This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020AP0134
European Parliament legislative resolution of 18 June 2020 on the draft Council decision on the conclusion of the Protocol on the implementation of the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Republic of Cape Verde (2019-2024) (08662/1/2019 — C9-0004/2019 — 2019/0078(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08662/1/2019 – C9-0004/2019 – 2019/0078(NLE))

ĠU C 362, 8.9.2021, p. 147–147
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/147 |
P9_TA(2020)0134
Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08662/1/2019 – C9-0004/2019 – 2019/0078(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 362/19)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (08662/1/2019), |
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Cabo Verde (mill-2019 sal-2024) (08668/2019), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0004/2019), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2020 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0024/2020), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Cabo Verde. |
(1) Testi adottati, P9_TA(2020)0135.