri għandhom standards għoljin tal-istat tad-dritt, iżda għad fadal sfidi importanti. Ir-rapport ikopri l-Istati Membri kollha b’valutazzjonijiet annwali oġġettivi u fattwali, bil-għan li jiġu żviluppati għarfien u fehim aktar b’saħħithom tal-iżviluppi fl-Istati Membri individwali hekk kif iseħħu, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati r-riskji, jiġu żviluppati soluzzjonijiet possibbli, u l-appoġġ jiġi mmirat minn kmieni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) se jindirizza l-kriminalità kontra l-baġit tal-UE, f’dan l-istadju fit-22 pajjiż parteċipanti tal-UE. Se jkollu s-setgħa li jinvestiga, iħarrek u jressaq quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli għal reati kriminali kontra l-baġit tal-UE, bħal frodi, korruzzjoni jew frodi transfruntiera serja tal-VAT. Jenħtieġ li l-UPPE jkun operattiv fl-ewwel kwart tal-2021 140  

    Il-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tar-regoli stabbiliti fid-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali 141 u ressqet proċeduri ta’ ksur kontra dawk l-Istati Membri li ma nnotifikawx traspożizzjoni sħiħa 142 . Fl-2021, il-Kummissjoni se tadotta rapport li jivvaluta sa liema punt l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-Direttiva.

    Il-ġlieda kontra t-traffikar ta’ beni kulturali

    L-għan ewlieni tar-Regolament dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali 143 adottat f’Ġunju 2019 huwa li jwaqqaf l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ beni kulturali esportati illeċitament mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Biex tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tagħha, il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, inkluż għal sistema elettronika ċentralizzata għall-Importazzjoni ta’ Oġġetti Kulturali, li se tippermetti l-ħżin u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-formalitajiet ta’ importazzjoni meħtieġa 144 . Regola ġenerali ta’ projbizzjoni ser tidħol fis-seħħ sa tmiem l-2020, li tipprovdi lid-dwana tal-Istati Membri l-mezzi legali biex jikkontrollaw u jaġixxu fir-rigward ta’ vjeġġi li jista’ jkun fihom beni kulturali esportati illeċitament mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

    Il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-armi tan-nar

    Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat pjan ta’ azzjoni ġdid tal-UE għall-2020-2025 dwar it-traffikar tal-armi tan-nar 145 . Konferenza ministerjali ta’ livell għoli tal-ministeri tal-affarijiet barranin u tal-affarijiet interni tal-UE u tal-Balkani tal-Punent fil-31 ta’ Jannar 2020 kienet enfasizzat il-ħtieġa għal aktar azzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali tal-armi tan-nar. Il-Pjan ta’ Azzjoni jinkludi azzjonijiet speċifiċi biex jitjieb il-kontroll legali tal-armi tan-nar, l-għarfien dwar it-theddida relatata mal-armi tan-nar, il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni internazzjonali b’enfasi fuq l-Ewropa tax-Xlokk. Il-Kummissjoni ħadet passi biex tiżgura li din id-Direttiva dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi adottata f’Mejju 2017 146 tiġi trasposta bis-sħiħ mill-Istati Membri. Madankollu, 10 Stati Membri għad iridu jinnotifikaw it-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva 147 u maġġoranza kbira tal-Istati Membri għadhom ma ttrasponewx il-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni li segwiet. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni nediet proċeduri ta’ ksur 148 . Il-Kummissjoni qed tivvaluta wkoll fid-dettall il-miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati u se tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-ewwel nofs tal-2021. Il-Kummissjoni bdiet ukoll tivvaluta l-modernizzazzjoni possibbli tal-qafas legali dwar l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet u l-miżuri ta’ tranżitu tal-armi tan-nar 149 .

     

    Il-ġlied kontra t-traffikar tal-bnedmin

    L-istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà enfasizzat il-ħtieġa li jiġi żviluppat approċċ strateġiku ġdid lejn il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin fil-kuntest tal-Aġenda dwar l-indirizzar tal-kriminalità organizzata. Barra minn hekk, kif stabbilit fl-Artikolu 20 tad-Direttiva Kontra t-Traffikar 150 , f’Ottubru 2020 il-Kummissjoni ppubblikat it-tielet rapport tagħha dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin 151 .

    Dan juri avvanzi fil-kooperazzjoni transnazzjonali, fl-infurzar transfruntier tal-liġi u fl-azzjonijiet operattivi ġudizzjarji; it-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ riferiment nazzjonali u transnazzjonali għall-vittmi u l-iżvilupp tal-bażi ta’ għarfien dwar it-traffikar. L-Istati Membri jagħmlu użu dejjem akbar mill-Aġenziji tal-UE biex jiskambjaw informazzjoni, iwettqu azzjoni konġunta u Skwadri Investigattivi Konġunti biex jiġġieldu t-traffikar tal-bnedmin kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha 152 . Il-kooperazzjoni operazzjonali ġabet riżultati tanġibbli, b’mod partikolari fil-qafas tal-pjattaforma multidixxiplinari Ewropea kontra t-theddid kriminali: fl-2019 dan ix-xogħol irriżulta fi 825 arrest, 8 824 suspettat identifikati u 1 307 vittma potenzjali, inklużi 69 tifel u tifla identifikati. Erbgħa u disgħin grupp tal-kriminalità organizzata involuti f’dawn ir-reati ġew identifikati jew żarmati u EUR 1,5 m ta’ assi ffriżati f’kontijiet bankarji, kumpaniji u oqsma tal-web. Fil-jum tal-UE Kontra t-Traffikar fit-18 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat studju dwar l-ispejjeż tat-traffikar tal-bnedmin u ieħor dwar il-mekkaniżmi ta’ riferiment nazzjonali u transnazzjonali 153 .

    Faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali

    Iċ-Ċentru Ewropew għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali rrapporta żieda kontinwa ta’ attivitajiet ta’ faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, l-aktar fil-Balkani tal-Punent u l-pajjiżi ġirien, u f’movimenti sekondarji madwar l-UE. Fl-2019, l-Europol ikkontribwixxa għall-identifikazzjoni ta’ 14 218 suspettat attivi fit-traffikar tal-migranti 154 . F’Mejju 2020, il-Eurojust nediet il-Grupp Fokus għall-Prosekuturi dwar il-Faċilitazzjoni ta’ Immigrazzjoni Illegali bħala ċentru importanti biex b’mod regolari jgħaqqad l-atturi ġudizzjarji ewlenin fil-livell nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE u biex jappoġġa r-rispons operazzjonali konġunt tagħhom 155 .

    Il-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali

    Il-kriminalità ambjentali tkopri atti li jiksru l-leġiżlazzjoni ambjentali u jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw ħsara jew riskju sinifikanti għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem 156 . Fost l-aktar oqsma importanti tal-kriminalità ambjentali hemm l-emissjoni jew ir-rimi illegali ta’ sustanzi fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija, il-kummerċ illegali ta’ organiżmi selvaġġi, il-kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu u l-vjeġġi jew ir-rimi illegali tal-iskart. L-evalwazzjoni reċenti tad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali 157 wriet li l-progress fl-iżvilupp ta’ qafas Ewropew ma kienx akkumpanjat minn effett sinifikanti fuq il-post, inkluż f’termini ta’ kooperazzjoni transfruntiera aħjar u kundizzjonijiet aktar ekwi fir-rigward tas-sanzjonijiet madwar l-Istati Membri. B’mod partikolari, dan ma kienx wassal għal aktar kundanni u l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet aktar dissważivi fl-Istati Membri. Għalhekk ġie deċiż li d-Direttiva tiġi riveduta sa tmiem l-2021.

    Fid-29-30 ta’ Ottubru 2019, l-Eurojust organizzat b’mod konġunt man-Network Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (uropean Network of Prosecutors for Environment, ENPE) il-konferenza “Kollaborazzjoni internazzjonali u kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali”, biex tqajjem kuxjenza u tippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera fost il-prosekuturi u prattikanti oħra fl-UE u barra minnha dwar il-kriminalità ambjentali.

    Il-Pjan ta’ Azzjoni kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi adottat fl-2016 bħalissa qed jiġi evalwat. Azzjoni speċifika waħda hija proġett li jkompli għaddej sa Jannar 2021 immirat lejn it-traffikar tal-organiżmi selvaġġi fl-UE u permezz tagħha bl-użu tal-internet u tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti, bil-għan li jiġu mfixkla u żarmati n-networks taċ-ċiberkriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi 158 .

    V.EKOSISTEMA TAS-SIGURTÀ EWROPEA B'SAĦĦITHA

    Unjoni tas-Sigurtà ġenwina u effettiva trid tkun sforz komuni mill-partijiet kollha tas-soċjetà. Il-gvernijiet, l-infurzar tal-liġi, is-settur privat, l-edukazzjoni u ċ-ċittadini nfushom jeħtieġ li jkunu involuti, mgħammra u konnessi adegwatament biex jinbena stat ta’ tħejjija u reżiljenza għal kulħadd, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli, il-vittmi u x-xhieda.

    1.Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni

    Wieħed mill-aktar kontributi importanti li tista’ tagħmel l-UE biex tipproteġi liċ-ċittadini huwa billi tgħin lil dawk responsabbli mis-sigurtà biex jaħdmu tajjeb flimkien. Il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni huma għodod b’saħħithom biex jiġu miġġielda l-kriminalità u t-terroriżmu, biex jiġu indirizzati t-theddidiet bħaċ-ċibersigurtà u biex issir ġustizzja. Ġew stabbiliti għadd ta’ għodod li jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji.

    Illum, il-Kummissjoni qed tadotta l-mandat rivedut għall-Europol 159  li għandu l-għan li jġib bosta titjib immirat għall-operazzjonijiet tiegħu. Dan jippermetti lill-Europol tittratta aħjar in-natura li qed tevolvi tar-reati mwettqa permezz tal-internet u r-reati finanzjarji. Isaħħaħ il-kooperazzjoni mas-settur privat u jallinja d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data mar-regoli eżistenti tal-UE.

    Il-Europol u aġenziji oħra tal-UE bħall-Frontex, is-CEPOL u l-Eurojust, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, komplew jiżviluppaw iċ-ċiklu tal-politika tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja u internazzjonali u l-“Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali” ( EMPACT ) 160 . Il-kooperazzjoni permezz tal-EMPACT kompliet tkun għodda effettiva kontra l-kriminalità organizzata fl-Ewropa, bħal pereżempju waqt il-“Jiem ta’ Azzjoni Konġunta” f’Settembru, f’Ottubru u f’Novembru 2020 161 . Din hija turija ċara ta’ kemm tiswa l-kooperazzjoni. Ikkontribwiet ukoll għal għanijiet li huma inqas kwantifikabbli: stampa aħjar tal-intelligence, it-taħriġ u l-bini tal-kapaċità, il-prevenzjoni, il-kooperazzjoni ma’ sħab mhux tal-UE, u l-ġlieda kontra l-kriminalità online 162 . L-evalwazzjoni indipendenti taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE, 2018-2021/EMPACT, fl-2020 163 ikkonkludiet li dan kien qed ikun dejjem aktar rilevanti u effettiv fl-indirizzar tal-aktar theddidiet urġenti maħluqa mill-gruppi tal-kriminalità organizzata. Il-valur miżjud jiġi billi tiġi pprovduta pjattaforma għall-kooperazzjoni li tippermetti li l-Istati Membri jiksbu riżultati aħjar kontra l-kriminalità serja u organizzata milli kieku jkunu indirizzaw dawn il-kwistjonijiet waħedhom. L-evalwazzjoni indikat ukoll opportunitajiet u għamlet rakkomandazzjonijiet biex tiġi żviluppata aktar din l-għodda ta’ kooperazzjoni utli ħafna għaċ-ċiklu li jmiss fl-2022-2025.

    Il-Kummissjoni se tniedi inizjattiva fl-2021 għal Kodiċi ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija tal-UE, biex tissimplifika, ittejjeb, tiżviluppa, timmodernizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi bejn l-aġenziji nazzjonali rilevanti. Din se tkun appoġġ kbir għall-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità serja u organizzata u t-terroriżmu.

    Il-kooperazzjoni hija meħtieġa wkoll bejn il-pulizija u awtoritajiet ewlenin oħra tal-infurzar tal-liġi , kif ukoll ma’ aġenziji bħad-dwana. Id-dwana tal-UE għandha rwol ewlieni fl-iżgurar tas-sigurtà tal-fruntieri u l-katina tal-provvista u għalhekk tikkontribwixxi għas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea. Theddid ġdid u li qed jevolvi jirrigwarda l-aktar konnessjonijiet importanti bejn l-awtoritajiet doganali u dawk tal-infurzar tal-liġi, filwaqt li jenfasizza b’mod partikolari l-valur tal-“identifikazzjoni/prevenzjoni” tal-kontrolli doganali u r-rwol ewlieni tad-dwana fir-rigward tal-merkanzija. Il-Kummissjoni ilha tappoġġa u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn id-Dwana u l-Europol 164 , b’impatt dirett fuq l-azzjonijiet f’oqsma li jinkludu l-armi tan-nar, il-kriminalità ambjentali, il-finanzjament kriminali, u ċ-ċibernetika. L-awtoritajiet doganali attwalment jipparteċipaw f’diversi azzjonijiet immexxija mill-Europol kontra l-kriminalità organizzata serja internazzjonali 165 , kif ukoll fit-taħriġ tas-CEPOL. Dawn l-attivitajiet jgħinu jippromwovu u jiżviluppaw aktar il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u jsaħħu l-interazzjoni bejn l-atturi ewlenin.

    Sistemi ta’ informazzjoni b’saħħithom u effiċjenti huma indispensabbli għal skambju aħjar ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fl-UE. Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) ġiet imsaħħa wkoll permezz ta ’regoli aġġornati li jindirizzaw il-lakuni potenzjali billi jiġu stabbiliti kategoriji addizzjonali ta’ twissija, tiġi estiża l-lista ta’ oġġetti li għalihom jistgħu jinħarġu twissijiet kif ukoll billi tkun tista’ tiddaħħal tip ġdid ta’ data. 166 . Ir-regoli l-ġodda daħlu fis-seħħ fit-28 ta’ Diċembru 2018 u jenħtieġ li jkunu kompletament operattivi sa Diċembru 2021 167 .

    Bl-istess mod, fl-2019 is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ġiet issupplimentata b’sistema addizzjonali li tippermetti l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkundannati fl-UE (ECRIS-TCN). Ix-xogħlijiet fuq l-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema ċentralizzata ġdida għadhom għaddejjin u d-dħul fis-seħħ tagħha huwa mistenni fl-2023.

    Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni adottat ir-Rapport ta’ Rieżami tad-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (Passenger Name Record, PNR) 168 , li jirrevedi l-ewwel sentejn tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-PNR 169 . Dan juri li l-iżvilupp tas-sistema tal-PNR fl-UE kollha miexi sew. L-użu tad-data tal-PNR huwa essenzjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità serja u l-kriminalità organizzata, u diġà ta riżultati tanġibbli. Stat Membru wieħed biss għadu ma nnotifikax lill-Kummissjoni dwar it-traspożizzjoni sħiħa 170 . Fit-3 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni bagħtitlu Opinjoni Motivata għax naqas milli jinnotifika t-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva.

    Fid-9 ta’ Settembru 2020 il-Kummissjoni ppubblikat l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri tal-2004 171 . L-evalwazzjoni tenfasizza għadd ta’ nuqqasijiet u inkonsistenzi li se jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas leġiżlattiv attwali. Strument ewlieni ieħor taħt eżami ulterjuri huwa dwar id-Deċiżjonijiet ta’ Prüm 172 , li għandhom jiġu kkunsidrati fid-dawl tal-iżviluppi operattivi, teknoloġiċi, forensiċi u tal-protezzjoni tad-data.

    Il-kooperazzjoni trid tmur ukoll lil hinn mill-UE biex tinvolvi l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi ewlenin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Fit-13 ta’ Mejju 2020 il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati ma’ New Zealand dwar l-iskambju ta’ data personali bejn il-Europol u New Zealand. In-negozjati mat-Turkija għadhom għaddejjin, madankollu ma sar l-ebda progress fin-negozjati mal-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-Tuneżija dwar l-iskambju ta’ data personali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Barra minn hekk, fid-19 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni adottat Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u għaxar pajjiżi terzi dwar il-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u dawn il-pajjiżi terzi rigward l-iskambju ta’ data personali 173 .

    Fir-rigward tal-kooperazzjoni internazzjonali dwar l-iskambju tal-PNR għall-finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mal-Ġappun għall-iffirmar ta’ ftehim dwar il-PNR 174 . Sadanittant, l-evalwazzjonijiet konġunti tal-ftehimiet eżistenti bejn l-UE u l-Istati Uniti u bejn l-UE u l-Awstralja qed jiġu ffinalizzati. Il-Kummissjoni nediet ukoll proċess biex tirrevedi l-approċċ ġenerali attwali tagħha dwar it-trasferimenti tad-data tal-PNR lejn pajjiżi terzi 175 .

    Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll man-NU biex iżżid il-kapaċità tal-pajjiżi sħab biex jipprevjenu, jiskopru, jinvestigaw u jressqu għall-prosekuzzjoni reati terroristiċi u reati serji oħra, billi jiġbru u janalizzaw id-data dwar il-passiġġieri, kemm l-API kif ukoll il-PNR.

    Il-Kummissjoni impenjat ruħha fil-proċess li jiffaċilita t-trasferimenti tad-data tal-PNR f’konformità mar-rekwiżiti legali tal-UE fil-qafas tal-istandards il-ġodda tal-PNR 176 adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (International Civil Aviation Organisation, ICAO) 177 . Fit-23 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill tal-ICAO adotta l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (Standards and Recommended Practices, SARPs) il-ġodda dwar il-PNR 178 , u l-partijiet kontraenti tiegħu għandhom sat-30 ta’ Jannar 2021 biex jinfurmaw lill-ICAO dwar id-differenzi bejn il-prattiki ta’ regolamentazzjoni nazzjonali tagħhom u l-SARPs il-ġodda tal-PNR.

    2. Il-kontribut ta’ fruntieri esterni b’saħħithom

    Il-ġestjoni moderna u effiċjenti tal-fruntieri esterni hija kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. L-involviment tal-atturi kollha rilevanti biex tiġi sfruttata bl-aħjar mod is-sigurtà fil-fruntiera u biex tiġi pprovduta l-għodda adegwata jista’ jkollu impatt reali fuq il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera u tat-terroriżmu. Il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil 179 enfasizza wkoll il-ħtieġa għal ġestjoni robusta u ġusta tal-fruntieri esterni, inklużi l-kontrolli tal-identità, tas-saħħa u tas-sigurtà. Dan huwa parti mill-approċċ komprensiv, li juri kif il-politika dwar il-migrazzjoni, l-ażil, l-integrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri tiddependi fuq il-progress fuq il-fronti kollha.

    Il-Patt il-Ġdid enfasizza li żona ta’ Schengen effettiva hija indispensabbli għall-politika tal-migrazzjoni, u għandha wkoll implikazzjonijiet profondi għas-sigurtà. Dan ġie diskuss fl-ewwel Forum ta’ Schengen li sar fit-30 ta’ Novembru 2020. Ir-rappreżentanti mill-Istati Membri u mill-Parlament Ewropew qablu dwar l-importanza ta’ żona ta’ Schengen effettiva li tagħti riżultati favur iċ-ċittadini f’termini ta’ moviment liberu, kif ukoll f’termini ta’ sigurtà. Dan il-proċess se jikkontribwixxi għal Strateġija ġdida ta’ Schengen li għandha tiġi ppreżentata fl-2021. Il-mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u ta’ Monitoraġġ ta’ Schengen huwa għodda importanti biex tiġi żgurata l-fiduċja reċiproka u biex tiġi garantita l-implimentazzjoni aħjar u koerenti tal-acquis ta’ Schengen, inklużi l-implikazzjonijiet ta’ sigurtà tiegħu. Din kienet tema importanti tar-rapport li ġie adottat fil-25 ta’ Novembru 180 , li ppreżenta s-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, u vvaluta l-funzjonament tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen.

    Ir-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà 181 huma mfassla biex is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE eżistenti u ġodda jew aġġornati għall-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni jaħdmu flimkien b’mod aktar intelliġenti u effiċjenti. L-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE se ttejjeb l-effettività u l-effiċjenza tal-kontrolli fil-fruntieri esterni, tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-immigrazzjoni irregolari kif ukoll għal livell għoli ta’ sigurtà. Din se tipprovdi għodda oħra ta’ valur għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-fruntieri 182 . L-Istati Membri, il-pajjiżi assoċjati maż-żona Schengen u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni (eu-LISA, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Europol) jeħtieġ li jkunu lesti u l-Kummissjoni qed timmonitorja t-tħejjija u l-prontezza biex tiżgura li l-implimentazzjoni tkun lesta sa tmiem l-2023.

    Fit-8 ta’ Diċembru 2020 intlaħaq ftehim proviżorju bejn il-koleġiżlaturi dwar il-proposta biex tiġi aġġornata s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża 183 .

    Madankollu, għad trid tiġi adottata xi leġiżlazzjoni importanti. Jeħtieġ li l-Parlament Ewropew ikun lest li jinvolvi ruħu mal-Kunsill dwar l-emendi 184 għas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) 185 .

    Ir-rabtiet bejn is-sistemi ta’ informazzjoni rilevanti għall-analiżi tar-riskji għas-sigurtà huma kruċjali biex tissaħħaħ is-sigurtà tagħna. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u tal-ġestjoni tal-fruntieri u s-sinerġiji bejn is-sistemi tal-informazzjoni tagħhom f’konformità mal-kontrolli u l-bilanċi rilevanti, inkluża l-protezzjoni tad-data personali u l-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza, huma prijorità tal-Pjan ta’ Azzjoni biex l-Unjoni Doganali titla’ fil-livell li jmiss tat-28 ta’ Settembru 2020 186 . Valutazzjoni preliminari mwettqa mill-Kummissjoni ma’ esperti tal-pulizija u tad-dwana mill-Istati Membri tirrakkomanda b’mod partikolari rabta bejn is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) u d-data tal-Europol mas-Sistema ta’ Kontroll tal-Importazzjoni doganali (ICS2) 187 , u issa se jitnieda studju dwar il-fattibbiltà.

    Ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta 188  daħal fis-seħħ f’Diċembru 2019 u jirrappreżenta bidla radikali fil-kapaċitajiet u fl-għodod tal-UE biex jissaħħu l-fruntieri esterni tal-UE. Dan se jippermetti li l-kontribut tal-fruntieri għas-sigurtà jissaħħaħ b’mod sinifikanti. Il-mandat il-ġdid isaħħaħ il-kapaċità tal-Frontex li tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tar-ritorni, u jestendi l-possibbiltajiet għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Għaddejja ħidma biex jiġi żgurat li l-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun lest għall-ewwel intervent tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2021.

    F’Ġunju 2019, l-UE introduċiet standards ta’ sigurtà aktar stretti għall-karti tal-identità sabiex tiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u fl-istess ħin tnaqqas il-frodi tal-identità 189 . Minn Awwissu 2021 l-Istati Membri huma obbligati jibdew joħorġu karti tal-identità u dokumenti ta’ residenza bi standards ta’ sigurtà ġodda. Il-biċċa l-kbira minnhom bħalissa jinsabu fil-proċess li jallinjaw id-disinji tad-dokumenti tagħhom mar-rekwiżiti tar-Regolament.

    3. It-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà

    Ir-riċerka dwar is-sigurtà u l-promozzjoni tal-innovazzjoni jipprovdu l-bażi għal rispons ikkoordinat tal-UE għal sfidi kumplessi, u jippermettu li jittieħdu passi konkreti biex jittaffew ir-riskji. L-Unjoni tas-Sigurtà hija waħda mill-erba’ oqsma ta’ prijorità taħt il-programm ta’ ħidma Orizzont 2020 190 għall-2018-2020, li jirrappreżenta 50 % tal-finanzjament pubbliku globali għar-riċerka dwar is-sigurtà fl-UE. Is-sejħiet għar-riċerka tal-2019 dwar is-sigurtà ta’ Orizzont 2020 wasslu biex 42 proġett jintgħażlu biex jirċievu t-total ta’ EUR 253 miljun f’finanzjament mill-UE. Il-ħidma se tinkludi l-protezzjoni tal-infrastruttura, iż-żieda tar-reżiljenza għad-diżastri, il-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu, u s-sigurtà tal-fruntieri esterni, kif ukoll it-titjib tas-sigurtà diġitali. Il-baġit indikattiv disponibbli għall-proġetti fl-2020 huwa ta’ EUR 265 miljun. Dan jinkludi sejħa għal proposti ta’ EUR 20 miljun dwar l-Intelliġenza Artifiċjali li se tappoġġa lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi Ewropej biex iżidu l-kapaċitajiet tal-IA, inaqqsu d-diskrepanza fil-ħiliet tal-IA tagħhom, u jagħtu spinta lill-kooperazzjoni. Il-ħidma li qed titħejja permezz ta’ Orizzont Ewropa, il-programm qafas għar-riċerka l-ġdid, se tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE, kif ukoll il-ġestjoni tal-fruntieri u d-dimensjoni tas-sigurtà tal-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-politiki tal-UE dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta’ Diżastri u l-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà Marittima 191 .

    Ir-riċerka dwar is-sigurtà ffinanzjata mill-UE wriet ukoll li hija effettiva biex trawwem il-kooperazzjoni u tappoġġa lill-prattikanti tas-sigurtà waqt il-pandemija tal-COVID-19 192 . L-appoġġ jinkludi għodod għall-valutazzjoni u l-investigazzjoni konġunta ta’ riskji u theddid epidemjoloġiċi u relatati mal-kriminalità.

    Sabiex jiġi żgurat l-użu ta’ proġetti innovattivi , l-Aġenziji tal-UE jeħtieġ li jiddaħħlu fix-xenarju eżistenti tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà. Wara l-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni ta’ Ottubru 2019, l-aġenziji tal-UE u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni qed jistabbilixxu f’dan il-waqt ċentru ta’ innovazzjoni tal-UE għas-sigurtà interna, fuq il-bażi tal-mandati legali eżistenti tagħhom, biex iservi bħala network kollaborattiv għal-laboratorji tal-innovazzjoni tagħhom. Iċ-Ċentru se jkun mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li jappoġġa l-entitajiet parteċipanti fil-qsim ta’ informazzjoni u għarfien, u fil-ħolqien ta’ proġetti konġunti, u t-tixrid ta’ sejbiet u soluzzjonijiet teknoloġiċi essenzjali żviluppati għas-sigurtà interna 193 .

    Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni huma r-rispons tal-Ewropa li tappoġġa l-innovazzjoni u l-politika industrijali fiċ-ċibersigurtà. Huma għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet Ewropej taċ-ċibersigurtà, jipproteġu l-ekonomija u s-soċjetà tagħna miċ-ċiberattakki, jibqgħu eċċellenti fir-riċerka u jsaħħu l-kompetittività tal-UE. Bħalissa għaddejjin it-trilogi.

    4. Ħiliet u sensibilizzazzjoni

    Is-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u l-kisba tal-ħiliet biex jiġi indirizzat it-theddid potenzjali huma essenzjali biex tinbena soċjetà aktar reżiljenti, b’intrapriżi, amministrazzjonijiet u individwi mħejjijin aħjar. Huwa importanti wkoll li l-vittmi jkollhom aċċess għad-drittijiet tagħhom.

    Professjonisti tal-infurzar tal-liġi u tal-ġustizzja

    Ir-restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19 affettwaw ħafna lis-CEPOL, li kienet obbligata tikkanċella l-attivitajiet residenzjali kollha ppjanati minn Marzu 2020. Dawn iċ-ċirkostanzi speċjali kkawżaw ukoll domanda dejjem akbar għas-servizzi online; fl-ewwel erba’ xhur tas-sena, l-Aġenzija rreġistrat żieda ta’ 30 % fl-attivitajiet virtwali u żieda ta’ 100 % fl-utenti online. Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin u ċ-ċiberkriminalità kif ukoll l-abbuż sesswali tat-tfal huma fost l-oqsma ta’ taħriġ ta’ prijorità għall-2019-2021 194 . Il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji l-evalwazzjoni tas-CEPOL li għandha titlesta sa Lulju 2021.  

    Il-pubbliku ġenerali

    Il-kampanja #SaferInternet4EU tnediet fil-Jum għal Internet Aktar Sikur tal-2018. L-attivitajiet laħqu kważi 63 miljun persuna fl-UE f’dawn l-aħħar sentejn, u jinkludu premjijiet, appoġġ lill-għalliema u ċ-ċiberiġjene. In-network taċ-Ċentri għal Internet Aktar Sikur ipprovda aktar minn 1 800 riżorsa ġdida li jkopru suġġetti bħall-aħbarijiet foloz, il-bullying ċibernetiku, it-tħassib dwar il-privatezza, il-grooming u l-iġjene ċibernetika.

    F’Ottubru 2020, fit-tmien Xahar Ewropew taċ-Ċibersigurtà tal-UE ġiet promossa s-sigurtà onlajn fl-UE. Il-kampanja ta’ din is-sena tfasslet biex tindirizza kwistjonijiet ta’ sigurtà li jirrigwardaw id-diġitalizzazzjoni tal-ħajja ta’ kuljum, aċċellerata mill-pandemija tal-COVID-19. Filwaqt li ħeġġet lin-nies biex “Jaħsbu Qabel Jikklikkjaw”, il-kampanja enfasizzat temi differenti taċ-ċibersigurtà biex tgħin lill-utenti jidentifikaw u jippreparaw għat-theddid ċibernetiku. Qed titħejja fi Praga l-attività tal-2021 dwar l-Isfida Ewropea taċ-Ċibersigurtà.

    Għodda kruċjali biex tgħin lill-vittmi taċ-ċiberkriminalità hija No More Ransom 195 , repożitorju ta’ għodda ta’ dekriptaġġ bla ħlas li jgħin lill-vittmi jirreaġixxu mingħajr ma jħallsu lill-hackers. Din l-għodda appoġġata miċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol, iċċelebrat ir-raba’ anniversarju tagħha f’Lulju 2020, u mit-tnedija tagħha rreġistrat aktar minn 4,2 miljun viżitatur minn 188 pajjiż differenti, u waqqfet milli jispiċċaw fil-bwiet tal-kriminali madwar USD 632 miljun f’talbiet ta’ rikatt. 

    Fl-1 ta’ Lulju 2020 il-Kummissjoni ppreżentat l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet 196 għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza. Din l-Aġenda tistabbilixxi objettivi ambizzjużi u kwantitattivi għat-titjib tal-ħiliet eżistenti u għat-taħriġ f’ħiliet ġodda li għandhom jinkisbu fil-ħames snin li ġejjin. Dan jinkludi azzjonijiet apposta biex jiżdied l-għadd ta’ gradwati fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika li huma meħtieġa f’oqsma mill-aktar avvanzati bħaċ-ċibersigurtà. Fl-10 ta’ Novembru 2020 il-Kummissjoni nediet il-Patt għall-Ħiliet matul il-ħames edizzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għall-Ħiliet Vokazzjonali tal-2020 . Hija tippromwovi azzjoni konġunta biex timmassimizza l-impatt tal-investiment fit-titjib tal-ħiliet eżistenti u t-taħriġ f’ħiliet ġodda. Flimkien mal-Patt, tħabbru l-ewwel sħubijiet Ewropej għall-ħiliet fi tliet oqsma: il-qasam awtomobilistiku, il-mikroelettronika u l-ajruspazju u d-difiża.

    Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni adottat ġabra ta’ strateġiji ta’ politika li se jkollhom impatt importanti fuq l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ ħiliet ta’ sigurtà fit-tul tal-UE. Il-pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali għall-2021-2027 197 se jixpruna ekosistema tal-edukazzjoni diġitali bi prestazzjoni għolja b’kompetenzi msaħħa għat-trasformazzjoni diġitali 198 . Fl-istess ġurnata ġiet adottata Komunikazzjoni dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 199 , bl-enfasi prinċipali tkun fuq il-ħiliet bażiċi u diġitali. Komunikazzjoni dwar Żona Ewropea tar-Riċerka ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 200 stabbiliet it-triq biex jitjieb ix-xenarju tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Ewropa u titħaffef t-tranżizzjoni tal-UE lejn it-tmexxija diġitali kif ukoll il-ġlieda kontra l-vjolenza sessista, fil-forom kollha tagħha, fl-organizzazzjonijiet tar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

    Il-programm Erasmus+ jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni permezz ta’ proġetti li jiġġieldu r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu vjolenti, l-esklużjoni soċjali, il-miżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz 201 . Eżempju huwa l-Proġett għall-Prevenzjoni tar-Radikalizzazzjoni fil-Ħabsijiet li għandu l-għan li jtejjeb il-kompetenzi tal-persunal l-aktar espost biex jidentifika, jirrapporta u jinterpreta sinjali ta’ radikalizzazzjoni u jirrispondi b’mod xieraq 202 . Il-proġett No Hate BootCamp għen lill-ħaddiema żgħażagħ isiru “ambaxxaturi tad-diskors kontra l-mibegħda” fil-komunitajiet lokali tagħhom.

    Il-Kummissjoni stess tfittex li tinvolvi lill-pubbliku f’riflessjonijiet dwar il-politika tas-sigurtà tal-UE. L-azzjonijiet fil-livell tal-UE saru aktar viżibbli u aċċessibbli għaċ-ċittadini permezz tas-sit web il-ġdid dwar l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà 203 . Tnedew diversi konsultazzjonijiet pubbliċi li taw liċ-ċittadini l-opportunità li jinfluwenzaw direttament il-formazzjoni tal-politika.

    Il-vittmi kollha tal-kriminalità għandhom dritt għall-appoġġ u l-protezzjoni, iżda l-vittmi tal-aktar reati gravi bħat-terroriżmu jew l-isfruttament sesswali tat-tfal jeħtieġu attenzjoni speċifika. Fl-24 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni adottat l-ewwel strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025) 204 . Dan jindirizza lill-vittmi tar-reati kollha, iżda jagħti attenzjoni partikolari lil dawk l-aktar vulnerabbli, inklużi l-vittmi tat-terroriżmu, il-vittmi tfal tal-isfruttament sesswali, u l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin. Fit-22 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni organizzat Konferenza ta’ livell għoli dwar id-drittijiet tal-vittmi, li matulha inawgurat il-Pjattaforma għad-Drittijiet tal-Vittmi biex tippromwovi approċċ aktar orizzontali għad-drittijiet tal-vittmi 205 . Il-Kummissjoni ħatret ukoll l-ewwel Koordinatur tagħha għad-Drittijiet tal-Vittmi, biex tappoġġa l-konsistenza u l-effettività fil-politika dwar id-drittijiet tal-vittmi.

    Fir-rigward tal-vittmi tat-terroriżmu, iċ-Ċentru ta’ Għarfien Espert tal-UE għall-vittmi tat-terroriżmu twaqqaf f’Jannar 2020 sabiex joffri għarfien espert, gwida u appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi. Dan jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni ta’ għarfien espert fost il-prattikanti u l-ispeċjalisti mal-fruntieri. Mhuwiex imfassal biex joffri għajnuna diretta lil vittmi partikolari tat-terroriżmu, iżda biex jappoġġa strutturi nazzjonali u jipprovdilhom assistenza u appoġġ professjonali, inklużi linji gwida li għandhom jiġu ppubblikati fl-2020. Iċ-Ċentru tal-UE huwa proġett pilota li se jdum sentejn. Il-Presidenza tal-Kunsill qed taħdem biex tappoġġa ċ-ċentru permezz ta’ network ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali uniċi għall-vittmi tat-terroriżmu.

    VI    KONKLUŻJONI 

    L-istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà ġiet stabbilita biex tipprovdi approċċ komprensiv u dinamiku. L-attakki terroristiċi reċenti wrew mill-ġdid kif l-UE trid tkun kapaċi tirreaġixxi, billi ssaħħaħ ir-reżiljenza u r-rispons tagħna permezz tal-modernizzazzjoni u l-użu effettiv tal-għodod ewlenin għad-dispożizzjoni tagħna. Huma wrew ukoll il-ħtieġa li l-atturi kollha jkunu involuti bis-sħiħ f’approċċ komuni, sabiex l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, is-settur privat, l-NGOs, u ċ-ċittadini nfushom jkunu kollha jistgħu jaqdu rwol fil-bini ta’ bażi ta’ sigurtà b’saħħitha u flessibbli biżżejjed biex tagħti riżultati. Dan l-approċċ koerenti u konsistenti huwa wkoll l-aħjar mod biex inkunu żguri li d-drittijiet fundamentali tagħna jiġu protetti bħala parti mill-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna.

    Dan ir-rapport juri l-ħafna flussi ta’ ħidma li għaddejjin, iżda wkoll kif trid tinżamm din ir-rankatura. L-għan tal-aġenda tal-UE kontra t-terroriżmu ppreżentata llum huwa li jissaħħaħ il-qafas Ewropew għall-ġlieda kontra t-terroriżmu billi jiġu stabbiliti l-passi meħtieġa li jmiss: nantiċipaw u nipprevjenu t-terroriżmu, nipproteġu liċ-ċittadini u l-infrastruttura, u nkunu lesti nirreaġixxu, filwaqt li titqies ir-rabta bejn is-sigurtà interna u dik esterna. Diġà għandna aktar kooperazzjoni, aktar sforzi biex nindirizzaw ir-radikalizzazzjoni, aktar għodod biex it-terroristi jiġu mċaħħda mill-mezzi li jattakkaw bihom. Issa dan għandu jagħmel pass ieħor ’il quddiem. Huwa sinifikanti f’dan il-kuntest li tiġi żgurata l-adozzjoni ta’ regoli ġodda biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku online, bil-ftehim ta’ din is-sena jkun il-prijorità ewlenija. Il-Kummissjoni tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri biex iħaffu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha miftiehma. L-iżgurar tas-sigurtà għaċ-ċittadini tal-UE hija responsabbilità komuni, u t-teħid ta’ azzjoni komuni trid tkun l-ambizzjoni kollettiva għal Ewropa aktar sikura.

    (1)

         COM(2020) 605.

    (2)

         COM(2016) 230.

    (3)

         Matul is-seduta ta’ smigħ tal-Viċi President Schinas quddiem il-Parlament Ewropew fit-3.10.2019.

    (4)

         COM(2019) 552.

    (5)

         Id-Direttiva 2008/114/KE u d-Direttiva (UE) 2016/1148.

    (6)

         COM(2019) 546. Il-Kummissjoni wettqet ukoll konsultazzjoni pubblika (7 ta’ Lulju - 2 ta’ Ottubru 2020) u żjarat fil-pajjiżi fl-Istati Membri kollha bil-għan li tivverifika l-konformità fl-implimentazzjoni tad-Direttiva permezz ta’ laqgħat ma’ operaturi u awtoritajiet nazzjonali.

    (7)

         COM(2019) 546.

    (8)

         C(2019) 2400.

    (9)

         ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1–21.

    (10)

         Is-sigurtà tal-enerġija: prattiki tajba biex jiġu indirizzati r-riskji pandemiċi (SWD(2020) 104).    

    (11)

         https://ec.europa.eu/info/publications/200924-digital-finance-proposals_en.

    (12)

         COM(2020) 595.

    (13)

         Il-proposta tistabbilixxi linja bażi koerenti għar-rekwiżiti tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, ir-rappurtar tal-inċidenti tal-ICT lis-superviżuri finanzjarji, l-ittestjar diġitali, u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni. Barra minn hekk, il-proposta tippreżenta fornituri kritiċi ta’ servizzi tal-ICT li huma terzi persuni għal qafas ta’ sorveljanza fuq skala Ewropea.

    (14)

         Id-Deċiżjoni 1313/2013/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

    (15)

         COM(2020) 220.

    (16)

         Proposta biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili — Mandat għal negozjati mal-Parlament Ewropew

    (17)

         ENISA Xenarju tat-Theddid 2020 : Attakki Ċibernetiċi li Qed Isiru Aktar Sopistikati, Immirati, Mxerrda u Mhux Identifikati.

    (18)

         Minn mindu faqqgħet il-pandemija, l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri identifikaw żieda sinifikanti fl-attakki ċibernetiċi, inkluż kontra s-settur tal-kura tas-saħħa.

    (19)

         COM(2020) 66.

    (20)

         Ir-Regolament (UE) 2018/1807.

    (21)

         COM(2019) 2335.

    (22)

         Rapport dwar  il-valutazzjoni tar-riskju kkoordinata tal-UE taċ-ċibersigurtà tan-networks 5G .

    (23)

         Il-Grupp ta’ Kooperazzjoni tal-NIS twaqqaf biex jiżgura l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE fiċ-ċibersigurtà.

    (24)

          https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/cybersecurity-5g-networks-eu-toolbox-risk-mitigating-measures .  

    (25)

         COM(2020) 50.

    (26)

         Ir-Regolament (UE) 2019/452. Dan jinkludi wkoll referenzi espliċiti għal “infrastruttura kritika” (kif ukoll “teknoloġiji kritiċi”) b’mod usa’ bħala “fatturi li jistgħu jitqiesu mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni” meta jiġi vvalutat l-impatt potenzjali ta’ investiment.

    (27)

         Rapport dwar il-progress tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tas-Sett ta’ Għodod tal-UE  dwar iċ-Ċibersigurtà tal-5G.

    (28)

         L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE nġabru f’Task Force Ċibernetika tal-COVID-19 u nedew rapport ta’ kull ġimgħa dwar l-Għarfien u l-Analiżi tas-Sitwazzjoni Settorjali. L-ENISA u l-Europol nedew kampanji dwar kif wieħed jikseb ċibersigur matul il-COVID-19. Is-CERT-UE ħarġet gwida dwar kif jiġu stabbiliti VPNs siguri. Fis-sajf 2019, il-Grupp ta’ Kooperazzjoni stabbilixxa fluss ta’ ħidma ġdid iddedikat għaċ-ċibersigurtà fis-Saħħa u l-Kummissjoni u l-ENISA nedew Ċentru tal-UE għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar is-Saħħa u l-Analiżi.

    (29)

          https://www.enisa.europa.eu/news/enisa-news/blue-olex-2020-the-european-union-member-states-launch-the-cyber-crisis-liaison-organisation-network-cyclone .  

    (30)

    C(2017) 6100.

    (31)

         L-UE tippromwovi l-qafas strateġiku għall-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istabbiltà u l-kooperazzjoni fiċ-ċiberspazju, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tal-UE fid-diskussjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar kwistjonijiet ċibernetiċi. Żewġ proċessi importanti huma l-Grupp ta’ Ħidma Miftuħ dwar l-iżviluppi fil-qasam tal-informazzjoni u t-telekomunikazzjoni fil-kuntest tas-sigurtà internazzjonali; u l-Grupp ta’ Esperti Governattivi (Group of Governmental Experts, GGE) biex imexxu 'l quddiem l-imġiba responsabbli tal-Istat fiċ-ċiberspazju. Il-kwistjonijiet jinkludu l-impatt tad-dritt internazzjonali, l-implimentazzjoni ta’ normi volontarji miftiehma u mhux vinkolanti ta’ mġiba responsabbli tal-istat u miżuri għall-bini tal-fiduċja, kif ukoll l-iżvilupp tal-implimentazzjoni permezz ta’ bini mmirat tal-kapaċitajiet.

    (32)

         https://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2020/04/30/declaration-by-the-high-representative-josep-borrell-on-behalf-of-the-european-union-on-malicious-cyber-activities-exploiting-the-coronavirus-pandemic/.

    (33)

         Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2020/1127, 2020/1537, u 2020/651 bħala parti ta’ 9916/17.

    (34)

         COM(2016) 616. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li temenda u tfassal mill-ġdid ir-Regolament 428/2009, li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju.

    (35)

         Dawn huma grupp vast ta’ oġġetti, materjali, softwer u teknoloġija li jistgħu jintużaw kemm għal skopijiet ċivili kif ukoll militari.

    (36)

         COM(2020) 795.

    (37)

         Is- sejħa ISF Protect tal-2019 inkludiet “Secu4All”, l-iżvilupp ta’ ċiklu ta’ taħriġ komprensiv għall-awtoritajiet lokali biex jipprovdu liċ-ċittadini b’ambjent urban sikur, u “DroneWISE” biex jissaħħaħ l-istat ta’ tħejjija tal-ewwel rispondenti fil-ġlieda kontra l-vetturi tal-ajru ostili mingħajr ekwipaġġ. Fl-2020, se jkun sejħa ġdida ta’ EUR 12-il miljun dwar il-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi.

    (38)

         COM(2017) 612.

    (39)

         SWD(2019) 140.

    (40)

         Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/947.

    (41)

         Il-Kummissjoni tista’ tippreżenta regolament ta’ implimentazzjoni għal dan il-għan, li jkun adottat skont il-proċedura ta’ eżami li tinvolvi l-kumitat tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

    (42)

         Il-Pjan ta’ Azzjoni ġie adottat u jinsab fuq Futurium: https://ec.europa.eu/futurium/en/security-public-spaces/security-public-spaces-partnership-final-action-plan-0 .  

    (43)

         Valutazzjoni tat-Theddida mill-Kriminalità Organizzata fuq l-Internet (Internet Organised Crime Threat Assessment, IOCTA) 2020, Ottubru 2020

    (44)

         Rapport dwar l-Isfruttament tal-iżolament: Offenders and victims of online child sexual abuse during the COVID-19 pandemic , Europol, 19.06.2020.

    (45)

         Id-Direttiva 2013/40/UE.

    (46)

         Id-Direttiva 2011/93/UE.

    (47)

         Spanja, il-Portugall, l-Italja, in-Netherlands, l-Iżvezja, Malta, il-Litwanja, is-Slovakkja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Greċja, il-Finlandja, Franza, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Latvja, il-Polonja, is-Slovenja.

    (48)

         COM(2020) 607.

    (49)

         COM(2020) 568.

    (50)

         Il-Kummissjoni, flimkien mal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Istati Membri, ospitat Hackathon + Matchathon EUvsVirus Pan Ewropew  https://covid-eic.easme-web.eu/ .

    (51)

         Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Ministri għall-Affarijiet Interni tal-UE dwar l-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa, 13.11.2020,

         12634/20.

    (52)

    Skont ir-Rapport, il-volum tat-talbiet transfruntieri ppreżentati mill-awtoritajiet tal-UE lill-fornituri tas-servizzi online żdied b’mod sinifikanti fl-2019, bil-maġġoranza kbira tagħhom maħruġa mill-Ġermanja (37,7 % tat-talbiet), Franza (17,9 %) u r-Renju Unit (16,4 %). It-talbiet għall-aċċess tad-data elettronika rduppjaw fil-Polonja u kważi ttripplaw fil-Finlandja. Barra minn hekk, it-talbiet għal żvelar ta’ emerġenza żdiedu bi kważi n-nofs f’sena.

    (53)

         COM/2018/226 u COM/2018/225

    (54)

         Pereżempju, fis-27 ta’ Diċembru 2019 l-Assemblea Ġenerali tan-NU (AĠNU) adottat ir-Riżoluzzjoni 74/247 dwar il-Ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal skopijiet kriminali, li tistabbilixxi kumitat intergovernattiv ad hoc permanenti ta’ esperti li għandhom il-kompitu li jelaboraw konvenzjoni internazzjonali komprensiva dwar iċ-ċiberkriminalità. L-UE ma tappoġġax il-ħolqien ta’ strument legali internazzjonali ġdid dwar iċ-ċiberkriminalità billi l-Konvenzjoni ta’ Budapest dwar iċ-Ċiberkriminalità diġà tipprovdi qafas legali multilaterali komprensiv. F’Lulju 2020, l-Istati Membri tan-NU qablu li jipposponu l-ewwel passi: l-UE kkontribwiet għall-proċess fuq il-bażi ta’ Pożizzjoni komuni (id-dok. 7677/2/20).

    (55)

         Is-Sentenza fil-Kawżi Magħquda C-203/15 u C-698/15 Tele2 Sverige AB u Watson u Oħrajn, il-21 ta’ Diċembru 2016.

    (56)

          https://data.europa.eu/doi10.2837/26288  

    (57)

         Is-Sentenzi fil-Kawża C-623/17, Privacy International, u fil-Kawżi Magħquda C-511/18, La Quadrature du Net u Oħrajn, C-512/18, French Data Network u Oħrajn, u C-520/18, Order des barreaux francophones et germanophone u Oħrajn.

    (58)

         Inkluża l-istrateġija tad-data tal-UE (ara hawn fuq).

    (59)

         COM(2020) 767. 

    (60)

         COM(2020) 65.

    (61)

         Minn dawk li wieġbu, 90 % u 87 % rispettivament iħossu li dan it-tħassib huwa importanti jew importanti ħafna.

    (62)

         COM(2019) 168.

    (63)

         ST 13084 2020 - Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-Kriptaġġ - Sigurtà permezz ta’ kriptaġġ u sigurtà minkejja l-kriptaġġ.

    (64)

         Dan il-proġett ta’ EUR 6 miljun huwa appoġġat ukoll miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni.

    (65)

         Il-Komunikazzjoni dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Ġustizzja fl-UE, COM(2020) 710, it-2 ta’ Diċembru 2020.

    (66)

         COM(2018) 640.

    (67)

          https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/combatting-discrimination/racism-and-xenophobia/eu-code-conduct-countering-illegal-hate-speech-online_mt .  

    (68)

         Ippreżentat ukoll f’aktar dettall fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 (COM(2020) 698).

    (69)

         L-Azzjoni 1 tal-Qafas Konġunt tal-2016 biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu, ara JOIN/2016/018.

    (70)

         Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 14972/19.

    (71)

         SWD(2020) 152 - Id-Dokument ta’ Ħidma Konġunt tal-Persunal, Immappjar tal-miżuri relatati mat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu.

    (72)

         SWD(2020) 153 - Id-Dokument ta’ Ħidma Konġunt tal-Persunal, ir-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Konġunt tal-2016 biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu u l-Komunikazzjoni Konġunta tal-2018 Inżidu r-reżiljenza u nsaħħu l-kapaċitajiet biex nindirizzaw it-theddidiet ibridi.

    (73)

         Pereżempju, fis-26 ta’ Novembru 2020, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka ppropona qafas ġdid biex iqajjem kuxjenza dwar it-theddid: https://ec.europa.eu/jrc/en/news/jrc-framework-against-hybrid-threats

    (74)

         L-Analiżi tax-Xejriet tat-Theddid Ibridu hija għodda li għandha tintuża flimkien mas-sistemi nazzjonali għall-monitoraġġ tal-iskala u l-intensità tat-theddid ibridu fid-dominji politiċi/diplomatiċi, militari, ekonomiċi, tal-informazzjoni, tal-intelligence, ċibernetiċi, soċjali, tal-enerġija u tal-infrastruttura.

    (75)

         Il-kooperazzjoni bejn il-persunal fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika u d-difiża kompliet tintensifika permezz tal-ħidma fuq kunċetti u duttrini konsistenti, eżerċizzji, skambji ta’ informazzjoni u aġġornamenti trasversali.

    (76)

         Il-konsegwenzi fid-dinja reali kienu jinkludu l-ħruq doluż tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni qarrieqa dwar is-saħħa b’konsegwenzi diretti.

    (77)

         JOIN(2020) 8, il-Komunikazzjoni Konġunta, Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 - X’inhuma l-fatti.

    (78)

         Pereżempju, tnediet il-kampanja “Think before you share” biex tagħti pariri dwar kif tillimita l-firxa tad-diżinformazzjoni lill-udjenza żagħżugħa u lill-multiplikaturi fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tal-UE, u laħqet aktar minn 500 000 dehra fuq il-pjattaformi tal-media soċjali.

    (79)

         COM (2020) 790.

    (80)

         JOIN(2018) 36, il-Komunikazzjoni Konġunta, Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni.

    (81)

         SWD(2020) 180.

    (82)

         Id-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Ministri għall-Affarijiet Interni tal-UE dwar l-attakki terroristiċi reċenti fl-Ewropa, 13.11.2020,

         12634/20.

    (83)

         COM(2020) 795.

    (84)

         COM(2020) 758.  

    (85)

         Id-Direttiva (UE) 2017/541.

    (86)

         COM (2020) 619.

    (87)

         Ir-Regolament (UE) 2019/1148.

    (88)

         Notifika tal-Kummissjoni - Linji gwida għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1148 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, ĠU C 210/1, 24.6.2020.

    (89)

         SWD(2020) 114 final.

    (90)

         COM(2017) 610 final.

    (91)

      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1466 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1544.

    (92)

         Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1482 tal-14 ta’ Ottubru 2020 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1480.

    (93)

         Kif stabbilit mill-UE f’Novembru 2019 fil-Konferenza Ministerjali No Money for Terror dwar il-Finanzjament kontra t-Terroriżmu ospitata mill-Awstralja.

    (94)

         Il-proċess integrat tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jappoġġa l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tas-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru, l-istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni u r-riskji li jirriżultaw lill-avjazzjoni ċivili minn żoni ta’ kunflitt.

    (95)

         It-twaqqigħ traġiku tat-Titjira 752 tal-Linji tal-Ajru Internazzjonali tal-Ukrajna fit-8 ta’ Jannar 2020 kompla juri l-importanza tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

    (96)

         https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32019R1583

    (97)

         COM 2018 (470) final.

    (98)

         Rapport mis-servizzi tal-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni rivedut tal-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà Marittima” SWD(2020) 252.

    (99)

         Rapport annwali konsolidat tal-attività 2019, Europol, 9.06.2020.

    (100)

     Is-CTR huwa ġestit mill-Eurojust fuq bażi ta’ 24 siegħa u jipprovdi appoġġ proattiv lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali. Jenħtieġ li din l-informazzjoni ċentralizzata tgħin lill-prosekuturi jikkoordinaw b’mod aktar attiv u jidentifikaw persuni suspettati jew networks li qed jiġu investigati f’każijiet speċifiċi b’implikazzjonijiet transfruntieri potenzjali.

    (101)

         Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2020/1132, 2020/1126 u 2020/1516.

    (102)

         https://www.eurojust.europa.eu/eurojust-memorandum-battlefield-evidence-0.

    (103)

    Konklużjonijiet tal-Kunsill (8868/20) dwar l-Azzjoni Esterna tal-UE dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u l-Estremiżmu Vjolenti (16 ta’ Ġunju 2020).

    (104)

    L-Alġerija, il-Bosnja-Ħerzegovina (reġjonali għall-Balkani tal-Punent), iċ-Ċad (reġjonali għas-Saħel), l-Etjopja (kollegament mal-Unjoni Afrikana), l-Indoneżja (reġjonali għall-Asja tax-Xlokk u kollegament mal-ASEAN-ARF), l-Iraq, il-Ġordan, il-Kenja (reġjonali għall-Qarn tal-Afrika), il-Kirgiżistan (reġjonali għall-Asja Ċentrali), il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, in-Niġerja, il-Pakistan, l-Arabja Sawdija, it-Tuneżija u t-Turkija.

    (105)

         Is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo*, l-Albanija u l-Montenegro.

    (106)

         Stqarrija Konġunta għall-Istampa: https://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2020/10/23/joint-press- statement-eu-western-balkans-ministerial-forum-on-justice-and-home-affairs/pdf.

    (107)

         L-azzjoni kontra t-terroriżmu ġiet enfasizzata pereżempju fl-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Asja Ċentrali.

    *Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244(1999) u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

    (108)

         Fl-2019 ġie ffirmat Qafas għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NU dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu  https://eeas.europa.eu/sites/eeas/files/2019042019_un-eu_framework_on_counter-terrorism.pdf .  

    (109)

         Fit-8 ta’ Diċembru 2020 sar djalogu ta’ livell għoli bejn l-UE u l-UNODC.

    (110)

         Fi tmiem l-2019, madwar EUR 830 miljun ġew iddedikati għal azzjonijiet li għaddejjin dwar il-kriminalità organizzata barra mill-UE.

    (111)

         Rapport Annwali konsolidat tal-2019, Europol, Ġunju 2020.

    (112)

         Id-Deċiżjoni Qafas 2008/841.

    (113)

     il-konklużjonijiet tal-Kunsill 8927/20.

    (114)

         Id-Direttiva 2014/42/UE.

    (115)

         Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/ĠAI.

    (116)

      Id-Direttiva (UE) 2016/680 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali konnessa ma’ reati kriminali.

    (117)

    Tliet Stati Membri (il-Ġermanja, is-Slovenja, Spanja) għad iridu jinnotifikaw it-traspożizzjoni sħiħa minkejja l-proċeduri ta’ ksur. Il-Kummissjoni ressqet każ wieħed għan-nuqqas ta’ traspożizzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u f’Mejju 2020 indirizzat opinjonijiet motivati supplimentari liż-żewġ Stati Membri l-oħra talli naqsu milli jittrasponu d-Direttiva b’mod sħiħ.

    (118)

         COM(2020) 606.

    (119)

    L-istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drogi 2017-2020.

    (120)

    COM(2020) 768 tat-30 ta’ Novembru 2020.

    (121)

         Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2020: Trends and Developments, EMCDDA, 22.09.2020.

    (122)

    Ir-Regolament (UE) 2017/2101 u d-Direttiva (UE) 2017/2103

    (123)

         L-Awstrija, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Portugall u s-Slovenja. 

    (124)

    C/2020/5897; ĠU L 379, 13.11.2020, p. 55.

    (125)

         Korp governattiv tal-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UN Office on Drugs and Crime, UNODC).

    (126)

         COM(2019) 631.

    (127)

         COM(2019) 624 u COM(2020) 659.

    (128)

    Is-Summit UE-Ċina tas-16 u s-17 ta’ Lulju 2018 f’Beijing irriżulta fi ftehim biex jitnieda Djalogu annwali bejn l-UE u ċ-Ċina dwar id-Drogi. Il-modalitajiet tad-djalogu futur ġew ikkonfermati mill-COREPER fit-30 ta’ Ottubru 2019. Il-Kunsill approva t-tnedija ta’ djalogu ġdid bejn l-UE u l-Iran dwar id-drogi fil-5 ta’ Marzu 2020.

    (129)

         Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-abbozz ta’ arranġament ta’ ħidma mal-Kosovo adottata fl-14 ta’ April 2020, u dwar dak mas-Serbja adottat fit-16 ta’ Diċembru 2019.

    (130)

     COM (2020) 2017.

    (131)

         Inkluża l-valutazzjoni tad-Direttiva 2014/42/UE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/JHA.

    (132)

    Ir-Regolament (UE) 2018/1805

    (133)

         C(2020) 2800 final.

    (134)

          Il-konklużjonijiet tal-Kunsill 12608/20.

    (135)

         Il-konklużjonijiet tal-Kunsill 8927/20.

    (136)

    L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Estonja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, kif ukoll ir-Renju Unit    

    (137)

          Ir-Regolament (UE) 2018/1672 .

    (138)

     Il-mekkaniżmu Ewropew għall-Istat tad-Dritt jipprovdi proċess għal djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, u l-parlamenti nazzjonali, is-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra dwar l-istat tad-dritt. Ir-Rapporti dwar l-Istat tad-Dritt huma l-qalba ta’ dan il-proċess il-ġdid.

    (139)

         COM(2020) 580.

    (140)

     Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li taħtar il-Prosekuturi Ewropej daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Lulju 2020. Il-prosekuturi Ewropej mill-Kulleġġ kellhom l-ewwel laqgħa tiegħu fit-28 ta’ Settembru 2020.  L-UPPE dalwaqt se jikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma mal-Europol, mal-Eurojust u mal-OLAF. 

    (141)

    Id-Direttiva (UE) 2017/1371.

    (142)

    Il-proċeduri ta’ ksur bħalissa għadhom miftuħa kontra l-Awstrija, l-Irlanda u r-Rumanija.

    (143)

         Ir-Regolament (UE) 2019/880

    (144)

    L-ICG għandu jiġi stabbilit sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2025. Il-Kummissjoni adottat l-ewwel Rapport ta’ Progress dwar l-iżvilupp tal-ICG. [COM(2020) 342].

    (145)

     COM(2020) 608: dan il-pjan ta’ azzjoni l-ġdid jintegra l-inizjattiva Franko-Ġermaniża għall-“Pjan direzzjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar tas-SALW u l-munizzjon tagħhom sal-2024”.

    (146)

         Id-Direttiva (UE) 2017/853. Kienu wkoll kruċjali żewġ direttivi ta’ implimentazzjoni tas-16 ta’ Jannar 2019 li jipprevedu speċifikazzjonijiet tekniċi dwar l-immarkar u l-armi tas-sinjali u tal-allarm.

    (147)

    Dawn huma ċ-Ċekja, id-Danimarka, Spanja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Iżvezja

    (148)

    Hemm 25 għaddejjin fir-rigward ta’ din id-Direttiva (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, l-Iżvezja, is-Slovenja u s-Slovakkja, kif ukoll ir-Renju Unit) u 34 relatati mad-Direttivi ta’ implimentazzjoni (id-Direttiva 2019/68 - l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Iżvezja, is-Slovenja, kif ukoll ir-Renju Unit u d-Direttiva 2019/69 - il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, l-Iżvezja u s-Slovenja, kif ukoll ir-Renju Unit)

    (149)

         Regolat mir-Regolament (UE) Nru 258/2012.

    (150)

         ĠUL -101, 15.04.2011, p1.

    (151)

         COM (2020) 661 final, ikkomplementat minn studju dwar il-ġbir tad-data dwar it-traffikar tal-bnedmin fl-UE 2017–2018. 

    (152)

     Pereżempju, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ikkooperat mal-Europol biex tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin fl-UE għall-forom kollha ta’ sfruttament, inkluż l-isfruttament sesswali u tax-xogħol kif ukoll il-forom kollha ta’ traffikar tat-tfal. Dan huwa wkoll b’rikonoxximent tal-Protokoll dwar ix-Xogħol Furzat (P29) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Dan il-Protokoll huwa standard ewlieni tax-xogħol li jidentifika x-xogħol furzat bħala reat, li jindirizza l-prevenzjoni, il-protezzjoni tal-vittmi, il-kumpens u l-kooperazzjoni internazzjonali fil-forom attwali ta’ xogħol furzat, inkluż dawk relatati mat-traffikar.

    (153)

    Studji dwar l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u umani tat-traffikar tal-bnedmin u r-reviżjoni tal-funzjonament tal-Mekkaniżmi ta’ Riferiment Nazzjonali u Transnazzjonali tal-Istati Membri, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/anti-trafficking .

    (154)

         Ċentru Ewropew għall-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, ir-raba' rapport annwali, 15.05.2020.

    (155)

         http://www.eurojust.europa.eu/press/PressReleases/Pages/2020/2020-05-29.aspx

    (156)

         Id-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali, 2008/99/KE.

    (157)

         SWD(2020) 259 final.

    (158)

          https://wwf.be/fr/wildlife-cybercrime/ .

    (159)

      COM (2020) 796.

    (160)

    L-EMPACT hija għodda ta’ kooperazzjoni tal-pulizija tal-UE biex tindirizza l-aktar theddid serju għas-sigurtà tal-UE billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-servizzi rilevanti tal-Istati Membri, tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-aġenziji tal-UE, kif ukoll pajjiżi u organizzazzjonijiet terzi. L-EMPACT tiġbor flimkien il-partijiet ikkonċernati differenti (l-approċċ multidixxiplinari) biex ittejjeb u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll pajjiżi u organizzazzjonijiet terzi, inkluż is-settur privat.

    (161)

    Jiem ta’ Azzjoni Konġunta tal-EMPACT: “Operazzjoni Bosphorus”, 1 776 arma tan-nar issekwestrata (mit-2 sal-11 ta’ Novembru)., “Jiem ta’ azzjoni konġunta, Mobile 3”: ġew irkuprati aktar minn 350 karozza misruqa u aktar minn 1 000 parti li nsterqu tal-karozzi . (mit-12 sat-13 ta’ Ottubru), “ Jiem ta’ azzjoni konġunta kontra t-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament tal-ħaddiema”, l-uffiċjali identifikaw 715-il vittma potenzjali ta’ sfruttament tal-ħaddiema (mill-14 sal-20 ta’ Settembru) . “ Jiem ta’ azzjoni konġunta kontra l-kriminalità fix-Xlokk tal-Ewropa”, 51 arma ta’ tip differenti u 47 kilogramma ta’ drogi varji (Settembru) .

    (162)

    L-iskedi informattivi biċ-ċifri, bir-riżultati ddettaljati kollha, skont il-prijoritajiet kriminali tal-UE tal-EMPACT, jistgħu jiġu kkonsultati hawnhekk: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7623-2020-INIT/en/pdf , Doc 7623/20 5 Mejju 2020.

    (163)

    Kienet prevista evalwazzjoni indipendenti fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontinwazzjoni taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE rigward il-kriminalità organizzata u serja internazzjonali għall-perjodu 2018-2021 (7704/17).

    (164)

     Ara pereżempju l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Doganali (Customs Cooperation Working Party, CCWP). L-oqsma ewlenin għall-2020-2021 jinkludu: preżenza akbar ta’ uffiċjali doganali fl-Uffiċċji ta’ Kollegament fil-Europol, aċċess dirett tal-awtoritajiet doganali għall-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni tal-Europol (Secure Information Exchange Network Application, SIENA), rappreżentazzjoni aħjar tal-uffiċjali doganali fl-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol u l-parteċipazzjoni tal-Kapijiet tal-Pulizija u tad-Dwana fil-Konvenzjoni tal-Kapijiet tal-Pulizija Ewropea.

    (165)

    Il-frodi tas-sisa/VAT, it-traffikar tal-armi tan-nar, il-kriminalità ambjentali, il-finanzi kriminali, il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal.

    (166)

         Ir-Regolament (UE) 2018/1860, ir-Regolament (UE) 2018/1861, ir-Regolament (UE) Nru 2018/1862.

    (167)

         Is-SIS se tiġi aġġornata wkoll f’konformità mal-emendi proposti għar-Regolament tal-Europol (COM(2020) XXX)

    (168)

         COM(2020) 305.

    (169)

         Id-Direttiva (UE) 2016/681.

    (170)

         Is-Slovenja

    (171)

         SWD(2020) 174.

    (172)

    Il-qafas ta’ Prüm jippermetti l-iskambju awtomatizzat ta’ data dwar id-DNA, il-marki tas-swaba’ u r-reġistrazzjoni tal-vetturi bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Ġiet ippubblikata valutazzjoni tal-impatt tal-bidu.

    (173)

     Il-pajjiżi terzi proposti huma dawn li ġejjin: L-Alġerija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, it-Tuneżija u t-Turkija, COM(2020) 743 final.

    (174)

         it-18 ta’ Frar 2020.

    (175)

    Pjan direzzjonali dwar id-dimensjoni esterna tal-politika tal-UE dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12531-External-dimension-of-the-EU-policy-on-Passenger-Name-Records-

    (176)

         Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2107.

    (177)

         Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 2396 (2017).

    (178)

    Imsejħa l-Emenda 28 tal-Anness 9 (il-Faċilitazzjoni) tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Chicago”).

    (179)

         COM(2020) 609.

    (180)

         SWD(2020) 327 final.

    (181)

         Ir-Regolament 2019/817 u r-Regolament (UE) 2019/818.

    (182)

         Sistemi eżistenti: Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (Visa Information System, VIS), il-Eurodac u s-sistemi futuri: Is-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorization System, ETIAS), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (European Criminal Records Information System - third country nationals, ECRIS-TCN).

    (183)

     COM(2019)12

    (184)

         COM(2019) 3 final u COM(2019) 4 final.

    (185)

         Ir-Regolament (UE) 2018/1240 u r-Regolament (UE) 2018/1241.

    (186)

         COM(2020) 581.

    (187)

          Sistema ta’ informazzjoni antiċipata dwar il-merkanzija użata għall-valutazzjoni bikrija tar-riskju tas-sigurtà tal-movimenti kollha tal-merkanzija li taqsam il-fruntieri esterni.

    (188)

         Ir-Regolament 2019/1896.

    (189)

         Ir-Regolament 2019/1157.

    (190)

         L-UE allokat finanzjament ta’ madwar EUR 91 miljun għall-proġetti li jtejbu l-protezzjoni tal-infrastrutturi, inklużi t-theddid ċibernetiku u t-theddid fiżiku kombinati, rispons imtejjeb u rapidu għall-inċidenti, u skambju aħjar tal-informazzjoni.

    (191)

         Ir-Raggruppament 3, permezz ta’ Orizzont Ewropa se jappoġġa b’mod partikolari l-prijorità politika tal-Kummissjoni “Il-promozzjoni tal-istil ta’ ħajja Ewropew tagħna”, kif ukoll “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” u “Ewropa lesta għall-era diġitali”.

    (192)

         L-azzjonijiet ta’ Orizzont 2020 li jappoġġaw ir-rispons għall-pandemija jinsabu fuq: https://www.researchgate.net/publication/341287556.

    (193)

    Fil-21 ta’ Frar 2020, il-Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Operattiva dwar is-Sigurtà Interna kkonferma d-dikjarazzjoni tal-missjoni, il-karatteristiċi ewlenin, il-kompiti u l-governanza taċ-ċentru ta’ innovazzjoni tal-UE għas-Sigurtà Interna.

    (194)

         European Union Strategic Training Needs Assessment 2018-2021 (il-Valutazzjoni tal-Bżonnijiet ta’ Taħriġ Strateġiku tal-Unjoni Ewropea 2018-2021), ir-rapport EU-STNA , CEPOL.

    (195)

     https://www.nomoreransom.org/.

    (196)

     COM(2020)274.

    (197)

     COM(2020) 624.

    (198)

         https://ec.europa.eu/education/sites/education/files/document-library-docs/deap-communication-sept2020_en.pdf.

    (199)

         COM(2020) 625.

    (200)

         COM(2020) 628.

    (201)

     Sa issa, ġew iffinanzjati madwar 80 proġett li jkopru kwistjonijiet relatati mar-radikalizzazzjoni; aktar minn mitt proġett dwar kif jiġi evitat u miġġieled il-bullying ċibernetiku u aktar minn mitt proġett dwar l-edukazzjoni fil-qasam tal-użu kritiku u etiku tal-Internet bil-ħsieb li tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni online.

    (202)

       http://www.r2pris.org/ .

    (203)

         https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/promoting-our-european-way-life/european-security-union-strategy_en.

    (204)

    COM(2020) 258.

    (205)

    Il-pjattaforma se tlaqqa’ flimkien għall-ewwel darba l-atturi ewlenin fil-livell tal-UE inkluż in-Network Ewropew dwar id-Drittijiet tal-Vittmi, in-Network tal-UE tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-kumpens, il-Koordinatur tal-UE għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, l-aġenziji rilevanti bħall-Eurojust, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u s-soċjetà ċivili.

    Top

    Brussell, 9.12.2020

    COM(2020) 797 final

    ANNESS

    ma'

    L-Ewwel Rapport ta' Progress dwar l-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE












































    L-istat tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà















    I. Lista ta’ Direttivi u Deċiżjonijiet Qafas fejn għaddejjin proċeduri ta’ ksur

    -Il-Qafas Prüm 1 : għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra żewġ Stat Membri.

    -Id-Deċiżjoni Qafas dwar l-akkreditazzjoni ta’ servizzi forensiċi 2 : għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra żewġ Stat Membri.

    -Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal 3 (skadenza għat-traspożizzjoni: it-18.12.2013). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra 25 Stat Membru.

    -Id-Direttiva dwar l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni 4 (skadenza għat-traspożizzjoni: l-4.09.2015). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra erba' Stati Membri.

    -Id-Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska 5 (skadenza għat-traspożizzjoni: l-04.10.2016). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra tliet Stati Membri.

    -Id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq 6 (skadenza għat-traspożizzjoni: it-03.07.16). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra erba’ Stati Membru.

    -Ir-Raba’ Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus 7 (skadenza għat-traspożizzjoni: is-16.06.2017), għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra tmien Stati Membri.

    -Id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data (Law Enforcement Directive, LED) 8 (skadenza għat-traspożizzjoni: is-06.05.2018), għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra tliet Stati Membri.

    -Id-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-UE 9 (skadenza għat-traspożizzjoni: il-25.05.2018). Għaddejja proċedura ta’ ksur kontra Stat Membru wieħed.

    -Id-Direttiva dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi 10 (id-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar) (skadenza għat-traspożizzjoni: l-14.09.2018). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra 25 Stat Membru u r-Renju Unit.

    -Il-pakkett leġiżlattiv dwar sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) 11 (skadenza għat-traspożizzjoni: it-23.11.2018). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur għad-Direttiva (UE) 2017/2103 kontra ħames Stati Membri u għad-Direttiva Delegata (UE) 2019/369 kontra Stat Membru wieħed.

    -Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali 12 (skadenza għat-traspożizzjoni: is-06.07.2019). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur għal tliet Stat Membri.

    -Il-Ħames Direttiva Kontra l-Ħasil tal-Flus 13 (skadenza għat-traspożizzjoni: l-10.01.2020); għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra 16-il Stat Membru.

    -Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar 14 (skadenza għat-traspożizzjoni: is-17.01. 2020), għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra 18-il Stat Membru u r-Renju Unit.

    -Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal 15 (skadenza tat-traspożizzjoni: is-17.01.2020). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur għal 16-il Stat Membru u r-Renju Unit.

    -Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-Akkreditament tal-fornituri ta’ servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji (skadenza għat-traspożizzjoni fir-rigward tad-data tad-DNA, it-30.11.2013, u d-data dattiloskopika, it-30.11.2015). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur għal żewġ Stati Membri.

    -Id-Direttiva dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (id-Direttiva NIS) 16 (skadenza għat-traspożizzjoni: id-09.05.2018). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra tliet Stati Membri.

    -Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi 17 (skadenza għat-traspożizzjoni: is-16.11.2015). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra 11-il Stat Membru.

    -Id-Deċiżjoni Qafas dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew 18 (skadenza għat-traspożizzjoni: il-31.12.2003). Għaddejjin proċeduri ta’ ksur kontra seba' Stati Membri.

    -Id-Deċiżjoni Qafas dwar sentenzi ta’ kustodja 19 (skadenza għat-traspożizzjoni: il-5.12.2011). Għaddejja proċedura ta’ ksur kontra Stat Membru wieħed.

    -Id-Deċiżjoni Qafas dwar il-penali finanzjarji 20 (skadenza għat-traspożizzjoni: it-23.3.2007). Għaddejja proċedura ta’ ksur kontra Stat Membru wieħed.

    -Id-Deċiżjoni Qafas dwar miżuri ta’ superviżjoni 21 (skadenza għat-traspożizzjoni: l-1.12.2012). Għaddejja proċedura ta’ ksur kontra Stat Membru wieħed.

    -Id-Direttiva riveduta dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (skadenza għat-traspożizzjoni: id-19.09.2020). Tnedew proċeduri ta’ ksur kontra 23 Stat Membru.

    II. Lista ta’ Direttivi li għandhom jiġu trasposti qabel tmiem l-2020 u fl-2021

    -Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus 22 (skadenza għat-traspożizzjoni: Diċembru 2020).

    -Id-Direttiva li tiffaċilita l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali 23 (skadenza għat-traspożizzjoni: l-01.08.2021).

    -Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti  24 (skadenza għat-traspożizzjoni: Mejju 2021).

    III. Lista ta’ leġiżlazzjonijiet li għad iridu jiġu approvati mill-koleġiżlaturi

    -Ir-Regolament dwar kontenut terroristiku online 25 : għaddejjin it-trilogi.

    -Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni 26 : għaddejjin it-trilogi.

    -Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) 27 : sar ftehim proviżorju fit-8 ta’ Diċembru 2020.

    -Emendi konsegwenzjali għar- regolament dwar is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar ((European Travel Information and Authorisation System, ETIAS) 28 : Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu f’Mejju 2019, filwaqt li stenna li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu.

    -Ir-Regolament dwar l-aċċess transfruntier għall-evidenza elettronika 29 u d-Direttiva dwar ir-regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali 30 : Il-Kunsill adotta l-pożizzjonijiet tiegħu, filwaqt li stenna li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu.

    -Ir-Regolament interim dwar l-abbuż sesswali tat-tfal online 31 Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu, filwaqt li stenna li l-Parlament Ewropew jadotta l-pożizzjoni tiegħu.

    -Ir-Regolament dwar il-Programm Spazjali tal-Unjoni 32 : għaddejjin trilogi.

    -Il-Fond Ewropew għad-Difiża 33 : għaddejjin it-trilogi.

    (1)

         Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali.

    (2)

         Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/905/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-Akkreditament tal-fornituri ta' servizzi forensiċi li jwettqu attivitajiet tal-laboratorji.

    (3)

         Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/68/ĠAI.

    (4)

         Id-Direttiva 2013/40/UE tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI.

    (5)

         Id-Direttiva 2014/42/UE tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea.

    (6)

         Id-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq).

    (7)

         Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE.

    (8)

         Id-Direttiva (UE) 2016/680 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI.

    (9)

         Id-Direttiva (UE) 2016/681 tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja.

    (10)

    Id-Direttiva (UE) 2017/853 tas-17 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi.

    (11)

         Id-Direttiva (UE) 2017/2103 tal-15 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI sabiex id-definizzjoni ta' “droga” tinkludi sustanzi psikoattivi ġodda u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI; id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/369 tat-13 ta' Diċembru 2018 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2004/757/ĠAI rigward l-inklużjoni ta' sustanzi psikoattivi ġodda fid-definizzjoni ta’ “droga”.

    (12)

         Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali.

    (13)

         Id-Direttiva (UE) 2018/843 tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE.

    (14)

         Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/68 tas-16 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi.

    (15)

         Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/69 tas-16 ta' Jannar 2019 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi.

    (16)

         Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

    (17)

         Id-Direttiva 2012/29/UE tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità.

    (18)

         Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri.

    (19)

         Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea.

    (20)

         Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal pieni finanzjarji.

    (21)

         Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/829/ĠAI tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-applikazzjoni, bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal deċiżjonijiet dwar miżuri ta' superviżjoni bħala alternattiva għal detenzjoni proviżorja.

    (22)

         Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali.

    (23)

         Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI.

    (24)

         Id-Direttiva (UE) 2019/713 tas-17 ta' April 2019 dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI.

    (25)

         Il-Proposta għal Regolament għall-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online, COM(2018) 640 final, it-12 ta’ Settembru 2018.

    (26)

         Il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni, COM(2018) 630 final, it-12 ta’ Settembru 2018.

    (27)

         Il-Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, COM(2018), 302 final, is-16 ta’ Mejju 2018.

    (28)

    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226; u r-Regolament (UE) 2018/1241 tat-12 ta’ Settembru 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794 bil-għan li tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS).

    (29)

         Il-Proposta għal Regolament dwar l-Ordnijiet ta’ Produzzjoni u ta’ Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika f’materji kriminali, COM/2018/225 final, is-17 ta’ April 2018.

    (30)

         Il-Proposta għal Direttiva li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta’ rappreżentanti legali għall-finijiet tal-ġbir tal-evidenza fi proċeduri kriminali, COM/2018/226, is-17 ta’ April 2018.

    (31)

         Il-Proposta għal Regolament dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji mill-fornituri indipendenti tas-servizzi tal-komunikazzjoni interpersonali għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-fini tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online, COM(2020) 568 final, l-10 ta’ Settembru 2020.

    (32)

         Il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-programm spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali, COM(2018) 447 final, is-6 ta’ Ġunju 2018.

    (33)

         Il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża, COM(2018) 476 final, it-13 ta’ Ġunju 2018.

    Top

    Brussell, 9.12.2020

    COM(2020) 797 final

    ANNESS

    għall-

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW U LILL-KUNSILL

    L-Ewwel Rapport ta' Progress dwar l-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE

































    Pjan Direzzjonali għall-Implimentazzjoni


    Azzjonijiet

    Sitwazzjoni Attwali

    I. Ambjent ta’ sigurtà li jibqa’ validu fil-futur (infrastruttura kritika, ċibersigurtà, spazji pubbliċi)

    ·Proposta għal Direttiva dwar ir-reżiljenza ta’ entitajiet kritiċi

    ·Għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020

    · Rieżami tad-Direttiva NIS (Network and Information Security, Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni)

    ·Għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020

    · Is-servizzi finanzjarji transsettorjali jaġixxu dwar ir-reżiljenza operazzjonali u ċibernetika

    ·Adottata mill-Kummissjoni fit-23.09.2020

    · Reżiljenza tal-infrastruttura kritika tal-enerġija

    ·Konsultazzjoni kontinwa tal-operaturi tal-enerġija rilevanti u l-Istati Membri

    · Kodiċi tan-network dwar iċ-ċibersigurtà għall-flussi transfruntiera tal-elettriku

    ·Adozzjoni tal-Kummissjoni ppjanata għall-2022

    · Strateġija dwar iċ-Ċibersigurtà Ewropea

    ·Għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2020

    ·Emenda għall-istrumenti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE fid-dawl tad-diġitalizzazzjoni tagħhom

    ·Pjan ta’ adozzjoni tal-Kummissjoni fir-raba' kwart tal-2021

    · Ħolqien ta’ Unità Ċibernetika Konġunta

    ·Strateġija dwar iċ-Ċibersigurtà għandha tiġi adottata f’Diċembru 2020

    · Regoli komuni dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u dwar iċ-ċibersigurtà għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE

    ·Adozzjoni tal-Kummissjoni ppjanata għar--raba' kwart tal-2021

    · Żieda fil-kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi, inklużi l-ispazji ta’ qima

    ·Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE, li għandha tiġi adottata fid-9 ta’ Diċembru 2020

    · Kondiviżjoni tal-aħjar prattiki biex jiġi indirizzat l-użu ħażin tad-droni

    ·Kurrenti

    II. L-indirizzar tat-theddid li qed jevolvi (iċ-Ċiberkriminalità, l-infurzar modern tal-liġi, il-kontenut illegali online, it-theddid ibridu)

    ·Żgurar tal-implimentazzjoni sħiħa u adattata għall-iskop tal-leġiżlazzjoni dwar iċ-ċiberkriminalità (id-Direttiva 2013/40/UE)

    ·Il-proċedimenti ta’ ksur u t-tħejjijiet għal proċedimenti addizzjonali għadhom għaddejjin

    ·Tisħiħ tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi/ġudizzjarja fl-investigazzjonijiet diġitali

    ·Pjan ta’ azzjoni għall-Bini tal-Kapaċitajiet Diġitali għall-infurzar tal-liġi qed jitħejja, għandu jiġi adottat fl-2021

    ·Strateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal

    ·Adottata mill-Kummissjoni fl-24.07.2020

    · Proposti dwar id-detezzjoni u t-tneħħija tal-abbuż sesswali tat-tfal

    · Proposta għal żmien qasir: Adottata mill-Kummissjoni fl-10.09.2020

    ·Proposta fit-tul: Ħidma għaddejja - adozzjoni ppjanata għat-tieni kwart tal-2020

    · Stabbiliment ta’ approċċ tal-UE għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu: integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet dwar l-ibridi fit-tfassil tal-politika

    · Rieżami tal-protokoll operazzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-theddid ibridu (Playbook tal-UE), SWD(2016)227

    ·Proposta leġiżlattiva dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera (ara l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2021)

    Għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni fir-raba' kwart tal-2021

    III. Protezzjoni tal-Ewropej mit-terroriżmu u l-kriminalità organizzata

    · Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE

    ·Adottata mill-Kummissjoni fid-9.12.2020

    · Negozjati ma’ pajjiżi terzi għall-kooperazzjoni mal-Europol

    ·In-negozjati mat-Turkija għadhom għaddejjin. Fit-13 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati man-New Zealand.

    · Ftuħ ta’ negozjati ma’ 10 pajjiżi terzi għall-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Eurojust

    ·Rakkomandazzjoni għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-awtorizzazzjoni tan-negozjati ma’ 10 pajjiżi terzi ntbagħtet lill-Kunsill fid-19 ta’ Novembru 2020, sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni.

    · L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) Rakkomandazzjoni dwar ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi magħżula

    ·Rakkomandazzjoni għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza n-negozjati għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-UPPE u pajjiżi terzi magħżula.

    ·Adozzjoni ppjanata għat-tieni kwart tal-2021

    ·Aġenda dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin

    ·Saru konsultazzjonijiet immirati

    ·Adozzjoni ppjanata għall-ewwel kwart tal-2021

    ·Aġenda tal-UE dwar id-Droga u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2021-2025

    ·Adottata mill-Kummissjoni fl-24.07.2020

    ·Reviżjoni tal-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga

    ·Il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu ppubblikata u l-perjodu ta’ feedback għalaq fil-31. 07. 2020

    ·Adozzjoni ppjanata għall-ewwel kwart tal-2021

    · Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar

    ·Adottata mill-Kummissjoni fl-24.07.2020

    ·Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar

    ·Adozzjoni ppjanata għall-ewwel kwart tal-2021

    ·Rieżami tar-Regolament dwar l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni, u miżuri ta’ importazzjoni u tranżitu għall-armi tan-nar

    ·Adozzjoni ppjanata għar-raba' kwart tal-2021

    ·Rieżami tad-Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali

    ·Adozzjoni ppjanata għar-raba' kwart tal-2021

    ·Proposta għal Direttiva dwar l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi

    ·Adozzjoni ppjanata għat-tielet kwart tal-2021

    ·Rieżami tad-Direttiva 99/2008/KE dwar ir-Reati Ambjentali

    ·Adozzjoni ta’ proposta ppjanata għar-raba' kwart tal-2021

    ·Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar tal-migranti għall-2021-2025

    ·Il-konsultazzjonijiet jinsabu għaddejjin

    ·Adozzjoni ppjanata għat-tieni kwart tal-2021

    IV. Ekosistema tas-sigurtà Ewropea b’saħħitha

    ·It-tisħiħ tal-mandat tal-Europol

    ·Adottata mill-Kummissjoni fl-09.12.2020

    ·Reviżjoni tad-deċiżjonijiet ta’ Prüm

    ·Adozzjoni ppjanata għat-tieni kwart tal-2021

    ·“Kodiċi ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija” tal-UE u koordinazzjoni tal-pulizija fi żmen ta’ kriżi

    ·Adozzjoni ppjanata għar-raba' kwart tal-2021

    ·Reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri

    ·Adozzjoni ppjanata għat-tieni kwart tal-2021

    ·Skambju ta’ informazzjoni diġitali dwar każijiet ta’ terroriżmu transfruntier

    ·Adozzjoni ppjanata għar-raba' kwart tal-2021

    ·Pjattaforma ta’ kollaborazzjoni tal-IT għal Timijiet ta’ Investigazzjoni Konġunti

    ·Adozzjoni ppjanata għar-raba' kwart tal-2021

    ·Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni esterna tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri

    ·Pjan direzzjonali ppubblikat fl-24.07.2020

    ·Adozzjoni ppjanata għall-ewwel kwart tal-2021

    ·Tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Interpol

    ·Adozzjoni ppjanata għall-ewwel kwart tal-2021

    ·Qafas biex il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tiġi nnegozjata ma’ pajjiżi terzi ewlenin

    ·Adozzjoni ppjanata għat-tieni kwart tal-2022

    ·Standards ta’ sigurtà aħjar għall-karti tal-identità u d-dokumenti ta’ residenza (implimentazzjoni tar-Regolament 2019/1157)

    ·Għadha għaddejja (l-Istati Membri se jibdew joħorġu karti tal-identità u dokumenti ta’ residenza skont standards ta’ sigurtà aktar stretti minn Awwissu 2021)

    ·Ċentru Ewropew tal-Innovazzjoni għas-sigurtà interna

    ·Rapport ippjanat għar-raba' kwart tal-2020

    ·Tisħiħ u titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali (ECRIS u ECRIS-TCN)

    ·Adozzjoni tar-Rapport dwar il-funzjonament tal-ECRIS ippjanat għar-raba' kwart tal-2020/l-ewwel kwart tal-2021

    ·Adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni għal ECRIS-TCN ippjanati għall-2021.

    ·Proposta għal Regolament dwar Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni

    ·Negozjati għadhom għaddejjin (soġġett għall-konklużjoni tan-negozjati u l-adozzjoni tar-Regolament)

    Top