EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0327

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦAL AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2019

COM/2020/327 final

Brussell, 17.7.2020

COM(2020) 327 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-QORTI TAL-AWDITURI





DWAR IL-FOND TA' GARANZIJA GĦAL AZZJONIJIET ESTERNI U L-ĠESTJONI TIEGĦU FL-2019

{SWD(2020) 136 final}


Werrej

1.Introduzzjoni

2.Il-Qagħda Finanzjarja u Tranżazzjonijiet Sinifikanti tal-Fond ta’ Garanzija

2.1.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija fil-31 ta’ Diċembru 2019

2.2.Tranżazzjonijiet Sinifikanti mill-Fond fl-2019

2.2.1.Talbiet għall-Fond ta’ Garanzija 2019

2.2.2.Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija 2019

2.3.Tranżazzjonijiet sinifikanti wara d-data tar-rapportar (minn tmiem Marzu 2020)

3.Rapporti finanzjarji prekonsolidati tal-Fond

3.1.Pożizzjoni Finanzjarja prekonsolidata fil-31 ta’ Diċembru 2019

3.2.Rapport tal-Introjtu Prekonsolidat

4.Ġestjoni tal-Flus tal-Fond ta’ Garanzija

4.1.Politika ta' investiment

4.2. Il-prestazzjoni u l-iżviluppi tas-suq fl-2019

5.Talbiet għall-Fond ta’ Garanzija

6.Rimunerazzjoni tal-BEI

1.Introduzzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 ("ir-Regolament") 1 stabbilixxa Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni ("il-Fond") biex jitħallsu lura l-kredituri tal-Unjoni fil-każ ta’ inadempjenza mill-benefiċjarji ta’ self maħruġ jew garantit mill-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament, il-Kummissjoni fdat il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond lill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) skont ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea u l-BEI fil-25 ta’ Novembru 1994, u sussegwentement emendat fit-23 ta’ Settembru 1996, fit-8 ta’ Mejju 2002, fil-25 ta’ Frar 2008 u fid-9 ta’ Novembru 2010 u fit-28 ta’ Settembru 2018 2 (“il-Ftehim”).

L-Artikolu 8 tar-Regolament jitlob lill-Kummissjoni tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri dwar is-sitwazzjoni tal-Fond u l-ġestjoni tal-Fond fi tmiem is-sena kalendarja ta’ qabel għal kull sena finanzjarja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara.

Dan ir-rapport flimkien mad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD) jipprovdi din l-informazzjoni. Huwa bbażat fuq data li waslet mill-BEI, b'konformità mal-ftehim.

2.Il-Qagħda Finanzjarja u Tranżazzjonijiet Sinifikanti tal-Fond ta’ Garanzija

2.1.Il-Qagħda Finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija fil-31 ta’ Diċembru 2019

Fil-31 ta’ Diċembru 2019 il-Fond ta’ Garanzija laħaq total ta’ EUR 2,828,738,292.88 (EUR 2,609,881,747.51 mill-31 ta’ Diċembru 2018) (ara l-Anness tal-SWD: Rapporti finanzjarji tal-Fond ta' Garanzija kif ipprovduti mill-BEI).

Il-valur totali skont il-karta tal-bilanċ tal-Fond żdied b’madwar EUR 218,86 miljun fl-2019. Dan huwa spjegat l-aktar b’dawn li ġejjin:

Żidiet:

·Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE (ammont ta’ proviżjonament) ta’ EUR 240,15 miljun biex jiġi aġġustat il-Fond għall-ammont fil-mira ta’ 9% tal-obbligazzjonijiet pendenti totali;

·Ir-riżultat ekonomiku tal-operazzjonijiet finanzjarji ammonta għal EUR 25,13 miljun;

·L-istima tal-portafoll żdiedet bi EUR 8.6 miljun minħabba l-aġġustament skont il-valur fis-suq.

Tnaqqis:

·L-Interventi tal-Fond biex ikopri l-inadempjenzi fil-pagament għal ammont totali ta’ EUR 54,9 miljun.

2.2.Tranżazzjonijiet Sinifikanti mill-Fond fl-2019

2.2.1.Talbiet għall-Fond ta’ Garanzija 2019

Is-Sirja

Fl-2019, il-BEI baqa' jaffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan. Minħabba f’hekk, u f’konformità mal-Ftehim ta’ Garanzija bejn l-UE u l-BEI, sal-31 ta’ Diċembru 2019 il-BEI għamel 14-il sejħa addizzjonali mill-Fond ta’ Garanzija tal-UE għal ammont totali ta’ EUR 54,91 miljun (ara l-punt 5).

2.2.2.Proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija 2019

Fi Frar 2019 ġie trasferit ammont ta’ EUR 103,2 miljun mill-baġit lejn il-Fond li jikkorrispondi għall-ammont ta’ proviżjonament għall-2018.

Il-kalkolu tal-kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE lejn il-Fond għall-2020 ġie kkalkolat ukoll fi Frar 2019 u rriżulta fit-trasferiment ta’ EUR 240,15 miljun fi Frar 2020. Dan ġie kkalkolat skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 5 tar-Regolament:

L-Artikolu 3 tar-Regolament jistabbilixxi l-ammont fil-mira għall-Fond għal 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-kapital pendenti li jirriżultaw minn kull operazzjoni, flimkien ma’ kull imgħax dovut mhux imħallas.

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament, l-ammont li jrid jiġi trasferit mill-baġit għall-Fond fis-sena n + 1 huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammont fil-mira u l-valur tal-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena n - 1, ikkalkulat fil-bidu tas-sena n.

Biex il-Fond jiġi aġġustat għal 9% tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-kapital pendenti, ammont ta’ EUR 240,15 miljun kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-operazzjonijiet garantiti pendenti fil-31 ta’ Diċembru 2018 u mdaħħla fil-baġit tal-UE tal-2020 għall-proviżjonament tal-Fond. L-ammont kien approvat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew u rikonoxxut bħala assi (riċevibbli) tal-Fond fil-karta tal-bilanċ tal-31 ta’ Diċembru 2019.

2.3.Tranżazzjonijiet sinifikanti wara d-data tar-rapportar (minn tmiem Marzu 2020)

Fi Frar 2020, l-ammont ta’ proviżjonament imsemmi hawn fuq, ta’ EUR 240,15 miljun, ġie trasferit mill-baġit tal-UE lejn il-Fond.

F’Jannar u f’Marzu 2020, tħallsu b’kollox EUR 10,6 miljuni f’żewġ sejħiet għal pagamenti inadempjenti tas-Sirja (EUR 3,2 miljun u EUR 7,4 miljun inklużi penali applikati mill-BEI).

3.Rapporti finanzjarji prekonsolidati tal-Fond

Ir-rapporti finanzjarji prekonsolidati tal-Fond jitħejjew biex jinkludu l-operazzjonijiet tal-kontijiet li ma jkunux inklużi fir-rapporti finanzjarji tal-Fond imħejjija mill-BEI (ara l-SWD). Dawn huma parti mir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-UE.

3.1.Pożizzjoni Finanzjarja prekonsolidata fil-31 ta’ Diċembru 2019

Karta tal-bilanċ — Assi

31 ta’ Diċembru 2019

31 ta’ Diċembru 2018

ASSI MHUX KURRENTI

2,312,151,734

2,275,342,664

Assi finanzjarji

2,312,151,734

2,275,342,664

ASSI KURRENTI

277,139,064

231,316,149

Assi finanzjarji

233,048,865

189,758,096

Riċevibbli

1,290,863

-

Flus u l-ekwivalenti ta’ flus

42,799,336

41,558,053

ASSI TOTALI

2,589,290,798

2,506,658,813

Karta tal-bilanċ - Obbligazzjonijiet

31 ta’ Diċembru 2019

31 ta’ Diċembru 2018

RIŻORSI TAL-KONTRIBUTURI

2,407,419,308

2,295,687,144

Il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

1,950,195,297

1,846,972,362

Riżerva ta’ valur ġust

20,859,023

12,227,192

Qligħ miżmum

436,364,988

436,487,590

OBBLIGAZZJONIJIET MHUX KURRENTI

111,685,549

159,153,609

Dispożizzjonijiet finanzjarji

111,685,549

159,153,609

OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI

70,185,941

51,818,060

Dispożizzjonijiet finanzjarji

49,709,547

50,777,871

Obbligazzjonijiet tal-garanziji finanzjarji

19,590,000

Ammonti pagabbli

886,394

1,040,189

RIŻORSI TOTALI TAL-KONTRIBUTURI + OBBLIGAZZJONIJIET

2,589,290,798

2,506,658,813

Id-differenza ta’ EUR 239,4 miljuni bejn il-valur totali tal-karta tal-bilanċ prekonsolidata tal-Fond (EUR 2,589,290,798) u l-valur tal-Fond fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI (EUR 2,828,738,292.88) tista’ tiġi spjegata l-aktar bil-punti li ġejjin:

·Il-Karta tal-bilanċ prekonsolidata (assi) tinkludi:

§l-ammonti kollha surrogati lill-UE bħala riżultat tal-pagamenti ta’ garanzija lill-BEI isejħu għal pagamenti parzjali ta’ self inadempjenti (arretrati dovuti flimkien mal-imgħax akkumulat fuq pagamenti li jsiru tard). Madankollu, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika tas-Sirja u fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-KE, dawn l-ammonti ġew kompletament indeboliti fir-rapporti finanzjarji tal-2019.

§riċevibbli ta’ EUR 0.7 miljun mill-BEI għal irkupru parzjali tas-self lill-Ajruport ta’ Enfidha (it-Tuneżija) li nġabar mill-BEI f’Diċembru 2019 u ġie kkreditat lill-kont tal-bank tal-Fond ta’ Garanzija f’Jannar 2020.

·Il-karta tal-bilanċ prekonsolidata (ma tinkludix EUR 240,2 miljun ta’ kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE għall-Fond ittrasferiti fl-2020 peress li dan ir-riċevibbli huwa paċut mill-ammont pagabbli korrispondenti fil-kontijiet konsolidati tal-UE.

·Il-pagamenti ta’ sejħiet mill-Fond ta’ Garanzija lill-BEI (u fejn applikabbli l-irkupri suċċessivi tas-sejħiet u mgħaxijiet ta' inadempjenza) huma rikonoxxuti bħala tnaqqis (żidiet) tal-Assi Netti (Kontribuzzjoni tal-UE) fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI. Fir-rapporti finanzjarji prekonsolidati, l-ammonti mħallsa għal sejħiet tal-BEI ma jitnaqqsux mill-Assi Netti peress li jsiru ammonti surrogati. L-ammonti relatati huma jew kontabilizzati bħala dħul (imgħax ta’ inadempjenza u penali li jsiru dovuti, qligħ mill-kambju barrani) jew bħala spejjeż (provvedimenti, insuffiċjenza, obligazzjoni għal garanzija finanzjarja, telf mill-kambju barrani). Dan iwassal għal differenza permanenti bejn il-partiti tal-Assi Netti (Kontribuzzjoni tal-UE u qligħ imfaddal) rikonoxxuta fir-rapporti finanzjarji mħejjija mill-BEI u fir-rapporti finanzjarji prekonsolidati mħejjija mill-KE.

3.2.Rapport tal-Introjtu Prekonsolidat

Hekk kif isir għall-karta tal-bilanċ, ir-rapport finanzjarju prekonsolidat tal-Prestazzjoni Finanzjarja jitħejja biex ikun inkluż fir-Rapporti Finanzjarji konsolidati tal-UE.

2019

2018

Dħul minn attivitajiet operatorji

266,252

2,928,446

Spejjeż minn attivitajiet operatorji

(3,494,876)

(4,876,241)

RIŻULTAT MINN ATTIVITAJIET OPERATORJI

(3,228,615)

(1,947,795)

Dħul finanzjarju

42,681,966

30,241,834

Kostijiet finanzjarji

(39,575,953)

(20,906,275)

RIŻULTAT FINANZJARJU

3,106,013

9,335,559

RIŻULTAT EKONOMIKU TAS-SENA

(122,602)

7,387,764

·Id-dħul mill-attivitajiet operatorji jinkludi qligħ minn kambju ta’ EUR 0.3 miljun.

·L-ispejjeż mill-attivitajiet operatorji jinkludu l-aktar it-tariffi tal-immaniġġar tal-assi tal-BEI (EUR 0.8 miljun), tariffi ta’ rkupru estern tal-BEI (EUR 0.2 miljun) u żieda fuq il-provvedimenti finanzjarji dwar il-pagamenti futuri pendenti tas-Sirja (EUR 2.2 miljun)

·Id-dħul finanzjarju jinkludi l-iktar id-dħul mill-imgħax mill-portafoll tal-investiment (EUR 7,7 miljun), qligħ realizzat fuq bejgħ ta’ assi finanzjarji (EUR 16,8 miljun), remunerazzjoni relatata mar-riskju minn mandat privat ERI (EUR 2.2 miljun) u mgħax għal ħlas tardiv akkumulat fuq ammonti surrogati (EUR 15,9 miljun)

·L-ispejjeż Finanzjarji jinkludu l-aktar it-telf minn indeboliment (EUR 19,6-il miljun) fuq ammonti surrogati lill-UE fl-2019 (ara l-punt 5), telf realizzat fuq bejgħ ta’ assi finanzjarji (EUR 0.3 miljun) u obbligazzjoni ta’ garanzija finanzjarja rikonoxxuta fuq operazzjonijiet ta’ mandat privat tal-ERI (EUR 19.6 miljun).

4.Ġestjoni tal-Flus tal-Fond ta’ Garanzija

4.1.Politika ta' investiment

L-assi likwidi tal-Fond huma investiti skont il-prinċipji ta’ ġestjoni stipulati fl-Anness tal-Ftehim ta’ Ġestjoni, kif emendat 3 . B’konformità ma’ dan, se jitpoġġew biżżejjed assi f’assi monterarji biex jiġu koperti l-flussi ta’ ħruġ fuq żmien qasir (anqas minn sena waħda), bi proporzjon li jrid jiġi stabbilit fl-istrateġija annwali tal-investiment. L-assi li jifdal jistgħu jiġu allokati lil strumenti ta’ terminu qasir u medju, b’maturità massima ta’ 10 snin u 6 xhur mid-data tal-pagament (portafoll fuq terminu medju u twil). Sa tmiem l-2019, it-tul ta’ żmien globali modifikat tal-portafoll tal-Fond kien ta’ madwar 3 snin.

4.2.Il-prestazzjoni u l-iżviluppi tas-suq fl-2019

Il-prestazzjoni tal-portafoll tal-Fond kien immonitorjat fuq bażi ta’ prezzar skont il-valur tas-suq. Matul l-2019, il-portafoll tal-Fond wassal redditu b’saħħtu ta’ 1.3 % , appoġġat bit-tkomplija ta’ ambjent b’rendiment baxx u sentiment ta’ riskju pożittiv. Il-portafoll tal-Fond ma wettaqx il-punti ta’ riferiment tiegħu b’ -9.03 bps. Ir-redditu pożittiv issarraf f’kontribuzzjoni pożittiva ta’ EUR 33 miljun. Sa minn tmiem l-2019, il-valur tas-suq tal-portafoll tal-Fond kien ta’ madwar EUR 2,580 miljun.

Fil-kuntest ta’ ekonomija li qed tiddgħajjef, inflazzjoni mrażżna u riskji ġeopolitiċi negattivi, il-politika monetarja saret waħda akkomodattiva. Bi tliet tnaqqisiet tar-rata tal-Fondi Federali matul H2 2019, il-Fed reġġa’ lura ċ-ċiklu ta’ ssikkar monetarju li nbeda fl-2015. Barra minn hekk, il-BĊE pprovda pakkett ta’ stimolu f’Settembru li jikkonsisti minn tnaqqis ta’ 10 punti ta’ depożitu ta’ punt bażi, TLTRO estiża, sistema ta’ estrazzjoni għall-banek u programm ta’ rilassament kwantitattiv miftuħ.

Is-settur tal-manifattura fl-Istati Uniti u fl-Ewropa naqas minħabba d-dgħufija tal-kummerċ globali. It-tkabbir tas-settur tas-servizzi naqqas ukoll, għalkemm baqa’ f’territorju espansjonarju. L-inflazzjoni taż-żona tal-euro kienet inqas mill-mira tal-banek ċentrali filwaqt li l-inflazzjoni tal-Istati Uniti mxiet eqreb lejn il-mira iżda ż-żieda ma ġietx ikkunsidrata sodisfaċenti mill-FED.

Matul Awwissu ġew eskalati r-riskji ġeopolitiċi, b’tensjonijiet kummerċjali li intensifikaw bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina filwaqt li l-inċertezza dwar il-Brexit affettwat is-sentiment tal-investituri Ewropej. Ir-rati Ewropej u tal-Istati Uniti mxew għal livelli aktar baxxi sa Settembru minħabba l-politika akkomodanti tal-banek ċentrali, aspettattivi baxxi dwar it-tkabbir u l-inċertezza rigward ir-riskji ġeopolitiċi.

Ir-rati żdiedu kemxejn fir-raba’ trimestru fil-kuntest tat-tnaqqis tat-tensjonijiet ġeopolitiċi u l-istabbilizzazzjoni tad-data ekonomika. Firxiet ta’ kreditu, appoġġati minn banek ċentrali akkomodanti, mxew ‘l isfel, bi treġġigħ lura episodiku.

5.Talbiet għall-Fond ta’ Garanzija

Is-Sirja

Il-BEI qed jaffaċċa arretrati fuq self sovran Sirjan li ilhom minn Novembru 2011. B’hekk, u f’konformità mal-ftehimiet ta’ garanzija bejn l-UE u l-BEI, il-BEI għamel 77 sejħa fuq il-Fond ta’ Garanzija tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 2019 għal ammont totali ta’ EUR 475,96 miljun (inklużi l-penali applikati mill-BEI u l-ammonti rkuprati).

6.Rimunerazzjoni tal-BEI

Ir-rimunerazzjoni tal-BEI hija magħmula mit-tariffi ta' ġestjoni u mit-tariffi tal-irkupru. It-tariffi ta’ ġestjoni jkopru l-ġestjoni tal-Fond. It-tariffi ta’ rkupru jkopru n-nefqiet tal-irkupru estern tal-BEI rigward talbiet wara inadempjenzi koperti mill-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet finanzjarji tal-BEI barra mill-Unjoni.

It-tieni Ftehim Supplimentari għall-Ftehim bid-data tat-8 ta' Mejju 2002 jistabbilixxi li t-tariffi ta' ġestjoni tal-Bank għandhom jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ rati annwali digressivi għal kull segment tal-assi tal-Fond. Din ir-rimunerazzjoni hija kkalkulata fuq il-bażi tal-medja annwali tal-assi tal-Fond.

It-tariffi ta’ ġestjoni tal-Bank għall-2019 ġew iffissati għal EUR 817,747 u ddaħħlu bħala spiża fir-Rapport tal-Introjtu u bħala dovuti (obbligazzjonijiet) fil-Karta tal-Bilanċ.

Il-Ftehim ta’ Rkupru li ġie ffirmat bejn il-Kummissjoni u l-Bank f’Diċembru 2018 jipprevedi biss il-ħlas tal-infiq tal-irkupru estern (u m’għadux jinkludi l-intern) tal-BEI.

(1)    ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10; ir-Regolament ikkodifika u ħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 t'Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Dan ġie emendat fl-14.3.2018 mir-Regolament (UE) 2018/409 tal-PE u tal-Kunsill
(2)    Il-Ftehim Supplimentari Nru 5 tal-Ftehim dwar il-Ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Fond Ewropew tal-Investiment - Ref. Ares(2018)5207374 - 10/10/2018.
(3) Kif emendat bil-Ftehim Supplimentari Nru 1 tat-23 ta’ Settembru 1996, il-Ftehim Supplimentari Nru 2 tat-8 ta’ Mejju 2002, il-Ftehim Supplimentari Nru 3 tal-25 ta’ Frar 2008, il-Ftehim Supplimentari Nru 4 tad-9 ta’ Novembru 2010 u l-Ftehim Supplimentari Nru 5 ta’ Settembru 2018.
Top