Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0475

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL IR-RAPPORT FINANZJARJU NRU 13 TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA IS-SENA FINANZJARJA 2019

    COM/2020/475 final

    Brussell, 2.9.2020

    COM(2020) 475 final

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    IR-RAPPORT FINANZJARJU NRU 13 TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA







    IS-SENA FINANZJARJA 2019





    {SWD(2020) 168 final}


    WERREJ

    1.IL-PROĊEDURA BAĠITARJA

    2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET

    3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2019

    4.L- IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG

    Annessi (ara d-dokument separat):

    Anness 1

    Anness 2

    Anness 3-I

    Anness 3-II

    Anness 4

    Il-proċedura baġitarja għall-Approprjazzjonijiet tal-FAEG tal-2019

    L-analiżi tal-eżekuzzjoni baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2019

    L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2019. Dħul assenjat. C4

    L-analiżi tal-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG – Is-sena finanzjarja 2019. Dħul assenjat. C5

    L-eżekuzzjoni Baġitarja tal-FAEG skont l-artikolu u skont l-Istat Membru – Is-sena finanzjarja 2019

    Nota: Ma’ dan ir-rapport qed jiġi mehmuż Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dettaljat. It-test sħiħ ta’ dan id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (bil-Malti) u t-tabelli annessi (bil-Malti) se jkunu disponibbli wkoll fuq is-sit web Europa tad-DĠ Agrikoltura ( http://ec.europa.eu/agriculture/cap-funding/financial-reports/eagf/index_mt.htm ).

     

    1.IL-PROĊEDURA BAĠITARJA 1

    1.1.L-Abbozz tal-Baġit għall-2019 u l-Ittra Emendatorja 1/2019

    L-Abbozz tal-Baġit għall-2019 ġie ppubblikat mill-Kummissjoni u propost lill-Awtorità Baġitarja fil-21 ta’ Ġunju 2018. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn proposti għall-FAEG ammontaw għal EUR 43 613.5 miljun. Il-Kunsill ippubblika l-pożizzjoni tiegħu fl-Abbozz tal-Baġit għall-2019 fis-7 ta’ Settembru 2018, filwaqt li naqqas l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 340.4 miljun. Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-24 ta’ Ottubru 2018, filwaqt li żied l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-FAEG b’EUR 78,5 miljun meta mqabbel mal-Abbozz tal-Baġit.

    Fis-16 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ppubblikat l-Ittra Emendatorja (AL) Nru 1 għall-Abbozz tal-Baġit għall-2019 li żżid il-ħtiġijiet fl-impenji b’EUR 91.9 miljun meta mqabbel mal-Abbozz tal-Baġit. Madankollu, dawn il-ħtiġijiet addizzjonali ġew ikkumpensati biż-żieda ta’ EUR 275.9 miljun fid-dħul assenjat, li mistenni li jkun disponibbli fl-2019. B’riżultat ta’ dan, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn mitluba għall-FAEG fl-AL naqsu b’EUR 184 miljun meta mqabbel mal-Abbozz tal-Baġit.

    Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, magħmul minn membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma setgħux jaqblu dwar test konġunt. Għalhekk, il-Kummissjoni pproponiet Abbozz tal-Baġit ġdid fit-30 ta’ Novembru 2018.

    1.2.L-Adozzjoni tal-Baġit għall-2019

    Il-baġit għall-2019 ġie ddikjarat bħala adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fit-12 ta’ Diċembru 2018. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali tal-baġit għall-FAEG ammontaw għal EUR 43 191.9 miljun u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tiegħu ammontaw għal EUR 43 116.4 miljun.

    Id-differenza bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament tirriżulta mill-fatt li, għal ċerti miżuri li jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni, jintużaw approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn il-miżuri għandhom x’jaqsmu l-aktar mal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli, mal-istrateġija tal-politiki u l-miżuri ta’ koordinazzjoni għall-agrikoltura.

    Speċifikament, mill-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG ivvutati għall-qasam ta’ politika 05 (l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali), li jammontaw għal EUR 43 191.9 miljun: EUR 2 498.7 miljun ġew previsti għal interventi fi swieq agrikoli skont il-kapitolu 05 02; EUR 40 544.7 miljun ġew previsti għal pagamenti diretti skont il-kapitolu 05 03; EUR 61.4 miljun ġew previsti għall-awditu tan-nefqa agrikola skont il-kapitolu 05 07; u EUR 75.6 miljun għall-istrateġija ta’ politika u l-koordinazzjoni skont il-kapitolu 05 08.

    Aktar dettalji jinsabu fl-anness 1.

    1.3.Id-dħul assenjat għall-FAEG 2

    B’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni, 3 , id-dħul li joriġina mill-korrezzjonijiet finanzjarji skont id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni tal-konformità jew tal-kontabbiltà, minn irregolaritajiet u mill-imposta fuq il-ħalib huwa indikat bħala dħul assenjat għall-finanzjament tan-nefqa tal-FAEG. Skont dawn ir-regoli, id-dħul assenjat jista’ jintuża biex ikopri l-finanzjament ta’ kwalunkwe nefqa tal-FAEG. F’każ li xi parti minn dan id-dħul ma tintużax, din tiġi riportata awtomatikament għas-sena baġitarja ta’ wara.

    Fiż-żmien li ġie stabbilit il-baġit għall-2019, saret stima ta’ dan id-dħul kemm għall-ammont li kien mistenni li jinġabar matul is-sena baġitarja 2019, kif ukoll għall-ammont li kien mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2018 għall-2019. Din l-istima kienet tammonta għal EUR 1 078 miljun, u tqieset meta l-Awtorità Baġitarja adottat il-baġit għall-2019. B'mod partikolari:

    -id-dħul mill-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità u mill-irregolaritajiet ġie stmat għal EUR 499 miljun u EUR 135 miljun rispettivament, filwaqt li ma kienx antiċipat dħul mill-imposta fuq il-ħalib. B’hekk, l-ammont totali ta’ dħul assenjat li kien mistenni jinġabar matul is-sena baġitarja 2019 kien stmat għal EUR 634 miljun;

    -L-ammont ta’ dħul assenjat li mistenni jiġi riportat mis-sena baġitarja 2018 għall-2019 kien stmat għal EUR 444 miljun.

    Fil-baġit għall-2019, dan id-dħul li oriġinarjament kien stmat għal EUR 1 078 miljun ġie allokat għal żewġ skemi, jiġifieri:

    -EUR 140 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix;

    -EUR 938 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (il-pagamenti diretti).

    Għall-iskemi msemmija qabel, is-somma tal-approprjazzjonijiet ivvotati mill-Awtorità Baġitarja u d-dħul assenjat tikkorrispondi għall-istima totali tal-approprjazzjonijiet disponibbli ta’:

    -EUR 849 miljun għall-fondi operazzjonali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix;

    -EUR 17 149 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku (pagamenti diretti).



    2.IL-POŻIZZJONI TAL-LIKWIDITÀ U L-ĠESTJONI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET 

    2.1.Il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet 

    2.1.1.Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2019 

    F’EUR

    It-taqsima tan-nefqa tal-baġit (1)

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn

    Approprjazzjonijiet ta’ pagamenti

    It-taqsima tad-dħul tal-baġit (AR) (2)

    Previżjonijiet

    1. Approprjazzjonijiet inizjali tal-FAEG, li minnhom

    43 191 947 000.00

    43 116 399 417.00

    1. Deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni

    499 000 000.00

    1a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża

    42 994 600 000.00

    42 994 600 000.00

    2. Irregolaritajiet

    135 000 000.00

    1b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta

    197 347 000.00

    121 799 417.00

    3. Imposta addizzjonali mill-produtturi tal-ħalib

    -

    2. Baġit Emendatorju

    Previżjoni totali ta’ AR

    634 000 000.00

    3. Trasferiment lejn/mill-FAEG matul is-sena

    -3 370 424.17

    4. Approprjazzjonijiet finali għall-FAEG, li minnhom

    43 191 947 000.00

    43 113 028 992.83

    4 a. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża

    42 994 750 000.00

    42 994 750 000.00

    4b. Approprjazzjonijiet taħt ġestjoni diretta

    197 197 000.00

    118 278 992.83

    (1)    L-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2019 wara li tnaqqas id-dħul assenjat li kellu jinġabar fl-2019, kif ukoll id-dħul riportat mill-2018 għall-2019 skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 2018/1046.

    (2)    AR: Id-dħul assenjat li jrid jinġabar matul is-sena finanzjarja. Ma hemm l-ebda ammont ta’ dħul li ddaħħal fil-linja tad-dħul (p.m.), iżda l-ammont tal-previżjoni huwa indikat fil-kummenti baġitarji

    2.1.2.Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2019

    F’EUR

    Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn

    Eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament

    Ġestjoni kondiviża (1)

    43 767 098 030.56

    43 767 098 030.56

    In-nefqa taħt ġestjoni diretta

    195 313 085.43

    101 916 458.15

    Total

    43 962 411 115.99

    43 869 014 488.71

    (1)    Ammonti impenjati. Impenji u pagamenti minbarra d-dħul assenjat ta’ EUR 706 071 911.53 (ara l-punt 4 u l-anness 3-I) riċevuti għal ġestjoni kondiviża: EUR 43 061 026 119.03.

    Għas-sena finanzjarja 2019, l-ammont proprju tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn li ntużaw kien jammonta għal EUR 43 962 411 116.0, filwaqt li dak għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kien jammonta għal EUR 43 869 014 488.7. Aktar dettalji dwar l-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża jingħataw fit-taqsima 3.2 hawn taħt.

    2.1.3.L-eżekuzzjoni tal-baġit tal-approprjazzjonijiet ivvutati - In-nefqa ta’ ġestjoni diretta li għamlet il-Kummissjoni 

    F’EUR

    In-nefqa taħt ġestjoni diretta

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn

    Approprjazzjonijiet ta’ pagamenti

    Riport għall-2020 (2)

    Approprjazzjonijiet (C1)(1)

    197 197 000.00

    118 278 992.83

    -

    Eżekuzzjoni (C1)

    195 313 085.43

    101 916 458.15

    14 901 623.58

    Approprjazzjonijiet ikkanċellati

    1 883 914.57

    1 460 911.10

    -

    (1)    C1 jirreferi għall-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit. Dan l-ammont jinkludi trasferimenti minn “ ġestjoni kondiviża” għal ammont ta’ EUR 150 000.00 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament, trasferimenti “’l barra” mill-FAEG għal ammont totali ta’ EUR -3 370 424.17 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

    (2)    Riport għall-2020 għal approprjazzjonijiet mhux differenzjati biss.

    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għan-nefqa taħt ġestjoni diretta fil-baġit għall-2019 kienu EUR 197.2 miljun. Fl-2019 ġie impenjat ammont ta’ EUR 195.3 miljun. Il-bilanċ ta’ dawn l-approprjazzjonijiet, jiġifieri EUR 1.9 miljun, ġie kkanċellat.

    Il-maġġoranza tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-FAEG għan-nefqa taħt ġestjoni diretta magħmula mill-Kummissjoni huma approprjazzjonijiet differenzjati.

    Ir-riport awtomatiku għall-2020, li jirrigwarda biss approprjazzjonijiet mhux differenzjati, jammonta għal EUR 14.9 miljun.

    2.2.Il-pagamenti kull xahar 

    2.2.1.Pagamenti ta’ kull xahar lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża

    2.2.1.1.Pagamenti ta’ kull xahar għall-provvediment tan-nefqa

    L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jiddikjara li “il-pagamenti ta' kull xahar għandhom isiru mill-Kummissjoni għal nefqa magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati matul ix-xahar ta’ referenza”. Il-pagamenti ta’ kull xahar għandhom isiru lil kull Stat Membru mhux aktar tard mit-tielet jum tax-xogħol tat-tieni xahar wara dak li fih tkun saret in-nefqa.

    Il-pagamenti ta’ kull xahar huma rimborż tan-nefqa netta (wara t-tnaqqis tad-dħul) li tkun diġà saret u jiġu magħmula disponibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar mibgħuta mill-Istati Membri 4 . L-aġġornament tan-nefqa u tad-dħul li jsir kull xahar fil-kotba huwa suġġett għal kontrolli u korrezzjonijiet abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Barra minn hekk, dawn il-pagamenti jsiru finali wara l-verifika tal-Kummissjoni skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

    Il-pagamenti magħmula mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2018 sal-15 ta’ Ottubru 2019 huma koperti mis-sistema għall-pagamenti ta’ kull xahar.

    Għas-sena finanzjarja kollha, l-ammont totali nett ta’ pagamenti ta’ kull xahar deċiżi, wara t-tnaqqis tal-approvazzjoni u korrezzjonijiet oħrajn, kien ta’ EUR 43 061 026 119.03.

    2.2.1.2.Deċiżjonijiet dwar pagamenti ta’ kull xahar

    Il-Kummissjoni adottat deċiżjoni ta’ pagament għal kull wieħed mit-tnax-il perjodu tas-sena finanzjarja. Barra minn hekk, f’Diċembru ġiet adottata deċiżjoni addizzjonali, li taġġusta n-nefqa totali imposta għas-sena.

    3.L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT TAL-FAEG 2019

    3.1.L-użu tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG

    L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG kienet tammonta għal EUR 43 962.4 miljun 5 . Din in-nefqa kienet ġiet iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet inizjali tal-baġit u bl-użu tad-dħul assenjat lill-FAEG, magħmul mill-ammont sħiħ ta’ EUR 448.8 miljun riportati mill-2018 u minn parti mid-dħul assenjat miġbur fl-2019 li jammonta għal EUR 357.9 miljun mit-total ta’ EUR 706.1 miljun.

    Fil-qasam ta’ politika 05, in-nefqa tal-FAEG ammontat għal EUR 2 473.0 miljun għal miżuri tas-suq u għal EUR 41 335.7 miljun għal pagamenti diretti.

    Għad-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-baġit skont il-qasam ta’ politika, jekk jogħġbok ara l-anness 2.

    L-Anness 4 jippreżenta t-tqassim tan-nefqa fuq il-miżuri tas-suq, il-pagamenti diretti u l-awditjar tan-nefqa agrikola, skont l-entrata, skont is-sors tal-fond u skont l-Istat Membru.

    3.2.Il-kummenti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

    Hawn taħt qed jiġi ppreżentat kummentarju qasir — għall-iktar setturi sinjifikanti — dwar l-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet kif ukoll dwar l-użu tad-dħul assenjat disponibbli abbażi tad-dettalji mogħtija fl-annessi 2, 3-I u 3-II. Il-linji tal-baġit b’rata ta’ eżekuzzjoni qrib ħafna tal-ammonti bbaġitjati mhumiex deskritti f’din it-taqsima.

    3.2.1.Kapitolu 05 02: Interventi fis-swieq agrikoli

    3.2.1.1.Daħla

    L-eżekuzzjoni totali (f’approprjazzjonijiet ta’ impenji) għal dan il-kapitolu ammontat għal EUR 2 473.0 miljun u ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati li jammontaw għal EUR 2 498.7 miljun u mid-dħul assenjat li jammonta għal EUR 140 miljun. Dan tal-aħħar kien maħsub biex ikopri n-nefqa mġarrba fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.1.2). Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet kienu aktar mill-approprjazzjonijiet baġitarji, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti minn partiti tal-baġit oħrajn. Għall-miżuri tas-suq fejn intużaw anqas approprjazzjonijiet tal-baġit milli kien mistenni, l-approprjazzjonijiet disponibbli li rriżultaw ġew ittrasferiti għal linji baġitarji oħrajn fi ħdan il-FAEG sabiex ikopru n-nefqa addizzjonali skont kif kien meħtieġ (għad-dettalji dwar it-trasferimenti tal-baġit li saru, ara l-Anness 2).

    3.2.1.2.Artikolu 05 02 08: Frott u ħaxix 

    Approprjazzjonijiet ta’ total ta’ EUR 911.8 miljun kienu disponibbli biex ikopru l-ħtiġijiet baġitarji tal-miżuri kollha għal dan is-settur. L-Awtorità Baġitarja vvutat approprjazzjonijiet ta’ EUR 715.1 miljun filwaqt li qieset id-dħul stmat assenjat għal dan is-settur (EUR 140.0 miljun). Barra minn hekk, ġew ittrasferiti EUR 56.7 miljun matul il-baġit għall-2019 minn linji baġitarji oħrajn fi ħdan l-istess kapitolu.

    In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri fl-2019 ammontat għal EUR 865.7 miljun.

    3.2.1.3.Artikolu 05 02 09: Prodotti tas-settur tal-vitikultura 

    Il-baġit ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 1 035.1 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet baġitarji tal-miżuri kollha għal dan is-settur. Is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 47.6 miljun, meta mqabbla mal-ħtiġijiet previsti tal-baġit, kienet dovuta għan-nefqa aktar baxxa mġarrba minn xi Stati Membri, b’mod partikolari għall-komponenti ta’ promozzjoni u ristrutturar tal-programmi tal-inbid nazzjonali tagħhom.

    3.2.1.4.Artikolu 05 02 10: Promozzjoni

    Fir-rigward tal-miżuri ta’ promozzjoni — il-pagamenti mill-Istati Membri, is-sottoeżekuzzjoni ta’ EUR 5.4 miljun meta mqabbla mal-ħtiġijiet baġitarji previsti kienet minħabba l-implimentazzjoni aktar baxxa ta’ wħud mill-programmi ta’ promozzjoni magħżula fis-snin preċedenti. Id-differenza ġiet ittrasferita lejn artikoli baġitarji oħra.

    Fir-rigward tal-azzjonijiet ta’ promozzjoni taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissjoni impenjat approprjazzjonijiet għall-ammont totali previst fil-baġit għal dawn l-azzjonijiet (EUR 101.1 miljun).

    3.2.1.5.Artikolu 05 02 12: Ħalib u prodotti tal-ħalib

    Il-baġit ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 6.3 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur.

    Id-differenza bejn l-ammont ibbaġitjat u dak eżegwit taħt dan l-artikolu hija ġġenerata kważi esklussivament mill-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat mill-ħażna pubblika (peress li l-prezzijiet tal-bejgħ kienu ogħla mill-valur tal-kontabbiltà). L-ammont disponibbli ta’ EUR 66.6 miljun ġie trasferit l-aktar biex ikopri l-ħtiġijiet addizzjonali barra l-kapitolu.

    3.2.1.6.Artikolu 05 02 13: Ċanga u vitella 

    Il-baġit ma ppreveda l-ebda approprjazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri ddikjaraw nefqa (EUR 1.1 miljun) għal pagamenti residwi relatati ma’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni marbuta ma’ ċertifikati maħruġa qabel l-2014. Din in-nefqa residwa ġiet koperta permezz ta’ trasferiment ta’ approprjazzjonijiet disponibbli fl-istess kapitolu.

    3.2.1.7.Artikolu 05 02 15: Laħam tal-majjal, bajd u tjur, trobbija tan-naħal u prodotti oħra mill-annimali

    3.2.1.8.Il-baġit ippreveda approprjazzjonijiet totali disponibbli li jammontaw għal EUR 63.0 miljun sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet tal-miżuri kollha għal dan is-settur, b’mod partikolari għall-programmi tat-trobbija tan-naħal u l-miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ. Madankollu, in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri kienet tammonta biss għal EUR 41.9 miljun. Id-differenza ta’ EUR 21.1 miljun hija prinċipalment dovuta għall-eżekuzzjoni baxxa (EUR 7.6 miljun) ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ, meta mqabbla ma’ EUR 28.0 miljun f’ammont ibbaġitjat li kien jinkludi żieda ta’ EUR 15.0 miljun mill-Awtorità Baġitarja meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni. L-ammont disponibbli ġie trasferit lejn artikoli baġitarji oħra. Artikolu 05 02 18: Skemi għall-iskejjel

    In-nefqa mġarrba għall-iskemi għall-iskejjel kienet tammonta għal EUR 191.5 miljun meta mqabbla ma’ ħtiġijiet previsti ta’ EUR 217.0 miljun inklużi fil-baġit. L-użu aktar baxx jirrifletti l-fatt li l-2018/2019 kienet it-tieni sena skolastika ta’ integrazzjoni tal-iskemi tal-frott u tal-ħalib li qabel kienu separati fi skema għall-iskejjel waħda, filwaqt li l-Istati Membri ddikjaraw nefqa aktar baxxa milli kien antiċipat waqt it-tfassil tal-baġit.

    3.2.2.Kapitolu 05 03: Pagamenti Diretti

    Is-sena finanzjarja 2019 kienet ir-raba’ sena ta’ implimentazzjoni tas-sistema riformata ta’ pagamenti diretti kif deċiż fir-riforma tal-2013 tal-Politika Agrikola Komuni. Il-pagamenti totali għal dan il-kapitolu tal-baġit ammontaw għal EUR 41 335.7 miljun. Dan jinkludi ammont ta’ EUR 438.2 miljun li tħallas għar-rimborż ta’ pagamenti diretti lill-bdiewa fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja, iffinanzjat minn EUR 459.5 miljun riportati mill-2018 (għad-dettalji, ara l-punt 3.2.2.4). Il-bqija tal-pagamenti li saru, EUR 40 897.5 miljun, ġew iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ivvotati (EUR 40 184.7 miljun), u mid-dħul assenjat (EUR 712.8 miljun). Dan tal-aħħar intuża sabiex ikopri n-nefqa mġarrba għall-iskema ta’ pagament bażiku.

    L-approprjazzjonijiet totali mhux użati kienu jammontaw għal EUR 795.9 miljun, li minnhom EUR 768.9 miljun ġew riportati għas-sena finanzjarja 2020. Dan jinkludi l-ammont ta’ EUR 466.8 miljun tar-riżerva għall-kriżijiet mhux użata, li jikkorrispondi għad-dixxiplina finanzjarja applikata b’mod effettiv fl-2019, li ġie trasferit għall-artikolu baġitarju 05 03 09 u mbagħad riportat għall-2020 għar-rimborż lill-Istati Membri kkonċernati. Il-bilanċ li kien għad fadal tad-dħul assenjat miġbur fl-2019 (EUR 348.2 miljun) ġie riportat għall-2020. Fil-partiti fejn il-ħtiġijiet qabżu l-approprjazzjonijiet ivvotati tal-baġit, in-nefqa addizzjonali ġiet koperta permezz ta’ trasferimenti ta’ approprjazzjonijiet ivvotati minn partiti oħrajn tal-baġit jew ta’ dħul assenjat.

    3.2.2.1.Artikolu 05 03 01: Pagamenti direttidiżakkoppjati

    L-iskemi ewlenin iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (SPUE), l-iskema ta’ pagament bażiku (BPS), il-pagament għal prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent, il-pagament ridistributtiv u l-pagament għal bdiewa żgħażagħ. L-iskemi ta’ għajnuna kollha f’dan l-artikolu jitħallsu b’mod indipendenti mill-produzzjoni iżda taħt ċerti kundizzjonijiet, pereżempju, ir-rispett tal-kundizzjonalità. L-approprjazzjonijiet disponibbli fl-2019 għal pagamenti diretti diżakkoppjati ammontaw għal EUR 35 402.9 miljun, inklużi l-approprjazzjonijiet ivvutati mill-Awtorità Baġitarja li jammontaw għal EUR 34 388.0 miljun u d-dħul assenjat li kien jammonta għal EUR 1 014.9 miljun. In-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-iskemi kollha f’dan l-artikolu ammontat għal EUR 35 328.6 miljun, li jikkorrispondi għal 99.8 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli.

    3.2.2.2.Artikolu 05 03 02: Pagamenti Diretti oħrajn

    L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jkopru n-nefqa għal “pagamenti diretti oħrajn”. Dan jinkludi skemi li għalihom xorta jista’ jkun hemm rabta bejn il-pagamenti u l-produzzjoni, b’kundizzjonijiet iddefiniti sewwa u b’limiti ċari. B’konsegwenza tar-riforma tal-2013, skemi miżjuda taħt dan l-Artikolu kienu l-appoġġ akkoppjat volontarju u l-iskema għall-bdiewa żgħar, filwaqt li għadd ta’ linji koprew biss pagamenti residwi relattivament żgħar għal skemi skaduti.

    Il-Kummissjoni kienet stmat li fl-2019 kienu meħtieġa approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 5 688.0 miljun għal dan l-Artikolu. L-Istati Membri ġarrbu nefqa li tammonta għal EUR 5 568.9 miljun, li kienet aktar baxxa bi 2 % mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit.

    3.2.2.3.Artikolu 05 03 09: Rimborż tal-pagamenti diretti b’rabta mad-dixxiplina finanzjarja

    L-Awtorità Baġitarja ma allokat l-ebda approprjazzjoni għal dan l-artikolu. L-għan ta’ dan l-artikolu huwa li jiġbor l-approprjazzjonijiet ivvotati u mhux impenjati tar-riżerva għall-kriżi mhux użata, riportati biex jiffinanzjaw ir-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja applikata għall-pagamenti diretti 6 .

    Mill-ammont ta’ EUR 459.5 miljun, li jikkorrispondi għad-dixxiplina finanzjarja applikata matul is-sena finanzjarja tal-2018, li ġie riportat għall-baġit tal-2019 għal rimborż, l-Istati Membri ħallsu lura EUR 438.2 miljun. Id-differenza ta’ EUR 21.3 miljun reġgħet iddaħħlet fil-baġit għall-2019 sabiex tingħata lura lill-Istati Membri permezz ta’ Baġit Emendatorju fil-baġit li jmiss.

    3.2.2.4.Artikolu 05 03 10: Riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu

    L-approprjazzjonijiet ta’ dan l-artikolu huma maħsuba biex ikopru n-nefqa għall-miżuri li jridu jittieħdu bil-għan li jiġu ffaċċjati l-kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Ir-riżerva għall-kriżijiet tiġi stabbilita billi, fil-bidu ta’ kull sena, jiġi applikat tnaqqis għall-pagamenti diretti permezz tal-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja b’konformità mal-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, kif ukoll b’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 7 . Fl-2019 ir-riżerva għall-kriżijiet ta’ EUR 468.7 miljun ma ntużatx.

    Madankollu, fi tmiem l-2019, l-approprjazzjonijiet ivvotati mhux impenjati li jikkorrispondu għall-ammont tad-dixxiplina finanzjarja applikata b’mod effettiv għas-sena tat-talba 2018 ġew ittrasferiti għall-artikolu tal-baġit 05 03 09 sabiex jiġu riportati għas-sena finanzjarja li jmiss għar-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja imposta fuq il-bdiewa fis-sena kalendarja 2019.

    3.2.3.Kapitolu 05 07: Awditjar tan-nefqa agrikola

    3.2.3.1.Artikolu 05 07 01: Kontroll tan-nefqa agrikola

    Dan l-artikolu jinvolvi l-miżuri li ttieħdu sabiex jissaħħu l-mezzi ta’ kontrolli fuq il-post u sabiex jittejbu s-sistemi ta’ verifika bil-għan li jiġi limitat ir-riskju ta’ frodi u irregolaritajiet għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni. Huwa jinkludi wkoll in-nefqa sabiex jiġu ffinanzjati ċerti korrezzjonijiet favur l-Istati Membri, li jkunu marbutin mal-kontabbiltà u mal-konformità.

    L-Unjoni Ewropea ffinanzjat direttament ix-xiri ta’ immaġni bis-satellita fi ħdan il-qafas tal-Amministrazzjoni Integrata u s-Sistema ta’ Kontroll għal ammont ta’ EUR 9.7 miljun.

    Il-korrezzjonijiet favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni tal-kontijiet kienu ta’ EUR 10.4 miljun, jiġifieri inqas mill-ammont ibbaġitjat ta’ EUR 19.7 miljun.

    Il-korrezzjonijiet favur l-Istati Membri wara l-approvazzjoni ta’ konformità tal-kontijiet irriżultaw aktar għolja milli mistenni b’EUR 38.3 miljun minflok l-EUR 2.6 miljun previsti fil-baġit.

    3.2.3.2.Artikolu 05 07 02: Soluzzjoni ta’ Tilwim

    L-approprjazzjonijiet f’dan l-artikolu huma maħsuba biex ikopru n-nefqa li għaliha l-Kummissjoni tista’ tinżamm responsabbli permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti tal-ġustizzja, inkluż il-kost tal-ħlas tat-talbiet għad-danni u l-imgħax. Il-baġit għall-2019 ippreveda approprjazzjonijiet li jammontaw għal EUR 30.0 miljun, li minnhom ġew eżegwiti EUR 11.2 miljun. Il-bqija tal-approprjazzjonijiet ġew ittrasferiti lejn partiti oħra tal-baġit.

    3.2.4.Kapitolu 05 08: Strateġija ta’ politika u koordinament 

    L-approprjazzjonijiet impenjati taħt dan il-kapitolu ammontaw għal EUR 73.8 miljun f’konformità mal-ammont ibbaġitjat (EUR 75.6 miljun).

    4.L- IMPLIMENTAZZJONI TAD-DĦUL ASSENJAT LILL-FAEG 

    Id-dħul assenjat effettivament riportat mill-2018 għall-2019 ammonta għal EUR 448.8 miljun, u ntuża kompletament għall-finanzjament tan-nefqa tas-sena baġitarja 2019, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Finanzjarju. Kif ippreżentat fl-anness 3-II, dan l-ammont kopra n-nefqa ta’ EUR 93.9 miljun għall-fondi ta’ ġestjoni għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix u n-nefqa ta’ EUR 354.9 miljun għall-iskema ta’ pagament bażiku.

    Fir-rigward tad-dħul assenjat miġbur fl-2019, l-anness 3-I juri li dan id-dħul kien jammonta għal EUR 706.1 miljun u li dan oriġina:

    -mill-proċedura tal-korrezzjonijiet tal-approvazzjoni, EUR 548.3 miljun;

    -mid-dħul mill-irregolaritajiet, EUR 155.8 miljun;

    -mill-ġbir tal-imposta fuq il-ħalib, EUR 2 miljun.

    EUR 357.9 miljun tad-dħul assenjat miġbur fl-2019 intuża biex ikopri n-nefqa mġarrba għall-iskema ta’ pagament bażiku (SPB) (pagamenti diretti).

    Il-bilanċ tad-dħul assenjat miġbur fl-2019 (EUR 348.2 miljun) ġie riportat awtomatikament għall-baġit tal-2020.

    Għad-dettalji, ara l-annessi 3-I u 3-II.

    (1)      Din il-proċedura hija ppreżentata fl-Anness 1.
    (2)    Dawn l-ammonti ma jiddaħħlux fil-linji tad-dħul tal-baġit (l-Artikolu 670 għad-dħul assejnat lill-FAEG) u jissemmew “p.m.” (“pro memoria”), iżda l-ammont previst jissemma fir-rimarki tal-baġit għal dan l-artikolu.
    (3)    ĠU L 347 tal-20.12.2013, p. 549.
    (4)    Dawn id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa ta' kull xahar jiġu trażmessi mill-Istati Membri permezz tad-dikjarazzjoni tat-12-il jum tax-xahar N+1.
    (5)      Din iċ-ċifra tinkludi r-rimborż tad-dixxiplina finanzjarja relatata mar-riżerva tal-kriżi agrikola riportata mis-sena finanzjarja 2018.
    (6)      Dawn l-approprjazzjonijiet jistgħu jiġu riportati b’konformità mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 2018/1046, u, f’konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ikunu disponibbli għall-Istati Membri għar-rimborż tar-riċevituri finali li, fis-sena finanzjarja li għaliha jiġu riportati l-approprjazzjonijiet, huma soġġetti għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 26, il-paragrafi (1) sa (4) tiegħu.
    (7)    ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.
    Top

    Brussell, 2.9.2020

    COM(2020) 475 final

    ANNESSI

    tar-

    RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    IR-RAPPORT FINANZJARJU NRU 13 TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar IL-FOND AGRIKOLU EWROPEW TA' GARANZIJA














    IS-SENA FINANZJARJA 2019


















    {SWD(2020) 168 final}







    Top