Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020DC0312

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL PJAN TA' AZZJONI GĦAL TASSAZZJONI ĠUSTA U SEMPLIĊI LI TAPPOĠĠA L-ISTRATEĠIJA TA' RKUPRU

    COM/2020/312 final

    Brussell, 15.7.2020

    COM(2020) 312 final

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    PJAN TA' AZZJONI GĦAL








    TASSAZZJONI ĠUSTA U SEMPLIĊI LI TAPPOĠĠA L-ISTRATEĠIJA TA' RKUPRU









    1. Kuntest ġenerali – il-politiki tat-tassazzjoni tal-UE fi żminijiet ta’ tranżizzjoni

    Il-kriżi bla preċedent tal-COVID-19 sfrattat bil-kbir l-ekonomiji fl-UE u fi bnadi oħrajn. L-UE, l-istituzzjonijiet tagħha, l-Istati Membri, in-negozji u ċ-ċittadini qegħdin jiffaċċjaw din il-kriżi enormi fi żminijiet fundamentalment trasformattivi, imsawra minn sfidi relatati mal-klima u l-ambjent, rivoluzzjoni diġitali, inugwaljanza dejjem tikber u bidla ġeopolitika.

    Il-Kummissjoni għandha l-għan li tmexxi t-tranżizzjoni lejn dinja aktar ekoloġika u aktar diġitali li hija kompatibbli mal-prinċipji tal-ekonomija soċjali tas-suq tagħna. Tassazzjoni ġusta, effiċjenti u sostenibbli hija ċentrali biex jintlaħqu dawk l-ambizzjonijiet: il-politiki tat-tassazzjoni tal-UE għandhom jiżguraw li kulħadd, minn individwi sa korporazzjonijiet, iħallas is-sehem ġust tiegħu. Fl-istess ħin, il-politiki tat-tassazzjoni tal-UE għandhom jitfasslu b’tali mod li kemm in-negozji kif ukoll iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ il-benefiċċji tas-Suq Uniku, jaħdmu u jinvestu b’mod transkonfinali, jinnovaw u joħolqu l-impjiegi. Dan kollu filwaqt li jinħolqu l-inċentivi t-tajba għal imġiba sostenibbli u li tiffavorixxi l-klima, inkluż investiment sostenibbli, u li jiġi żgurat li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas huwa rrispettat.

    Tassazzjoni ġusta u effiċjenti se tkun saħansitra aktar importanti fix-xhur u s-snin li ġejjin, hekk kif l-UE u l-komunità globali se jkunu qed ifittxu li jirkupraw mill-konsegwenzi tal-kriżi COVID-19. Kif ġie enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” 1 , sabiex tiżgura li s-solidarjetà u l-ġustizzja jkunu fil-qalba tal-irkupru, il-Kummissjoni se tintensifika l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u prattiki inġusti oħrajn. Dan se jgħin lill-Istati Membri jiġġeneraw id-dħul mit-taxxa meħtieġ biex iwieġbu għall-isfidi ewlenin tal-kriżi attwali. Din il-Komunikazzjoni tieħu azzjoni dwar dak l-impenn u tistabbilixxi “Pjan ta’ Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġja l-irkupru” li fih sett ta’ 25 azzjoni. Hija mfassla biex twieġeb għall-isfida doppja tal-kriżi attwali: l-appoġġ għal irkupru ekonomiku u sostenibbli rapidu u l-iżgurar ta’ dħul pubbliku suffiċjenti fl-UE. Il-pjan ta’ azzjoni:

    ·Ifassal miżuri mmirati biex inaqqsu l-ostakoli tat-taxxa għan-negozji fis-Suq Uniku. Is-simplifikazzjoni tat-taxxa se ttejjeb l-ambjent tan-negozju, issaħħaħ il-kompetittività tan-negozju u tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku.

    ·Iħabbar għadd ta’ inizjattivi li se jgħinu lill-Istati Membri jinfurzaw ir-regoli tat-taxxa eżistenti u jtejbu l-konformità mar-regoli tat-taxxa. Jeħtieġ li niżguraw li l-Istati Membri jiggarantixxu d-dħul mit-taxxa meħtieġ biex jiffinanzjaw ir-rispons għall-isfidi ewlenin tal-kriżi attwali, mingħajr ma jimponu piż żejjed fuq dawk li diġà ġew affettwati ħażin mill-kriżi. Il-ġlieda kontra l-frodi, l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa tibqa’ kruċjali f’dan ir-rigward. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi wkoll biex id-dħul kemm għall-baġit nazzjonali kif ukoll għal dak tal-UE jinġabar b’mod aktar ġust, aġġustat sewwa, effettiv u effiċjenti fost l-Istati Membri.

    Dan il-pjan ta’ azzjoni huwa element ewlieni ta’ aġenda dwar it-taxxa komprensiva u ambizzjuża tal-UE għas-snin li ġejjin, li tinkludi wkoll l-inizjattivi importanti li ġejjin:

    ·Sistema tat-tassazzjoni mfassla tajjeb għandha rwol importanti fl-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika. L-użu tat-tassazzjoni bħala strument ta’ politika se jgħin biex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050 u kif ukoll l-objettivi ambjentali l-oħra tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.  2 Fil-proċess, dan se jġib ukoll dħul addizzjonali mit-taxxi pubbliċi għall-baġits pubbliċi biex jiġu appoġġjati l-investimenti intelliġenti għal tranżizzjoni ekoloġika. It-taxxi ambjentali jgħinu biex jipprovdu s-sinjali tal-prezzijiet it-tajbin u l-inċentivi t-tajbin lill-produtturi, lill-utenti u lill-konsumaturi biex jinkoraġġixxu konsum li jniġġes inqas u jikkontribwixxu għal tkabbir sostenibbli. Huma jistgħu joffru wkoll opportunitajiet biex jitnaqqsu t-taxxi f’oqsma oħrajn, pereżempju fuq ix-xogħol, u jekk id-dħul għal protezzjoni adegwata soċjali huwa protett, dawn jistgħu jkunu għażla li biha jiggwadanja kulħadd biex jiġu indirizzati kemm kwistjonijiet ambjentali kif ukoll dwar l-impjiegi.

    ·Riforma profonda tas-sistema tat-taxxa korporattiva biex tkun idonea għall-ekonomija moderna u dejjem aktar diġitalizzata tagħna issa hija saħansitra aktar importanti biex tappoġġja t-tkabbir u tiġġenera d-dħul meħtieġ b’mod ġust, permezz ta’ allinjament mill-ġdid tad-drittijiet tal-intaxxar mal-ħolqien ta' valur u l-iffissar ta’ livell minimu ta’ tassazzjoni effettiva tal-profitti tan-negozju. Il-Kummissjoni qed tappoġġja b’mod attiv id-diskussjonijiet globali mmexxija mill-OECD u mill-G20 u tinsab lesta biex taġixxi jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim globali. Qabel l-aħħar tas-sena, il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-passi li jmiss, b’segwitu għad-diskussjonijiet globali fi Pjan ta’ Azzjoni għat-Tassazzjoni tan-Negozju għas-seklu 21. 

    ·Il-ġlieda globali kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa teħtieġ azzjoni deċiżiva. It-tifqigħa tal-covid-19 wasslet għal azzjoni bla preċedent fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni biex tappoġġja lill-ekonomiji tal-Istati Membri u tiffaċilita l-irkupru tagħhom. Dan jinkludi intervent mill-Istat biex jiġu żgurati l-likwidità u l-aċċess tal-impriżi għall-finanzjament, li parti konsiderevoli minnu kienet soġġetta għar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-lista tal-Unjoni ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa (“il-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx”) hija mfassla biex tindirizza t-theddid għall-bażijiet tat-taxxa tal-Istati Membri tal-UE. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tressaq rakkomandazzjoni li l-Istati Membri għandhom jagħtu l-appoġġ finanzjarju tagħhom lill-impriżi fl-Unjoni bil-kundizzjoni li ma jkunux jeżistu rabtiet bejn dawk l-impriżi u l-ġurisdizzjonijiet li jidhru fuq il-lista tal-Unjoni.

    ·Sabiex l-aġenda tat-taxxa ġusta tal-UE tkun tista’ titwettaq bis-sħiħ, għandhom jiġu attivati l-lievi ta’ politika kollha eżistenti. Huwa f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni se tesplora kif tagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE (TFUE) li jippermettu proposti dwar it-tassazzjoni li jridu jiġu adottati permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, inkluż l-artikolu 116 tat-TFUE.

    Flimkien ma’ dawk l-inizjattivi fiskali ewlenin, il-politiki tat-tassazzjoni tal-UE se jkomplu jikkontribwixxu għall-aġenda usa’ tal-Kummissjoni. Pereżempju, ir-reviżjoni tad-direttiva dwar it-taxxa fuq it-tabakk 3 u d-direttivi dwar it-taxxa fuq l-alkoħol, 4 kif ukoll id-dispożizzjoni dwar l-akkwisti transkonfinali minn individwi fid-direttiva orizzontali dwar id-dazji tas-sisa 5 se jiġu mnedija biex jikkontribwixxu aħjar għall-għanijiet tas-saħħa pubblika u biex tiġi evitata l-frodi fiskali. Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi wkoll l-aġenda tagħha għal tassazzjoni ġusta, sempliċi u sostenibbli fis-Semestru Ewropew, li tinkludi t-tassazzjoni bħala għodda biex issawwar aġenda olistika għal tranżizzjoni ekoloġika soċjalment ġusta, inkluż permezz tal-promozzjoni tal-ibbaġitjar ekoloġiku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-implimentazzjoni tal-aġenda tagħha għal tassazzjoni ġusta u sempliċi permezz tal-programmi tal-appoġġ tekniku tagħha.

    Pakkett tat-Taxxa għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġja l-istrateġija ta’ rkupru – Lulju 2020

    Dan il-pakkett tat-taxxa jikkonsisti fi tliet elementi:

    1.Din il-Komunikazzjoni, li tiddeskrivi Pjan ta’ Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġja l-istrateġija ta’ rkupru u tippreżenta għadd ta’ inizjattivi li ġejjin fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta.

    2.Proposta leġiżlattiva 6 biex tiġi riveduta d-direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva 7 , li se:

    ·tintroduċi skambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri għall-introjtu jew għad-dħul iġġenerat mill-bejjiegħa fuq pjattaformi diġitali. L-informazzjoni se tgħin lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jivverifikaw li dawk li jaqilgħu l-flus permezz ta’ pjattaformi diġitali jħallsu s-sehem xieraq tat-taxxi; u

    ·issaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tal-kjarifika tar-regoli eżistenti.

    3.Il-Komunikazzjoni dwar “Governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fl-UE u lil hinn minnha” 8 se tirrevedi l-progress li sar fit-titjib tal-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa fl-UE, iżda wkoll esternament, u tissuġġerixxi oqsma għal titjib. Aħna rridu naġixxu fl-UE, iżda wkoll globalment. L-oqsma ewlenin għal azzjoni se jinkludu:

    ·riforma tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi,

    ·rieżami tal-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa,

    ·titjib biex tissaħħaħ il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa vis-à-vis il-fondi tal-UE u l-miżuri difensivi mtejba u koordinati mill-Istati Membru, u

    ·appoġġ lill-imsieħba tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fit-tisħiħ tal-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

    2. Aħna diġà ksibna ħafna – iżda jeħtieġ li jsir aktar

    2.1 Il-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa:

    F’dawn l-aħħar snin, l-UE ffokat l-isforzi tagħha fuq l-indirizzar tal-evażjoni tat-taxxa u t-tisħiħ tat-trasparenza. Bosta inizjattivi leġiżlattivi għamluha aktar diffiċli għall-kontribwenti biex jevitaw u jevadu t-taxxi tagħhom minn qatt qabel, inklużi trasparenza revoluzzjonarja u l-proġetti ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri. Eżempji speċifiċi jinkludu d-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, 9 ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-abbuż tat-trattat dwar it-taxxa 10 , u regoli ta’ trasparenza għad-deċiżjonijiet tat-taxxa 11 u l-introduzzjoni ta’ rapportar pajjiż b’pajjiż bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. 12  

    Għalhekk, l-awtoritajiet tat-taxxa llum għandhom sett usa’ ta’ għodod biex jidentifikaw u jindirizzaw l-imġiba abbużiva u jikkooperaw ma’ awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi. L-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni u l-azzjonijiet konġunti saru komuni fl-UE bejn l-Istati Membri, kif juru l-evalwazzjonijiet tal-qafas għall-kooperazzjoni amministrattiva fl-UE. 13 L-awtoritajiet tat-taxxa kisbu wkoll aċċess għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus 14 . Barra minn hekk, l-iskemi ta’ evitar issa għandhom jiġu rrapportati, grazzi għar-regoli l-ġodda tal-UE dwar skemi ta’ ppjanar potenzjalment aggressiv tat-taxxa. 15  

    Il-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku 16 applikabbli mill-2021 neħħa l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet ta’ merkanzija b’valur ta’ inqas minn EUR 22, filwaqt li jobbliga l-ħlas tal-VAT fuq l-oġġetti kollha importati fl-UE, li se jnaqqas il-possibbiltà ta’ frodi. L-istrumenti ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT issaħħew ukoll: Fuq inizjattiva tiegħu stess, l-Eurofisc 17 issa jista’ jikkoopera u jiskambja informazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mal-Europol 18 ; l-awtoritajiet tat-taxxa jistgħu jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet doganali dwar importazzjonijiet soġġetti għall-VAT u għall-frodi doganali 19 u jorganizzaw awditi konġunti bil-parteċipazzjoni attiva ta’ uffiċjali tat-taxxa barranin f’inkjesti amministrattivi.

    Madankollu, il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa jibqgħu theddida għal finanzi pubbliċi sodi. It-telf tad-dħul fl-UE minħabba l-evażjoni tat-taxxa internazzjonali minn individwi, li tkopri t-taxxa fuq l-introjtu personali, it-taxxi fuq id-dħul kapitali u t-taxxi fuq il-ġid u l-wirt, kien ġie stmat għal EUR 46 biljun fl-2016. 20 Id-diskrepanza tal-VAT (jiġifieri d-differenza bejn id-dħul mistenni mill-VAT u l-ammonti tal-VAT effettivament miġbura) ġiet stmata għal EUR 137 biljun fl-2017, inkluża frodi transkonfinali tal-VAT fl-ammont ta’ EUR 50 biljun. 21 Fl-2018, il-Kummissjoni ppreżentat riforma maġġuri tas-sistema tal-VAT għall-kummerċ intra-UE 22 . Billi tneħħi l-eżenzjoni fuq provvisti intra-Komunitarji, l-adozzjoni ta’ din il-proposta dwar ir-reġim definittiv tal-VAT għandha tgħin biex tnaqqas dik id-diskrepanza u tiffaċilita aktar il-konformità. Bl-istess mod, l-evitar tat-taxxa korporattiva fl-UE jammonta għal aktar minn EUR 35 biljun fis-sena, skont diversi estimi. 23 Dawn l-ammonti notevoli ta’ dħul mitluf huma saħansitra aktar problematiċi, minħabba li r-ramifikazzjonijiet ekonomiċi tal-COVID-19 inevitabbilment iwasslu għal livelli sostanzjalment aktar baxxi ta’ dħul mit-taxxa. Barra minn hekk, f’xi każijiet, il-frodi tal-VAT tkun marbuta wkoll mal-frodi tad-dazji doganali. It-telf tad-dħul mit-taxxa jdgħajjef il-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn il-kontribwenti, kif ukoll il-kontribuzzjoni nazzjonali ġusta għall-baġit tal-UE. Kważi 75 % tal-Ewropej jitolbu aktar azzjoni fil-livell tal-UE biex tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa. 24  

    2.2 L-amministrazzjoni tat-taxxa fl-era diġitali

    Hija meħtieġa aktar azzjoni fil-livell tal-UE biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u biex tgħin lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jżommu l-pass ma’ ekonomija li qed tevolvi b’mod kostanti. L-ekonomija diġitali u l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ġodda joħolqu sfidi ġodda għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom riżorsi limitati fil-livell nazzjonali biex jisfruttaw il-volum enormi ta’ data li jiġbru permezz tal-implimentazzjoni ta’ miżuri meħuda matul dawn l-aħħar snin.

    Jenħtieġ li d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tal-awtoritajiet nazzjonali tinftiehem ukoll bħala opportunità. L-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali jiffaċilita l-kompiti tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u se jkun strumentali fit-tnaqqis tal-kostijiet tal-konformità, kemm għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għan-negozji. Barra minn hekk, l-analitika tad-data hija kruċjali għall-użu tal-ammont dejjem jikber ta’ data miġbura. Fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, fejn l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom volumi enormi ta’ data u sistemi ta’ informazzjoni, is-sinerġiji bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u dawk doganali jsiru partikolarment kruċjali f’dan ir-rigward. Id-diġitalizzazzjoni hija wkoll fattur ewlieni biex jittaffa l-piż tar-rapportar fuq in-negozji, speċjalment l-SMEs, fost l-oħrajn permezz tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni mill-awtoritajiet tal-istatistika.

    Konferenza li ġiet organizzata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2019 dwar il-VAT fl-era diġitali enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-riflessjoni f’dan il-qasam. Jenħtieġ li din ir-riflessjoni tiffoka fuq kif it-teknoloġija tista’ tintuża mill-awtoritajiet tat-taxxa biex jiġġieldu l-frodi tat-taxxa u tkun ta’ benefiċċju għan-negozji, u jekk ir-regoli attwali tal-VAT humiex adattati għan-negozju fl-era diġitali.

    2.3 Politiki tat-tassazzjoni sempliċi tal-UE għal suq uniku kompetittiv

    L-UE għamlet ukoll progress fis-simplifikazzjoni tat-tassazzjoni. Ġew implimentati regoli ġodda biex jiżguraw soluzzjoni aktar malajr u aktar effettiva tat-tilwim dwar it-taxxa fit-tassazzjoni diretta li jirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ ftehimiet u konvenzjonijiet li jipprevedu l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja konkluża bejn l-Istati Membri. 25 Il-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku adottat neħħa wieħed mill-akbar ostakoli għan-negozji ż-żgħar li jinnegozjaw b’mod transkonfinali. Il-kumpaniji li jbigħu merkanzija online lill-konsumaturi jistgħu jittrattaw l-obbligi tal-VAT tagħhom fl-UE permezz ta’ portal online faċli biex jintuża bil-lingwa tagħhom stess.

    Ittieħdu wkoll inizjattivi fil-livell tal-UE biex jgħinu lill-Istati Membri jużaw it-tassazzjoni bħala għodda għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, inkluż fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. B’mod partikolari l-Kummissjoni ssottolinjat li s-sistemi tat-taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir jistgħu jappoġġaw l-investiment privat u jtejbu l-ambjent tan-negozju, jinkoraġġixxi l-impjieg, inaqqsu l-inugwaljanzi u jikkontribwixxu għal ekonomija ambjentali reżiljenti. Barra minn hekk, l-issemplifikar tas-sistema tat-taxxa jista’ jgħin biex jiġu limitati d-distorsjonijiet ekonomiċi u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji. L-adozzjoni tal-proposta dwar ir-rati tal-VAT, 26 li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Kunsill, se tipprovdi lill-Istati Membri l-flessibbiltà li jistabbilixxu, taħt kriterji stretti, ir-rati tagħhom stess - meħtieġa għall-irkupru mill-kriżi attwali - iżda se tippermetti wkoll lill-Istati Membri jallinjaw aħjar il-politika dwar il-VAT mal-objettivi ambjentali u tas-saħħa.

    Madankollu, il-kostijiet tal-konformità fiskali jibqgħu għoljin fl-UE. B’mod partikolari, jeħtieġ li aħna nagħtu l-appoġġ tagħna lin-negozji ġodda u innovattivi li qed jiffaċċjaw aktar kumplessità amministrattiva mill-kumpaniji multinazzjonali l-kbar. Ġeneralment, il-kostijiet tal-konformità ikunu sostanzjalment ogħla għal kumpaniji żgħar milli għal dawk kbar. 27 L-istima tal-kostijiet tal-konformità fiskali għall-kumpaniji l-kbar tammonta għal madwar 2 % tat-taxxi mħallsin, filwaqt li l-istima għall-SMEs hija madwar 30 % tat-taxxi mħallsin. 28 Barra minn hekk, il-kumplessità li tirriżulta mill-frammentazzjoni ta’ 27 sistema tat-tassazzjoni differenti mhux biss toħloq lakuni għall-abbuż tat-taxxa, iżda wkoll inċertezza għall-kontribwenti onesti li huma sempliċiment mgħobbija żżejjed u, b’hekk, involontarjament ma jikkonformawx mar-regoli.

    Għalhekk, hija meħtieġa wkoll azzjoni fil-livell tal-UE biex ikun hemm ambjent tat-taxxa aktar sempliċi u modern. Dan jgħin lin-negozji li jkunu konformi jgawdu l-benefiċċji tas-Suq Uniku u jsostnu t-tkabbir ekonomiku fl-UE. Kif deskritt fil-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar l-ostakoli għas-Suq Uniku, ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali fil-qasam tat-tassazzjoni huma enfasizzati b’mod konsistenti min-negozji bħala wieħed mill-akbar ostakoli li jiffaċċjaw. 29 Dawn l-ostakoli jolqtu b’mod partikolari lin-negozji li huma attivi b’mod transkonfinali, minħabba li jeħtieġ li jadattaw għal sistemi u amministrazzjonijiet nazzjonali differenti. L-ostakoli li jindikaw in-negozji jinkludu varjetà wiesgħa ta’ kwistjonijiet li jkopru r-reġistrazzjoni, kif ukoll l-obbligi tar-rapportar kemm dwar il-VAT kif ukoll dwar it-taxxi fuq l-introjtu tan-negozju.

    3. Pjan ta’ azzjoni ġdid għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li jappoġġja l-istrateġija ta’ rkupru

    Din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi approċċ bilanċjat ġdid, li jikkombina l-azzjonijiet kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa ma’ miżuri li jissimplifikaw il-ħajja ta’ kontribwenti onesti. Huwa jpoġġi lill-kontribwent fiċ-ċentru tiegħu. Għalhekk, id-diversi azzjonijiet previsti fil-pjan ta’ azzjoni huma strutturati matul il-vjaġġ ta’ kontribwent. F’diversi stadji importanti tal-vjaġġ ta’ dan il-kontribwent, l-azzjonijiet assoċjati jiġu deskritti bħala triq ’il quddiem għall-UE biex twettaq l-objettiv doppju tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u biex it-tassazzjoni ssir sempliċi u faċli.

    Il-pjan jinkludi 25 azzjoni (ara l-Anness) li l-Kummissjoni se tipproponi u timplimenta sal-2024. Il-bidliet leġiżlattivi possibbli deskritti huma soġġetti għar-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali u speċjalment id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, li se titħejja fejn meħtieġa sabiex jiġu vvalutati l-għażliet ta’ politika differenti f’konformità mal-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar 30 .

    3.1 Reġistrazzjoni

    Reġistrazzjoni effettiva u effiċjenti hija l-ewwel pass biex jiġi żgurat li l-kontribwenti jħallsu s-sehem ġust tagħhom. 31 Fl-UE, il-kontribwenti jiġu identifikati minn numru ta’ identifikazzjoni tal-kontribwent (NIT). 32 Il-kontribwenti soġġetti għall-VAT jiġu identifikati minn numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT. Il-bażijiet ta’ data li jżommu d-data tal-kontribwenti għandhom jinżammu aġġornati: il-kontribwenti għandhom jikkomunikaw id-data kollha meħtieġa lill-awtoritajiet tat-taxxa. Meta jseħħu bidliet (pereżempju, kontribwent jiċċaqlaq b’mod permanenti lejn Stat Membru ieħor), jenħtieġ li l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni tiġi adattata.

    Sabiex tkun effiċjenti, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni ssir kemm jista’ jkun sempliċi. Jenħtieġ li l-kisba tan-NIT u/jew tan-numri tal-VAT ma tkunx oneruża. Meta l-kontribwenti jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor biex jaħdmu jew jiddeċiedu li jwaqqfu negozju hemmhekk, il-proċess biex jiġu aġġornati r-reġistri tal-kontribwenti għandu jkun bla xkiel sabiex il-piż amministrattiv fuq il-kontribwenti jinżamm baxx kemm jista’ jkun. Jekk il-kontribwenti jkollhom jagħtu prova tal-istatus tar-residenza tat-taxxa tagħhom, fi kliem ieħor fejn huma rreġistrati bħala kontribwenti, lil amministrazzjoni tat-taxxa differenti minn tagħhom, il-proċedura għandha tkun sempliċi.

    Sabiex tissimplifika r-reġistrazzjoni tat-taxxa għall-kontribwenti, il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

    Fl-2022/2023

    1.Anki wara l-implimentazzjoni tal-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku, il-kontribwenti rreġistrati fl-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom se jkunu meħtieġa jiksbu reġistrazzjonijiet addizzjonali tal-VAT fi Stati Membri fejn mhumiex stabbiliti, iżda jwettqu ċerti tranżazzjonijiet taxxabbli. Il-Kummissjoni se tipproponi li temenda d-Direttiva tal-VAT 33 bl-għan li timxi lejn reġistrazzjoni tal-VAT unika tal-UE, li biha jkunu jistgħu jipprovdu servizzi u/jew ibiegħu merkanzija fi kwalunkwe post fl-Unjoni.

    2.“Ewropa li tkun lesta għall-era diġitali” hija waħda mis-sitt prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni. B’mod aktar speċifiku, l-immodernizzar tal-amministrazzjoni pubblika huwa wieħed mill-għanijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Gvern elettroniku. 34 Sabiex jingħata kontribut għal dan l-għan, huwa importanti li jiġi żgurat l-użu effiċjenti tad-data tal-kontribwenti, f’konformità sħiħa mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Kif muri mill-evalwazzjoni reċenti tal-Kummissjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, għad hemm lok biex jiżdiedu l-kwalità u l-użu tad-data dwar it-taxxa. 35 Il-Kummissjoni se twettaq proġett pilota biex tivvaluta liema soluzzjoni(jiet) diġitali jistgħu jintużaw, u kif, sabiex jiġi żgurat sfruttament aħjar tad-data, jinħolqu servizzi diġitali ġodda għall-kontribwenti u jiġi appoġġjat aħjar ix-xogħol tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni se tippubblika dokument ta’ ħidma tal-persunal li jirrapporta dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-proġett pilota.

    3.2 Rappurtar

    Il-kontribwenti jżommu lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa informati regolarment dwar l-obbligazzjoni tat-taxxa tagħhom, u b’hekk jissodisfaw diversi rekwiżiti ta’ informazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li r-rapportar mill-kontribwenti jkun kemm jista’ jkun effiċjenti, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa għandhom ikunu sempliċi, id-data mitluba għandha tinżamm għal minimu u l-proċeduri u s-sistemi li bihom il-kontribwenti jistgħu jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa jenħtieġ li jkunu sempliċi. Jenħtieġ li d-dikjarazzjonijiet jimtlew minn qabel kemm jista’ jkun. Jenħtieġ li l-prinċipji tal-Gvern elettroniku japplikaw ukoll għall-informazzjoni dwar it-taxxa, speċjalment fir-rigward tar-rapportar. Meta jittieħed approċċ olistiku, jenħtieġ li l-kontribwenti jkunu meħtieġa biss li jipprovdu l-informazzjoni darba biss permezz ta’ servizzi elettroniċi diġitali, siguri u inklużivi ta’ “punt uniku ta’ servizz”. L-użu mill-ġdid ta’ tali informazzjoni, pereżempju mill-awtoritajiet tal-istatistika, jenħtieġ li jirrispetta r-reġimi ta’ kunfidenzjalità xierqa.

    Ir-rapportar effettiv huwa msejjes fuq il-konformità volontarja tal-kontribwenti. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiddependu fuq il-kontribwenti biex jipprovdulhom informazzjoni korretta dwar l-introjtu taxxabbli u l-avvenimenti taxxabbli tagħhom. L-azzjonijiet li jippromwovu u jsostnu l-konformità volontarja u jżidu l-fiduċja bejn l-awtoritajiet tat-taxxa minn naħa, u l-kontribwenti min-naħa l-oħra, jistgħu jżidu l-effettività tar-rapportar.

    Ir-rapportar mill-kontribwenti huwa appoġġjat u kkomplementat mir-rapportar minn partijiet terzi, bħal dawk li jħaddmu, l-istituzzjonijiet finanzjarji u dejjem aktar minn amministrazzjonijiet tat-taxxa oħrajn.

    Sabiex tissimplifika r-rapportar min-negozju u tiżgura l-preċiżjoni tal-informazzjoni rrapportata, il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

    Fl-2020/2021

    3.Il-Kummissjoni se tħejji, flimkien mal-Istati Membri, inizjattiva għall-iffaċilitar u l-promozzjoni tal-konformità fiskali għan-negozji – qafas ta’ konformità kooperattiva tal-UE – ibbażat fuq kooperazzjoni, fiduċja u trasparenza akbar fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Jenħtieġ li l-inizjattiva tipprovdi qafas ċar għal djalogu preventiv bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għar-riżoluzzjoni komuni ta’ kwistjonijiet tat-taxxa transkonfinali fil-qasam tat-taxxa korporattiva. L-inizjattiva tkopri kemm l-SMEs kif ukoll kumpaniji akbar, għalkemm b’enfasi differenti biex jiġu adattati aħjar għar-realtajiet rispettivi tagħhom. Il-programm jikkomplementa l-programmi nazzjonali u internazzjonali eżistenti dwar il-konformità kooperattiva. Il-Kummissjoni qed taħdem flimkien ma’ esperti mill-Istati Membri fuq il-fażi preparatorja għat-tnedija ta’ proġetti pilota mhux leġiżlattivi mmirati lejn l-SMEs u kumpaniji akbar fl-2021.

    Fl-2022/2023

    4.L-Istati Membri diġà qed jużaw teknoloġiji ġodda sabiex jiksbu informazzjoni aktar malajr u/jew aktar dettaljata dwar tranżazzjonijiet domestiċi. Madankollu, il-miżuri meħuda jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, li jżid b’mod sinifikanti l-piż għan-negozji li joperaw b’mod transkonfinali. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-immodernizzar tal-obbligi tar-rapportar dwar il-VAT. Jenħtieġ li hija tiżgura skambju aktar malajr, possibbilment f’ħin reali, u aktar dettaljat ta’ informazzjoni dwar tranżazzjonijiet tal-VAT fl-UE u fl-istess ħin tissimplifika l-mekkaniżmi li jistgħu jiġu applikati għal tranżazzjonijiet domestiċi. Il-ħtieġa li l-fatturazzjoni elettronika tiġi estiża aktar se tiġi eżaminata f’dan il-kuntest.

    5.Il-Kummissjoni se tipproponi emenda għad-Direttiva tal-VAT bl-għan li jiġi estiż aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt uniku ta’ servizz (OSS) tal-VAT li ilu fis-seħħ mill-2015 għad-dikjarazzjoni u l-ħlas tal-VAT fuq servizzi tat-TBE 36 u li għandu jiġi estiż fl-2021 bil-pakkett dwar il-VAT għall-kummerċ elettroniku għall-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija u servizzi għajr servizzi TBE. Din l-azzjoni għandha l-għan li tinkludi t-tranżazzjonijiet kollha li jifdal min-negozju għall-konsumatur (B2C) li għadhom mhumiex koperti. Il-kontribwenti mbagħad se jkunu jistgħu jirrapportaw it-tranżazzjonijiet B2C kollha fl-UE permezz ta’ dikjarazzjoni tal-VAT unika li għandha tiġi ppreżentata fl-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom. Il-possibbiltà li jiġi previst l-użu obbligatorju tal-punt uniku ta’ servizz għall-importazzjoni u l-limitu stabbilit għall-użu tiegħu se tiġi eżaminata wkoll f’dan il-kuntest.

    3.3 Ħlas

    Pass kruċjali fil-proċess tat-tassazzjoni huwa l-ħlas tat-taxxi dovuti. Il-kontribwenti huma mistennija jħallsu t-taxxi tagħhom fil-ħin u b’mod sħiħ. Il-biċċa l-kbira tal-kontribwenti jagħmlu dan u jħallsu volontarjament dak li għandhom iħallsu. Sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet isiru bl-aktar mod effiċjenti, jenħtieġ li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jestendu l-metodi tal-ħlasijiet elettroniċi disponibbli għall-kontribwenti. Pereżempju, f’xi Stati Membri huwa possibbli li jitħallsu diversi taxxi wkoll permezz ta’ applikazzjoni fuq l-ismartphone.

    In-negozji obbligati li jħallsu l-VAT u dawk li jħaddmu jew aġenti u intermedjarji oħrajn li jħallsu t-taxxa f’isem il-kontribwenti jenħtieġ li jibbenefikaw ukoll mis-servizzi elettroniċi u mis-simplifikazzjonijiet. Il-faċilità tal-ħlas hija importanti, speċjalment għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju, li għandhom it-tendenza li jiffaċċjaw kostijiet ta’ konformità sproporzjonati relattivament ogħla. 37  

    Sabiex tintlaħaq konformità aħjar fil-ħlas tat-taxxi, jenħtieġ li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jużaw modi ġodda ta’ kif jinvolvu lill-kontribwenti, pereżempju billi jużaw approċċ ta’ mġiba jew konformità kooperattiva.

    Jenħtieġ li l-ammont ta’ taxxa dovuta jkun korrett mill-bidu, sabiex jiġi evitat li l-kontribwenti jkollhom jitolbu u jistennew għal rifużjoni. Ir-rifużjonijiet jieħdu ż-żmien u huma suxxettibbli għal frodi. Meta jkunu mistennija r-rifużjonijiet, jenħtieġ li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jittrattawhom kemm jista’ jkun malajr, sabiex jiġi evitat li l-kontribwenti jkollhom jistennew ħafna u jsofru minn problemi ta’ likwidità.

    Sabiex iżżid l-effiċjenza tal-proċeduri tal-ħlas tat-taxxa fl-UE, il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

    Fl-2020/2021

    6.Il-Kummissjoni se tippreżenta rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-assistenza għall-irkupru ta’ taxxi mhux imħallsin. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jagħtu attenzjoni wkoll lill-ħtieġa li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-kontribwenti. Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-operat tal-arranġamenti li jikkonċernaw l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra 38 kkonkluda li, sabiex jiġu garantiti l-effiċjenza u l-effettività tal-assistenza reċiproka għall-irkupru, jenħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu s-sistemi interni tagħhom għall-irkupru tat-taxxa u jużaw biżżejjed riżorsi biex jittrattaw it-talbiet ta’ assistenza għall-irkupru. Huwa kkonkluda wkoll li t-titjib ta’ aspetti differenti tal-funzjonament tas-sistema ta’ assistenza għall-irkupru tat-taxxa (skont id-Direttiva 2010/24 39 ) xorta jista’ jiġi kkunsidrat. Ir-rapport il-ġdid 40 tal-Kummissjoni se jipprovdi segwitu għall-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

    Fl-2022/2023

    7.Jenħtieġ li l-kontribwenti jkunu jafu b’mod ċar u minn qabel, meta jkunu mistennija jħallsu t-taxxa. Il-Kummissjoni se tipproponi leġiżlazzjoni biex tiċċara fejn il-kontribwenti li huma attivi b’mod transkonfinali fl-UE għandhom jitqiesu bħala residenti għal finijiet ta’ taxxa. Illum il-ġurnata, l-Istati Membri għadhom jużaw kriterji differenti u varji biex jiddeterminaw l-istatus tar-residenza tat-taxxa, li jirriżulta f’riskji ta’ tassazzjoni doppja (jew nontassazzjoni doppja). Din l-inizjattiva se tfittex li tiżgura determinazzjoni aktar konsistenti tar-residenza tat-taxxa fi ħdan is-Suq Uniku.

    8.It-titjib tal-ambjent tat-tassazzjoni tan-negozju huwa prijorità tal-Kummissjoni. Minkejja l-azzjonijiet meħuda matul il-perjodu 2016-2019,  41 għad hemm ostakoli fiskali għall-investiment transkonfinali. 42 Il-Kummissjoni se tipproponi inizjattiva leġiżlattiva għall-introduzzjoni ta’ sistema komuni, standardizzata u mifruxa mal-UE kollha għall-ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn, akkumpanjata minn skambju ta’ informazzjoni u mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tivvaluta l-ħtieġa għal skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet superviżorji tas-swieq finanzjarji. 43 L-għażliet ikkunsidrati se jinkludu interventi kemm leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi u se jqisu l-inizjattiva tal-OECD dwar il-Ħelsien mit-Taxxa skont it-Trattati u t-Tisħiħ tal-Konformità (TRACE). 44 L-għan se jkun, minn naħa, li jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-konformità fiskali għall-investituri transkonfinali u, min-naħa l-oħra, li tiġi evitata l-evażjoni tat-taxxa. 45  

    3.4. Il-verifika, il-monitoraġġ u l-kooperazzjoni amministrattiva.

    It-tassazzjoni ġusta hija l-pedament tal-mudell soċjali Ewropew għall-benefiċċju tan-negozju u taċ-ċittadini. Sabiex isostnuha, il-kontribwenti huma mistennija jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u jħallsu t-taxxa fil-ħin. Il-biċċa l-kbira tagħhom jagħmlu dan u l-punt tat-tluq għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa jenħtieġ li jkun preżunzjoni ta’ onestà u konformità. Madankollu, sfortunatament, xi kontribwenti ma jaġixxux b’mod ġust. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandhom id-dmir li jivverifikaw l-affarijiet tat-taxxa tal-kontribwenti, jivverifikaw u, f’xi każijiet, imexxu awditi tat-taxxa.

    Il-verifiki jżommu l-fiduċja fil-ġustizzja tas-sistema tat-tassazzjoni, jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fit-tassazzjoni u jevitaw li l-kontribwenti onesti jispiċċaw iħallsu aktar minħabba li kontribwenti oħrajn ma jkunux konformi u ma jħallsux is-sehem ġust tagħhom. Barra minn hekk, il-kontroll effettiv tat-taxxa jista’ jiskoraġġixxi n-nonkonformità fil-futur.

    Sabiex imexxu l-kontrolli tat-taxxa b’mod effiċjenti u effettiv, jenħtieġ li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jistrieħu fuq tekniki ta’ ġestjoni tar-riskju biex jimmiraw aħjar il-kontroll tat-taxxa lejn il-gruppi ta’ kontribwenti t-tajbin. Jenħtieġ li l-verifiki jkunu bbażati fuq firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, b’mod partikolari – fil-każ ta’ kontribwenti li jkunu attivi b’mod transkonfinali – informazzjoni li tkun ġejja minn Stati Membri u pajjiżi terzi oħrajn grazzi għall-iskambju ta’ informazzjoni.

    Sabiex tissimplifika l-proċedura ta’ verifika u ttejjeb l-immirar tal-kontrolli, il-Kummissjoni se tieħu għadd ta’ azzjonijiet biex tiżviluppa aktar in-netwerk tal-Eurofisc:

    9.Eurofisc 2.0 – fl-2022/2023

    Il-Kummissjoni se tipproponi, possibbilment permezz ta’ inizjattiva leġiżlattiva li temenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010, 46 li tistabbilixxi fil-Eurofisc kapaċità reali tal-UE kontra l-frodi tal-VAT fi tranżazzjonijiet transkonfinali. Fl-2018, din il-pjattaforma ta’ esperti kontra l-frodi tal-VAT mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa ngħatat 47 mandat legali ġdid li jawtorizzaha tipproċessa d-data b’mod konġunt fil-livell tal-UE. B’dan fis-seħħ, il-proċess ta’ verifika maqsum bejn il-ġurisdizzjonijiet tat-taxxa issa jista’ jiġi ssimplifikat fl-Eurofisc. Il-Kummissjoni se tieħu passi biex tiżgura li l-Eurofisc ikun jista’ jiġi ttrasformat f’Eurofisc adatt għall-UE b’aktar data u għodod għad-dispożizzjoni tiegħu.

    Minbarra li l-Eurofisc isir aktar effiċjenti, jenħtieġ li l-konnessjonijiet tiegħu ma’ korpi rilevanti oħrajn tal-UE u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri jissaħħu wkoll. Jenħtieġ li l-Eurofisc isir ċentru tal-UE għall-informazzjoni dwar it-taxxa li sservi mhux biss għal finijiet tat-taxxa, iżda wkoll għall-awtoritajiet tas-swieq finanzjarji, 48 għall-awtoritajiet doganali, għall-OLAF u għall-Europol, pereżempju. Illum diġà jeżistu xi skambji, iżda jeħtieġ li dawn jiġu ssimplifikati u msaħħa, strutturati u potenzjalment appoġġjati b’mod attiv fil-livell tal-Unjoni. Il-proċess ta’ trasformazzjoni se jqis ukoll estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Eurofisc. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li t-tassazzjoni diretta tibbenefika mill-kapaċità pprovduta mill-Eurofisc.

    L-amministrazzjonijiet tat-taxxa jibbenefikaw mill-kondiviżjoni tar-riżorsi fl-Eurofisc adatt għall-UE li jservi lill-Istati Membri kollha b’mod awtomatizzat. Fi ħdan l-Eurofisc adatt għall-UE, l-għarfien espert meħtieġ biex jiġu indirizzati xejriet ġodda ta’ frodi li jirriżultaw minn mudelli kummerċjali li qed jinbidlu jista’ jiġi żviluppat b’mod konġunt. B’dan il-mod, investiment komuni fil-livell tal-UE jkun direttament ta’ benefiċċju għall-Istati Membri kollha, irrispettivament mir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom.

    Barra minn hekk, sabiex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri biex jinfurzaw ir-regoli tat-taxxa eżistenti, il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

    Fl-2020/2021

    10.L-evoluzzjoni ta’ mezzi alternattivi ta’ ħlas u investiment – bħal kriptoassi u flus elettroniċi – thedded li ddgħajjef il-progress li sar fit-trasparenza fiskali f’dawn l-aħħar snin u toħloq riskji sostanzjali għall-evażjoni tat-taxxa. Fl-2021, il-Kummissjoni se taġġorna d-direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva biex testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ekonomija li qed tevolvi u ssaħħaħ il-qafas ta’ kooperazzjoni amministrattiva.

    11.Il-Parlament Ewropew ta bidu għat-tnedija ta’ Osservatorju tat-Taxxa tal-UE bħala azzjoni preparatorja, b’segwitu għall-Proġett Pilota tal-UE dwar Tassazzjoni Ġusta 49 . Azzjoni preparatorja, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew, tista’ ddum sa tliet snin konsekuttivi. Dan l-aħħar il-Kummissjoni nediet is-sejħa għall-proposti 50 . Il-kompiti tal-Osservatorju tat-Taxxa tal-UE se jkunu li jissorvelja u jikkwantifika x-xejriet fil-livell u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-abbuż tat-taxxa u b’hekk jikkontribwixxi aktar għat-tfassil tal-politika abbażi tal-evidenza u jistimula dibattitu Ewropew dwar kwistjonijiet tat-taxxa internazzjonali.

    Fl-2022/2023

    12.Il-verifiki tat-tranżazzjonijiet transkonfinali jridu jissaħħu biex jiggarantixxu l-VAT. Is-sempliċi skambju ta’ informazzjoni jew twissijiet bejn l-Istati Membri, kif inhu prinċipalment il-każ illum, mhuwiex adattat għall-iskop tiegħu minħabba l-volum ta’ tranżazzjonijiet, b’mod partikolari bil-bidla fir-regoli tal-VAT għall-kummerċ elettroniku li tidħol fis-seħħ fl-2021. Il-Kummissjoni se tesplora kif għandha taqleb mill-iskambju manwali għas-sehem awtomatizzat tad-data permezz ta’ sistemi elettroniċi, kif diġà huwa l-każ issa bil-kondiviżjoni ta’ data doganali dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u, jekk meħtieġ, tagħmel proposta biex temenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010.

    13.Barra minn hekk, it-teknoloġiji ġodda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri jagħmlu t-tranżazzjonijiet transkonfinali aktar faċli għan-negozji onesti li jridu jkunu konformi mar-regoli tal-VAT. L-awtoritajiet tat-taxxa jiffokaw aktar il-kontrolli tagħhom fuq il-kontribwenti mhux konformi, billi jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju, filwaqt li l-kontribwenti onesti jkunu jistgħu jgawdu aktar minn operat mingħajr interruzzjonijiet. Barra minn hekk, governanza tat-taxxa moderna biex tikkoordina l-verifiki fil-livell tal-UE tiffaċilita wkoll il-ħajja tan-negozji onesti. Il-Kummissjoni se tħares ukoll lejn modi possibbli biex tagħti spinta lil dawn l-investigazzjonijiet transkonfinali u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel proposta biex temenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010.

    14.Djalogu aktar mill-qrib mas-sħab internazzjonali: Il-kooperazzjoni effettiva ma’ pajjiżi terzi sikwit tkun meħtieġa biex tiżgura li l-politika tat-tassazzjoni tal-UE taħdem: f’ekonomija globali, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri mhux biss għandhom jaħdmu flimkien, iżda jeħtieġ li jikkooperaw ma’ pajjiżi terzi. B’mod speċifiku, il-Kummissjoni se tipproponi li tibda l-proċess biex tinnegozja ftehimiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-VAT mal-pajjiżi terzi rilevanti (simili għal dak bejn l-UE u n-Norveġja), li jibdew minn uħud mis-sħab kummerċjali ewlenin tal-UE. L-għan huwa li tiġi żgurata amministrazzjoni tat-taxxa ġusta u effettiva.

    3.5 Tilwim

    It-tassazzjoni tistrieħ fuq il-konformità volontarja u jenħtieġ li kemm jista’ jkun tkun ibbażata fuq relazzjoni kooperattiva, pożittiva u armonjuża bejn il-kontribwenti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Madankollu, ir-realtà mhux dejjem tkun ideali u xi drabi l-kontribwenti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ma jaqblux

    Il-prevenzjoni tal-possibbiltà ta’ tilwim u l-għoti ta’ ċertezza legali lill-kontribwenti għandhom ikunu l-għan primarju.

    Madankollu, jekk tinqala’ tilwima, il-kontribwenti xorta jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jikkoreġu jew jiċċaraw kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim possibbli sabiex jiġi evitat li t-tilwima teskala.

    It-tilwim, speċjalment dak ġudizzjarju, jiswa l-flus u jieħu ħafna ħin. Idealment, jenħtieġ li tali tilwim jiġi evitat, iżda meta dan ma jkunx possibbli, ir-riżoluzzjoni malajr tiegħu tippermetti li l-ispejjeż għall-kontribwenti u għall-amministrazzjonijiet tal-intaxxar jinżammu minimi. F’dan ir-rigward, xi partijiet interessati diġà esprimew il-preferenza tagħhom għal aktar intervent fil-livell tal-UE, speċifikament fuq il-prevenzjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim. 51  

    Sabiex tevita t-tilwim jew inkella ssolvih bl-aktar mod effiċjenti possibbli, il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

    Fl-2020/2021

    15.Il-monitoraġġ tad-direttiva dwar il-mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwim. Il-Kummissjoni se ssegwi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-effettività tad-Direttiva dwar il-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim rigward tilwim li jirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ ftehimiet u konvenzjonijiet li jipprevedu l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja konkluża bejn l-Istati Membri. B’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni se tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ korp permanenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, l-hekk imsejjaħ Kumitat Permanenti, li għalih il-bażi ġuridika hija diġà prevista fid-Direttiva 2017/1852 52 . Il-Kumitat Permanenti huwa mistenni jikkontribwixxi għall-effettività tas-soluzzjoni tat-tilwim fost l-Istati Membri.

    Fl-2022/2023

    16.Il-prevenzjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim dwar il-VAT. Il-mekkaniżmi għall-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta’ tilwim dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-VAT huma meħtieġa f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tranżazzjoni tal-VAT biex jiġu żgurati l-prinċipji taċ-ċertezza legali, in-newtralità u l-ġustizzja fir-rigward tal-VAT. Il-Kummissjoni se teżamina l-għażliet kollha possibbli u, fejn xieraq, se tressaq proposta leġiżlattiva dwar mekkaniżmu ta’ prevenzjoni u ta’ soluzzjoni tat-tilwim għall-VAT.

    3.6 Simplifikazzjoni tar-regoli tat-taxxa tal-UE għal aktar kompetittività fis-Suq Uniku

    L-azzjonijiet ippreżentati hawn fuq jiffokaw fuq l-amministrazzjoni tat-taxxa, l-implimentazzjoni ta’ kuljum tar-regoli tat-taxxa. Madankollu, hemm limiti għal dak li jista’ jinkiseb bis-simplifikazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa biss. Sabiex il-kontribwenti jibbenefikaw, huwa importanti li r-regoli jiġu ssimplifikati.

    Irrispettivament minn kwalunkwe miżura ta’ simplifikazzjoni li jistgħu jieħdu l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, il-politika tat-tassazzjoni sikwit tibqa’ kkumplikata ħafna biex tiġi amministrata u anki biex tiġi rrispettata. Il-biċċa l-kbira tal-kontribwenti jridu jħallsu s-sehem ġust tagħhom. Madankollu, huwa ta’ dispjaċir li f’xi każijiet il-kumplessità tar-regoli tat-taxxa tista’ tkun diżinċentiv għalihom biex jagħmlu dan.

    Sabiex it-taxxa ssir aktar sempliċi u faċli, filwaqt li tiġi appoġġjata l-konformità, jeħtieġ li tiġi aġġornata u ssimplifikata l-leġiżlazzjoni eżistenti f’ċerti oqsma. Benefiċċju ewlieni se jkun li jerġgħu jiddaħħlu kundizzjonijiet ekwi bejn in-negozji tal-UE u kompetituri barra mill-UE. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza mal-objettivi ta’ politika ewlenin, bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Huwa importanti wkoll li l-kontribwenti jkunu jafu d-drittijiet tagħhom.

    Sabiex tissimplifika l-ħajja tal-kontribwenti li joperaw fis-Suq Uniku, il-Kummissjoni se tieħu l-azzjonijiet li ġejjin:

    Fl-2020/2021

    17.Karta dwar id-drittijiet tal-kontribwenti. Il-Kummissjoni se tippubblika Komunikazzjoni li tqis id-drittijiet eżistenti tal-kontribwenti skont id-dritt tal-Unjoni flimkien ma’ Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-kontribwenti u jiġu ssimplifikati l-obbligi tat-taxxa.

    18.Aġġornament tar-regoli tal-VAT dwar is-servizzi finanzjarji. L-eżenzjoni tas-servizzi finanzjarji stipulata fid-Direttiva tal-VAT tmur lura għal meta l-leġiżlazzjoni tal-VAT ġiet implimentata għall-ewwel darba fl-1977. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda dawn id-dispożizzjonijiet skaduti. L-immodernizzar se jqis it-tkabbir tal-ekonomija diġitali (fintech) u ż-żieda fl-esternalizzazzjoni tas-servizzi tal-input mill-operaturi finanzjarji u tal-assigurazzjoni, kif ukoll il-mod tal-istrutturazzjoni tas-settur. Jenħtieġ li l-proposta tiżgura kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni u tqis il-kompetittività internazzjonali tal-kumpaniji tal-UE.

    19.It-trasformazzjoni tal-istatus tal-Kumitat tal-VAT. Il-Kumitat tal-VAT bħalissa huwa kumitat konsultattiv magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni mingħajr kompetenzi fil-proċedura tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni se tipproponi bidla fid-Direttiva tal-VAT sabiex il-Kumitat tal-VAT jinbidel f’“kumitat tal-komitoloġija” li, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jissorvelja l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni. L-għoti ta’ ċerti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, soġġett għall-kontroll ta’ dak il-Kumitat, għandu jtejjeb l-effiċjenza tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-VAT. Għandu jikkontribwixxi għal applikazzjoni aktar uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-VAT għall-benefiċċju ta’ persuni taxxabbli li jkollhom attivitajiet ekonomiċi f’diversi Stati Membri. Fil-qasam tat-tassazzjoni indiretta, il-proċeduri tal-komitoloġija diġà jintużaw għall-kooperazzjoni amministrattiva u għad-dazji tas-sisa. Il-kamp ta’ applikazzjoni preċiż ta’ dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandu jiġi ddeterminat.

    20.Fl-2021, il-Kummissjoni se torganizza konferenza dwar l-Analitika tad-Data u s-Soluzzjonijiet Diġitali. Dan l-avveniment se jkun “summit kbir dwar id-data tat-taxxa”, maħsub biex jieħu rendikont tal-aktar ideat interessanti u innovattivi minn esperti tat-taxxa, negozji, akkademiċi, esperti tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali dwar kif tintuża t-teknoloġija għal intaxxar b’mod aktar intelliġenti u jiġi evitat piż ta’ rapportar bla bżonn fuq in-negozji. Dan l-avveniment se jipprovdi pjattaforma għall-partijiet interessati kollha biex jesprimu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi tagħhom fir-rigward tal-użu tal-analitika tad-data u ta’ soluzzjonijiet diġitali oħrajn fil-qasam tat-tassazzjoni. Huwa se jipprovdi wkoll l-opportunità li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki.

    21.Il-Kummissjoni se tistabbilixxi grupp ta’ esperti dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti biex jelabora soluzzjonijiet prammatiċi u mhux leġiżlattivi għal problemi prattiċi maħluqa minn prattiki ta’ pprezzar tat-trasferimenti rilevanti għall-UE. Il-grupp se jkun strutturat b’tali mod li jakkomoda l-kontribut kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-partijiet interessati min-negozju u mis-soċjetà ċivili. Tali grupp ta’ esperti se jżid iċ-ċertezza tat-taxxa u fl-istess ħin inaqqas ir-riskju ta’ tassazzjoni doppja.

    Fl-2022/2023

    22.Reviżjoni tal-iskema speċjali tal-VAT għall-aġenti tal-ivvjaġġar. Id-Direttiva tal-VAT tinkludi arranġamenti speċjali għall-aġenti tal-ivvjaġġar u għall-operaturi turistiċi, li mhumiex applikati bl-istess mod fl-Unjoni. Ir-regoli attwali jwasslu wkoll għal ċertu grad ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-aġenziji tal-ivvjaġġar stabbiliti fl-UE u dawk mhux stabbiliti fl-UE li jorganizzaw vjaġġi fl-UE. Id-diġitalizzazzjoni taggrava l-problema. Abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni li għaddejja bħalissa 53 , il-Kummissjoni se tipproponi li temenda d-Direttiva tal-VAT sabiex tissimplifika l-iskema speċjali u tiżgura kundizzjonijiet ugwali fi ħdan l-UE, filwaqt li tqis il-kompetittività tal-industrija tal-ivvjaġġar tal-UE.

    23.Adattament tal-qafas tal-VAT għall-ekonomija tal-pjattaforma. L-iżvilupp rapidu tal-ekonomija tal-pjattaforma jqajjem mistoqsijiet rigward it-trattament tal-VAT tat-tranżazzjonijiet bejn l-utenti ffaċilitati mill-pjattaformi (il-persuni li joffru servizzi jew merkanzija fuq il-pjattaformi huma persuni taxxabbli għall-VAT jew le?) u tas-servizzi pprovduti mill-pjattaformi (x’inhi n-natura ta’ dak is-servizz?). Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva biex temenda d-Direttiva tal-VAT, li jenħtieġ li tipprovdi ċarezza u ċertezza tad-dritt lill-atturi involuti. Barra minn hekk, se jiġi eżaminat ir-rwol li jista’ jkollhom il-pjattaformi biex jiżguraw il-ġbir tat-taxxa.

    24.Tassazzjoni aktar ekoloġika tas-settur tat-trasport tal-passiġġieri. Id-Direttiva tal-VAT bħalissa fiha bosta eżenzjonijiet relatati mas-settur tat-trasport tal-passiġġieri. Uħud minn dawn l-eżenzjonijiet jirrigwardjaw biss ċerti tipi ta’ trasport tal-passiġġieri. Dan iwassal, pereżempju għan-nontassazzjoni de facto taħt il-VAT tat-trasport bl-ajru u marittimu internazzjonali tal-passiġġieri. Il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva għar-rieżami ta’ dawn l-eżenzjonijiet sabiex tiżgura l-koerenza tagħhom mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Ir-rieżami għandu jinkludi s-simplifikazzjoni tar-regoli tal-VAT rigward il-post tat-tassazzjoni tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri.

    25.Il-pakkett tal-kummerċ elettroniku għad-dazji tas-sisa. Ir-regoli attwali effettivament jagħmlu l-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa impossibbli minħabba l-piż regolatorju għoli u l-ispejjeż involuti għall-operaturi ekonomiċi. Il-Kummissjoni se tħares lejn modi kif tissimplifika dawn ir-regoli biex timminimizza l-frodi u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi bbażati fuq l-internet u dawk li għandhom ħwienet fiżiċi. Jekk ikun meħtieġ, se ssir proposta leġiżlattiva biex tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill dwar l-Arranġament Ġenerali għad-Dazju tas-Sisa 54 .

    4. Konklużjoni

    Il-Kummissjoni tressaq dan il-pjan ta’ azzjoni ambizzjuż għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġja l-istrateġija ta’ rkupru fi żmien ta’ sfidi bla preċedent. Il-Kummissjoni attivat u se tkompli tattiva l-ixprunaturi ta’ politika eżistenti kollha disponibbli biex jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku rapidu, filwaqt li ssawwar it-tranżizzjoni tal-UE f’ekonomija tas-suq soċjali ekoloġika, diġitali u aktar ġusta. L-aġenda tat-taxxa tal-UE hija u se tkun fil-qalba ta’ din it-tranżizzjoni.

    Il-Kummissjoni titlob lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, iżda wkoll lil partijiet ikkonċernati oħrajn bħal NGOs, trade unions u negozji biex jimpenjaw ruħhom b’mod attiv u b’mod kostruttiv u inklużiv, sabiex dan il-pjan ta’ azzjoni jissarraf f’inizjattivi konkreti għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE, tan-negozji u tal-Istati Membri bl-istess mod.

    (1)

    COM(2020) 456 final.

    (2)

    Inizjattivi bħar-rieżami tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija u l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera huma parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, li jimmira wkoll li joħloq kuntest għal riformi tat-taxxa fuq bażi ġenerali fil-livell nazzjonali, li jneħħi s-sussidji għall-fjuwils fossili, li jxaqleb il-piż tat-taxxa mix-xogħol għat-tniġġis filwaqt li jittieħed kont tal-kunsiderazzjonijiet soċjali. Bħala parti mix-xogħol b’appoġġ għal dan l-objettiv il-Kummissjoni se torganizza Konferenza dwar it-Tassazzjoni Ekoloġika fl-2020.

    (3)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24-36)

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21-27) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29-31)

    (5)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE, ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

    (6)

    COM(2020) 314 final

    (7)

     Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1.

    (8)

    COM(2020) 313 final

    (9)

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern, ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1-14.

    (10)

    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/136 tat-28 ta’ Jannar 2016 dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-abbuż ta’ trattat dwar it-taxxa, ĠU L 25, 2.2.2016, p. 67-68

    (11)

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta’ Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1-10.

    (12)

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8–21.

    (13)

    Il-Kummissjoni Ewropea. (2017). Evalwazzjoni tar-Regolament (UE) 904/2010. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, SWD(2017) 428 final (għall-VAT) u l-Kummissjoni Ewropea. (2019). Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) Nru 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (SWD(2019)328 final).

    (14)

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1-3

    (15)

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1).

    (16)

      Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 , ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2459 , id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/1995 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2026 , ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/194 ; https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/vat/modernising-vat-cross-border-ecommerce_en#heading_1

    (17)

    L-Eurofisc huwa netwerk għall-iskambju, l-ipproċessar u l-analiżi rapidi ta’ informazzjoni mmirata dwar il-frodi transkonfinali bejn l-Istati Membri u għall-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ segwitu.

    (18)

    Barra minn hekk, l-Europol nieda ċ-Ċentru Ewropew għall-Kriminalità Finanzjarja u Ekonomika (European Financial and Economic Crime Centre -EFECC) il-ġdid. Iċ-Ċentru se jsaħħaħ l-appoġġ operattiv ipprovdut lill-Istati Membri tal-UE u lill-korpi tal-UE fl-oqsma tal-kriminalità finanzjarja u ekonomika u jippromwovi l-użu sistematiku tal-investigazzjonijiet finanzjarji; https://www.europol.europa.eu/newsroom/news/europol-launches-european-financial-and-economic-crime-centre

    (19)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 904/2010 u (UE) 2017/2454 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 259, 16.10.2018, p. 1–11.

    (20)

      https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/2019-taxation-papers-76.pdf  

    (21)

      https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/vat-gap-full-report-2019_en.pdf  

    (22)

    Il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni

    tal-miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim tas-sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, COM(2018) 329, il-25 ta’ Mejju 2018.

    (23)

    Filwaqt li l-eżistenza ta’ prattiki ta’ evitar tat-taxxa tintwera f’ħafna studji, huwa diffiċli li jitkejjel id-dħul mitluf minħabba l-kumplessità tal-fenomenu u l-limitazzjoni tad-data. Fl-opinjoni ta' Dover et al. (2015) it-telf tad-dħul mit-trasferiment tal-profitt fl-UE jammonta għal madwar EUR 50-70 biljun, ekwivalenti għal mill-inqas 17 % tad-dħul mit-taxxa korporattiva (‘corporate income tax’ - CIT) fl-2013. Bl-użu ta’ approċċ ta’ Mudell ta’ Ekwilibriju Ġenerali, Álvarez-Martínez et al. (2018) jiddikjaraw li l-evitar tat-taxxa fl-UE-28 jinvolvi telf ta’ dħul mit-taxxa korporattiva fl-ammont ta’ EUR 36 biljun kull sena. Zucman et. al (2018) jistmaw li l-UE-28 titlef madwar EUR 37 biljun.

    (24)

    Il-Parlament Ewropew. (2016). Frodi tat-taxxa: 75 % tal-Ewropej iridu li l-UE tagħmel aktar biex tiġġieled dan, l-Aħbarijiet tal-Parlament Ewropew, 29-07-2016.

    (25)

    Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/1852 tal-10 ta’ Ottubru 2017 dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Taxxa fl-Unjoni Ewropea, ĠU L 265, 14.10.2017, p. 1-14.

    (26)

    COM(2018)20 tat-18.1.2018.

    (27)

    Il-Kummissjoni Ewropea. (2018). Studju dwar il-kostijiet tal-konformità fiskali għall-SMEs, Rapport finali - Studju (Ippubblikat: 2018-12-12).

    (28)

      https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/resources/documents/tax_survey.pdf  

    (29)

    COM(2020) 93 final u d-dokument ta’ akkumpanjament SWD(2020) 54 final.

    (30)

      https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/planning-and-proposing-law/better-regulation-why-and-how_mt .

    (31)

    Dan il-kapitolu jiffoka fuq il-kontribwenti u jipprova jikkunċettwalizzahom bħala klijenti ta’ amministrazzjonijiet tat-taxxa. L-esperjenza tal-kontribwenti tinqasam f’ħames passi ewlenin ta’ interazzjoni bejn il-kontribwenti u l-amministrazzjonijiet tat-taxxa: ir-reġistrazzjoni, ir-rapportar, il-verifika, il-ħlas u t-tilwim. Dawn il-ħames passi huma meħuda minn: OECD (2017), Amministrazzjoni tat-Taxxa 2017: Informazzjoni Komparattiva dwar l-OECD u Ekonomiji Avvanzati u Emerġenti Oħrajn https://doi.org/10.1787/tax_admin-2017-en . Il-passi huma adattati għall-enfasi magħżula sabiex, pereżempju, “il-ġbir” (minn perspettiva tal-amministrazzjoni tat-taxxa) jsir ħlas, mil-lat ta’ kontribwent. Dwar il-vjaġġ tal-klijent b’mod aktar ġenerali: Lemon, K. N., & Verhoef, P. C. (2016). Understanding customer experience throughout the customer journey. Journal of marketing, 80(6), 69-96.

    (32)

    Jew l-ekwivalenti. In-”NIT fuq l-Europa” fuq il-paġna web tal-Kummissjoni jagħti ħarsa ġenerali lejn in-NIT fl-UE: https://ec.europa.eu/taxation_customs/tin/tinByCountry.html  

    (33)

     Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

    (34)

    Il-Kummissjoni Ewropea. (2016). Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku 2016-2020. L-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tal-gvern. COM(2016) 179 final.

    (35)

    Il-Kummissjoni Ewropea. (2019). Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) Nru 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (SWD(2019)328 final).

    (36)

    Servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi.

    (37)

    Il-Kummissjoni Ewropea. (2018). Studju dwar il-kostijiet tal-konformità fiskali għall-SMEs, Rapport finali - Studju (Ippubblikat: 2018-12-12).

    (38)

     COM(2017)778.

    (39)

     Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.

    (40)

    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull ħames snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-Art. 27(3) tad-Direttiva 2010/24/UE).

    (41)

    Il-Kummissjoni Ewropea. (2017). Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Taxxa Minn Ras il-Għajn.

    https://ec.europa.eu/taxation_customs/sites/taxation/files/code_of_conduct_on_witholding_tax.pdf

    (42)

    Għal evidenza reċenti dwar il-persistenza tal-problema, irreferi għat-“10th T2S Harmonisation Progress Report - Harmonisation of European securities settlement and collateral management arrangement” (L-10 Rapport dwar il-Progress tal-Armonizzazzjoni tat-T2S - L-Armonizzazzjoni tas-saldu tat-titoli Ewropej u l-arranġament għall-ġestjoni tal-kollateral) tal-Grupp Konsultattiv tal-BĊE dwar Infrastrutturi tas-Suq għal Titoli u Kollateral (2020).

    (43)

    Hawnhekk qed issir referenza għall-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq: https://www.esma.europa.eu/ .

    (44)

      http://www.oecd.org/ctp/exchange-of-tax-information/treatyreliefandcomplianceenhancementtrace.htm  

    (45)

     L-ispejjeż għall-investituri ġew stmati li jammontaw għal aktar minn EUR 8 biljun fis-sena: Il-Kummissjoni Ewropea. (2017). Aċċellerazzjoni tal-unjoni tas-swieq kapitali: l-indirizzar tal-ostakoli nazzjonali għall-flussi ta’ kapital. COM (2017) 147 final. Min-naħa l-oħra, il-frodi tat-taxxa fil-qasam tat-taxxa minn ras il-għajn fuq dividendi transkonfinali ġiet stmata għal aktar minn EUR 55 biljun, https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20181120IPR19552/cum-ex-tax-fraud-meps-call-for-inquiry-justice-and-stronger-tax-authorities

    (46)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1.

    (47)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1541 tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 904/2010 u (UE) 2017/2454 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 259, 16.10.2018, p. 1.

    (48)

    Hawnhekk qed issir referenza għall-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) fuq: https://www.esma.europa.eu/  

    (49)

     Il-proġetti pilota u l-Azzjonijiet Preparatorji jintroduċu inizjattivi temporanji ġodda li jistgħu jinbidlu fi programmi ta’ finanzjament permanenti tal-UE.

    (50)

    Għal aktar dettalji dwar is-sejħa għall-proposti: https://ec.europa.eu/taxation_customs/calls-tenders-grants-calls-expression-interest/TAXUD/2020/CFP-01-eu-tax-observatory_en  

    (51)

    Ir-risposti għall-konsultazzjoni pubblika dwar l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fit-tassazzjoni, miġbura fil-qosor fl-anness 2 tal-Kummissjoni Ewropea. (2019) “Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) Nru 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE” (SWD(2019)328 final).

    (52)

     Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/1852 tal-10 ta’ Ottubru 2017 dwar Mekkaniżmi għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar it-Taxxa fl-Unjoni Ewropea, ĠU L 265, 14.10.2017, p. 1.

    (53)

      https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/11883-Evaluation-of-the-special-VAT-scheme-for-travel-agents .

    (54)

      Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE, ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

    Top

    Brussell, 15.7.2020

    COM(2020) 312 final

    ANNESS

    tal-

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    PJAN TA' AZZJONI GĦAL








    TASSAZZJONI ĠUSTA U SEMPLIĊI LI TAPPOĠĠA L-ISTRATEĠIJA TA' RKUPRU


    Ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi tat-taxxa li huma parti mill-pjan ta’ azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi li tappoġġa l-irkupru previst għall-2020-2023

    #

    Azzjoni

    Mezzi

    Żmien

    Azzjonijiet li jridu jiġu ppreżentati fl-2020-2021

    A6

    Rakkomandazzjonijiet ta’ prattika tajba biex jitjieb l-irkupru tat-taxxi fl-UE

    Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    2020, T4

    A19

    Trasformazzjoni tal-Kumitat tal-VAT f’kumitat tal-komitoloġija

    Inizjattiva leġiżlattiva biex tiġi emendata d-Direttiva tal-VAT.

    2020, T4

    A22a

    Evalwazzjoni tal-iskema speċjali tal-VAT għall-aġenti tal-ivvjaġġar

    Inizjattiva mhux leġiżlattiva: Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – evalwazzjoni

    2020, T4

    A11

    Tnedija tal-osservatorju tat-Taxxa

    Inizjattiva mhux leġiżlattiva, l-implimentazzjoni ta’ azzjoni preparatorja tal-Parlament Ewropew.

    2020, T4

    A3

    Qafas ta’ Konformità Kooperattiva għal djalogu ta’ prevenzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u n-negozji għas-soluzzjoni komuni ta’ kwistjonijiet ta’ taxxa transkonfinali

    Inizjattiva mhux leġiżlattiva: proġett pilota.

    2021, T1 – T2

    A21

    Stabbiliment ta’ grupp ta’ esperti dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment

    Grupp ta’ esperti li jelabora soluzzjonijiet prammatiċi u mhux leġiżlattivi għal problemi prattiċi li jinqalgħu minħabba prattiki ta’ prezzijiet ta’ trasferiment fl-UE.

    2021, T1

    A20

    Konferenza dwar l-analitika tad-data u s-soluzzjonijiet diġitali

    Inizjattiva mhux leġiżlattiva: avveniment ta’ komunikazzjoni.

    2021, T2

    A17

    Karta dwar id-drittijiet tal-kontribwenti – Komunikazzjoni li tanalizza d-drittijiet eżistenti tal-kontribwenti tat-taxxa skont il-liġi tal-UE flimkien ma’ Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri dwar il-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-kontribwenti u s-semplifikazzjoni tal-obbligi tat-taxxa.

    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni indirizzata lill-Istati Membri.

    2021, T3

    A10

    Estensjoni tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni għal kriptoassi/flus elettroniċi

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.

    2021, T3

    A18

    Aġġornament u semplifikazzjoni tar-regoli tal-VAT għas-servizzi finanzjarji, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fi ħdan l-Unjoni u l-kompetittività internazzjonali tal-kumpaniji tal-UE

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill dwar il-VAT.

    2021, T4

    A15

    Implimentazzjoni tal-Kumitat Permanenti għas-soluzzjoni tat-tilwim.

    Implimentazzjoni ta’ korp permanenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, l-hekk imsejjaħ Kumitat Permanenti, li l-bażi ġuridika tiegħu hija diġà prevista fid-Direttiva 2017/1852.

    2021, T3

    Azzjonijiet li jridu jiġu ppreżentati fl-2022-2023

    A8

    Soluzzjonijiet diġitali biex jiġu imposti taxxi minn ras il-għajn għall-faċilitazzjoni tal-ħlas/tal-ġbir tat-taxxa

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li tintroduċi sistema ta’ ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn.

    2022

    A7

    Konsistenza tar-regoli dwar ir-residenza tat-taxxa għall-individwi biex tiġi evitata (n)-(non)tassazzjoni doppja

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill biex jiġu armonizzati l-kriterji dwar ir-residenza tat-taxxa.

    2022

    A2

    Kwalità u użu aħjar tad-data dwar it-taxxa

    Inizjattiva mhux leġiżlattiva: proġett pilota segwit minn dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jippreżenta s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin.

    2022

    A22b

    Aġġornament tal-iskema speċjali tal-VAT għall-aġenti tal-ivvjaġġar biex tiġi żgurata l-kompetittività internazzjonali tal-industrija tal-ivvjaġġar tal-UE.

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-VAT.

    2022

    A24

    Rieżami tar-regoli tal-VAT fuq it-trasport tal-passiġġieri sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-politika tat-tassazzjoni żviluppata skont il-Patt Ekoloġiku

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-VAT.

    2022

    A16

    Prevenzjoni u soluzzjoni tat-tilwim dwar il-VAT biex jiġu pprovduti mekkaniżmi għall-prevenzjoni/għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-VAT

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li tintroduċi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT.

    2022

    A1

    A4

    A5

    A23

    Pakkett dwar il-VAT fl-era diġitali: aġġornament tar-regoli tal-VAT għall-ekonomija kollaborattiva, progress lejn reġistrazzjoni unika tal-VAT fl-UE, modernizzar tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT u faċilitazzjoni tal-fatturazzjoni elettronika.

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-VAT u/jew Direttiva tal-Kunsill li temenda r-Regolament tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT.

    2022

    A25

    Pakkett tal-kummerċ elettroniku għall-merkanzija soġġetta għas-sisa: faċilitazzjoni tal-bejgħ mill-bogħod ta’ merkanzija soġġetta għas-sisa filwaqt li jiġu minimizzati l-frodi u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva tal-Kunsill dwar l-Arranġament Ġenerali għad-Dazju tas-Sisa.

    2022

    A9

    Eurofisc 2.0

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010

    2023

    A12 A13

    Tisħiħ tal-verifiki tat-tranżazzjonijiet transkonfinali permezz tal-kondiviżjoni tad-data relatata mat-taxxa minflok l-iskambju tagħha.

    Aċċelerazzjoni u titjib tal-proċess ta’ verifika tat-tranżazzjonijiet transkonfinali permezz tal-ingranaġġ ta’ għodod teknoloġiċi ġodda, analitika avvanzata u kondiviżjoni flessibbli tad-data fil-livell tal-UE.

    Valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal inizjattiva leġiżlattiva fil-forma ta’ proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010

    2023

    A14

    Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT bejn l-UE u l-pajjiżi terzi rilevanti

    Konklużjoni ta’ ftehimiet bejn l-UE u l-pajjiżi terzi rilevanti dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT.

    2023

    Top