Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0608

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Pjan ta’ azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar

    COM/2020/608 final

    Brussell, 24.7.2020

    COM(2020) 608 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    Pjan ta’ azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar



    Pjan ta’ Azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar

    Werrej

    1.Introduzzjoni

    2.Il-kwistjoni

    3.Inizjattivi tal-UE

    4.Pjan ta’ azzjoni ġdid tal-UE 2020-2025

    4.1.L-istabbiliment ta’ indikaturi u rappurtar

    4.2.Prijoritajiet ġenerali

    4.2.1.Prijorità 1: Is-salvagwardja tas-suq leċitu u l-limitazzjoni tad-devjazzjoni

    4.2.2.Prijorità 2: Il-bini ta’ stampa ta’ intelligence aħjar

    4.2.3.Prijorità 3: Żieda fil-pressjoni fuq swieq kriminali

    4.2.4.Prijorità 4: It-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali

    5.Azzjonijiet speċifiċi għax-xlokk tal-Ewropa u l-kooperazzjoni tagħha mal-UE

    5.1.It-tfassil tal-attivitajiet għar-reġjun

    5.2.Governanza modernizzata biex jiġi żgurat twettiq effiċjenti

    5.2.1.L-issodisfar tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament biex jiġu indirizzati l-isfidi

    5.2.2.Tmexxija olistika biex jiġu implimentati l-attivitajiet tax-xlokk tal-Ewropa

    6.Konklużjonijiet



    1.Introduzzjoni

    Kmieni f’Lulju 2020, il-Europol, Franza u n-Netherlands ħabbru r-riżultati ta’ investigazzjoni konġunta transkonfinali kbira kontra netwerk kriminali kbir li wassal għas-sekwestru ta’ għexieren ta’ armi tan-nar awtomatiċi fin-Netherlands. Waqt irvellijiet f’Dijon (Franza) fl-aħħar ta’ Ġunju, żgħażagħ bi kburija ffilmjaw ruħhom b’armi ta’ attakk u pistoli. Fl-istess ħin, operazzjoni tal-pulizija fi Spanja żarmat netwerk kbir ta’ traffikar ta’ armi tan-nar, bil-qbid ta’ 730 arma u 21 arrest fil-pajjiż kollu. Dawn huma kollha eżempji tar-realtà tat-theddida tal-armi tan-nar illeċiti. Attivisti tal-lemin estrem qegħdin dejjem aktar fiċ-ċentru tal-attenzjoni għall-akkumulazzjoni tal-armi. Dan juri kif l-armi tan-nar jistgħu jżidu l-periklu kkawżat minn kriminalità serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu. Huwa stmat li fl-2017, 35 miljun arma tan-nar illeċita kienu proprjetà ta’ persuni ċivili fl-UE (56 % tat-total stmat tal-armi tan-nar) 1 . Skont dawk l-istimi, l-armi tan-nar illeċiti jissuperaw l-armi tan-nar miżmuma legalment fi tnax-il Stat Membru tal-UE 2 .

    Bħala żona mingħajr fruntieri interni, l-UE kellha rwol attiv kontra din it-theddida. Hija saħħet b’mod partikolari leġiżlazzjoni dwar l-armi tan-nar biex jiġi evitat li l-armi jaqgħu f’idejn ħżiena 3 . L-organizzazzjonijiet kriminali attivi fl-UE jiksbu prinċipalment armi tan-nar permezz ta’ konverżjoni illeċita ta’ armi li ma jikkaġunawx il-mewt u permezz tat-traffikar: jew permezz ta’ trasferimenti illeċiti bejn l-Istati Membri tal-UE jew permezz tal-kuntrabandu minn barra l-Unjoni Ewropea (l-aktar mix-xlokk tal-Ewropa) 4 . Matul l-aħħar snin, l-UE appoġġat l-iżvilupp ta’ koordinazzjoni b’saħħitha tal-infurzar tal-liġi f’dan il-qasam.

    Jifdal ħafna sfidi, b’sett ġdid ta’ azzjonijiet li jkunu meħtieġa biex iżommu l-pass ma’ dawk l-isfidi, kif kien identifikat b’mod partikolari mill-Evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjan ta’ azzjoni 2015-2019 dwar it-traffikar tal-armi tan-nar bejn l-UE u r-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa 5 . L-Unjoni Ewropea kif ukoll is-sħab tagħha, b’mod partikolari fix-Xlokk tal-Ewropa, iridu jirrispondu għal dawk l-isfidi billi jagħmlu t-traffikar tal-armi tan-nar prijorità tas-sigurtà tematikament trasversali. Minħabba n-natura komprensiva u multidixxiplinari tat-theddida, pjan ta’ azzjoni unifikat biss jista’ jipprovdi qafas koerenti għall-kooperazzjoni biex tiġi intensifikata l-kooperazzjoni internazzjonali skont il-ħtiġijiet, ir-rekwiżiti u l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi.

    Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi pjan ta’ azzjoni uniku kemm għall-UE kif ukoll għas-sħab tax-xlokk tal-Ewropa (il-Balkani tal-Punent, il-Moldova u l-Ukrajna) madwar erba’ prijoritajiet speċifiċi biex jiġu indirizzati l-lakuni legali li jifdal u l-inkonsistenzi fil-kontrolli tal-armi tan-nar li jxekklu l-kooperazzjoni tal-pulizija. Dan il-pjan ta’ azzjoni se jiddefinixxi attivitajiet għal ħsieb komuni u triq ’il quddiem komuni dwar kif għandha tiġi indirizzata t-theddida tal-armi tan-nar illeċiti.

    2.Il-kwistjoni

    Fl-2019 l-Europol innota li l-konklużjonijiet tal-Valutazzjoni ta’ Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata (SOCTA) tal-2017 jibqgħu validi u li l-proliferazzjoni u d-disponibbiltà tal-armi tan-nar illeċiti fl-Istati Membri tal-UE jżidu r-riskju tal-użu tagħhom f’attakki terroristiċi u l-kriminalità organizzata. Madankollu, huwa ddikjara li “bidliet fil-modi operandi, fir-rotot u fiż-żoni ġeografiċi affettwati minn xi attivitajiet kriminali jistgħu jindikaw xi żviluppi fit-tul u bidliet li jaffettwaw il-kriminalità”. It-traffikar, id-distribuzzjoni u l-użu illeċiti tal-armi tan-nar “jibqgħu theddida kbira”. B’mod partikolari, “żdied il-bejgħ ta’ armi tan-nar diżattivati, riattivati u kkonvertiti.” 6 L-armi tan-nar illeċiti huma aċċessibbli aktar faċilment onlajn (b’mod partikolari fuq id-dark web) u l-kummerċ tagħhom qed isir dejjem aktar minn kriminali individwali flimkien ma’ gruppi ta’ kriminalità organizzata. Il-biċċa l-kbira tal-armi tan-nar illeċiti huma pistoli u azzarini (34 % u 27 % tas-sekwestri, rispettivament).

    Studju reċenti 7 identifika 23 inċident ta’ sparar fuq il-massa li seħħew fl-ispazju (semi)pubbliku fl-Ewropa fil-perjodu 2009-2018, li ħallew 341 persuna mejta. Fl-2015, l-Europol irreġistrat 57 inċident terroristiku li fihom intużat arma tan-nar. 8 Fl-2017, intużaw l-armi tan-nar f’41 % mill-attakki terroristiċi kollha, żieda żgħira meta mqabbla mal-2016 (38 %). 9  Il-ħidma reċenti ta’ każijiet tal-Eurojust tikkonferma li armi tan-nar illeċiti ġew użati f’attakki terroristiċi f’diversi okkażjonijiet u li n-netwerks tat-traffikar interaġixxew ma’ terroristi individwali jew ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi. Il-koordinazzjoni ta’ investigazzjonijiet transkonfinali mill-Eurojust wasslet għas-sekwestru ta’ armi tan-nar illeċiti f’diversi każijiet.

    Dawn it-tendenzi huma ġeneralment ikkonfermati mill-aħħar data miġbura mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC) 10 : fl-UE bejn l-2016 u l-2017, is-snieter kienu jammontaw fuq medja għal 30 % tas-sekwestri, segwiti mill-pistoli (22 %), l-azzarini (15 %) u r-rivolvers (8 %), filwaqt li s-submitraljatriċi u l-mitraljatriċi kienu jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-armi tan-nar sekwestrati l-oħra (2 %). Fl-Ewropa kollha kemm hi, is-sekwestri jidhru li huma mqassma b’mod aktar indaqs bejn il-pistoli (35 %), l-azzarini (27 %) u s-snieter (22 %). L-Ewropa titqies bħala wieħed mill-punti tat-tluq ewlenin għall-flussi illeċiti, iżda dawk il-flussi jibqgħu l-aktar fil-kontinent. Barra minn hekk, it-tipi ta’ armi ssekwestrati jinkludu proporzjon sinifikanti ta’ armi li mhumiex armi tan-nar (bħall-armi li jisparaw in bjank u tal-gass), li jissottolinja t-theddida tal-konverżjoni ta’ dawn l-armi f’armi tan-nar illeċiti.

    11 L-Europol u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jenfasizzaw li l-gruppi illegali tal-muturi jittraffikaw l-armi tan-nar madwar l-UE. Ħafna mill-gruppi tal-kriminalità organizzata attivi fit-traffikar tal-armi tan-nar huma polikriminali u huma involuti wkoll fit-traffikar tad-drogi, fil-kriminalità organizzata tal-proprjetà, fit-traffikar tal-migranti, fil-ħasil tal-flus u fil-kriminalità vjolenti. F’xi Stati Membri (bħall-Iżvezja u d-Danimarka) kien hemm żieda notevoli fil-livelli ta’ omiċidju u delitti vjolenti oħra, akkumpanjati minn żieda rrappurtata fl-użu ta’ armi potenzjalment letali bħall-armi tan-nar, is-skieken u l-isplussivi. Fl-Iżvezja, fl-2017 seħħew 40 mewta li kienu ġejjin mill-użu ta’ pistoli, 33,3 % aktar mis-sena ta’ qabel.

    12 13 14 Diversi rapporti dwar il-valutazzjoni tat-theddid mill-Europol ikkonfermaw li l-Balkani tal-Punent jibqgħu fost ir-reġjuni fornituri ewlenin tat-traffikar lejn l-UE, u semmew il-ħtieġa li jiżdied il-fluss ta’ informazzjoni u intelligence bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent. It-theddida li tinsab għaddejja f’dan ir-reġjun kienet ikkonfermata minn diversi studji, li l-aktar wieħed reċenti minnhom jenfasizza li l-armi li ntużaw f’attakki terroristiċi fl-UE “nkisbu permezz tas-swieq lokali tal-armi tan-nar illeċiti u nstabu li joriġinaw mill-Balkani”. Dan l-istess istudju identifika wkoll lill-Balkani “bħala l-fornituri ewlenin tal-armi tan-nar illeċiti fl-Ewropa” u tkellem dwar “ir-rabta bejn il-Balkani u l-armi ħfief li jintużaw fl-Istati Membri tal-UE f’diversi tipi ta’ attività kriminali”. Dan ġie kkonfermat mill-aħħar Studju Globali tal-UNODC dwar l-Armi tan-Nar, skont liema l-Balkani tal-Punent jibqgħu sors ta’ armi tan-nar illeċiti, b’mod partikolari l-azzarini tal-assalt, minħabba differenzi sinifikanti fil-prezzijiet mal-Ewropa tal-Punent.

    Il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi intra-UE u internazzjonali toffri potenzjal kbir għal titjib. L-oqfsa legali u d-definizzjonijiet nazzjonali jibqgħu diverġenti, li jimpedixxi approċċi konġunti, u xorta jistgħu jiġu sfruttati mill-kriminali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għadhom ’il bogħod milli jittrasponu u jimplimentaw bis-sħiħ id-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar 15 . Fl-24 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni bagħtet 20 opinjoni motivata lill-Istati Membri li ma kinux innotifikaw it-traspożizzjoni sħiħa tad-Direttiva 16 . Minbarra dan, f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 258/2012 dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ armi tan-nar ċivili, li identifikat lakuni minħabba nuqqas ta’ implimentazzjoni omoġenja 17 . F’April 2018 din kienet segwita minn Rakkomandazzjoni li titlob li jissaħħu r-regoli tal-UE biex jittejbu t-traċċabbiltà u s-sigurtà tal-proċeduri ta’ kontroll tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni tal-armi tan-nar u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar 18 .

    Minkejja l-isforzi, b’mod partikolari l-Istudju Globali tal-UNODC dwar l-Armi tan-Nar iffinanzjat mill-Kummissjoni, l-istampa tal-intelligence għadha mhix konsistenti minħabba n-nuqqas ta’ data komprensiva u komparabbli dwar is-sekwestru tal-armi tan-nar madwar il-kontinent. L-iskambju ta’ informazzjoni għal finijiet ta’ intelligence u ta’ tfassil ta’ profili huwa limitat minn limitazzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali biex tiġi kondiviża l-informazzjoni (kif ukoll data mhux personali bħal data ballistika) barra minn investigazzjoni speċifika. Il-problema hija intensifikata minn nuqqas ta’ komunikazzjoni u koordinazzjoni bejn amministrazzjonijiet differenti, fi ħdan il-pajjiżi u fil-livell transnazzjonali. 20 Stat Membru tal-UE 19 u 4 sħab tal-Balkani tal-Punent 20 għandhom stabbilita forma ta’ Punt Fokali dwar l-Armi tan-Nar. Madankollu, dawn ġeneralment ma jiġux ipprovduti bil-kompetenzi xierqa (għall-kontroll amministrattiv, il-ġbir tad-data tal-infurzar tal-liġi, l-aċċess għal bażijiet tad-data, l-intraċċar, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-forensika) u l-persunal irrakkomandat mill-gwida tal-aħjar prattika żviluppata mill-esperti nazzjonali fil-qasam tal-armi tan-nar. 21  

    Barra minn hekk, it-traffikar tal-armi tan-nar mhuwiex ikkriminalizzat b’mod ugwali: mhux it-trasferiment transfruntier mhux awtorizzat kollu tal-armi jikkwalifika bħala traffikar, f’kontradizzjoni mal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-Nar 22 . Dan xi kultant iwassal għal nuqqas ta’ infurzar u sanzjonijiet. Huwa jillimita wkoll il-konfiska tar-rikavati mill-kriminalità ġġenerati mit-traffikar tal-armi tan-nar. Approċċi nazzjonali differenti jipprevjenu operazzjonijiet transfruntiera konġunti bħal kunsinni kkontrollati.

    B’mod partikolari fix-xlokk tal-Ewropa, għad hemm bżonn ta’ ħidma importanti biex l-amministrazzjonijiet nazzjonali jilħqu l-ogħla standards u jiżguraw kontroll effiċjenti tal-armi tan-nar. Il-ħtiġijiet ivarjaw b’mod partikolari mit-twaqqif ta’ bażijiet ta’ data nazzjonali, kapaċitajiet ballistiċi biex jiżguraw il-kundizzjonijiet tal-ħażniet u kampanji ta’ ċedimenti volontarji. F’termini ta’ governanza, ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni 2015-2019 innota li “Il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-reġjun tal-Ewropa tax-Xlokk għadha diffiċli minħabba l-eżistenza ta’ għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati, li mhux dejjem ikunu kkoordinati,”, “duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-laqgħat” u “nuqqas ta’ approċċ baġitarju integrat u komprensiv fil-livell tal-UE”.

    Qed jitfaċċaw ukoll tendenzi ġodda fl-UE u fost il-ġirien Ewropej, li spiss jiffaċċjaw sfidi simili. Dawn it-tendenzi jinkludu bidliet fit-tekniki tal-konverżjoni biex l-armi għall-isparar in bjank jew tal-gass u tal-allarm jinbidlu f’armi tan-nar u metodi ġodda ta’ ħabi. Il-kriminali jippruvaw ukoll jevadu l-leġiżlazzjoni billi jibdlu l-kanna ta’ armi b’kalibru Flobert disponibbli faċilment (armi ta’ kalibru żgħir b’qawwa baxxa ddisinjati għal sparar tat-tip “living-room”). It-titjib teknoloġiku fl-istampar 3D fil-futur jista’ jiffaċilita l-manifattura illeċita tal-armi tan-nar. Qed jitfaċċaw mudelli ġodda ta’ distribuzzjoni, inkluż it-traffikar ta’ partijiet tal-armi tan-nar permezz ta’ servizz veloċi tal-konsenja tal-pakketti u dak postali, li b’mod partikolari rriżultaw f’bidla minn esportazzjonijiet ta’ armi ta’ konflitt tradizzjonali mill-Balkani tal-Punent għal importazzjonijiet ta’ armi ġodda mill-Ewropa tal-Punent lejn il-Balkani jew ta’ komponenti essenzjali mhux immarkati mill-Istati Uniti. Il-kunflitti armati fil-viċinat tal-Lvant tal-UE joħolqu wkoll sorsi potenzjali ta’ armi illeċiti fl-UE.

    Il-kunflitti armati mtawla b’riperkussjonijiet reġjonali wiesgħa fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq (MENA) ikomplu jiġu stimulati mid-devjazzjoni u t-traffikar tal-armi tan-nar. It-traffikar tal-armi tan-nar f’dan ir-reġjun huwa ffaċilitat minn raġunijiet differenti, inklużi ħażniet mhux assigurati tajjeb u d-devjazzjoni ta’ armi tan-nar legali li joriġinaw ukoll mill-produzzjoni leċita u l-esportazzjoni awtorizzata tal-Istati Membri tal-UE. Fl-Afrika, it-traffikar tal-armi tan-nar jikkontribwixxi għall-instabbiltà tar-reġjun.

    3.Inizjattivi tal-UE 23  

    L-UE ilha tidentifika t-traffikar tal-armi tan-nar bħala theddida kbira għaċ-ċittadini. Dan wassal lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi politika speċifika biex tindirizza din il-kwistjoni fil-Komunikazzjoni tal-2013 dwar l-Armi tan-Nar 24 u fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà tal-2015 25 . Fl-2014, l-Istati Membri pproduċew l-ewwel pjan ta’ azzjoni operazzjonali dwar il-kriminalità bħala parti mill-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (EMPACT Firearms) fil-kuntest taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE 2014-2018, taħt it-taqsima dwar l-“Armi tan-nar”. 26  

    L-UE ilha mill-2002 tipprovdi għajnuna lill-Balkani tal-Punent permezz ta’ għadd konsekuttiv ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill PESK li jipprovdu finanzjament għal proġetti għall-kontroll ta’ armi ħfief b’valur ta’ kważi EUR 30 miljun. L-attivitajiet koperti inkludew għadd kbir ta’ oqsma, li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kontroll tal-armi żgħar u għall-ġlieda u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-armi. L-aħħar Deċiżjoni tal-Kunsill tal-PESK, li tirrappreżenta ammont bla preċedent ta’ EUR 11,8 miljun, kienet proposta mir-Rappreżentant Għoli u adottata mill-Kunsill f’Diċembru 2019 u hija valida għal erba’ snin. Is-sieħeb ewlieni ta’ implimentazzjoni għall-UE tal-assistenza pprovduta lir-reġjun kien iċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC 27 ). Hija applikat approċċ reġjonali komprensiv għall-kontroll tal-armi tan-nar fir-reġjun, inkluż it-titjib fl-immarkar, it-traċċar u ż-żamma ta’ rekords; infurzar tal-liġi mtejjeb; sigurtà fiżika mtejba u ġestjoni tal-ħażniet imtejba; is-sensibilizzazzjoni u l-politika dwar il-ġeneri; u t-trasparenza tal-esportazzjonijiet tal-armi. Dan l-appoġġ sostnut fit-tul għall-Balkani tal-Punent ikkontribwixxa għall-bini ta’ fiduċja fost l-awtoritajiet nazzjonali tar-reġjun u għen biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali.

    F’Diċembru 2014, l-UE u s-sħab tagħha tal-Balkani tal-Punent approvaw pjan ta’ azzjoni dwar it-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar bejn l-UE u r-reġjun tax-xlokk tal-Ewropa għall-2015-2019. 28 Wara l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi, f’Novembru 2015 il-Kummissjoni pproponiet li tkompli ssaħħaħ il-qafas legali tal-UE biex jingħalqu diversi lakuni, u dan wassal għal reviżjoni tad-“Direttiva dwar l-Armi tan-nar”. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ppubblikat “Pjan ta’ azzjoni tal-UE ġdid kontra t-traffikar u l-użu illeċiti ta’ armi tan-nar u splussivi 29 .

    Fl-2018, il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar “Elementi lejn Strateġija tal-UE kontra l-Armi tan-Nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir illeċiti u l-Munizzjoni tagħhom 30 ġiet approvata mill-Kunsill, filwaqt li nbidlet fi Strateġija tal-UE kompluta. 31  

    Ir-rieda tal-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent li jindirizzaw b’mod konġunt il-lakuni li kien jifdal permezz ta’ approċċ reġjonali ġiet artikolata dan l-aħħar permezz tal-iżvilupp tal-Pjan Direzzjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illeċitu, l-użu ħażin u t-traffikar tal-SALW u l-munizzjon tagħhom (minn hawn ’il quddiem il-Pjan Direzzjonali Reġjonali 32 ) adottat fis-Summit ta’ Londra tal-proċess ta’ Berlin fl-10 ta’ Lulju 2018. Din l-inizjattiva aktar tard irċeviet appoġġ finanzjarju mill-UE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2018 33 .

    L-iżvilupp ta’ azzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE fil-qasam tal-aspetti tal-infurzar tal-liġi tal-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar ġie żviluppat prinċipalment permezz ta’ EMPACT Firearms. Dan iffoka fuq l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet nazzjonali kontra t-traffikar tal-armi tan-nar, fuq l-iżvilupp ta’ skambju operazzjonali ta’ informazzjoni mal-Istati Membri u mal-Europol u ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll konġunt.

    Il-Kummissjoni, permezz tal-Fond għas-Sigurtà Interna - il-Pulizija, appoġġat u ppromwoviet finanzjarjament diversi studji bħall-programmi ta’ riċerka EFFECT, 34 FIRE 35 u SAFTE 36 , biex ittejjeb l-għarfien dwar it-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar li jkopri inter alia t-traffikar onlajn u d-devjazzjoni tal-kummerċ legali. Il-Kummissjoni ffinanzjat il-Programm Globali tal-UNODC dwar l-Armi tan-nar biex tiġbor u tanalizza informazzjoni u data kwantitattivi u kwalitattivi dwar it-traffikar tal-armi tan-nar 37 .

    Il-Kummissjoni, permezz tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (Instrument contributing to Stability and Peace, IcSP), iffinanzjat ukoll il-ħidma tal-Programm Globali tal-UNODC dwar l-Armi tan-Nar lejn l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar l-Armi tan-Nar f’pajjiżi sħab. L-INTERPOL bl-istess mod irċeviet appoġġ finanzjarju għall-ħolqien u l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Reġistrar u t-Traċċar ta’ Armi Illeċiti (iARMS) tagħha.

    Il-Kummissjoni u l-Kunsill kienu wkoll qed jappoġġaw il-ġbir volontarju ta’ armi tan-nar illeċiti, il-qerda ta’ armi u munizzjon żejda, is-sigurtà fiżika u l-ġestjoni tal-ħażniet, l-iżvilupp tal-kapaċità għall-immarkar, iż-żamma ta’ rekords u t-traċċar, l-iżvilupp tal-kapaċità għall-kontroll tal-esportazzjoni tal-armi, u l-appoġġ għall-monitoraġġ tal-embargos u t-traċċar ta’ armi ddevjati.

    4.Pjan ta’ azzjoni ġdid tal-UE 2020-2025

    4.1.L-istabbiliment ta’ indikaturi u rappurtar

    Il-pjanijiet ta’ azzjoni preċedenti ma ikinux jinkludu indikaturi xierqa, u dan ikkomplika l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tagħhom. Fl-2018, l-imsieħba tal-Balkani tal-Punent u diversi Stati Membri tal-UE żviluppaw indikaturi utli fil-kuntest tal-Pjan Direzzjonali reġjonali. Dawn l-indikaturi, li ġew żviluppati mill-awtoritajiet fil-Balkani tal-Punent bl-appoġġ tas-SEESAC, ġew imfaħħra mill-partijiet ikkonċernati kollha involuti.

    Il-Kummissjoni tipproponi li jintużaw indikaturi simili għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-effiċjenza tal-pjan ta’ azzjoni l-ġdid għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar, bi ġbir sistematiku ta’ data dwar il-kriminalità u l-ġustizzja kriminali madwar l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi (il-pulizija, id-dwana, il-prosekuturi u s-servizzi tal-qorti). Fost l-oħrajn, dawk l-indikaturi jinkludu l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-għadd ta’ sekwestri, l-għadd ta’ prosekuzzjonijiet u kundanni għat-traffikar tal-armi tan-nar, l-għadd ta’ liċenzji tal-esportazzjoni u kontrolli ta’ wara l-vjeġġi, l-għadd ta’ Punti Fokali dwar l-Armi tan-Nar stabbiliti, l-għadd ta’ armi ċeduti, legalizzati, deattivati jew meqruda (ara l-Anness 4 għal aktar dettalji). Fejn rilevanti, l-indikaturi korrispondenti huma msemmija hawn taħt wara kull azzjoni.

    Kull sena l-Kummissjoni Ewropea se titlob lill-Istati Membri tal-UE u lis-sħab tax-xlokk tal-Ewropa, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (CFSP) 2018/1788, biex jipprovdu data relatata mal-indikaturi tal-prestazzjoni, flimkien ma’ evidenza konkreta (pereżempju l-qerda), meta jkun rilevanti, sabiex ikun hemm evalwazzjoni aġġornata tal-attivitajiet annwali. Il-Kummissjoni se tappoġġa lill-awtoritajiet kompetenti billi tiżviluppa metodoloġija u gwida ċara għal dan ir-rappurtar, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-EMPACT Firearms.

    4.2.Prijoritajiet ġenerali

    4.2.1.Prijorità 1: Is-salvagwardja tas-suq leċitu u l-limitazzjoni tad-devjazzjoni 

    Il-Kummissjoni Ewropea se ssaħħaħ l-impenn tagħha biex tiżgura li d-Direttiva dwar l-Armi tan-nar u l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni korrispondenti tagħha jiġu trasposti b’mod korrett u infurzati b’mod effettiv mill-Istati Membri kollha. Hija se tibqa’ tuża s-setgħat kollha mogħtija mit-Trattat għal dak il-għan. L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-nar mill-Istati Membri hija prijorità. Il-Kummissjoni tħeġġeġ lis-sħab tax-xlokk tal-Ewropa biex japprossimaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-kontrolli legali mal-istandards tal-UE u dawk internazzjonali. [Azzjoni 1.1 – KPI 1] Sabiex tgħin lill-Istati Membri u lis-sħab tax-xlokk tal-Ewropa, il-Kummissjoni se tiżviluppa mal-Europol tabella ta’ referenza tal-armi tan-nar fil-livell tal-UE li tippermetti klassifikazzjoni faċli tal-armi tan-nar skont il-kategoriji tal-UE. [Azzjoni 1.2]

    Kif meħtieġ mid-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar, kmieni fl-2021 il-Kummissjoni se tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni tagħha. B’dan il-mod, din se teżamina modi ta’ kif għandu jiġi indirizzat bl-aħjar mod it-theddid emerġenti u futur, b’mod partikolari dwar l-armi tan-nar “Flobert” u l-istampar 3D tal-armi tan-nar. [Azzjoni 1.3]

    Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-kontrolli fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ armi tan-nar ċivili, [Azzjoni 1.4 – KPI 6] b’mod partikolari biex teżamina modi biex ittejjeb it-traċċabbiltà (marki armonizzati tal-importazzjoni), għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali biex tiġi evitata l-evażjoni tal-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, u biex tiżdied is-sigurtà tal-proċeduri ta’ kontroll fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-armi tan-nar (aktar ċarezza fil-proċeduri ssimplifikati). Hija se teżamina kif għandha tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-Regolament Nru 258/2012 u d-Direttiva dwar l-Armi tan-nar, pereżempju biex jiġu indirizzati aħjar l-importazzjonijiet ta’ armi tal-allarm u tas-sinjal li jistgħu jinbidlu faċilment, jew biex jiġu applikati kontrolli tal-esportazzjoni għall-armi kollha rregolati mid-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat infurzar robust tar-regoli tagħha, il-Kummissjoni għandha wkoll l-intenzjoni li tagħmel applikabbli s-sistema ta’ protezzjoni tal-informatur stabbilita bid-Direttiva (UE) 2019/1937 38 għal persuni li jirrappurtaw ksur tar-Regolament Nru 258/2012 kif emendat.

    Fl-aħħar nett, biex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti tan-NU, 39 il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi sħab biex jimplimentaw kontrolli effettivi tal-armi tan-nar u żżid l-impenn tagħha biex tikkonverġi lejn l-ogħla standards biex jiġi żgurat traċċar effiċjenti u biex jiġi evitat li l-armi tan-nar jidħlu fis-swieq illeċiti. [Azzjoni 1.5 – KPI 1] 

    4.2.2.Prijorità 2: Il-bini ta’ stampa ta’ intelligence aħjar

    Il-Kummissjoni ttenni r-rakkomandazzjoni tagħha lill-Istati Membri biex sistematikament jikkontribwixxu għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen b’informazzjoni dwar armi tan-nar mitlufa u misruqa, kif ukoll armi mibjugħa li huma suxxettibbli għal konverżjoni faċli f’armi tan-nar, u jikkonsultawha meta jissekwestraw arma. [Azzjoni 2.1 – KPI 9.8] Il-Kummissjoni se tipprovdi l-appoġġ tagħha għal inizjattivi li jippermettu tiftix u/jew dħul simultanji mill-awtoritajiet nazzjonali kemm fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen kif ukoll fl-iARMS tal-INTERPOL, u tħeġġeġ lill-Istati Membri jwieġbu għas-sejħa tal-INTERPOL għal voluntiera biex jittestjaw il-karatteristiċi l-ġodda. [Azzjoni 2.2 – KPI 9.6] Huwa kruċjali li l-intelligence operazzjonali u strateġika kollha u l-informazzjoni relatata mar-riskju, rilevanti għad-dwana, ikunu mgħoddija awtomatikament lis-Sistema Komuni ta’ Ġestjoni tar-Riskji Doganali (CRMS). [Azzjoni 2.3 – KPI 9.9] L-Istati Membri u s-sħab tax-xlokk tal-Ewropa jenħtieġ li jirreġistraw b’mod sistematiku armi tan-nar misruqa u mitlufa fl-iARMS. [Azzjoni 2.4 - KPI 9.6]

    Filwaqt li tibni fuq il-proġett implimentat mill-UNODC, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex tistabbilixxi ġbir sistematiku u armonizzat ta’ data dwar is-sekwestru tal-armi tan-nar, [Azzjoni 2.5 – KPI 4] u tippubblika statistika annwali kif isir biex jiġi analizzat il-qbid tad-droga 40 . Dan jipprovdi informazzjoni utli lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, b’mod partikolari biex jgħinhom jidentifikaw tendenzi ġodda ta’ traffikar u jistabbilixxu profili ta’ riskju raffinati. Biex tagħmel dan, u abbażi tax-xogħol ta’ tħejjija mwettaq minn diversi atturi bħall-Europol, il-Frontex, l-UNODC, l-EMPACT Firearms u s-sħab tax-xlokk tal-Ewropa, il-Kummissjoni se tipproponi formola komuni għar-rappurtar tas-sekwestri. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Europol, se tesplora jekk huwiex fattibbli li tintroduċi fil-livell tal-UE għodda biex jiġu segwiti f’ħin reali inċidenti relatati mal-armi tan-nar u tiġi żviluppata stampa aġġornata b’mod permanenti. [Azzjoni 2.6 – KPI 10] Meta tagħmel dan, hija se tispira ruħha mill-proġett FIRE 2017 iffinanzjat mill-UE 41 u mill-Pjattaforma għall-Monitoraġġ ta’ Vjolenza bl-Armi li tkopri x-xlokk tal-Ewropa 42 .

    It-traffikar tal-armi tan-nar jista’ jsir ukoll fis-swieq tad-dark web. Il-Kummissjoni se timplimenta l-azzjoni preparatorja proposta mill-Parlament Ewropew dwar il-monitoraġġ bla waqfien tad-darknet. [Azzjoni 2.7] Barra minn hekk, fil-qafas taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE, il-Europol se tkompli tgħin lill-Istati Membri fil-ġbir tal-informazzjoni u fil-bini ta’ stampa ta’ intelligence soda dwar l-użu tad-darknet għall-kummerċ illeċitu tal-armi tan-nar.

    4.2.3.Prijorità 3: Żieda fil-pressjoni fuq swieq kriminali

    Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-sħab tax-xlokk tal-Ewropa biex ilestu l-istabbiliment ta’ Punti Fokali dwar l-Armi tan-nar b’persunal sħiħ u mħarreġ sew f’kull ġuriżdizzjoni, kif irrakkomandat mill-Gwida tal-aħjar prattika tal-esperti nazzjonali 43 . [Azzjoni 3.1 – KPI 7.1] Dawn il-punti fokali jenħtieġ li jkunu assoċjati sistematikament ukoll mal-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Azzjoni tan-NU dwar Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir u tal-Istrument Internazzjonali tat-Traċċar. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni se tippubblika tabella ta’ valutazzjoni ta’ dawk il-punti fokali, li tistabbilixxi b’mod ċar id-dettalji ta’ kuntatt u l-kompetenzi tagħhom. [Azzjoni 3.2 – KPI 7.1]

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux dan 44 biex jirratifikaw il-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Armi tan-nar, li jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni sabiex jiġu evitati, miġġielda u eliminati l-manifattura u t-traffikar illeċiti tal-armi tan-nar. [Azzjoni 3.3 – KPI 1.5] Il-Kummissjoni se tibda wkoll konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati biex teżamina jekk jeżistux lakuni fil-qafas leġiżlattiv u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu stabbiliti standards komuni tal-liġi kriminali dwar it-traffikar tal-armi tan-nar u l-manifattura illeċita, skont l-Artikolu 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. [Azzjoni 3.4 – KPIs 1.5 u 8] F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se teżamina l-fattibbiltà tar-regoli abilitanti tal-kooperazzjoni tal-pulizija biex jiġi żgurat traċċar aktar sistematiku tal-armi maqbuda, biex tiġi skambjata l-intelligence barra minn investigazzjonijiet speċifiċi, tiġi kondiviża data ballistika b’mod aktar faċli u sistematiku, jew jitwettqu kunsinni kkontrollati.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri u lis-sħab tax-xlokk tal-Ewropa biex itejbu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (id-dwana, il-pulizija u l-gwardji tal-fruntieri), iżda wkoll mal-prosekuturi u l-ispeċjalisti forensiċi, biex jindirizzaw is-sorsi u r-rotot prinċipali ta’ armi tan-nar illeċiti, b’ispirazzjoni min-Network ta’ Esperti tal-Armi tan-Nar tal-Ewropa tax-Xlokk. [Azzjoni 3.5 – KPI 3] Huma jenħtieġ li jiżviluppaw b’mod drammatiku l-għarfien espert tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom dwar it-theddida tal-armi tan-nar, il-qafas legali u l-għodda ta’ kooperazzjoni internazzjonali tiegħu, b’mod partikolari billi jagħmlu użu aħjar mill-opportunitajiet ta’ taħriġ offruti mis-CEPOL, u jiżviluppaw taħriġ kaskata biex itejbu l-valur miżjud tiegħu. [Azzjoni 3.6 – KPI 7.2]

    Il-Kummissjoni tistieden lill-Europol, lill-Istati Membri u lis-sħab tax-xlokk tal-Ewropa biex iżommu fokus fuq każijiet ta’ armi tan-nar fil-qafas ta’ operazzjonijiet u azzjonijiet ta’ pattulji ċibernetiċi kontra swieq tad-dark web billi jikkoordinaw mill-qrib il-Jum ta’ Azzjoni Konġunta tal-Pattulji Ċibernetiċi u investigazzjonijiet tad-dark web mat-tim tad-dark web tal-Europol. [Azzjoni 3.7 – KPI 9.4]

    Il-Kummissjoni se ttejjeb ukoll il-kooperazzjoni bejn l-infurzar tal-liġi u l-operaturi tal-konsenja tal-pakketti u tal-posta, biex tiżgura sorveljanza aktar stretta tal-vjeġġi li jkun fihom l-armi tan-nar jew il-komponenti tagħhom. B’mod partikolari se teżamina sa liema punt l-intelliġenza artifiċjali tista’ tintuża biex tidentifika b’mod partikolari permezz ta’ skennjar bir-raġġi X partijiet ta’ armi moħbija fil-massa ta’ kunsinni żgħar. [Azzjoni 3.8] Din se tipproponi wkoll memorandum ta’ qbil fil-livell tal-UE bejn l-operaturi tal-konsenja tal-pakketti u l-awtoritajiet tal-pulizija u tad-dwana, biex ittejjeb il-komunikazzjoni tad-data relatata mal-armi tan-nar u mal-partijiet tal-armi tan-nar u l-mod kif jistgħu jappoġġaw lil xulxin, abbażi tal-aħjar prattiki diġà implimentati fil-livell nazzjonali. [Azzjoni 3.9] Dan se joħloq kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li jevita l-istabbiliment ta’ xi operaturi fejn il-kontrolli huma inqas stretti.

    4.2.4.Prijorità 4: It-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali

    Il-kooperazzjoni bejn l-UE u s-sħab mhux tal-UE għandha bżonn tissaħħaħ f’konformità mal-prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija tal-UE tal-2018 kontra l-Armi tan-nar, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir illeċiti u l-Munizzjon tagħhom 45 .

    Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani għandha bżonn tissaħħaħ b’mod partikolari.

    Il-kooperazzjoni mat-Tuneżija, mal-Libanu u mal-Ġordan jenħtieġ li tiġi approfondita fit-traċċar tal-armi u t-titjib tal-kontroll tal-armi. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli u tistieden lill-Istati Membri biex jimpenjaw aktar persunal għal assistenza teknika fil-pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani. [Azzjoni 4.1] It-Turkija, li hija meqjusa bħala pajjiż ta’ oriġini ta’ bosta armi tal-gass u tal-allarm li jistgħu jinbidlu faċilment, u għalhekk armi illeċiti, jenħtieġ li tkun ukoll punt fokali ewlieni tal-kooperazzjoni. [Azzjoni 4.2]. Fl-Afrika, b’mod partikolari fir-reġjun tas-Saħel, se jkunu inkoraġġiti sigurtà fiżika u ġestjoni tal-ħażniet, żamma ta’ reġistri u kontroll tal-armi aħjar. [Azzjoni 4.3] L-iskambji ta’ prattiki tajba max-xlokk tal-Ewropa diġà jinsabu għaddejjin.

    Meta jitqies ir-riskju għoli tat-traffikar tal-armi tan-nar fix-xlokk tal-Ewropa (li tinftiehem bħala li tkopri sħab mhux tal-UE tal-Balkani tal-Punent, l-Ukrajna u l-Moldova), l-ispeċifiċitajiet marbuta mal-kuntest ġeopolitiku tagħha, l-għadd għoli u t-tip ta’ atturi nazzjonali u internazzjonali involuti, u l-instabbiltà attwali fl-Ewropa tal-Lvant, ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni 2015-2019 wera l-ħtieġa għal pjan ta’ azzjoni ġdid. Dan tal-aħħar kien irrakkomandat ukoll mid-delegati tas-sħab kollha li attendew għat-tielet laqgħa tal-Kumitat Konġunt bejn l-Esperti tal-Unjoni Ewropea tal-Armi tan-nar u l-Esperti tax-Xlokk tal-Ewropa li saret fi Brussell fl-24 ta’ Settembru 2018. Ir-Rapport ta’ evalwazzjoni enfasizza wkoll il-ħtieġa li l-Ukrajna u l-Moldova jiġu involuti f’kooperazzjoni ta’ qafas koerenti usa’ kontra theddid komuni kkawżat mit-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar fir-reġjun kollu. Dan iwieġeb ukoll għas-sejħa tal-Kunsill biex l-Ukrajna tiġi involuta fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Operazzjonali rilevanti taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE għall-kriminalità internazzjonali organizzata u serja. 46 Fir-rigward tal-Ukrajna, il-Pjan ta’ Azzjoni jenħtieġ li jqis l-appoġġ tal-UE 47 għall-isforzi tal-Ukrajna biex tiġġieled it-traffikar illeċitu tal-armi, tal-munizzjon u tal-isplussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE u s-SEEAC 48 . Il-Kummissjoni tappoġġa, permezz ta’ finanzjament mill-UE, attivitajiet integrati tal-ġesjoni tal-fruntieri u kontra t-traffikar, inkluż permezz tal-Missjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Moldova u l-Ukrajna. Il-ħidma ta’ Conflict Armament Research fl-Ukrajna appoġġata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2283 għadha għaddejja.

    Għalhekk, bħala parti minn dan il-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet u governanza dettaljati speċifiċi għall-Ewropa tax-Xlokk (ara t-taqsima 5 hawn taħt) li għandhom jitmexxew ’il quddiem f’kooperazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli u f’konsultazzjoni mas-sħab.

    5.Azzjonijiet speċifiċi għax-xlokk tal-Ewropa u l-kooperazzjoni tagħha mal-UE

    5.1.It-tfassil tal-attivitajiet għar-reġjun

    Kif imsemmi fit-taqsima 2, l-evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni 2015-2019 ta’ bejn l-UE u x-xlokk tal-Ewropa 49 uriet li ż-żewġ naħat qed jiffaċċjaw sfidi komuni u li kooperazzjoni reġjonali aktar profonda hija essenzjali biex tiġi miġġielda aħjar id-dimensjoni tranżnazzjonali tat-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar madwar ir-reġjun.

    Il-ħidma mwettqa fl-2018 biex jiġi żviluppat il-Pjan Direzzjonali reġjonali , appoġġata minn Franza u l-Ġermanja, irriżultat minn approċċ konsenswali u parteċipattiv tas-sħab kollha tal-Balkani tal-Punent. Din identifikat bosta għanijiet u miri rilevanti, li jkunu rilevanti fi pjan ta’ azzjoni. Abbażi ta’ dan, fl-Anness 3, il-Kummissjoni qed tipproponi sett ta’ attivitajiet speċifiċi, li jintegraw il-Pjan Direzzjonali, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tiffinanzja l-implimentazzjoni tiegħu 50 .

    Il-ġuriżdizzjonijiet kollha tar-reġjun jiffaċċaw sfidi simili. Madankollu, mhux is-sħab kollha se jilħqu l-objettivi tagħhom bl-istess pass u l-istadji differenti ta’ progress se jitolbu ambizzjonijiet differenti. Fil-waqt it-tajjeb, dawk l-azzjonijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll b’mod xieraq lill-Ukraina u lill-Moldova. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mar-Rappreżentant Għoli, se taħdem flimkien ma’ dawn iż-żewġ pajjiżi biex tiddiskuti modi u mezzi biex tintegrahom fil-qafas ġenerali.

    L-azzjonijiet speċifiċi għax-xlokk tal-Ewropa ġew definiti mill-awtoritajiet tal-Balkani tal-Punent permezz tal-iżvilupp u l-adozzjoni tal-Pjan Direzzjonali reġjonali, li huwa anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 1788/2018. Filwaqt li jwassal biex jintlaħaq l-għan globali tal-Pjan ta’ Azzjoni - il-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar u munizzjon, huwa jiffoka fuq tliet fergħat ewlenin, u jipprovdi aktar ċarezza u struttura mill-Pjan ta’ Azzjoni 2015-2019, b’mod partikolari biex jiġu indirizzati l-lakuni legali u inkonsistenzi li fadal fil-kontroll tal-armi tan-nar li jfixklu l-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja:

    ·L-armonizzazzjoni tal-ambjent legali, l-immodernizzar tal-istruttura amministrattiva u l-iffaċilitar tal-bini tal-kapaċitajiet;

    ·Iż-żieda fis-sigurtà tal-ħażniet u t-tnaqqis tal-ħażniet;

    ·Li l-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi jsiru aktar effiċjenti billi tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni operattiva, l-iskambju tal-informazzjoni, u l-kooperazzjoni dwar l-analiżi ballistika.

    5.2.Governanza modernizzata biex jiġi żgurat twettiq effiċjenti

    Sabiex iwettqu bis-sħiħ dawk l-attivitajiet, is-sħab kollha jeħtieġ li jitgħallmu mil-lezzjonijiet tal-passat, b’mod partikolari billi jistabbilixxu tip ġdid ta’ governanza li tevita d-duplikazzjonijiet jew in-nuqqas ta’ koordinazzjoni.

    5.2.1.L-issodisfar tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament biex jiġu indirizzati l-isfidi

    Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tapprofondixxi l-ħidma tagħha mas-sħab tax-xlokk tal-Ewropa u talloka riżorsi finanzjarji ddedikati biex dawn jinġiebu f’konformità mal-istandards meħtieġa. Minbarra l-EUR 11,8-il miljun mogħtija mill-Kunsill f’Diċembru 2019 51 , il-Kummissjoni bi ħsiebha timmobilizza u talloka mezzi disponibbli tal-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni biex jiġu indirizzati l-aktar sfidi urġenti. Fil-kuntest tan-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet billi jaqblu dwar soluzzjonijiet baġitarji ambizzjużi u jimmobilizzaw l-esperti nazzjonali tagħhom fuq il-post.

    Il-Kummissjoni, flimkien mar-Rappreżentant Għoli se tlaqqa’ kumitat ta’ tmexxija ta’ msieħba implimentaturi u donaturi ewlenin li jinkludi rappreżentanti tal-Istati Membri, tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tal-Aġenziji rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti (il-UNDP u l-UNODC) u tan-NATO. L-ambizzjoni ta’ dan il-kumitat ta’ tmexxija tkun li tiġi żgurata l-koordinazzjoni globali strateġika tad-donaturi, inklużi dawk li mhumiex parti mill-bord ta’ tmexxija tal-Fond Fiduċjarju b’Bosta Msieħba tan-Nazzjonijiet Uniti għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali. Fi djalogu mal-gvernijiet tar-reġjun, il-Kummissjoni se tipproponi Memorandum ta’ qbil bejn dawk il-parteċipanti, li għandu l-għan li jilħaq deċiżjonijiet konġunti tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati. B’rispett sħiħ għall-awtonomija legali tad-donaturi, u b’rispett sħiħ għall-proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet applikabbli taħt it-Trattati, tali memorandum jista’ jistabbilixxi kif il-kumitat se jiżviluppa ppjanar baġitarju reġjonali u nazzjonali u jirċievi rappurtar finanzjarju kkonsolidat tal-attivitajiet u l-istrumenti rilevanti kollha. Dan jipprovdi lid-donaturi u lill-partijiet interessati kollha viżjoni komprensiva aġġornata tal-attivitajiet ippjanati jew implimentati, kif ukoll l-ispiża tagħhom. Sabiex jiġu żgurati sinerġiji ta’ sforzi u kollegament effettiv mas-SEESAC, se tissaħħaħ il-koordinazzjoni tad-donaturi fil-livell lokali, u se tiġi żgurata funzjoni ta’ koordinazzjoni, b’mod partikolari billi jinħatar koordinatur reġjonali tal-armi tan-nar, li jaħdem f’waħda mid-delegazzjonijiet tal-UE fix-Xlokk tal-Ewropa, bħad-delegazzjoni tal-UE f’Belgrad.

    5.2.2.Tmexxija olistika biex jiġu implimentati l-attivitajiet tax-xlokk tal-Ewropa 

    Il-Kummissjoni tipproponi li tissimplifika l-ħidma tal-korpi eżistenti biex ittejjeb il-koordinazzjoni. Il-gwida politika jenħtieġ li tkompli tingħata mill-Kunsill fl-UE, kif ukoll mil-laqgħat ministerjali tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni u, kif ikun xieraq, tal-Affarijiet Barranin u oħrajn bejn l-UE u s-sħab tax-xlokk tal-Ewropa.

    Sabiex tiġi żgurata t-tmexxija strateġika reġjonali tal-attivitajiet, il-korpi interministerjali nazzjonali kollha li jlaqqgħu l-istituzzjonijiet kollha rilevanti għall-kontroll tal-armi ħfief (Kummissjonijiet għall-armi ħfief) jenħtieġ li jkomplu jiltaqgħu, bil-preżenza tar-rappreżentanti tal-UE. Kif inhi issa l-prattika, laqgħat ta’ koordinazzjoni tal-Pjan Direzzjonali jiġu organizzati flimkien magħhom u jiffaċilitaw l-eżami tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali u l-kondiviżjoni tal-lezzjonijiet meħuda u jiddiskutu kif jingħalqu l-lakuni li fadal.

    Fil-livell reġjonali tal-infurzar tal-liġi, ikun xieraq ukoll li tiġi ssimplifikata l-panoplija tal-korpi eżistenti 52 . Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li laqgħat konġunti bejn esperti tal-UE u tax-xlokk tal-Ewropa jsiru fil-qafas tal-EMPACT Firearms, fejn is-sħab tal-Balkani tal-Punent huma diġà mistiedna.

    Fil-livelli kollha, il-Kummissjoni tistieden lill-awtoritajiet biex jibagħtu parteċipanti fdati b’mandat ċar biex jiddikjaraw pożizzjoni u jieħdu impenji jew jipprovdu kontribut dwar ir-riżultati possibbli.

    Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ġestjoni amministrattiva, sa mill-2002, l-SEESAC iffaċilita b’mod partikolari l-proċessi tal-kummissjonijiet ta’ armi żgħar, tan-netwerk ta’ esperti tal-armi tan-nar tax-xlokk tal-Ewropa, u l-koordinazzjoni tal-Pjan Direzzjonali reġjonali. Huwa pprovda assistenza teknika sostanzjali lis-sħab tar-reġjun, li hija mfaħħra mill-partijiet ikkonċernati kollha fil-prattika. Dan il-proċess jenħtieġ li jitkompla, f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-UE (PESK) 2013/710, 2016/2356, 2018/1788 u 2019/2111, fi spirtu ta’ trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni baġitarja kumplessiva permezz tal-kumitat ta’ tmexxija tad-donaturi. B’mod partikolari, l-ippjanar tal-laqgħat, id-dokumenti baġitarji u ta’ rappurtar jenħtieġ li jiġu ppreżentati f’konformità mal-approċċ integrat, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni tagħti l-akbar importanza lill-gwida u l-appoġġ lis-sħab lejn l-ilħuq tad-diversi impenji u l-użu tal-indikaturi biex jitkejlu r-riżultati, bħar-rappurtar biannwali tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali reġjonali lis-SEESAC u l-evalwazzjoni intermedja ppjanata tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali reġjonali skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788. Għalhekk, din se tuża l-ingranaġġ kollu tal-proċess ta’ adeżjoni biex tiddiskuti u timmonitorja l-passi meħuda fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Dan ifisser li l-laqgħat tas-Sottokumitat għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, kif ukoll ir-rapporti annwali tal-pajjiżi se jintużaw biex jingħata rendikont tal-progress li jkun sar. In-negozjati tal-adeżjoni fil-Kapitolu 24 – Ġustizzja, libertà u sigurtà, se jintużaw biex jgħinu jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni. Fir-rigward tal-pajjiżi li mhumiex involuti fit-tkabbir, se jiġi diskuss aġġornament tal-progress fil-kuntest tas-Sottokumitati għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, il-Pjattaformi tal-Istat tad-Dritt jew fora oħra eżistenti.

    6.Konklużjonijiet

    Il-ġlieda kontra l-aċċess illeċitu għall-armi tan-nar trid tkun prijorità ta’ sigurtà intertematika għall-Unjoni Ewropea, għall-Istati Membri tagħha u għas-sħab tagħha. Din tinstiga nuqqas ta’ sigurtà fiżika individwali u żżid ir-riskju ta’ vjolenza domestika li tista’ teskala f’omiċidju, jew li l-armi tan-nar jistgħu jintużaw biex jitwettaq suwiċidju. Hija tgħin biex jiġu indirizzati forom oħra ta’ attivitajiet kriminali, bħat-terroriżmu, it-traffikar illeċitu tad-drogi, it-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu tal-migranti, il-piraterija marittima, il-falsifikazzjoni, il-kriminalità ambjentali, jew il-kriminalità organizzata tal-proprjetà. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Istati Membri u lis-sħab tax-xlokk tal-Ewropa biex jirrikonoxxu bis-sħiħ il-ħtieġa li jiżdiedu l-azzjonijiet f’dan il-qasam fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-UE u permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali.

    Il-Kummissjoni temmen li l-karattru komprensiv u multidixxiplinari ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni jista’ jipprovdi qafas operazzjonali koerenti għall-UE u għall-Istati Membri tagħha fil-fruntieri tal-UE, u proposti għal kooperazzjoni u assistenza fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar fix-xlokk tal-Ewropa u magħha.

    B’mod partikolari, il-Kummissjoni tappella lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u lill-partijiet ikkonċernati, kemm fl-UE kif ukoll fix-xlokk tal-Ewropa, biex jirrispondu għall-isfidi msemmija f’dan il-pjan ta’ azzjoni. Il-Kummissjoni tappella lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex japprovaw dan il-Pjan ta’ Azzjoni u jappoġġaw u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ ta’ kull prijorità strateġika.

    (1)      Stħarriġ dwar l-Armi Ħfief, “Estimating Global Civilian-held Firearms Numbers”, Dokument Informattiv, Ġunju 2018. Dataset available under http://www.smallarmssurvey.org/fileadmin/docs/Weapons_and_Markets/Tools/Firearms_holdings/SAS-BP-Civilian-held-firearms-annexe.pdf
    (2)      HU, IT, BE, AT, LT, LV, FR, DE, SI, PL, RO, NL.
    (3)      Ara l-Anness 1 għal referenza ulterjuri.
    (4)      Għall-fini ta’ dan il-Pjan ta’ azzjoni, is-sħab kollha mill-Balkani tal-Punent, mill-Moldova u mill-Ukrajna se jkunu indikati bħala “x-xlokk tal-Ewropa”.
    (5)      COM(2019) 293 final, 27.06.2019.
    (6)      Europol, “Interim report of new, changing and emerging threats”, Dokument tal-Kunsill 9037/19 tat-8.05.2019.
    (7)      L-Istitut Fjamming tal-Paċi, Armed to kill, Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2019.
    (8)    Europol, TE-SAT 2017: EU Terrorism and Trend Report.
    (9)    Europol, TE-SAT 2018: EU Terrorism and Trend Report.
    (10)      UNODC (2020), Global Study on Firearms Trafficking, Vjenna: UNODC, disponibbli fuq https://www.unodc.org/unodc/en/firearms-protocol/firearms-study.html .
    (11)      UNODC Global Study on homicides 2019.
    (12)      Rapporti tal-Europol: Rapport dwar il-Valutazzjoni tat-Theddid dwar it-Traffikar Illeċitu tal-Armi tan-Nar (EDOC#673806v7A ta’ Ġunju 2013), Notifika tal-Intelligence (19/2014); “Firearms in the hands of Terrorist in Europe” (EDOC:#759937v3; Mejju 2015).
    (13)      Strengthening Resilience in the Western Balkans: Mapping Assistance for SALW Control, Stħarriġ dwar l-Armi Ħfief, Settembru 2018.
    (14)      UNODC (2020), Global Study on Firearms Trafficking, Vjenna: UNODC, disponibbli fuq https://www.unodc.org/unodc/en/firearms-protocol/firearms-study.html .
    (15)      Id-Direttiva (UE) 2017/853 tas-17 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi, ĠU L 137, 24.5.2017, p. 22.
    (16)      Mill-15 ta’ April 2020, 17-il Stat Membru nnotifikaw traspożizzjoni sħiħa (AT, BG, DE, DK, IE, EL, EE, FR, HR, IT, LV, LT, MT, NL, PT, RO, FI).
    (17)      COM(2017) 737 final, 12.12.2017.
    (18)      C(2018) 2197 final, 17.4.2018.
    (19)      L-ebda Punt Fokali fil-Bulgarija, f’Ċipru, fl-Estonja, fl-Irlanda, fil-Latvja, fil-Litwanja, f’Malta.
    (20)      L-ebda Punt Fokali fis-Serbja u fil-Bosnja-Ħerzegovina.
    (21)      “Best practice guidance for the creation of national firearms focal points”, il-15.05.2018, Dokument tal-Kunsill Nru 8586/18.
    (22)      Il-Protokoll tal-31 ta’ Mejju 2001 kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll kontra l-Iffabrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali; ĠU L 89, tal-25.03.2014, p.7.
    (23)      Ara l-Anness 1 għal aktar dettalji.
    (24)      Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “L-armi tan-nar u s-sigurtà interna tal-UE: il-ħarsien taċ-ċittadin u t-tfixkil tat-traffikar illeċitu”, COM(2013) 716 tal-21.10.2013.
    (25)      Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2015) 185 final tat-28.4.2015.
    (26)      Dok. 16726/3/13 REV 3 RESTREINT UE/EU RESTRICTED.
    (27)      Is-SEESAC huwa inizjattiva konġunta tal-UNDP u l-Kunsill għall-Kooperazzjoni Reġjonali, stabbilita fl-2002.
    (28)      L-14 ta’ Novembru  2014, id-Dokument tal-Kunsill 15516/14, adottat mill-Kunsill tal-4 u l-5 ta’ Diċembru 2014 (Dokument tal-Kunsill 16526/14); Forum Ministerjali bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-12 ta’ Diċembru 2014 f’Belgrad.
    (29)      COM(2015) 624 final, 2.12.2015.
    (30)      JOIN(2018) 17 final, 1.06.2018.
    (31)      Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2018 – id-Dokument 13581/18.
    (32)      Il-Pjan Direzzjonali ġie żviluppat bl-appoġġ tal-awtoritajiet tas-SEESAC fil-Balkani tal-Punent permezz ta’ proċess konsultattiv. Ġiet adottata fis-Summit ta’ Londra tal-Proċess ta’ Berlin fit-10 ta’ Lulju 2018 mill-Kapijiet ta’ Stati u Gvernijiet tal-Balkani tal-Punent.
    (33)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta’ Novembru 2018 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent, ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11.
    (34)      Examination of Firearms and Forensics in Europe and aCross Territories, ed. Professor Erica Bowen u Dr Helen Poole, l-Università ta’ Conventry, l-Università ta’ Calabria, Arquebus Solutions Ltd, 2016.
    (35)      Fighting Illicit Firearms Trafficking Routes and Actors at European Level, eds. Ernesto U. Savona, Marina Mancuso, Transcrime – Università Cattolica del Sacro Cuore, 31.03.2017.
    (36)      Triggering Terror: Illicit Gun Markets and Firearms Acquisition of Terrorist Networks in Europe, ed. Nils Duquet, Flemish Peace Institute, is-17 ta’ April 2018.
    (37)      UNODC (2020), Global Study on Firearms Trafficking, Vjenna: UNODC, disponibbli fuq https://www.unodc.org/unodc/en/firearms-protocol/firearms-study.html .
    (38)      Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, ĠU tas-26.11.2019, L 305/17.
    (39)      Ara l-Anness 1.
    (40)      L-Artikoli 5 u 5a tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga; ĠU L 376, 27.12.2006.
    (41)      Fighting Illicit Firearms Trafficking Routes and Actors at European Level, op. cit.
    (42)       http://www.seesac.org/AVMP Funding decision: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 tad-9 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa li jnaqqsu t-theddida ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom, ĠU L 318, 10.12.2019.
    (43)      Ara n-nota 21 f’qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq.
    (44)      Il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta. Is-sħab kollha tax-xlokk tal-Ewropa rratifikaw jew aderixxew mal-Protokoll.
    (45)      Ara n-nota  f’qiegħ il-paġna 30 ta’ hawn fuq.
    (46)      Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni UE-Ukrajna dwar is-Sigurtà Interna. Dok. 15615/17 tal-11.12.2017.    
    (47)       Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-Isforzi tal-Ukrajna għall-Ġlieda Kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Armi, Munizzjon u Splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE; ĠU L 312, 3.12.2019, p.42.
    (48)      Ara d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2018/1788, (PESK) 2019/2111 u (PESK) 2019/2113, li jipprovdu appoġġ lill-Moldova, il-Belarussja u l-Ukrajna.
    (49)      Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna ta’ hawn fuq.
    (50)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta’ Novembru 2018 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent, ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11.
    (51)      Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 tad-9 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa li jnaqqsu t-theddida ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom, ĠU L 318, 10.12.2019.
    (52)      L-Esperti Ewropej tal-Armi tan-nar, l-EMPACT Firearms, in-Netwerk ta’ Esperti tal-Armi tan-Nar tax-xlokk tal-Ewropa u l-Grupp ta’ Esperti tal-Armi tan-nar tax-xlokk tal-Ewropa inkorporat tiegħu, il-Kumitat Konġunt tal-esperti dwar l-armi tan-nar tal-UE u tas-sħab tal-Balkani tal-Punent.
    Top

    Brussell, 24.7.2020

    COM(2020) 608 final

    ANNESSI

    tal-

    KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

    il-pjan ta’ azzjoni 2020-2025 tal-UE dwar it-traffikar tal-armi tan-nar




    ANNESS 1
    Lista tal-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi tal-UE rilevanti

    Leġiżlazzjoni tal-UE

    ·Id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi, ĠU L 256, 13.9.1991, p. 51 (emendata);

    ·Il-Pożizzjoni Komuni (PESK) 2008/944 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari, emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560 tas-16 ta’ Settembru 2019, ĠU L 239, 17.9.2008, p. 16;

    ·Id-Direttiva 2009/43/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità, ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1; 

    ·Ir-Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar, il-partijiet, komponenti u ammunizzjoni tagħhom, li tissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar) u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni, ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1;

    ·Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment, ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62 (emendata);

    ·Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/68 tas-16 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar tal-armi tan-nar u tal-komponenti essenzjali tagħhom skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi, ĠU L 15, 17.1.2019, p. 18;

    ·Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/69 tas-16 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi, ĠU L 15, 17.1.2019, p. 22;

    ·Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/686 tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE għall-iskambju sistematiku, b’mezzi elettroniċi, tal-informazzjoni dwar it-trasferiment tal-armi tan-nar fl-Unjoni, ĠU L 116, 3.5.2019, p. 1;

    ·Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/689 tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar proġett pilota biex jiġu implimentati ċerti dispożizzjonijiet għall-kooperazzjoni amministrattiva stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern; ĠU L 116, 3.5.2019, p. 75.

    Strumenti internazzjonali

    ·Il-Konvenzjoni tal-2001 kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u l-Protokoll tagħha dwar l-iffabbrikar illeċitu u t-traffikar tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti u l-munizzjon tagħhom;

    ·Il-Programm ta’ Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Prevenzjoni, il-Ġlieda Kontra u l-Qerda tal-Kummerċ Illeċitu ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir fl-Aspetti Kollha Tiegħu;

    ·L-Istrument Internazzjonali tal-2005 li Jippermetti lill-Istati Jidentifikaw u Jittraċċaw, b’mod f’Waqtu u Affidabbli, Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir Illeċiti;

    ·It-Trattat tal-2013 dwar il-Kummerċ tal-Armi.

    Inizjattivi tal-UE

    Ġenerali

    ·Iċ-Ċiklu tal-Politika tal-UE 2014-2018, l-ewwel pjan ta’ azzjoni operazzjonali bħala parti mill-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali 1 . Dan kien jinkludi diversi attivitajiet immirati lejn iż-żieda fil-ġbir u l-produzzjoni ta’ intelligence, it-titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni ballistika, l-istabbiliment ta’ punti fokali nazzjonali, l-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ kontroll konġunti dwar theddid speċifiku (armi konvertiti, armi tal-gass u tal-allarm, konsenja ta’ pakketti), taħriġ u bini tal-kapaċitajiet u kooperazzjoni internazzjonali.

    ·L-Armi tan-nar u s-sigurtà interna tal-UE: il-ħarsien taċ-ċittadin u t-tfixkil tat-traffikar illegali, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, COM (2013) 716 tal-21.10.2013.

    ·L-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, COM(2015) 185 final tat-28.4.2015.

    ·Pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar u l-użu illeċitu tal-armi tan-nar u l-isplussivi, COM(2015) 624 final, 2.12.2015.

    ·Elementi lejn strateġija tal-UE kontra l-armi tan-nar, armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjoni tagħhom, Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (JOIN(2018) 17 final, 1.06.2018), approvata mill-Kunsill, u b’dan inbidlet fi Strateġija kompluta tal-UE (Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2018 – Dokument 13581/18).

    ·Ir-Rapport tal-Kummissjoni għal evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 258/2012 dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta’ armi tan-nar ċivili, COM(2017) 737 final, 12.12.2017.

    ·Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar passi immedjati biex titjieb is-sigurtà tal-miżuri ta’ esportazzjoni, importazzjoni u tranżitu tal-armi tan-nar għall-użu ċivili, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon, li titlob li jissaħħu r-regoli tal-UE biex jittejbu t-traċċabbiltà u s-sigurtà tal-proċeduri ta’ kontroll tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni tal-armi tan-nar u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar, C(2018) 2197 final, 17.4.2018.

    L-Ewropa tax-Xlokk

    ·Pjan ta’ azzjoni dwar it-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar bejn l-UE u r-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa għall-2015-2019, l-14 ta’ Novembru 2014, Dokument tal-Kunsill 15516/14, adottat mill-Kunsill tal-4 u l-5 ta’ Diċembru 2014 (Dokument tal-Kunsill 16526/14); Forum Ministerjali UE-Balkani tal-Punent dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-12 ta’ Diċembru 2014 f’Belgrad.

    ·Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent, COM(2018) 65 final, 6.2.2018. L-Azzjoni 2.12 iffokat speċifikament fuq it-traffikar tal-armi tan-nar.

    ·Pjan ta’ Azzjoni Konġunt dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu għall-Balkani tal-Punent, iffirmat mir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u s-sitt sħab tal-Balkani tal-Punent fil-5 ta’ Ottubru 2018 fil-Laqgħa Ministerjali bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni f’Tirana 2 . L-indirizzar tal-kwistjoni tat-traffikar illeċitu tal-armi tan-nar huwa inkluż fost il-ħames għanijiet komprensivi tiegħu. Arranġamenti bilaterali mfassla apposta kontra t-terroriżmu ġew żviluppati u konklużi flimkien mal-awtoritajiet tas-sitt sħab kollha tal-Balkani tal-Punent 3 . Dan jinkludi kwistjonijiet ewlenin tat-traffikar tal-armi tan-nar bħall-istabbiliment ta’ punti fokali tal-armi tan-nar kompletament operazzjonali. L-azzjonijiet ta’ prijorità huma kkwalifikati b’indikazzjonijiet konkreti ta’ responsabbiltajiet, indikaturi u skadenzi.

    ·Pjan Direzzjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ SALW u l-munizzjon tagħhom, Summit ta’ Londra tal-proċess ta’ Berlin fl-10 ta’ Lulju 2018. Din l-inizjattiva aktar tard irċeviet appoġġ finanzjarju mill-UE permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1788 tad-19 ta’ Novembru 2018 b’appoġġ għaċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) għall-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali għall-ġlieda kontra t- traffikar illeċitu ta’ armi fil-Balkani tal-Punent li jiddefinixxi l-koordinazzjoni u l-monitoraġġ ġenerali tal-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali, ĠU L 293, 20.11.2018, p. 11.

    ·Evalwazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-2015-2019 dwar it-traffikar tal-armi tan-nar bejn l-UE u r-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa, Rapport tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2019, COM(2019) 293 final, 27.06.2019. Skont dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni, il-pjan ta’ azzjoni tejjeb in-netwerking, l-iskambju ta’ informazzjoni u stabbilixxa l-pedamenti tal-kooperazzjoni futura. Madankollu, diversi azzjonijiet ippjanati għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ bħall-istabbiliment ta’ punti fokali dwar l-armi tan-nar, li huma meħtieġa għal strateġiji ta’ infurzar, koordinazzjoni, intelligence u skambji ta’ informazzjoni xierqa, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew. Għad m’hemmx lanqas ġbir armonizzat tad-data għas-sekwestru tal-armi tan-nar li jippermetti politika bbażata fuq l-evidenza u valutazzjoni xierqa u affidabbli tax-xejriet tat-traffikar. Bl-istess mod, il-partijiet interessati ma żviluppawx format standard ta’ rappurtar għall-iskambju ta’ informazzjoni kif previst mill-Pjan ta’ Azzjoni.

    ·Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2111 tad-9 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-attivitajiet tas-SEESAC rigward id-diżarm u l-kontroll tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa li jnaqqsu t-theddida ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir illeċiti u l-munizzjon tagħhom, ĠU L 318, 10.12.2019: L-UE ilha mill-2002 tipprovdi għajnuna lill-Balkani tal-Punent permezz ta’ għadd konsekuttiv ta’ Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jipprovdu finanzjament għal proġetti żgħar ta’ kontroll tal-armi li jiswew EUR 18,1 miljun.

    · Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/2009 tat-2 ta’ Diċembru 2019 b’appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna biex tiġġieled it-traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjon u splussivi, f’kooperazzjoni mal-OSKE; ĠU L 312, 3.12.2019, p. 42.

    Dawn il-proġetti pprovdew appoġġ komprensiv għall-isforzi tal-kontroll tas-SALW u l-prevenzjoni tat-traffikar tal-armi fix-Xlokk tal-Ewropa. Iċ-Ċentru tax-Xlokk u tal-Lvant tal-Ewropa għall-Kontroll tal-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SEESAC) ilu mill-2012 l-imsieħeb ewlieni tal-UNDP ta’ implimentazzjoni tal-assistenza pprovduta lir-reġjun mill-Kunsill. Id-Deċiżjoni l-ġdida tal-Kunsill tat-9 ta’ Diċembru 2019 tagħti EUR 11,8 miljun għal attivitajiet ta’ kontroll tal-armi fl-4 snin li ġejjin. Il-Kummissjonijiet dwar l-Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir u n-Netwerk ta’ Esperti dwar l-Armi tan-Nar tal-Ewropa tax-Xlokk jikkontribwixxu għall-istandardizzazzjoni ta’ approċċi fir-reġjun u għall-formulazzjoni ta’ attivitajiet fil-livelli reġjonali u lokali li jikkontribwixxu għat-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza; sigurtà fiżika mtejba u ġestjoni tal-ħażniet imtejba; titjib fl-immarkar, l-insegwiment u ż-żamma ta’ rekords; it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta’ armi tan-nar permezz ta’ appoġġ għall-istabbiliment ta’ Punti Fokali għall-Armi tan-Nar u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ investigazzjoni. Ingħata wkoll appoġġ għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, kampanji ta’ ġbir tas-SALW u l-munizzjon, it-trasparenza tal-esportazzjonijiet tal-armi fir-reġjun u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-kontroll tas-SALW.

    ·Il-politika tas-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-2020, Komunikazzjoni Konġunta, JOIN(2020) 7 final, 18.3.2020; tenniet l-appell tar-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tal-2015 għal tisħiħ fid-dimensjoni tas-sigurtà għat-tfixkil tal-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-armi tan-nar.

    ANNESS 2
    Il-loġika tal-intervent tal-Pjan ta’ Azzjoni
    tal-UE

     
    ANNESS 3

    Azzjonijiet speċifiċi għall-Ewropa tax-Xlokk u l-kooperazzjoni tagħha mal-UE

    Azzjonijiet

    Perjodu ta’ żmien 4

    Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni korrispondenti 5

    Attivitajiet korrispondenti fil-Pjan Direzzjonali Reġjonali 6

    Kundizzjonijiet abilitanti

    Ambjent legali

    L-approssimazzjoni sħiħa tal-kontroll legali mal-leġiżlazzjoni tal-UE (inkluża r-reviżjoni tal-2017 tad-Direttiva dwar l-Armi tan-nar, inklużi atti ta’ implimentazzjoni dwar l-istandards ta’ diżattivazzjoni, dwar l-immarkar tal-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali tagħhom u dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal.

    2023

    1.1; 1.2; 1.3

    G1 T3

    L-immodernizzar tal-qafas legali għall-manifatturi u n-negozjanti tal-armi tan-nar

    2020

    1.1; 1.4; 1.5

    G1 T2

    L-istabbiliment ta’ qafas legali kriminali xieraq biex jiġu żgurati l-prosekuzzjoni u l-kundanni tat-traffikar tal-armi tan-nar.

    2024

    1.5
    3

    G1 T1
    G3 T1

    L-approssimazzjoni tal-proċeduri kriminali u operazzjonali madwar ir-reġjun sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni operattiva transfruntiera.

    2023

    1.1
    3

    G1 T4
    G3 T1

    L-adozzjoni tal-qafas legali li jippermetti l-legalizzazzjonijiet tal-armi tan-nar u ċ-ċediment volontarju tal-armi tan-nar, il-munizzjon u l-isplussivi

    2020

    11

    G5 T2

    Struttura amministrattiva

     

    L-istabbiliment ta’ punti fokali tal-armi tan-nar kompletament operazzjonali u b’għadd suffiċjenti ta’ persunal f’kull ġuriżdizzjoni.

    2020

    7

    G2 T2
    G2 T3

    Taħriġ u bini tal-kapaċitajiet

    Titjib tal-proċessi, tat-tagħmir u tat-taħriġ tal-unitajiet tal-infurzar tal-liġi.

    2024

    7

    G3 T2

    Iż-żieda tat-taħriġ nazzjonali fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi tan-nar. Id-diversifikazzjoni tal-attendenza għal korsijiet ta’ taħriġ tas-CEPOL.

    2024

    7

    G3 T4

    Prevenzjoni u sensibilizzazzjoni

    Iż-żieda fis-sigurtà tal-ħażniet

    L-istabbiliment ta’ sistemi ta’ spezzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir, kemm għall-faċilitajiet governattivi kif ukoll għal dawk privati. L-għoti ta’ taħriġ u bini tal-kapaċitajiet lit-tnejn li huma.

    2024

    12.4

    G7 T1
    G7 T3

    G7 T4

    L-iżgurar ta’ ħażna sikura u mingħajr periklu għall-armi tan-nar

    2024

    13

    G7 T2

    Tnaqqis tal-ħażniet

    Il-qerda sistematika tal-armi żejda u tal-armi kkonfiskati

    2024

    12.2, 12.3, 12.5 u 12.6

    G6

    Programmi ta’ ċedimenti volontarji u xiri lura

    L-istabbiliment ta’ programmi nazzjonali u reġjonali għad-diżattivazzjoni, il-legalizzazzjoni u ċ-ċediment volontarju, u l-qerda skont l-istandards.

    2024

    11

    G5 T3

    Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u d-dimensjoni tal-ġeneru

    L-istabbiliment ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni fil-popolazzjoni ġenerali, u ma’ udjenzi speċifiċi (eż. manifatturi, persuni privati u legali liċenzjati), il-bini ta’ netwerks ta’ promozzjoni.

    2024

    2
    14

    G4

    L-integrazzjoni sħiħa tat-tħassib dwar is-sessi fil-politiki tal-kontroll tal-armi tan-nar, u l-iżgurar ta’ rappreżentanza xierqa tan-nisa fil-kontroll tal-armi tan-nar u l-infurzar tal-liġi.

    2022

    2.3

    G2 T9

    Infurzar tal-liġi aktar b’saħħtu

    Intelligence

     

    L-istandardizzazzjoni tal-proċeduri, is-sistematizzazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż barra mill-investigazzjonijiet individwali.

    2023

    9

    G1 T5

    L-istabbiliment ta’ ġbir komprensiv ta’ data dwar ċaħdiet (ta’ sjieda, trasferimenti, awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jew esportazzjoni) ta’ armi tan-nar, dwar reati bl-armi tan-nar, dwar sekwestru ta’ armi tan-nar. Is-sistematizzazzjoni tal-ġbir tad-data dwar il-ġustizzja kriminali mill-atturi kollha (il-pulizija, id-dwana, il-prosekuturi, il-qrati, is-servizzi tal-ħabs). Il-ħruġ regolari ta’ rapporti ta’ analiżi dwar reati bl-armi tan-nar, u valutazzjonijiet tat-theddid.

    2024

    2.2
    3

    6

    7

    8

    G2 T1
    G2 T5

    G3 T1

    Il-ġbir sistematiku ta’ data dwar armi tan-nar u komponenti essenzjali mitlufa jew misruqa bil-għan li jiġu ntraċċati inkluż l-użu tal-iARMS.

    2022

    5
    7

    G2 T8

    Kontroll legali rigoruż

    Il-ġbir ta’ statistika ddettaljata dwar is-sjieda u l-movimenti tal-armi tan-nar (l-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni u l-esportazzjoni).

    2024

    2

    G2 T1
    G5 T4

    It-tisħiħ tal-kontroll, tal-monitoraġġ u tal-prevenzjoni tad-devjazzjoni.

    2024

    1; 6.3; 6.4

    G1 T5
    G3 T3

    G5 T1, G5
    T4

    It-tisħiħ tal-kooperazzjoni operattiva (pattulji konġunti, involviment akbar tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tad-dwana, inklużi ċ-ċentri ta’ kooperazzjoni), użu akbar ta’ assistenza internazzjonali u għodod speċjali ta’ investigazzjoni pprovduti mill-EMPACT u mill-Europol.

    2024

    9

    G3 T4

    Traċċar

    L-istabbiliment ta’ traċċar sistematiku tal-armi kollha maqbuda, u l-qsim ta’ informazzjoni mal-Europol.

    2024

    5

    G1 T5
    G2 T7

    Analiżi ballistika

    Is-sistematizzazzjoni ta’ analiżi ballistika u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ informazzjoni ballistika

    2020

    7

    G2 T4

    Skambju ta’ informazzjoni fl-istadji kollha

    It-tkomplija tal-iskambju regolari ta’ prattiki tajbin f’ambjent amministrattiv issimplifikat (inqas koinċidenzi bejn il-laqgħat, aspettattivi aktar ċari tar-riżultati tal-laqgħa, mandat ċar u l-kapaċità li jittieħdu l-impenji mogħtija lir-rappreżentanti tal-pajjiżi), u bl-involviment tad-dwana, tal-pulizija, tal-forensika, tal-prosekuturi u tas-servizzi tal-qorti.

    2023

    G1 T6

    L-iżgurar ta’ skambju sistematiku ta’ informazzjoni operazzjonali u strateġika f’EMPACT Armi tan-nar (l-użu tas-sekwenzi xierqa ta’ SIENA), mal-Europol, mal-Frontex u mal-Eurojust. L-iżgurar li t-talbiet għall-informazzjoni u s-sottomissjoni tal-informazzjoni jirċievu feedback regolari u sistematiku mir-riċevitur.

    2024

    8

    G2 T4
    G2 T6

    Il-ġbir ta’ informazzjoni u l-bini ta’ stampa ta’ intelligence soda dwar l-użu tad-Darknet għall-kummerċ illeċitu tal-armi tan-nar, fil-qafas taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE.

    2021

    ANNESS 4
    Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni

    L-indikaturi li ġejjin ġew żviluppati fil-Pjan Direzzjonali għal soluzzjoni sostenibbli għall-pussess illegali, l-użu ħażin u t-traffikar ta’ Armi Ħfief u ta’ Kalibru Żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fil-Balkani tal-Punent sal-2024. Dawn huma fformulati f’dan l-anness b’mod biex japplikaw ukoll għall-Istati Membri tal-UE. Dan ma jaffettwax il-mod ta’ kif is-sħab tal-Balkani tal-Punent bdew jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali. In-numerazzjoni tal-indikaturi ma nbidlitx.

    1.L-għadd ta’ oqfsa legali dwar il-kontroll tal-armi armonizzati bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni tal-UE, 7 it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u l-Protokoll kontra l-Iffabbrikar Illeċitu u t-Traffikar tal-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Munizzjon tagħhom (il-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar)

    1.1.Atti leġiżlattivi dwar il-kontroll tal-armi rigward l-użu ċivili ta’ armi tan-nar u munizzjon f’konformità mad-Direttivi rilevanti tal-UE dwar l-armi tan-nar u l-munizzjon;

    1.2.Atti leġiżlattivi dwar il-kontroll tal-armi fir-rigward tal-użu ċivili tal-isplussivi armonizzati mad-Direttivi rilevanti tal-UE dwar l-isplussivi;

    1.3.Atti leġiżlattivi dwar il-kontroll tal-armi rigward l-użu militari ta’ armi tan-nar, munizzjon u splussivi, armonizzati mad-Direttiva 2009/43/KE;

    1.4.Atti leġiżlattivi ta’ kontroll tal-esportazzjoni ta’ armi f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni PESK 2008/944 u t-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi;

    1.5.Atti leġiżlattivi dwar il-kontroll tal-armi f’konformità mal-Protokoll dwar l-Armi tan-Nar.

    2.L-Ewropa tax-Xlokk biss: L-għadd ta’ dokumenti ta’ politika dwar il-kontroll tal-armi bbażati fuq l-evidenza, żviluppati f’kull ġuriżdizzjoni, li jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet tal-irġiel, tan-nisa, tas-subien u tal-bniet;

    2.1.L-Istrateġija dwar l-SALW tinsab fis-seħħ.

    2.2.L-Istrateġija dwar l-SALW hija bbażata fuq l-evidenza.

    2.3.L-Istrateġija dwar l-SALW tindirizza l-ħtiġijiet tal-irġiel, tan-nisa, tas-subien u tal-bniet.

    3.L-għadd ta’ każijiet, l-individwi kkonċernati, u l-kwantità ta’ armi tan-nar, munizzjon u splussivi (FAE) użati ħażin u ttraffikati, ipproċessati u aġġudikati meta mqabbla mal-għadd ta’ rapporti tal-infurzar tal-liġi dwar is-sekwestri rispettivi;

    4.L-għadd ta’ każijiet u l-kwantità ta’ FAE ssekwestrati fuq l-art (inkluż fil-fruntieri bejn l-Istati Membri fl-Unjoni Ewropea) meta mqabbel mal-għadd ta’ każijiet u kwantità tal-FAE ssekwestrati fil-fruntieri esterni (il-fruntieri tas-sħab tal-Ewropa tax-Xlokk jew il-fruntiera esterna tal-UE);

    4.1.L-għadd ta’ każijiet tal-FAE ssekwestrati fuq l-art;

    4.2.L-għadd ta’ armi tan-nar issekwestrati fuq l-art;

    4.3.L-għadd ta’ biċċiet ta’ munizzjon issekwestrati fuq l-art;

    4.4.Il-kwantità ta’ splussivi ssekwestrati fuq l-art;

    4.5.L-għadd ta’ każijiet ta’ FAE ssekwestrati fil-fruntiera esterna;

    4.6.L-għadd ta’ armi tan-nar issekwestrati fil-fruntiera esterna;

    4.7.L-għadd ta’ biċċiet ta’ munizzjon issekwestrati fil-fruntiera esterna;

    4.8.Il-kwantità ta’ splussivi ssekwestrati fil-fruntiera esterna.

    5.L-għadd ta’ każijiet irrappurtati ta’ FAE ssekwestrati fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea u li nstabu li ġejjin mill-Ewropa tax-Xlokk, meta mqabbel mal-għadd ta’ FAE ssekwestrati fl-Unjoni Ewropea kollha u li nstabu li ġejjin jew huma ddevjati mill-Ewropa tax-Xlokk;

    5.1.[mhux applikabbli – diġà kopert b’4.2]

    5.2.[mhux applikabbli – diġà kopert b’4.3]

    5.3.[mhux applikabbli – diġà kopert b’4.4]

    5.4.L-għadd ta’ armi tan-nar issekwestrati fil-fruntieri tal-UE u li nstabu li ġejjin mill-Ewropa tax-Xlokk;

    5.5.Il-kwantità ta’ munizzjon issekwestrat fil-fruntieri tal-UE u li nstab li ġej mill-Ewropa tax-Xlokk;

    5.6.Il-kwantità ta’ splussivi ssekwestrati fil-fruntieri tal-UE u li nstabu li ġejjin mill-Ewropa tax-Xlokk;

    5.7.L-għadd ta’ armi tan-nar issekwestrati madwar l-UE u li nstabu li ġejjin mill-Ewropa tax-Xlokk;

    5.8.Il-kwantità ta’ munizzjon issekwestrat madwar l-UE u li nstab li ġej mill-Ewropa tax-Xlokk;

    5.9.Il-kwantità ta’ splussivi ssekwestrati madwar l-UE u li nstabu li ġejjin mill-Ewropa tax-Xlokk.

    6.L-għadd ta’ FAE li għalih inħarġu liċenzji tal-esportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u identifikat bħala ddevjat

    6.1.L-għadd ta’ liċenzji tal-esportazzjoni tal-armi maħruġa u użati;

    6.2.L-għadd ta’ liċenzji tal-esportazzjoni tal-munizzjon maħruġa u użati;

    6.3.Numru ta’ każijiet li fihom l-armi, li għalihom inħarġu u ġew realizzati l-liċenzji, ġew identifikati bħala dirottati

    6.4.L-għadd ta’ każijiet li fihom il-munizzjon, li għalih inħarġu l-liċenzji u li ġew realizzati, ġie identifikat bħala ddevjat permezz ta’ proċeduri ta’ kontroll ta’ wara t-trasportazzjoni.

    7.Il-Punti Fokali dwar l-Armi tan-Nar u l-bini tal-kapaċità

    7.1.Il-Punti Fokali dwar l-Armi tan-Nar (FFP) stabbiliti u operazzjonali f’kull ġuriżdizzjoni, li jissodisfaw l-istandards tal-gwida tal-UE dwar l-Aħjar prattika;  8

    7.2.L-għadd ta’ persunal li rċieva taħriġ dwar it-theddida tal-armi tan-nar fil-livell tal-UE (b’mod partikolari t-taħriġ tas-CEPOL) u fil-livell nazzjonali (inkluż taħriġ kaskata).

    8.L-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni interistituzzjonali fil-livell operazzjonali, inklużi l-fażijiet ta’ investigazzjoni, prosekuzzjoni u ta’ qabel il-proċess;

    8.1.L-għadd ta’ inċidenti relatati mal-FAE rreġistrati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi;

    8.2.Il-każijiet ta’ FAE pproċessati mill-imħallef tar-reati;

    8.3.Il-każijiet ta’ FAE solvuti mill-imħallef tar-reati;

    8.4.L-għadd ta’ każijiet ta’ FAE li ġew imwaqqa’ mill-prosekutur;

    8.5.L-għadd ta’ każijiet ta’ FAE li ġew imwaqqa’ mill-imħallef/l-imħallef ta’ qabel il-proċess.

    9.L-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni operattiva miksuba minn informazzjoni tal-intelligence inkluża l-intelligence ballistika fil-ġlieda kontra reati relatati mal-armi tan-nar, mal-Istati Membri tal-UE, mal-awtoritajiet u mal-aġenziji tal-Ewropa tax-Xlokk kif ukoll mal-aġenziji internazzjonali tal-infurzar tal-liġi;

    9.1.L-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni operattiva mmexxija mill-intelligence fil-livell tal-ġuriżdizzjoni;

    9.2.L-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni operattiva mmexxija mill-intelligence fl-Ewropa tax-Xlokk;

    9.3.L-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni operattiva mmexxija mill-intelligence mal-Frontex;

    9.4.L-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni operattiva mmexxija mill-intelligence mal-Europol/EMPACT;

    9.5.L-għadd ta’ każijiet bilaterali ta’ kooperazzjoni operattiva mmexxija mill-intelligence bejn is-sħab tal-Ewropa tax-Xlokk u l-Istati Membri tal-UE li ma jinvolvux lill-Europol;

    9.6.L-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni operattiva mmexxija mill-intelligence mal-Interpol.

    9.7.L-UE biss: L-għadd ta’ każijiet bilaterali ta’ kooperazzjoni operattiva mmexxija mill-intelligence bejn l-Istati Membri tal-UE li ma jinvolvux lill-Europol/EMPACT;

    9.8.L-UE biss: L-għadd ta’ entrati u tiftixiet fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen;

    9.9.L-UE biss: L-għadd ta’ entrati u tiftixiet fis-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskji Doganali;

    10.L-għadd ta’ inċidenti li jinvolvu armi tan-nar u vittmi affettwati mill-użu ħażin ta’ armi tan-nar, diżaggregati skont is-sess u l-età, f’kull ġuriżdizzjoni;

    10.1.L-għadd ta’ inċidenti li saru b’armi tan-nar legali u illegali;

    10.2.L-għadd ta’ persuni maqtula bl-armi tan-nar, skont is-sess u l-età;

    10.3.L-għadd ta’ persuni midruba bl-armi tan-nar, skont is-sess u l-età;

    10.4.L-għadd ta’ persuni li wettqu suwiċidju b’arma tan-nar, skont is-sess u l-età.

    11.L-għadd ta’ armi tan-nar u munizzjon ċeduti volontarjament, kif ukoll armi tan-nar legalizzati jew diżattivati;

    11.1.L-għadd ta’ armi tan-nar li jkunu ġew ċeduti volontarjament;

    11.2.L-għadd ta’ munizzjon li jkun ġie ċedut volontarjament;

    11.3.L-għadd ta’ armi tan-nar legalizzati;

    11.4.L-għadd ta’ armi tan-nar diżattivati skont l-istandards tal-UE.

    12.L-għadd ta’ SALW/armi tan-nar, munizzjon, u splussivi (kkonfiskati jew żejda) irrappurtati li jkunu nqerdu b’mod sistematiku

    12.1.Il-kwantità tal-armi tan-nar/munizzjon/splussivi rrappurtati li jkunu ġew ikkonfiskati;

    12.2.Il-kwantità ta’ armi tan-nar/munizzjon/splussivi kkonfiskati u meqruda;

    12.3.Il-kwantità ta’ armi tan-nar/munizzjon/splussivi kkonfiskati u mormija b’modi oħra;

    12.4.Il-kwantità ta’ armi tan-nar/munizzjon/splussivi żejda;

    12.5.Il-kwantità ta’ armi tan-nar/munizzjon/splussivi żejda meqruda;

    12.6.Il-kwantità ta’ armi tan-nar/munizzjon/splussivi żejda mormija b’mod ieħor.

    13.L-għadd ta’ SALW/armi tan-nar u l-faċilitajiet ta’ ħżin tal-munizzjon tagħhom f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà;

    13.1.L-għadd ta’ faċilitajiet ta’ ħżin militari tal-SALW u l-munizzjon;

    13.2.L-għadd ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-infurzar tal-liġi tal-SALW/l-armi tan-nar u l-munizzjon;

    13.3.L-għadd ta’ ħażniet ċivili tal-armi tan-nar u l-munizzjon;

    13.4.L-għadd ta’ faċilitajiet militari tal-ħżin f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà;

    13.5.L-għadd ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-infurzar tal-liġi f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà;

    13.6.L-għadd ta’ ħażniet ċivili ta’ armi tan-nar u munizzjon f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà.

    14.Il-perċentwal ta’ sodisfazzjon taċ-ċittadini (diżaggregat skont l-età u s-sess) jew sensazzjoni ta’ sikurezza fuq il-vjolenza bl-armi.

    14.1.Il-perċentwal ta’ ċittadini li jħossuhom mhedda mill-pussess illegali u l-użu ħażin tal-armi.

    (1)    Dok. 16726/3/13 REV 3 RESTREINT UE/EU RESTRICTED.
    (2)    https://ec.europa.eu/home-affairs/sites/homeaffairs/files/news/docs/20181005_joint-action-plan-counter-terrorism-western-balkans.pdf.
    (3)    L-ewwel żewġ arranġamenti ġew iffirmati mill-Kummissarju Avramopoulos u l-Ministri tal-Intern tal-Albanija u tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq fi Brussell fid-9 ta’ Ottubru 2019, ara https://ec.europa.eu/home-affairs/news/news/20191009_security-union-implementing-counter-terrorism-arrangements-albania-north-macedonia . Il-ftehim mal-Kosovo* ġie ffirmat fi Brussell fit-30 ta’ Ottubru 2019. L-aħħar tlieta, mal-Bożnija-Ħerzegovina, mal-Montenegro u mas-Serbja, ġew iffirmati fid-19 ta’ Novembru 2019 fil-marġini tal-laqgħa Ministerjali tal-ĠAI fi Skopje. * Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
    (4)    Skeda ta’ żmien tal-Pjan Direzzjonali Reġjonali.
    (5)    Ara l-Anness 4.
    (6)    G= Għan; T=Mira.
    (7)    Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna t’hawn fuq.
    (8)    il-15 ta’ Mejju 2018, id-Dokument tal-Kunsill Nru 8586/18.
    Top