This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020AR1361
Opinion of the European Committee of the Regions — European Climate Law: establishing the framework for achieving climate neutrality
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima: jiġi stabbilit il-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima: jiġi stabbilit il-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika
COR 2020/01361
ĠU C 324, 1.10.2020, p. 58–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 324/58 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima: jiġi stabbilit il-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika
(2020/C 324/10)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-azzjoni lokali u reġjonali hija importanti sabiex jinkiseb l-għan tan-newtralità klimatika, kif rikonoxxut fil-Ftehim ta’ Pariġi u kompletament f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fil-premessa. Għalhekk, huwa nuqqas li ma jiġux inklużi wkoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali.
Emenda 2
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-fatturi territorjali għandhom rwol kruċjali biex tiġi determinata l-għażla t-tajba tal-politika biex tissaħħaħ il-kapaċità ta’ rkupru u l-isforzi ta’ adattament. Il-kunsiderazzjonijiet ġeografiċi, klimatiċi, soċjali u ekonomiċi huma essenzjali biex tiġi stmata u evalwata l-vulnerabbiltà, jiġu ġestiti r-riskji u jiġu definiti xenarji futuri għall-varjabbli klimatiċi. Il-ħolqien ta’ strument ta’ previżjoni għall-adattament u l-promozzjoni tal-kapaċità tar-reżiljenza li jistgħu jiġu adattati għar-realtajiet reġjonali u lokali differenti jkun pass importanti ’l quddiem fl-iżvilupp ta’ dawn l-istrateġiji.
Emenda 3
Premessa 17
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Jekk irridu niżguraw li Pjan ta’ Rkupru Ewropew ikun ekoloġiku u li l-investimenti tal-lum iwasslu biex jintlaħqu l-miri tal-2030 u fl-aħħar mill-aħħar dawk tal-2050, il-valutazzjoni tal-impatt tal-qafas leġislattiv tal-2030 jeħtieġ li tiġi ppubblikata mill-aktar fis possibbli.
Emenda 4
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-monitoraġġ effettiv tal-progress jista’ jsaħħaħ il-viżibbiltà, it-trasparenza u s-sjieda tal-isforzi biex tinkiseb in-newtralità klimatika. Għalhekk, id-data miksuba għandha tkun disponibbli l-ħin kollu u mhux biss fir-rapporti perjodiċi, u l-perjodu ta’ żmien għandu jissemma b’mod konkret.
Emenda 5
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-ksib ta’ soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima għandu jibni fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku. It-tisħiħ ta’ dawn l-istrumenti huwa kompitu li jista’ jitmexxa mill-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi tagħha, peress li huma bbażati fuq approċċ trasversali, filwaqt li l-azzjonijiet proposti huma speċifiċi għall-politiki settorjali li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jkunu jridu jsegwu, jekk meħtieġ.
Emenda 6
Premessa 21
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
It-tneħħija ta’ kwalunkwe referenza għall-fatt li t-trajettorja ser tiġi stabbilita permezz ta’ atti delegati. Il-Kummissjoni għandha tillimita ruħha li tipproponi t-trajettorja u tevalwa l-progress.
Emenda 7
Artikolu 2(2)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali rispettivament, biex ikun jista’ jinkiseb b’mod kollettiv l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jqisu l-importanza tal-fatt li jippromwovu l-ġustizzja u s-solidarjetà fost l-Istati Membri. |
L-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u fil-livell nazzjonali rispettivament, biex ikun jista’ jiġi implimentat b’mod kollettiv l-objettiv tan-newtralità klimatika fir-reġjuni u l-bliet Ewropej, stabbilit fil-paragrafu 1, filwaqt li jqisu l-importanza tal-fatt li jippromwovu l-ġustizzja u s-solidarjetà fost l-Istati Membri. |
Raġuni
L-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-klima tiddependi l-aktar mill-bliet u r-reġjuni Ewropej. Għalhekk, huwa meħtieġ li tinbidel id-diċitura.
Emenda 8
Artikolu 2(3)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Sa Settembru tal-2020, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-mira tal-Unjoni għall-2030 b’rabta mal-klima msemmija fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (UE) 2018/1999 fid-dawl tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u għandha tesplora l-għażliet għal mira ġdida ta’ tnaqqis ta’ bejn 50 u 55 % fl-emissjonijiet meta mqabbel mal-livelli tal-1990 għall-2030. Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn tinbidel din il-mira, għandha tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq. |
Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-bidu ta’ Settembru tal-2020, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-mira tal-Unjoni għall-2030 b’rabta mal-klima msemmija fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament (UE) 2018/1999 fid-dawl tal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) u għandha tesplora l-għażliet għal mira ġdida ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet meta mqabbel mal-livelli tal-1990 għall-2030. Meta l-Kummissjoni tqis li jkun hemm bżonn tinbidel din il-mira, għandha tagħmel proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq. |
Raġuni
L-emenda ssegwi l-istess loġika tal-emenda għall-premessa 17.
Emenda 9
Artikolu 3
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Trajettorja biex tinkiseb in-newtralità klimatika |
Trajettorja biex tinkiseb in-newtralità klimatika |
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi trajettorja fil-livell tal-Unjoni biex, sal-2050, jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1). Sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jsir kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-trajettorja . |
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tipproponi tibdil għal dan ir-Regolament billi tipproponi trajettorja fil-livell tal-Unjoni biex, sal-2050, jinkiseb l-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1). Sa mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jsir kull rendikont globali msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-progress li jsir fit-twettiq tal-objettiv tan-newtralità klimatika . |
2. It-trajettorja għandha tibda mill-mira tal-Unjoni għall-2030 b’rabta mal-klima msemmija fl-Artikolu 2(3). |
2. It-trajettorja għandha tibda mill-mira tal-Unjoni għall-2030 b’rabta mal-klima msemmija fl-Artikolu 2(3). |
3. Hija u tistabbilixxi trajettorja skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-affarijiet li ġejjin: |
3. Hija u tipproponi trajettorja skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis l-affarijiet li ġejjin: |
Raġuni
It-tneħħija ta’ kwalunkwe referenza għall-fatt li t-trajettorja ser tiġi stabbilita permezz ta’ atti delegati. Il-Kummissjoni għandha tillimita ruħha li tipproponi t-trajettorja u tevalwa l-progress.
Emenda 10
Artikolu 3(3)(e)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Il-kriterji biex tiġi stabbilita t-trajettorja lejn in-newtralità klimatika għandhom iqisu b’mod ċar il-koeżjoni reġjonali tal-UE.
Emenda 11
Artikolu 3(3)(k) u (l) – inċiżi ġodda
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li taqdi rwol prominenti u influwenti fil-livell internazzjonali, u li taqdi rwol ewlieni fit-tranżizzjoni ekoloġika, ġusta u solidari li l-istati u r-reġjuni jridu jwettqu biex jilħqu l-għan tan-newtralità klimatika sal-2050, mingħajr ma ħadd jitħalla jibqa’ lura. Minħabba n-natura u d-dimensjoni globali tal-impatti klimatiċi u r-riperkussjonijiet soċjoekonomiċi tagħhom, li ma jirrispettawx il-fruntieri, titqies bħala opportunità li din l-intenzjoni soda tal-Unjoni Ewropea tiġi inkluża, billi fl-att ikkonċernat jiġi inkluż l-obbligu li jitqies, fil-ħolqien tat-trajettorja lejn in-newtralità, li l-politiki u l-azzjonijiet kollha tagħha jinkorporaw l-impenji biex jissaħħu, fil-pajjiżi u r-reġjuni terzi l-oħra kollha li magħhom jinżammu relazzjonijiet ta’ kwalunkwe tip, l-istess prinċipji li huma sottostanti għal dan ir-Regolament.
Barra minn hekk, jidher opportun li l-Unjoni Ewropea tqis l-impronta tal-karbonju u l-impronta tal-ilma tal-prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi, peress li b’dan il-mod mhux biss ser tkun qed tgħin il-kompetittività tal-ekonomija tagħna, iżda wkoll issaħħaħ ir-rwol ewlieni fin-newtralità klimatika billi tirrikjedi standards globali.
Emenda 12
Artikolu 4(2)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji u pjanijiet ta’ adattament li jkunu jinkludu oqfsa komprensivi għall-ġestjoni tar-riskju bbażati fuq xenarji ta’ referenza sodi dwar il-klima u l-vulnerabbiltà u fuq valutazzjonijiet tal-progress li jkun sar. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji u pjanijiet ta’ adattament li jkunu jinkludu oqfsa komprensivi għall-ġestjoni tar-riskju bbażati fuq xenarji ta’ referenza sodi dwar il-klima u l-vulnerabbiltà u fuq valutazzjonijiet tal-progress li jkun sar. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-integrazzjoni tal-perspettiva reġjonali, lokali uultraperiferika fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ adattament tagħhom. |
Raġuni
L-impatt tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima mhuwiex l-istess fit-territorji differenti. Dawn jaffettwahom b’mod differenti skont id-diversi fatturi involuti. Hemm inugwaljanzi fl-impatt tal-effetti tat-tibdil fil-klima minħabba l-pożizzjoni ġeografika, u s-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi; fil-qosor, hemm inugwaljanzi fil-livell ta’ riskju, esponiment u vulnerabbiltà.
Din is-sitwazzjoni hija riflessa fil-ħtieġa li, peress li wasal iż-żmien li jiġu vvalutati r-riskji tal-impatt tat-tibdil fil-klima, hemm bżonn li jsiru distinzjonijiet fil-livell reġjonali jew saħansitra lokali, abbażi tal-fatturi ġeografiċi u soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, minkejja n-natura globali tal-problema tat-tibdil fil-klima, l-adattament għandu jiġi adattat għall-karatteristiċi ta’ kull territorju skont it-tip ta’ impatti u d-dimensjoni speċifika tagħhom. Dan ma jimpedixxix l-iżvilupp ta’ dawn il-politiki biex jiġu strutturati madwar strateġiji komuni b’ambiti wiesgħa aktar minn dawk li jeħtieġ jiġu allinjati.
Emenda 13
Artikolu 5(2a) ġdid
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2(a) Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u r-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitwettqu abbażi ta’ sistema ta’ informazzjoni komuni fl-UE kollha, aċċessibbli għall-pubbliku u li tintegra l-informazzjoni ġġenerata mill-atturi differenti involuti fil-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika u li jitmexxa ’l quddiem l-adattament. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti li jiżguraw l-istandardizzazzjoni u l-omoġeneità tal-informazzjoni, waqt li jiġi żgurat li din tkun tikkonsisti f’data faċli biex tintuża, aċċessibbli, interoperabbli u li tista’ tintuża mill-ġdid. Din is-sistema ser tibbenefika mill-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda. |
Raġuni
Sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tas-soċjetà kollha biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, huwa essenzjali li jkun hemm informazzjoni ta’ kwalità u vverifikata, li sservi bħala bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għat-tfassil tal-politiki u l-miżuri adatti. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu ddefiniti prattiki tajba għall-ġbir u t-trasferiment tal-informazzjoni u li jiġi standardizzat u omoġenizzat l-ipproċessar tagħhom. Barra minn hekk, hemm bżonn li tiġi stabbilita sistema għat-titjib kontinwu ta’ din l-informazzjoni u li jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ teknoloġiji ġodda biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ data bejn l-atturi involuti, sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji li jistgħu jinħolqu u jiġu ottimizzati r-riżorsi.
Emenda 14
Artikolu 5(3)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
3. Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u 2, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, jew li l-progress li jkun qed isir biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4 ma jkunx biżżejjed, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati meta tkun qed tirrevedi t-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1). |
3. Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u r-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri tal-Unjoni ma jkunux konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika stabbilit fl-Artikolu 2(1) jew li dawn ma jkunux adegwati biex jiżguraw li jsir il-progress b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4, jew li l-progress li jkun qed isir biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika jew b’rabta mal-adattament imsemmi fl-Artikolu 4 ma jkunx biżżejjed, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa skont it-Trattati meta tkun qed tirrevedi t-trajettorja msemmija fl-Artikolu 3(1). |
Raġuni
Biex tingħata aktar konsistenza lit-test, billi jintużaw ir-referenzi preċiżi fl-Artikolu nnifsu, abbażi tal-għan tal-paragrafi msemmija.
Emenda 15
Artikolu 6(2a) ġdid
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2(a) Is-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2)(a) għandu jkollha taqsima li tistabbilixxi l-istrateġiji, il-miżuri u l-aħjar prattiki, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-adegwatezza tal-miżuri tal-Istati Membri mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni. |
Raġuni
Bil-għan li l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-Istati Membri tkun sempliċi kemm jista’ jkun, jeħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni ta’ kwalità għolja u vverifikata, li sservi bħala bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u d-definizzjoni ta’ politiki u miżuri adatti. Il-bażi tal-għarfien jeħtieġ li tiżdied, il-komunikazzjoni dwar l-inizjattivi u l-istrateġiji innovattivi għandha tiġi promossa u t-trasferiment ta’ prattiki tajba għandu jiġi promoss fil-livell tal-UE, bil-għan li tiġi promossa s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, jiġu sfruttati s-sinerġiji u jiġu ottimizzati r-riżorsi.
Emenda 16
Artikolu 7(1)(f) ġdid
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||
|
|
Raġuni
Minħabba r-rwol kruċjali li ser jaqdu r-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa fl-implimentazzjoni tal-politiki differenti inklużi fil-qafas tal-liġi dwar il-klima, jeħtieġ li jitqiesu l-fehmiet tagħhom meta jiġu kkunsidrati r-reviżjonijiet tat-trajettorja lejn in-newtralità klimatika.
Emenda 17
Artikolu 7(1)(e)
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Minkejja li l-investimenti tagħhom huma iżgħar minn dawk tal-Unjoni u l-Istati Membri, jekk jitqiesu l-investimenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, dan jiżgura rispett sħiħ tad-diversità territorjali tal-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe reviżjoni tat-trajettorja lejn in-newtralità klimatika. Barra minn hekk, ir-reġjuni u l-bliet tal-Ewropa spiss huma l-punti ċentrali tal-innovazzjoni fir-rigward tas-sostenibbiltà u għandhom jitqiesu kif imiss meta jiġu stabbiliti miri ambizzjużi fil-futur.
Emenda 18
Artikolu 8
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Il-Kummissjoni għandha tikkollabora mas-setturi kollha tas-soċjetà biex tippermettilhom jieħdu azzjoni favur soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima u biex tagħtihom is-setgħa jagħmlu dan . Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita proċess inklużiv u aċċessibbli fil-livelli kollha, fosthom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, mas-sħab soċjali, maċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili biex jiġu skambjati l-aqwa prattiki u biex jiġu identifikati l-azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tirreferi wkoll għad-djalogi f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1999. |
Il-Kummissjoni għandha tikkollabora mas-setturi kollha tas-soċjetà biex tippermettilhom jadottaw miżuri komprensivi biex tinkiseb soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita proċess inklużiv u aċċessibbli fil-livelli kollha, fosthom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, mas-sħab soċjali, maċ-ċittadini u mas-soċjetà ċivili biex jiġu skambjati l-aqwa prattiki u biex jiġu identifikati l-azzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament (EU) 2018/1999. B’mod speċjali, bħala parti mill-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19, il-Kummissjoni għandha tiddependi mir-rabta diretta bejn iċ-ċittadini, in-negozji lokali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, u tappoġġjaha, peress li l-bini ta’ soċjetà reżiljenti għall-klima u l-iżgurar tal-appoġġ għall-komunitajiet ser jiddependu minn din ir-rabta. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tirreferi wkoll għad-djalogi f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1999 , kif ukoll l-attivitajiet fl-ambitu tal-Patt Klimatiku Ewropew . |
Raġuni
Il-ksib ta’ soċjetà newtrali għall-klima u reżiljenti għall-klima għandu jibni fuq l-iskambju ta’ informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni soċjali. It-tisħiħ ta’ dawn l-istrumenti huwa kompitu li jista’ jitmexxa mill-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi tagħha, peress li huma bbażati fuq approċċ trasversali, filwaqt li l-azzjonijiet proposti huma speċifiċi għall-politiki settorjali li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jkunu jridu jsegwu, jekk meħtieġ. Hemm bżonn ta’ Rkupru Ekoloġiku. Madankollu, biex dan isir realtà, iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej jeħtieġ li jaderixxu mal-proġett. Għalhekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni x’jaqdu.
Emenda 19
Artikolu 9
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
Eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 3(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat taż-żmien li jibda minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
Raġuni
L-użu ta’ atti delegati mill-Kummissjoni Ewropea biex tirrevedi l-miri huwa inkompatibbli mal-Artikolu 290 tat-TFUE.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
1. |
jinnota li l-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa wieħed mill-inizjattivi ewlenin tal-UE. Madankollu, jenfasizza li l-istrateġija l-ġdida ta’ tkabbir tal-proġett Ewropew, kif ukoll il-Komunikazzjoni ppubblikata reċentement tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-baġit tal-UE jsaħħu l-pjan ta’ rkupru sabiex jiġi żgurat irkupru rapidu u sħiħ mill-kriżi ekonomika u tas-saħħa ta’ bħalissa. Jenfasizza li l-objettiv ewlieni tal-Patt Ekoloġiku jrid ikun it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, filwaqt li fl-istess ħin jiġi stimulat irkupru ekonomiku mgħaġġel u sostenibbli, peress li jirrikonoxxi li din it-tranżizzjoni twassal għal opportunitajiet ġodda għall-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha, u twassal lejn soċjetà u ekonomija aktar reżiljenti; |
2. |
jappoġġja l-istabbiliment tal-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika tal-UE permezz ta’ objettiv legalment vinkolanti adattat bħala pass meħtieġ biex il-proġett Ewropew jimxi lejn in-newtralità klimatika irriversibbli sal-2050. Dan l-impenn huwa meħtieġ biex l-Unjoni Ewropea tiġi kkonsolidata bħala l-mexxejja dinjija fl-azzjoni klimatika u bħala ambaxxatur biex jinżammu l-ambizzjonijiet għoljin ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti, flimkien mal-importanza li jiżdied il-volum tat-tneħħija tal-gass. kif ukoll biex tinbena l-fiduċja fost iċ-ċittadini, in-negozji u s-soċjetà ċivili tagħna, u b’hekk jiġi żgurat sforz inklużiv u miftiehem; f’dan il-kuntest, ikun importanti wkoll li jiġi kkunsidrat il-perkors ta’ politika meħtieġ lil hinn mill-2050, meta x’aktarx li ser tibqa’ tkun meħtieġa sistema sostenibbli ta’ emissjonijiet negattivi; f’dan il-kuntest, huwa importanti wkoll li jiġi żviluppat il-kunċett ta’ ġustizzja klimatika bejn il-ġenerazzjonijiet u jittieħed kont tagħha f’teħid ta’ deċiżjonijiet fil-preżent u fil-futur; |
3. |
jindika li l-kriżi attwali tas-saħħa tenfasizza iżjed il-ħtieġa għal tranżizzjoni lejn soċjetà u ekonomija aktar sostenibbli u reżiljenti, peress li jekk it-tibdil fil-klima jibqa’ jiġi injorat, dan jista’ jkollu konsegwenzi aktar profondi fil-livell globali; jenfasizza li t-tranżizzjoni għandha tkun ġusta, gradwali u permanenti, peress li s-soluzzjonijiet mhux sostenibbli fuq perjodu qasir ta’ żmien jistgħu jkunu ta’ detriment minflok ta’ benefiċċju fit-triq lejn in-newtralità klimatika; |
4. |
jenfasizza li l-Liġi Ewropea dwar il-Klima għandha tiżgura wkoll li l-miżuri implimentati biex jinkisbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti jridu jsaħħu u ma jikkompromettux għanijiet ambjentali oħra ta’ prijorità, bħall-protezzjoni tal-bijodiversità jew il-ġestjoni ta’ żoni protetti; |
5. |
jistieden lill-Kummissjoni tqis l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fuq l-ilħuq tal-objettiv ta’ newtralità klimatika u ta’ kwalunkwe miri interim; ifakkar li r-Renju Unit bħalissa huwa t-tieni l-akbar emittent tas-CO2 fl-UE, bi tnaqqis kontinwu u ppjanat ogħla aktar mill-medja tal-UE u b’mira nazzjonali vinkolanti dwar il-klima ta’ madwar 57 % sal-2030 (1); |
6. |
ifakkar fid-Dikjarazzjoni adottata reċentement dwar “L-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala atturi tar-rispons Ewropew għall-kriżi tal-COVID-19” u l-ħtieġa li l-Patt Ekoloġiku Ewropew ikun aspett ewlieni tal-pjan ta’ rkupru tal-UE, sabiex il-kriżi ssir opportunità biex jiġi indirizzat b’mod urġenti t-tibdil fil-klima u tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE; |
7. |
jemmen li jeħtieġ li jiġu involuti l-gvernijiet sottonazzjonali rilevanti kollha fl-abbozzar tal-pjani nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima (NECPs) u l-politiki nazzjonali fit-tul permezz ta’ djalogu parteċipattiv f’diversi livelli ġenwin abbażi ta’ esperjenzi reġjonali u lokali. Jaqbel li d-djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija jiġi inkluż fil-qafas tal-leġislazzjoni Ewropea dwar il-klima iżda jenfasizza l-bżonn ta’ approċċ aktar sistematiku biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu integrati f’dawn il-proċessi ta’ tranżizzjoni għan-newtralità klimatika, mhux biss fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet Ewropew iżda wkoll fin-negozjati internazzjonali; jerġa’ jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi Pjattaforma permanenti ta’ Djalogu f’Diversi Livelli dwar l-Enerġija (2) sabiex tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità tan-negozju u partijiet oħra interessati rilevanti fil-ġestjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija; |
8. |
jenfasizza li, peress li l-involviment taċ-ċittadini huwa fundamentali sabiex jinkiseb progress sinifikanti lejn in-newtralità klimatika, l-inizjattivi li jħeġġu kontribut mill-iktar livell baxx u li jappoġġjaw l-iskambju ta’ informazzjoni u t-tagħlim fil-livell bażiku għandhom jitqiesu indispensabbli għas-suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; f’dan ir-rigward, jissuġġerixxi li l-Patt Klimatiku Ewropew jiġi inkluż fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima u jenfasizza li l-Patt għandu jiġi żviluppat bħala strument ta’ governanza innovattiv li jippermetti komunikazzjoni bidirezzjonali, kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-livelli, is-setturi u t-territorji kollha sabiex jittejbu l-effikaċja u l-leġittimità tal-politika dwar il-klima tal-UE. Jenfasizza li l-involviment adegwat tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet interessati l-oħra mhux biss jiffaċilita l-aċċettazzjoni tal-politiki, iżda wkoll iħeġġeġ il-kejl wiesa’ u trasparenti tal-progress, u b’hekk jagħti lin-nies u lill-organizzazzjonijiet fuq il-post sens aktar tanġibbli ta’ awtoeffikaċja fil-proċess ta’ trasformazzjoni; |
9. |
ifakkar li approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” mhuwiex adegwat biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, waqt li jenfasizza d-diversità tar-reġjuni tal-Ewropa f’dak li jirrigwarda l-klima, l-ambjent, il-pajsaġġ, il-mobilità u l-istruttura ekonomika u soċjali; ifakkar li l-Liġi Ewropea dwar il-Klima tirrapreżenta r-regolament qafas li ser jidderiġi politiki individwali lejn l-objettiv klimatiku u li s-suċċess tagħha ser jiddependi ħafna mill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Bl-istess mod jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħala l-livell ta’ gvern l-eqreb taċ-ċittadini għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-ġestjoni tal-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija permezz tal-awtokonsum, il-ġenerazzjoni distribwita u n-networks intelliġenti, il-promozzjoni tal-investiment u r-rabta tal-politiki dwar l-enerġija u l-klima mal-miżuri adottati b’rabta mal-akkomodazzjoni, il-faqar enerġetiku u t-trasport; |
10. |
jenfasizza li l-Liġi Ewropea dwar il-Klima, bħala l-pilastru ċentrali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-liġi qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika, għandha tiżgura li l-miżuri kollha tal-UE jaderixxu mal-prinċipju ta’ “tagħmilx ħsara” u, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà attiv, jirrispettaw bis-sħiħ il-livelli kollha ta’ gvern bħala msieħba fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u mhux bħala partijiet interessati; |
11. |
jappella li d-deċiżjonijiet fundamentali dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi klimatiċi ma jittiħdux bl-użu ta’ atti delegati, għax inkella s-setgħat ta’ kodeċiżjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali se jitnaqqsu. F’dan il-kuntest, il-KtR huwa tal-fehma li l-perkors li se jiġi definit biex tinkiseb in-newtralità klimatika huwa deċiżjoni fundamentali; |
12. |
isostni li sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, huwa essenzjali li jkun hemm informazzjoni ta’ kwalità għolja u vverifikata, li tista’ sservi bħala bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għat-tfassil tal-politiki u l-miżuri adatti. L-impatt tat-tibdil fil-klima jseħħ fil-livell territorjali, u jaffettwa b’mod dirett lir-reġjuni u ’l-muniċipalitajiet. L-amministrazzjonijiet ġenerali ta’ kull Stat huma responsabbli għat-tfassil u t-trażmissjoni tal-inventarji nazzjonali. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-kejl, huwa importanti li jiġu żviluppati metodoloġiji fil-kooperazzjoni bejn l-UE, l-Istati Membri u l-livell lokali u reġjonali, sabiex ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet ikunu jistgħu jħejju l-inventarji tagħhom skont l-istess kriterji, abbażi ta’ approċċ territorjali. Din l-informazzjoni tippermetti l-identifikazzjoni ta’ xenarji speċifiċi ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li għalihom jistgħu jiġu żviluppati pjani ta’ azzjoni adatti għas-sitwazzjoni soċjoekonomika u ambjentali ta’ kull reġjun, kif ukoll objettivi settorjali speċifiċi. Barra minn hekk, monitoraġġ imwettaq minn perspettiva reġjonali u lokali jippermetti analiżi aħjar ta’ kwalunkwe devjazzjoni possibbli mit-trajettorji ddefiniti fil-pjani kif ukoll tal-miżuri meħtieġa biex jiġu indirizzati; |
13. |
isostni li monitoraġġ effettiv tal-progress jista’ jsaħħaħ il-viżibbiltà, it-trasparenza u s-sjieda tal-isforzi biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li, biex dawn l-effetti jseħħu, jenħtieġ li d-data għall-monitoraġġ tal-progress skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tinġabar, fejn meħtieġ, fil-livell reġjonali, pjuttost milli fil-livell nazzjonali; jipproponi li d-data miġbura tkun disponibbli faċilment u kontinwament għall-pubbliku, u mhux biss permezz ta’ rapporti regolari, peress li l-involviment tal-partijiet interessati fil-proċess ta’ monitoraġġ jista’ jkun essenzjali biex tinżamm trajettorja realistika u pubblikament aċċettabbli biex jintlaħaq l-għan tan-newtralità klimatika fl-2050; |
14. |
isostni li r-Regolament dwar il-Governanza għandu jistabbilixxi dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) jinkludu rendikont tal-kontributi stabbiliti fil-livell reġjonali u lokali sabiex jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-awtoritajiet sottonazzjonali biex jinkisbu l-impenji internazzjonali relatati mal-klima: “Il-governanza klimatika wara l-2020: perspettiva Ewropea u globali – kontribut għall-COP24 tal-UNFCCC”, ta’ Andrew Varah Cooper; |
15. |
jenfasizza li l-inklużjoni ta’ għanijiet lokali u reġjonali mhux biss iżżid it-trasparenza u ttejjeb il-kwalità u l-granularità tal-isforzi ġenerali tal-monitoraġġ tal-progress, iżda tkun ukoll ta’ benefiċċju kbir għall-kooperazzjoni u s-sinerġiji bejn il-livelli kollha tal-gvern, kemm fl-azzjoni kif ukoll fl-allokazzjoni baġitarja. Dan inaqqas ħafna r-riskju li l-politiki individwali jiġu inklużi fil-qafas tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima li jwassal għal riżultat potenzjalment dannuż għall-koeżjoni reġjonali tal-Ewropa; |
16. |
jenfasizza li allokazzjoni diretta ta’ fondi mfassla apposta għal miżuri adatti fil-livell reġjonali u lokali skont l-objettivi speċifiċi għal dak il-livell, ma jkollhiex biss effett qawwi fuq l-ekonomija, iżda wkoll effett ta’ mobilizzazzjoni soċjali fuq l-involviment tas-soċjetà fl-istrutturi ta’ parteċipazzjoni; |
17. |
jissuġġerixxi li l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-miżuri nazzjonali, flimkien mar-Rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, jinkludu kapitolu lokali u reġjonali li jagħti aktar trasparenza u dettall lill-isforzi marbutin mal-monitoraġġ tal-progress fl-Unjoni Ewropea kollha. Il-KtR jappoġġja l-abbozzar ta’ dan il-kapitolu; |
18. |
itenni l-appell biex jinħoloq osservatorju Ewropew dwar in-newtralità klimatika li jgħin biex jintlaħqu l-obbligi nazzjonali ta’ rappurtar fil-qafas tal-governanza tal-unjoni tal-enerġija. Dan għandu, b’mod indipendenti u pubbliku, jipprovdi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-pubbliku ġenerali b’informazzjoni aġġornata dwar il-fehim xjentifiku tat-tibdil fil-klima u x-xenarji biex jillimitawh. Fl-istess ħin, għandu jsir awditu ġdid tal-kompetenzi tal-UE fil-qafas tal-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE. L-osservatorju għandu jgħin ukoll fl-immappjar u l-monitoraġġ tal-ispeċifiċitajiet u l-vulnerabilitajiet tat-territorji Ewropej sabiex jiġi evitat li l-proċess ta’ tranżizzjoni jiġi rrifjutat. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa l-istrateġija l-ġdida tat-tkabbir tal-UE u pilastru ċentrali tal-istrateġja għall-irkupru sostenibbli tal-UE wara l-pandemija tal-COVID-19,u għalhekk, l-allinjament tal-implimentazzjoni tal-politika mat-tkabbir tal-ħiliet hija essenzjali għat-tfassil ta’ politiki validi għall-futur, għal soċjetà ġusta u għal ekonomija sostenibbli; |
19. |
jenfasizza li l-effettività tal-isforzi tal-parteċipazzjoni pubblika ma tiddependix biss mill-ġbir ta’ informazzjoni mis-setturi kollha tas-soċjetà, iżda wkoll fuq li tingħata informazzjoni adegwata dwar l-impatt tal-kontributi tagħhom. Is-soluzzjonijiet sostenibbli jeħtieġu l-kooperazzjoni tal-partijiet interessati, mhux biss fl-operat u l-manutenzjoni tas-sistemi, iżda wkoll fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Għalhekk, l-isforzi tal-parteċipazzjoni pubblika li jiffukaw biss fuq il-komunikazzjoni f’direzzjoni waħda mhumiex biżżejjed biex jippromovu bidla fl-imġiba; |
20. |
jirrakkomanda li l-enerġiji rinnovabbli jintużaw biex jintlaħqu l-miri klimatiċi. Il-KtR ma jqisx li l-enerġija nukleari hija teknoloġija sostenibbli għall-futur u ma japprovax l-użu miżjud tagħha; |
21. |
ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ewropa huma parti mill-istruttura governattiva u demokratika rikka u diversa tal-UE u għandhom jiġu ttrattati bħala tali. Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali m’għandux jitqies bħala parti mill-involviment pubbliku, u m’għandux ikun limitat għal ċerti eżerċizzji, iżda għandu jippermetti l-kontribut sistematiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tul iċ-ċiklu tat-tfassil tal-politiki kif ukoll l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-korpi leġislattivi eżistenti. Ifakkar, f’dan ir-rigward, li fil-Ftehim ta’ Pariġi jiġi rikonoxxut ir-rwol importanti tal-governanza f’diversi livelli fil-politiki dwar il-klima u l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni mar-reġjuni u l-bliet. Ifakkar ukoll li fl-Artikolu 2, il-Partijiet impenjaw ruħhom li jadattaw il-flussi finanzjarji pubbliċi u privati skont l-għanijiet tal-Ftehim u l-iżvilupp reżistenti għat-tibdil fil-klima. B’rabta mal-Liġi dwar il-Klima, il-proċessi ta’ rapportar u ta’ rieżami eżistenti u li għadhom kif ġew stabbiliti għandhom jipprovdu bażi biex il-flussi ta’ finanzjament isiru kompletament konsistenti mal-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali; |
22. |
ifakkar fil-problemi sostanzjali tal-enerġija nukleari f’termini tas-sostenibilità tagħha (kemm f’termini tal-materja prima tagħha kif ukoll tal-kwistjoni mhux solvuta tal-iskart nukleari) u għalhekk jirrakkomanda li t-triq lejn il-kisba tal-miri klimatiċi prinċipalment għandha tkun dik tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli minflok tinvolvi żieda fl-użu tal-enerġija nukleari, f’konformità mal-Artikolu 194 tat-TFUE; |
Brussell, it-2 ta’ Lulju 2020.
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Apostolos TZITZIKOSTAS
(1) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(1) Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(1) O. Geden, F. Schenuit, Climate Neutrality as Long-term Strategy: The EU’s Net Zero Target and Its Consequences for Member States (In-newtralità klimatika bħala strateġija fit-tul: il-mira tal-EU ta’ emissjonijiet żero netti u l-konsegwenzi fuq l-Istati Membi), Awwissu 2019.
(2) Il-KtR ilu jsostni din il-pożizzjoni f’diversi Opinjonijiet tiegħu: “Il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-enerġija nadifa” tar-relatur Bruno Hranić (HR/PPE); “Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, tar-relatur Michele Emiliano (IT/PSE); “Il-governanza klimatika wara l-2020: perspettiva Ewropea u globali – kontribut għall-COP24 tal-UNFCCC”, tar-relatur Andrew Varah Cooper (UK/AE); u r-Riżoluzzjoni tal-KtR dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew adottata f’Diċembru 2019.