Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XC0920(02)

    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2019/6632

    ĠU C 316, 20.9.2019, p. 10–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.9.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 316/10


    Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (2019/C 316/09)

    Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

    TALBA GĦAL EMENDA GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT

    “Priorat/Priorato”

    Numru ta’ referenza: PDO-ES-A1560-AM02

    Data tal-applikazzjoni: 6.11.2014

    1.   Regoli applikabbli għall-emenda

    L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 — Emenda mhux minuri

    2.   Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda

    2.1.   Definizzjoni usa’ tal-inbid rancio

    Deskrizzjoni:

    Id-definizzjoni tal-inbid rancio twessgħet biex tiġi inkluża d-definizzjoni tal-inbid rancio ħelu bħala nbid rancio b’kontenut ta’ zokkor residwu ta’ 45 g/l jew iktar, mogħti f’termini tal-glukożju u tal-fruttożju kkombinati.

    Għaldaqstant, il-punt a) tat-Taqsima 2.1.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.4 tad-Dokument Uniku ġew emendati. F’dan tal-aħħar, l-emenda tikkonsisti f’riformulazzjoni tad-dettalji tal-aroma tal-inbid b’rabta mal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu.

    Raġunijiet:

    Din id-distinzjoni ma saritx abbażi tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni, iżda pjuttost bil-ħsieb li tittejjeb id-definizzjoni tal-prodott aħħari skont il-livell taz-zokkor li jinkiseb fih, u b’hekk li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar preċiża fid-deskrizzjoni tal-prodott.

    2.2.   Definizzjoni aħjar tal-inbid ħelu naturali

    Deskrizzjoni:

    Fid-definizzjoni żdiedet is-sentenza li ġejja: “Il-fermentazzjoni ta’ dawn l-inbejjed tista’ tintemm billi jiżdied l-alkoħol etiliku meta mill-inqas 7 % tal-volum ikun inkiseb b’mod naturali.”

    Għaldaqstant, ġie emendat il-punt e) tat-Taqsima 2.1.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-Dokument Uniku ma nbidilx.

    Raġunijiet:

    L-għan huwa li tittejjeb id-definizzjoni tal-inbid ħelu naturali billi din tiġi ssupplimentata bil-kundizzjonijiet li jridu jintlaħqu jekk jiżdied l-alkoħol etiliku matul il-produzzjoni tiegħu.

    2.3.   L-inklużjoni ta’ tip ta’ nbid ġdid

    Deskrizzjoni:

    Ġie inkluż l-inbid minn għeneb misjur iżżejjed. F’din il-kategorija, ġie speċifikat li l-vimblanc huwa prodott tradizzjonali ta’ ċerti villaġġi fiż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini, bħal La Morera de Montsant jew Scala Dei. Dan jinkiseb mill-varjetà tal-għeneb aħmar Garnacha u storikament kien jiġi prodott mill-fermentazzjoni f’kontenituri tal-ballut ta’ kapaċità massima ta’ 100 litru.

    Għaldaqstant, żdiedet it-Taqsima 2.1.3 fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u ġiet emendata t-Taqsima 2.4 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    L-għan huwa li l-protezzjoni tiġi estiża għall-inbejjed ħelwin li jiġu prodotti mingħajr ma jiżdied l-alkoħol etiliku u li ma jilħqux qawwa alkoħolika proprja minima ta’ 15 % tal-volum skont ir-rekwiżiti għall-inbejjed ħelwin naturali.

    2.4.   L-inklużjoni tal-qawwa alkoħolika proprja minima u tal-qawwa alkoħolika totali minima tal-inbejjed ħomor

    Deskrizzjoni:

    Il-qawwa alkoħolika minima (proprja u totali) tal-inbid aħmar speċifikata fid-deskrizzjoni tal-inbid, li hija stabbilita fil-punt b) tat-Taqsima 2.1.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott, żdiedet mat-taqsima dwar il-karatteristiċi analitiċi.

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 2.2.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.4 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Peress li l-qawwa alkoħolika proprja massima u l-qawwa alkoħolika totali massima jridu jiġu speċifikati għal kull tip ta’ prodott kopert minn DOP, kien żball li dawn ma ġewx inklużi għall-inbejjed ħomor. Dan l-iżball ġie kkoreġut.

    2.5.   L-inklużjoni tal-karatteristiċi analitiċi tat-tip ta’ nbid ġdid

    Deskrizzjoni:

    F’konformità mal-inklużjoni tal-inbid minn għeneb misjur iżżejjed, il-karatteristiċi analitiċi ta’ dawn l-inbejjed ġew inklużi sabiex jiġu stabbiliti l-parametri analitiċi tagħhom (il-qawwa alkoħolika proprja u totali, l-aċidità volatili, l-aċidità totali, iz-zokkor residwu u d-diossidu tal-kubrit).

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 2.2.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.4 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Peress li l-limiti ta’ dawk il-parametri jridu jiġu speċifikati għal kull tip ta’ prodott kopert minn DOP, il-karatteristiċi analitiċi ta’ tipi ta’ nbejjed ġodda jridu jiġu speċifikati kull meta jiġu inklużi t-tali nbejjed.

    2.6.   Profil organolettiku mtejjeb tal-inbejjed likuri

    Deskrizzjoni:

    Żdiedu u ġew stabbiliti fid-dettall il-karatteristiċi organolettiċi ta’ dawn l-inbejjed f’termini tad-dehra, tal-aroma u tat-togħma tagħhom.

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 2.3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.4 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Sabiex tkun tista’ tiġi vverifikata l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott f’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi organolettiċi speċifikati għall-prodott, huwa meħtieġ l-ogħla livell ta’ dettall possibbli.

    2.7.   L-inklużjoni ta’ deskrizzjoni organolettika għall-inbid rancio ħelu

    Deskrizzjoni:

    F’konformità mal-inklużjoni tiegħu fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-każ speċjali tal-inbid rancio ħelu ġie inkorporat fil-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed rancio. Hawnhekk, l-objettiv huwa li jiġu stabbiliti l-parametri organolettiċi għall-prodotti ta’ dan it-tip, skont l-informazzjoni li ngħatat qabel u r-riżultati li nkisbu kemm mill-analiżijiet sensorji li twettqu mill-Bord Regolatorju tad-DOP “Priorat” u kemm mill-istudju dwar il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed ta’ dan it-tip.

    Għaldaqstant, ġew emendati l-punt a) tat-Taqsima 2.3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.4 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    L-ispeċifikazzjonijiet tad-DOP jridu jinkludu deskrizzjoni organolettika għall-prodotti kollha li tkopri d-DOP.

    2.8.   L-inklużjoni ta’ deskrizzjoni organolettika għall-inbid minn għeneb misjur iżżejjed

    Deskrizzjoni:

    F’konformità mal-inklużjoni tal-inbid minn għeneb misjur iżżejjed, ġew inkorporati l-karatteristiċi organolettiċi ta’ dawn l-inbejjed. Hawnhekk, l-objettiv huwa li jiġu stabbiliti l-parametri organolettiċi għall-prodotti ta’ dan it-tip, skont l-informazzjoni li ngħatat qabel u r-riżultati li nkisbu kemm mill-analiżijiet sensorji li twettqu mill-Bord Regolatorju tad-DOP “Priorat” u kemm mill-istudju dwar il-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed ta’ dan it-tip.

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 2.3.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.4 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    L-ispeċifikazzjonijiet tad-DOP jridu jinkludu deskrizzjoni organolettika għall-prodotti kollha li tkopri d-DOP.

    2.9.   Pożizzjoni ġdida tat-taqsima dwar l-indikazzjonijiet, flimkien mat-tħassir ta’ ċerti indikazzjonijiet

    Deskrizzjoni:

    It-Taqsima 2.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott (intitolata “Indikazzjonijiet marbutin mal-maturazzjoni u/jew mal-produzzjoni”) iċċaqalqet minn postha. Issa hija s-sottotaqsima C) tat-Taqsima 8.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott, li hija sottotaqsima ġdida.

    Barra minn hekk, tħassru d-definizzjonijiet tal-indikazzjonijiet Crianza, Reserva u Gran Reserva. Dan minħabba li dawk l-indikazzjonijiet diġà huma rregolati bħala termini tradizzjonali u għalhekk għadhom imniżżlin fit-Taqsima 8.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.

    Għaldaqstant, ġiet emendata t-Taqsima 2.4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-Dokument Uniku ma nbidilx.

    Raġunijiet:

    Il-kontenut tat-taqsima ċċaqlaq minn postu minħabba li dan ma jaqax taħt id-deskrizzjoni tal-prodott iżda, minflok, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jintużaw ċerti indikazzjonijiet dwar it-tikkettar. Minħabba f’hekk, issa huwa sottotaqsima tat-Taqsima 8.3, li tindirizza dak is-suġġett (intitolata “Dispożizzjonijiet addizzjonali marbutin mat-tikkettar. Il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-prodotti”).

    Id-definizzjonijiet tat-tliet termini tradizzjonali tħassru bil-għan li jitħarsu l-indikazzjonijiet tradizzjonali speċifiċi għaż-żona. Dawk it-tliet indikazzjonijiet mhumiex marbutin mal-indikazzjonijiet tradizzjonali taż-żona, kif juri l-fatt li m’għandhomx rabtiet storiċi mal-inbejjed tat-tip Priorat.

    2.10.   Bidliet fil-prattiki tat-tkabbir

    Deskrizzjoni:

    Tħassar il-kliem li jirreferi għall-għadd ta’ għejun għal kull dielja.

    Barra minn hekk, il-kliem tat-test oriġinali tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ġie adattat biex jirreferi speċifikament għall-ħtieġa li jintużaw prattiki agrikoli li għandhom l-għan li jżommu d-distintività tal-inbejjed u li jħarsu l-prodotti tradizzjonali taż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini.

    Barra minn hekk, il-kliem li jirreferi għall-prattika tat-tisqija nbidel bl-objettiv uniku u esklussiv li din tiġi permessa bħala miżura li għandha l-għan li tiżgura l-benessri tal-pjanti u tal-għeneb.

    Barra minn hekk, id-densità minima tat-tħawwil żdiedet minn 2 500 għajn għal kull ettaru għal 3 000 waħda għall-irqajja’ tal-art li jkun għadhom kif tħawlu.

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott (intitolata “Prattiki tat-tkabbir”) u t-Taqsima 2.5.1 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Il-kontrolli fuq l-għejun ġew eliminati bil-għan li jiġu ssimplifikati l-indikaturi biex jinkisbu prodotti tal-ogħla kwalità. L-istudji dwar l-istima u l-kontroll tar-rendiment tal-vinji juru li l-għadd ta’ għejun irid ikun proporzjonat mal-vitalità ta’ kull dielja meta jitqies b’mod individwali, u mhux b’mod ġenerali. Il-ħidma biex jinkiseb għeneb tal-aqwa kwalità, li ġeneralment tkun assoċjata mal-fatt li jiġi limitat ir-rendiment tad-dielja, trid tiġi indirizzata b’mod differenti skont il-varjetajiet, l-irqajja’ tal-art u s-snin, filwaqt li tiġi evalwata s-sitwazzjoni speċifika tal-vinji. Il-kwalità tista’ tiġi kkontrollata wkoll billi jintużaw tekniki oħrajn minbarra l-limitazzjoni tal-għadd ta’ għejun li jkollhom l-istess objettiv.

    Ir-regoli dwar it-tisqija nbidlu bl-objettiv uniku u esklussiv li din tiġi permessa bħala miżura li għandha l-għan li tiżgura l-benessri tal-pjanti u tal-għeneb.

    Id-densità tat-tħawwil żdiedet f’konformità mad-data rreġistrata dwar id-dwieli fiż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini u mal-istudji attwali f’dan ir-rigward, li jqisu l-kwalità tal-għeneb miksub u li jiffukaw fuq il-produzzjoni ta’ għeneb ta’ kwalità għolja b’rendimenti tal-aqwa kwalità.

    2.11.   Arranġamenti tal-produzzjoni differenti għall-inbejjed li se jkollhom l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar

    Deskrizzjoni:

    Sabiex inbid ikollu l-isem ta’ waħda mit-tnax-il unità ġeografika iżgħar iddefiniti fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott, irid jiġi prodott u jiġi mmaturat b’mod separat fil-fabbrika tal-inbid.

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott (intitolata “Metodi tal-produzzjoni”) u t-Taqsima 2.5.1 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati, għal raġunijiet ta’ traċċabbiltà, ir-referenzi għal unitajiet ġeografiċi iżgħar fuq it-tikkettar, huwa essenzjali li dik id-distinzjoni ssir fil-proċess tal-produzzjoni.

    2.12.   Twessigħ taż-żona ġeografika ddefinita

    Deskrizzjoni:

    Ir-roqgħa art 99 fiż-żona 2 tal-muniċipalità ta’ Falset żdiedet mal-azjendi agrikoli li jagħmlu parti miż-żona tal-produzzjoni tad-DOP “Priorat”.

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.6 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Meta l-informazzjoni ġiet ittrasferita fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott attwali, din l-azjenda ma ġietx inkluża fiż-żona tal-produzzjoni minħabba żball tal-ittajpjar (żball klerikali). Abbażi tad-data tal-mappa disponibbli fiż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini u tal-ġeografija taż-żona, ir-roqgħa art li din l-emenda tittratta taqa’ perfettament fil-konfini taż-żona tal-produzzjoni u għandha l-aspetti klimatiċi u ġeoloġiċi korrispondenti tagħha, kif muri mill-preżenza tal-ħamrija li hija tipika għall-bqija taż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini. B’mod speċifiku, ir-roqgħa art tinsab fil-parti ċentrali tal-muniċipalità ta’ Falset, li hija koperta mid-DOP “Priorat”. Din tinkludi ż-żoni li huma orjentati b’mod ċar lejn in-Nofsinhar, li huma magħmulin mill-blat “hornfels” li huwa fframmentat ħafna minħabba livell għoli ta’ metamorfożi ta’ kuntatt, u hija kkaratterizzata mill-fatt li fiha nsibu l-istess tip ta’ ħamrija bħalma nsibu fl-irqajja’ l-oħrajn tal-art fiż-żona tal-produzzjoni.

    2.13.   Id-demarkazzjoni ta’ tnax-il unità ġeografika iżgħar

    Deskrizzjoni:

    Inħolqot it-Taqsima 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott, li telenka l-ismijiet u l-konfini tat-tnax-il unità ġeografika iżgħar. Din tagħti lill-produtturi rreġistrati fl-unitajiet ġeografiċi iżgħar id-dritt li jużaw l-isem korrispondenti fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-prodott jekk jiddeċiedu jagħmlu dan.

    Għaldaqstant, żdiedet it-Taqsima 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u ġiet emendata t-Taqsima 2.9 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Huwa essenzjali li kull unità tiġi ddefinita sabiex l-ismijiet li jirreferu għal unità ġeografika iżgħar ikunu jistgħu jintużaw fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar.

    Storikament, il-prodotti koperti mid-DOP xi kultant kienu jirreferu għalihom bl-isem tal-villaġġ tal-oriġini tagħhom. Sabiex jiġi rregolat dan id-dritt li jintużaw l-ismijiet li jirreferu għal unità ġeografika iżgħar, il-konfini u l-isem ta’ kull unità ġeografika iżgħar iridu jiġu ddefiniti b’mod ċar, preċiż u ddettaljat sabiex l-isem ikun jista’ jintuża għall-prodotti kollha koperti mid-DOP (jekk dan ikun mixtieq) u sabiex l-oriġini tagħhom tkun indikata b’mod ċar.

    2.14.   L-inklużjoni ta’ varjetà ġdida

    Deskrizzjoni:

    Il-varjetà Viognier żdiedet mal-lista ta’ varjetajiet awtorizzati bħala varjetà sekondarja.

    Għaldaqstant, ġiet emendata t-Taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-Dokument Uniku ma nbidilx.

    Raġunijiet:

    F’konformità mar-rapport dwar il-karatteristiċi edafoklimatiċi u agronomiċi tal-varjetà Viognier koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkwalifikata “Priorat” u mal-adattabbiltà tagħha fl-għelieqi sperimentali, il-varjetà msemmija żdiedet mal-lista ta’ varjetajiet awtorizzati. Għal dak il-għan, tqiesu l-karatteristiċi edafoklimatiċi u l-prestazzjoni agronomika tal-varjetà Viognier u l-adattabbiltà tagħha fl-għelieqi sperimentali tad-DOP “Priorat”. Tqiesu wkoll l-analiżijiet u r-riżultati organolettiċi għall-inbejjed sperimentali ta’ din il-varjetà, li jiddeterminaw kemm din hi adattata biex tiġi inkluża fil-firxa ta’ varjetajiet awtorizzati fil-produzzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP “Priorat”.

    2.15.   Formulazzjoni aħjar tal-kliem dwar ir-rabta

    Deskrizzjoni u raġunijiet:

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsimiet 7.2 u 7.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.8 tad-Dokument Uniku.

    Id-deskrizzjoni tar-rabta ttejbet sabiex tingħata deskrizzjoni aħjar tal-prodotti kollha tal-inbid.

    2.16.   Ġustifikazzjoni għall-ibbottiljar fil-post tal-oriġini

    Deskrizzjoni u raġunijiet:

    Ġew emendati t-Taqsima 8.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.9 tad-Dokument Uniku.

    Ingħatat ġustifikazzjoni aħjar dwar ir-rekwiżit biex l-ibbottiljar isir fiż-żona ddefinita.

    2.17.   Restrizzjonijiet ġodda dwar it-tikkettar

    Deskrizzjoni:

    Tqiegħed limitu fuq l-għoli massimu tal-karattri fuq it-tikkettar li jindikaw il-muniċipalità u l-kodiċi postali fl-indirizz tal-bottiljatur jew tal-ispeditur, għajr meta fuq it-tikkettar ikun hemm l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar li jkun eliġibbli biex jintuża.

    Ġie speċifikat ukoll li l-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar ma jistgħux jintużaw fuq it-tikkettar jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet għall-użu tagħhom.

    Għaldaqstant, ġew emendati s-subtaqsima A) tat-Taqsima 8.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.9 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar l-oriġini tal-għenba fl-inbejjed li ma jkollhomx id-dritt jużaw referenza għal unità ġeografika iżgħar fuq it-tikkettar tagħhom, l-għoli tal-karattri li jintużaw biex jindikaw l-isem tal-muniċipalità fejn l-inbid ikun ġie bbottiljat m’għandux ikun ta’ aktar minn 3 mm, għajr meta dan ikun jikkorrispondi għall-isem ta’ unità ġeografika iżgħar li jkun eliġibbli biex jintuża.

    Barra minn hekk, ladarba jiġu rregolati, dawn l-ismijiet ma jistgħux jintużaw jekk ma jitħarsux ir-rekwiżiti marbutin magħhom mogħtija fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott.

    2.18.   Il-kundizzjonijiet biex jintużaw l-unitajiet ġeografiċi iżgħar

    Deskrizzjoni:

    Is-subtaqsima B) tat-Taqsima 8.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott inħolqot sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet biex jintużaw l-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar iddefiniti fit-Taqsima 4.2 ta’ dak id-dokument.

    Għaldaqstant, inħolqot is-subtaqsima B) tat-Taqsima 8.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-Dokument Uniku ma nbidilx.

    Raġunijiet:

    Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jirregolaw id-dritt li jintużaw l-ismijiet li jirreferu għall-unitajiet ġeografiċi iżgħar.

    2.19.   It-tneħħija ta’ terminu tradizzjonali

    Deskrizzjoni:

    Dan li ġej tneħħa mil-lista ta’ termini tradizzjonali: “vino de finca/vino de pago” (inbid li joriġina minn proprjetà waħda).

    Għaldaqstant, ġiet emendata t-Taqsima 8.5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-Dokument Uniku ma nbidilx.

    Raġunijiet:

    Peress li “vino de finca” huwa terminu tat-tikkettar irregolat u “vino de pago” huwa terminu tradizzjonali mniżżel għal Spanja fir-reġistru E-Bacchus tal-UE, dawn ma jistgħux jiġu ttrattati daqslikieku huma sinonimi. B’hekk dan l-iżball ġie kkoreġut.

    2.20.   Eċċezzjonijiet b’rabta mar-rendimenti

    Deskrizzjoni:

    It-Taqsima 8.6 nħolqot sabiex tippermetti li jsiru eċċezzjonijiet għar-rendimenti massimi tat-tħawwil u tal-inbid. Dawn l-eċċezzjonijiet japplikaw f’każijiet ta’ densità għolja ta’ tħawwil kif ukoll f’każijiet eċċezzjonali, fejn huma permessi żidiet ta’ massimu ta’ 10 % u ta’ 4 % fir-rendiment għall-għeneb u għall-inbid rispettivament.

    Għaldaqstant, żdiedet taqsima ġdida (it-Taqsima 8.6) fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u ġiet emendata t-Taqsima 2.5.2 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    L-istudji differenti dwar ix-xejriet il-ġodda fil-prattiki tat-tkabbir jindikaw li l-għeneb li jinkiseb fil-vinji fejn hemm densità għolja ta’ tħawwil huwa ta’ kwalità għolja. Dawn l-irqajja’ tal-art b’densità għolja huma ddefiniti bħala rqajja’ tal-art li fihom ikun hemm bejn 5 000 u 9 000 dielja mħawlin għal kull ettaru. Analiżi tal-irqajja’ tal-art fiż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini b’rabta mad-densità għolja ta’ tħawwil, kif ukoll mar-rendiment tal-għeneb tal-irqajja’ tal-art, turi li r-rendiment tal-għeneb huwa ogħla fl-irqajja’ tal-art b’densità għolja ta’ tħawwil iżda li dan ma jaffettwax il-kwalità u l-awtentiċità tal-prodotti li jinkisbu. Sabiex l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi allinjata mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ din ir-realtà, ġie inkorporat rendiment varjabbli għall-irqajja’ tal-art b’densità għolja ta’ tħawwil. Il-produzzjoni massima permessa żdiedet għal 6 000 (kg għal kull ettaru) għall-varjetajiet tal-għeneb aħmar u għal 8 000 (kg għal kull ettaru) għall-varjetajiet tal-għeneb abjad, flimkien mas-somma ta’ 0,5 kg għal kull dielja li titħawwel bħala parti minn produzzjoni li taqbeż il-5 000 dielja għal kull ettaru.

    Din ir-referenza għall-vinji b’densità għolja ta’ tħawwil tintrifed minn strateġija ta’ kwalità li ntlaqgħet fiż-żona koperta mid-DOP “Priorat”. Din il-prattika, li nixtiequ li tiġi rrikonoxxuta fiż-żona tad-DOP, tikkonsisti fit-tħawwil ta’ għadd ferm ikbar ta’ dwieli fil-vinja minn dak tas-soltu. Dawn il-pjanti jridu jagħmlu sforz ikbar biex jikbru, u dan iwassal biex dawn jagħtu inqas frott. Madankollu, l-għeneb li jipproduċu huwa ta’ kwalità ogħla minn dak li jinkiseb li kieku d-densità ta’ tħawwil tkun aktar konvenzjonali. Għalkemm ir-rendiment għal kull pjanta (għal kull dielja) huwa aktar baxx, il-fatt li hemm iktar pjanti għal kull ettaru jfisser li hemm ftit iktar produzzjoni fit-tali azjendi għal kull ettaru, u dan jiġġustifika l-emenda marbuta maż-żieda fir-rendiment ta’ dawn il-vinji.

    Mil-lat tekniku, densitajiet għolja ta’ tħawwil jagħtu lok għal għenieqed iżgħar u inqas stretti bi frott artab iżgħar. Dan ifisser li hemm proporzjon aħjar bejn il-qoxra tal-għeneb u l-polpa tiegħu, u dan jagħti lill-inbid konċentrazzjoni ogħla ta’ elementi ta’ benefiċċju matul il-fermentazzjoni, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-kulur.

    Diversi studji juru li ż-żieda fid-densità tat-tħawwil f’ħamrija dgħajfa żżid il-kapaċità tal-ħamrija biex tinħadem. Fil-każ tal-“Priorat”, id-densità ogħla tfisser li d-dwieli jkollhom inqas weraq u għeneb. Dan jagħmilha iktar faċli għalihom li jegħlbu l-problema tan-nuqqas ta’ ilma fis-sajf u jippermettilhom jipproduċu għenieqed li jkollhom frott artab iżgħar u li, għalhekk, ikunu jiżnu inqas. Il-fatt li hemm inqas għenieqed għal kull pjanta u li dawn huma iżgħar fid-daqs jgħin biex tittejjeb il-kwalità. Madankollu, il-fatt li hemm iktar pjanti għal kull metru kwadru jwassal biex tiżdied il-produzzjoni totali tal-pjanti kollha meħudin f’daqqa.

    B’hekk, il-limiti massimi tal-produzzjoni nbidlu wkoll għall-inbid li joriġina minn irqajja’ tal-art b’densità għolja.

    Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mar-regoli li huma fis-seħħ bħalissa, ġiet inkluża l-għażla li jiġi mmodifikat il-limitu massimu tal-produzzjoni tal-inbid permess għal kull ettaru sa massimu ta’ erba’ punti perċentwali fi snin ta’ kummerċjalizzazzjoni partikulari għal raġunijiet klimatoloġiċi jew sabiex issir distinzjoni fir-rigward tas-sena tal-qtugħ tal-għeneb. Dan huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar id-Denominazzjoni ta’ Oriġini, il-liġi ARP/188/2006 tat-18 ta’ April 2006 tal-Gvern tal-Komunità Awtonoma tal-Katalonja li tapprova r-Regolament dwar id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkwalifikata “Priorat”.

    2.21.   Żieda fir-rendiment għall-varjetajiet tal-għeneb abjad

    Deskrizzjoni:

    Fil-każ tal-varjetajiet tal-għeneb abjad, il-limitu tal-produzzjoni żdied minn 6 000 kg għal kull ettaru għal 8 000 wieħed u l-limitu tal-estrazzjoni żdied minn 39 ettolitru għal kull ettaru għal 52 ettolitru għal kull ettaru.

    Għaldaqstant, ġew emendati t-Taqsima 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott u t-Taqsima 2.5.2 tad-Dokument Uniku.

    Raġunijiet:

    Sabiex ir-regoli jiġu adattati għall-prattiki differenti tal-produzzjoni tal-għeneb u tal-inbid li jippermettu li jinkisbu prodotti tal-ogħla kwalità, ġew emendati r-rendimenti massimi. Dan sar skont id-data u r-rekords dwar iż-żona koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini, kif ukoll skont id-data li ttieħdet mir-“rapporti dwar il-ħsad” marbutin mal-ħsad tal-2010, tal-2011, tal-2012 u tal-2013, li juru li r-rendimenti medji għall-varjetajiet tal-għeneb abjad huma ogħla minn dawk għall-varjetajiet tal-għeneb aħmar. L-emenda għandha l-għan li tirrifletti din is-sitwazzjoni, filwaqt li tqis il-kwalità tal-inbejjed il-bojod u mingħajr ma tagħmel ħsara lill-awtentiċità tagħhom.

    L-applikazzjoni tar-rata ta’ konverżjoni massima tal-għeneb u tal-inbid twassal għal limiti massimi ġodda tal-estrazzjoni għall-varjetajiet tal-għeneb abjad.

    2.22.   Bidla fl-indirizz tal-korp ta’ spezzjoni

    Deskrizzjoni u raġunijiet:

    L-informazzjoni dwar il-korp taċ-ċertifikazzjoni ġiet emendata minħabba bidla fl-indirizz.

    Għaldaqstant, ġiet emendata t-Taqsima 9.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott. Id-Dokument Uniku ma nbidilx.

    DOKUMENT UNIKU

    1.   Isem il-prodott

    “Priorat”/“Priorato”

    2.   Stat Membru

    Spanja

    3.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

    DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

    4.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

    1.

    Inbid

    3.

    Inbid likur

    16.

    Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

    5.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

    INBID — Inbejjed bojod u rożè u nbejjed li joriġinaw minn proprjetà waħda (“vinos de finca”)

    Nodfa, ċari u brillanti. Intensità u kwalità aromatiċi xierqa.

    Inbejjed bojod: aromi qawwija, tal-frott, tal-fjuri jew tal-ħalib. Ibbilanċjati, lixxi u friski.

    Inbid abjad immaturat fi btieti tal-injam: aromi tal-frott u/jew tal-ħwawar. Togħma bbilanċjata u strutturata tajjeb fil-palat.

    Inbejjed rożè: aromi tal-frott u/jew tal-fjuri. Togħma ta’ frott fil-palat, b’persistenza tajba u bidu u żvilupp xierqa fil-palat.

    Jekk ikunu wkoll inbejjed li joriġinaw minn proprjetà waħda, irid ikollhom dehra nadifa u ċara, intensità aromatika xierqa u struttura tajba fil-palat.

    Aċidità volatili: għall-inbejjed ta’ inqas minn sena: 16,5-il meq/l; għall-inbejjed ta’ iktar minn sena: 18-il meq/l.

    Ammont massimu ta’ SO2: 200 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta’ inqas minn 5 g/l; 250 mg/l jekk dan ikun ta’ 5 g/l jew iktar.

    Għal-limiti li ma ġewx indikati trid titħares il-leġiżlazzjoni rilevanti.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    13

    Aċidità totali minima

    3,5 grammi għal kull litru, mogħtija bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    INBID — Inbejjed ħomor u nbejjed li joriġinaw minn proprjetà waħda

    Nodfa, ċari u brillanti. B’aromi primarji tal-frott u/jew tal-fjuri u/jew tal-minerali. Bidu u żvilupp ibbilanċjati fil-palat, bi struttura u freskezza.

    Jekk jiġu mmaturati fi btieti tal-injam: inbid li jidher nadif u ċar. Bilanċ bejn l-aromi primarji, sekondarji u terzjarji. Intens u pjaċevoli. Jibda u jiżviluppa fil-palat bi struttura korretta tat-tannini.

    Jekk ikunu wkoll inbejjed li joriġinaw minn proprjetà waħda, irid ikollhom dehra nadifa u ċara, intensità aromatika xierqa u struttura tajba fil-palat.

    Aċidità volatili: għall-inbejjed ta’ inqas minn sena: 16,5-il meq/l; għall-inbejjed ta’ iktar minn sena: 20 meq/l.

    Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta’ inqas minn 5 g/l; 200 mg/l jekk dan ikun ta’ 5 g/l jew iktar.

    Għal-limiti li ma ġewx indikati trid titħares il-leġiżlazzjoni rilevanti.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    13,5

    Aċidità totali minima

    3,5 grammi għal kull litru, mogħtija bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    INBID LIKUR (inbid rancio, inbid likur ħelu, inbid Mistela abjad, inbid Mistela aħmar, inbid ħelu naturali)

    Inbid rancio: dehra nadifa u ċara, b’kulur li jvarja minn aħmar lewn ir-rubin għal kannella li jagħti fit-terrakotta. Aromi terzjarji li huma tipiċi għall-maturazzjoni. Aċidità volatili li tista’ tiġi identifikata, b’aromi possibbli ta’ frott imqadded. Aċidità bbilanċjata u sensazzjoni żejtnija fil-palat.

    Inbid rancio ħelu: l-istess bħal t’hawn fuq f’termini tad-dehra u tal-aroma. F’termini tat-togħma: sensazzjoni żejtnija qawwija fil-palat u ħlewwa li tista’ tiġi nnutata.

    Inbid likur ħelu: dawn l-inbejjed irid ikollhom dehra nadifa u ċara. Aromi tal-frott u/jew tal-fjuri u/jew tal-ħwawar u/jew tal-frott imqadded. Sensazzjoni żejtnija tajba fil-palat u ħlewwa li tista’ tiġi nnutata.

    Inbid Mistela abjad: nadif u ċar, kulur isfar lewn it-tiben li possibbilment ikun jagħti kemm kemm f’lewn id-deheb. Aromi tal-għeneb frisk, li jkunu tal-fjuri, tal-frott u/jew pikkanti. Sensazzjoni żejtnija tajba fil-palat, aċidità bbilanċjata u ħlewwa li tista’ tiġi nnutata.

    Inbid Mistela aħmar: l-istess bħal t’hawn fuq iżda ta’ kulur aħmar li possibbilment ikun jagħti kemm kemm fil-vjola.

    Inbid ħelu naturali: dehra nadifa u ċara. Aromi tal-frott u/jew tal-fjuri u/jew tal-ħwawar u/jew tal-frott imqadded. Jista’ jkollu aromi terzjarji. Sensazzjoni żejtnija tajba fil-palat u ħlewwa li tista’ tiġi nnutata.

    Aċidità volatili: għall-inbejjed bojod u rożè: massimu ta’ 18-il meq/l; għall-inbejjed ħomor: massimu ta’ 20 meq/l; għall-inbejjed rancio: massimu ta’ 40 meq/l.

    Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: 150 mg/l jekk il-kontenut taz-zokkor ikun ta’ inqas minn 5 g/l; 200 mg/l jekk dan ikun ta’ 5 g/l jew iktar.

    Għal-limiti li ma ġewx indikati trid titħares il-leġiżlazzjoni rilevanti.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    15

    Aċidità totali minima

    3,5 grammi għal kull litru, mogħtija bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    INBID MINN GĦENEB MISJUR IŻŻEJJED

    Inbid minn għeneb misjur iżżejjed li jsir mingħajr ma tiżdied b’mod artifiċjali l-qawwa alkoħolika naturali, bl-alkoħol joriġina għalkollox mill-fermentazzjoni. Inbid b’qawwa alkoħolika naturali ta’ iktar minn 15 % tal-volum u qawwa alkoħolika proprja minima ta’ 13,5 % tal-volum.

    F’din il-kategorija tal-inbid, il-vimblanc jitqies li huwa nbid li jinkiseb mill-most tal-għeneb aħmar Garnacha u li jiġi ffermentat f’tankijiet li jkunu preferibbilment tal-ballut u li jkollhom kapaċità massima ta’ 100 litru.

    Dehra nadifa u ċara. L-inbejjed vimblanc li ma jkunux maturi għandu jkollhom kulur aħmar jagħti fil-vjola li jista’ jvarja fl-intensità tiegħu, filwaqt li l-inbejjed vimblanc maturi jistgħu jkunu saħansitra lewn ir-rubin. Aromi tal-frott imqadded. Jista’ jkollu aromi terzjarji. Sensazzjoni żejtnija tajba fil-palat u ħlewwa li tista’ tiġi nnutata.

    Aċidità volatili: għall-inbejjed ta’ inqas minn sena: massimu ta’ 16,5-il meq/l; għall-inbejjed bojod u rożè ta’ iktar minn sena: massimu ta’ 18-il meq/l; għall-inbejjed ħomor ta’ iktar minn sena: massimu ta’ 20 meq/l.

    Ammont massimu ta’ diossidu tal-kubrit: għall-inbejjed bojod u rożè: 200 mg/l; għall-inbejjed ħomor: 150 mg/l.

    Għal-limiti li ma ġewx indikati trid titħares il-leġiżlazzjoni rilevanti.

    Karatteristiċi analitiċi ġenerali

    Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

     

    Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

    13,5

    Aċidità totali minima

    3,5 grammi għal kull litru, mogħtija bħala aċidu tartariku

    Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

     

    Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

     

    6.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

    a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

    Prattiki tat-tkabbir:

    Il-prattiki tat-tkabbir iridu jkunu prattiki tradizzjonali li jkollhom l-għan li jiksbu għeneb tal-aqwa kwalità.

    Ix-xogħol kollu tat-tkabbir irid iħares kemm il-bilanċ fiżjoloġiku tal-pjanta kif ukoll l-ambjent u japplika l-għarfien agronomiku meħtieġ biex jinkiseb għeneb li jkun fl-aqwa kundizzjoni għall-vinifikazzjoni.

    Id-dwieli jridu jitħarrġu jikbru f’ċerta direzzjoni bl-użu tal-metodu tradizzjonali tal-kalċi u ta’ kull metodu ieħor li jiżgura l-aqwa kwalità u r-rikkezza aromatika tal-inbejjed.

    Id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 2 500 dielja għal kull ettaru, filwaqt li dik massima hija ta’ 9 000 dielja għal kull ettaru. Għat-tħawwil ġdid mill-1 ta’ Jannar 2013 ’il quddiem, id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 3 000 dielja għal kull ettaru, filwaqt li dik massima hija ta’ 9 000 dielja għal kull ettaru.

    It-tisqija, li trid tkun awtorizzata minn qabel, tista’ titwettaq biss jekk tkun meħtieġa għas-sopravivenza tal-pjanta jew sabiex tiġi żgurata jew imtejba l-kwalità tal-għeneb.

    Preferibbilment, il-qtugħ għandu jsir bl-idejn. L-inbejjed protetti jistgħu jiġu prodotti biss mill-għeneb li jkollu l-qawwiet alkoħoliċi minimi potenzjali li ġejjin: 12,5 % tal-volum għall-inbejjed mill-varjetajiet tal-għeneb aħmar u 12 % tal-volum għall-inbejjed mill-varjetajiet tal-għeneb abjad.

    Restrizzjoni rilevanti għall-vinifikazzjoni

    Fil-produzzjoni tal-most, iridu jiġu segwiti prattiki tradizzjonali li jużaw teknoloġija li għandha l-għan li ttejjeb kemm jista’ jkun il-kwalità tal-inbejjed. Għandha tiġi applikata l-pressjoni x-xierqa biex jiġi estratt il-most jew l-inbid u biex dan jiġi sseparat minn mal-qxur jew minn mal-karfa, li tiżgura li jkun hemm rendiment ta’ mhux iktar minn 65 litru ta’ nbid minn kull 100 kg ta’ għeneb maqtugħ.

    L-inbejjed li jitħejjew bħala nbejjed li joriġinaw minn proprjetà waħda jridu jiġu prodotti u jiġu mmaturati b’mod separat għalkollox fil-fabbrika tal-inbid, u jridu jkunu jistgħu jiġu identifikati l-ħin kollu. Ir-rendiment massimu awtorizzat għall-għeneb li għandu jintuża biex jiġi prodott l-inbid li joriġina minn proprjetà waħda huwa 15 % inqas mir-rendiment stabbilit għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. It-tekniki applikati waqt il-qtugħ, it-trasport u t-trattament tal-għeneb, kif ukoll l-għasir, il-kontroll tal-fermentazzjoni, il-prattiki enoloġiċi li jintużaw matul il-proċess kollu tal-vinifikazzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid għandhom iwasslu għal prodotti tal-aqwa kwalità.

    L-inbejjed li jkollhom id-dritt jirreferu għal unità ġeografika iżgħar fuq it-tikkettar tagħhom iridu jiġu prodotti u jiġu mmaturati b’mod separat fil-fabbrika tal-inbid, u jridu jkunu jistgħu jiġu identifikati l-ħin kollu.

    b.   Rendimenti massimi

    Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar

    6 000 kilogramm għeneb għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar

    39 ettolitru għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb abjad

    8 000 kilogramm għeneb għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb abjad

    52 ettolitru għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar li għandhom jintużaw biex jiġi prodott l-inbid li joriġina minn proprjetà waħda

    5 100 kilogramm għeneb għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb abjad li għandhom jintużaw biex jiġi prodott l-inbid li joriġina minn proprjetà waħda

    6 800 kilogramm għeneb għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar minn irqajja’ tal-art b’densità għolja (li fihom ikun hemm bejn 5 000 u 9 000 dielja għal kull ettaru). Mar-rendiment massimu żdiedu 0,5 kilogrammi għal kull dielja mħawla bħala parti minn produzzjoni li taqbeż il-5 000 dielja għal kull ettaru.

    6 000 kilogramm għeneb għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb aħmar minn irqajja’ tal-art b’densità għolja (li fihom ikun hemm bejn 5 000 u 9 000 dielja għal kull ettaru). Mar-rendiment massimu żdiedu 0,325 ettolitru għal kull 100 dielja mħawla bħala parti minn produzzjoni li taqbeż il-5 000 dielja għal kull ettaru.

    39 ettolitru għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb abjad minn irqajja’ tal-art b’densità għolja (li fihom ikun hemm bejn 5 000 u 9 000 dielja għal kull ettaru). Mar-rendiment massimu żdiedu 0,5 kilogrammi għal kull dielja mħawla bħala parti minn produzzjoni li taqbeż il-5 000 dielja għal kull ettaru.

    8 000 kilogramm għeneb għal kull ettaru

    Il-varjetajiet tal-għeneb abjad minn irqajja’ tal-art b’densità għolja (li fihom ikun hemm bejn 5 000 u 9 000 dielja għal kull ettaru). Mar-rendiment massimu żdiedu 0,325 ettolitru għal kull 100 dielja mħawla bħala parti minn produzzjoni li taqbeż il-5 000 dielja għal kull ettaru.

    52 ettolitru għal kull ettaru

    7.   Żona ġeografika demarkata

    Bellmunt del Priorat, Gratallops, El Lloar, La Morera de Montsant u l-villaġġ ta’ Escaladei li jinsab fih, Poboleda, Porrera, Torroja del Priorat, La Vilella Alta, La Vilella Baixa, il-parti tat-Tramuntana tal-muniċipalità ta’ Falset li tinkludi ż-żoni 1, 4, 5, 6, 7, 21 u 25 kollha kemm huma; u l-irqajja’ tal-art 38, 39, 40, 71 u 92, il-parti tal-Punent tar-roqgħa 93 (1,69 ettaru), l-irqajja’ 96, 97, 98, 99, 100 u 101, il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 102 (0,16-il ettaru) u l-irqajja’ 103, 104, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 112, 113, 114, 115, 116, 117, 118, 119, 120, 121, 122, 123, 124, 126, 128, 129, 130, 146, 147, 149 u 150 fiż-żona 2; l-irqajja’ tal-art 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 13, 14, 15, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45 u 46, il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 47 (17-il ettaru), il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 50 (2,6 ettari), il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 52 (3 ettari), il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 53 (14-il ettaru) u l-irqajja’ 54, 55, 56, 57, 58, 59 u 60 fiż-żona 3; l-irqajja’ tal-art 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26 u 27, il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 28 (1,36 ettaru), il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 29 (3,85 ettari) u l-irqajja’ 63, 69, 72, 73, 74 u 75 fiż-żona 19; l-irqajja’ tal-art 18, 19, 20 u 21, il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 27 (1,36 ettaru), il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 28 (2,04 ettari), l-irqajja’ 31, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 49, 50, 51, 52, 53, 54, 55, 56, 57 u 58, il-parti tat-Tramuntana tar-roqgħa 65 (0,85 ettaru) u l-irqajja’ 67, 69, 70, 71, 75, 76, 77 u 78 fiż-żona 20; l-irqajja’ tal-art 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39 u 40 fiż-żona 22 u l-irqajja’ tal-art 9, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 36, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47 u 48 fiż-żona 24 u l-parti tal-Lvant tal-muniċipalità ta’ Molar li tinkludi ż-żoni 5, 6 u 7 kollha kemm huma u l-parti tal-Lvant tar-roqgħa art 8 (0,45 ettaru) u l-irqajja’ tal-art 9, 10, 11, 12, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 37, 39, 40, 44, 49, 50, 51, 52, 53, 54, 55, 60, 62, 63, 65 u 68 fiż-żona 4; l-irqajja’ tal-art 29, 30, 31, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 49, 50, 51, 52, 53, 54, 55, 56, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65, 66, 67, 68, 69, 71, 72, 73, 74, 75, 76, 77, 78, 79, 80, 81, 82, 84, 85, 86, 87, 88, 89, 90, 91, 92, 93, 94, 95, 96, 97, 98, 99, 100, 101, 102, 103, 105, 106, 107, 108, 109, 110, 111, 112, 113, 114, 115, 116, 117, 118, 119, 120, 121, 122, 123, 124, 125, 126, 127, 128, 129, 130, 131, 132, 133, 134, 135, 136, 137, 138, 139, 140, 141, 142, 143, 144, 145, 146, 147, 148, 149, 150, 151, 152, 153, 154, 155, 156, 157, 158, 159, 160, 161, 162, 163, 164, 165, 166, 167, 169, 170, 171, 172, 173, 174, 176, 194, 197, 198, 201, 203, 204, 205, 206, 207, 208, 209, 211 u 212 fiż-żona 8; l-irqajja’ tal-art 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 33, 34, 38, 39, 40, 44 u 45 fiż-żona 9 u l-irqajja’ tal-art 8, 13, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 35, 36, 37, 38, 39, 41, 42, 43, 44, 48, 49, 50, 51, 52, 53, 55, 56, 57, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 64, 65 u 72 fiż-żona 10.

    8.   Varjetà jew varjetajiet ewlenin tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

     

    Garnacha Aħmar

     

    Mazuela - Samsó

     

    Mazuela - Cariñena

    9.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

    F’dak li għandu x’jaqsam mal-karatteristiċi naturali li jinfluwenzaw il-kwalità tal-prodott, iż-żona koperta mid-DOP “Priorat”, li hija mimlija għoljiet, hija magħmula minn materjal li ġej mill-era Paleożojka, l-iktar lavanja mill-perjodi Devonjani u Karboniferi. Din hija l-iktar lavanja qadima li nsibu fil-Katalonja b’rabta mat-tkabbir tad-dwieli. Din il-ħamrija baxxa, li ftit li xejn fiha materjal organiku, hija ffurmata l-iktar mid-diżintegrazzjoni tal-lavanja, li hija magħrufa bħala “llicorell” jew “llicorella”. L-għeruq tad-dwieli jippenetraw il-lavanja ddiżintegrata biex ifittxu t-tira, l-ilma u n-nutrijenti. Dan jagħti lill-inbejjed tat-tip Priorat il-ħjiel ta’ minerali karatteristiku tagħhom.

    Fir-rigward tal-klima, iż-żona għandha kundizzjonijiet klimatiċi uniċi minħabba l-iżolament relattiv tagħha mill-influwenza tal-baħar u, fl-istess ħin, il-protezzjoni mir-riħ kiesaħ tat-Tramuntana li tagħtiha l-katina ta’ muntanji msejħa “Sierra de Montsant”. It-temperatura medja annwali hija ta’ bejn l-14 u t-12-il grad (fl-iktar parti baxxa taż-żona li tinsab fl-għoljiet fil-bażi tal-katina ta’ muntanji msejħa “Sierra de Montsant”) u hemm differenza notevoli bejn it-temperatura ta’ billejl u ta’ binhar. Speċjalment fis-sajf, it-temperaturi minimi jistgħu jinżlu sa 12-il grad billejl, filwaqt li t-temperaturi massimi jistgħu jilħqu l-40 grad f’nofsinhar. Il-wiċċ tal-ħamrija mimlija blat jista’ jilħaq saħansitra temperaturi ogħla minn hekk. Dawn il-varjazzjonijiet fit-temperatura jwasslu għal proċess ta’ maturazzjoni gradwali u għall-iżvilupp pożittiv tal-komposti fenoliċi fl-għeneb.

    L-ammont baxx annwali ta’ xita (bejn 400 u 500 litru għal kull metru kwadru) u r-riħ mill-Majjistral, li jikkawżaw evaporazzjoni rapida tal-umdità tal-wiċċ, flimkien mal-kompożizzjoni ġeoloġika tal-art u mal-istruttura partikulari tal-ħamrija, iwasslu għall-maturazzjoni bil-mod u kompluta tal-frott tad-dielja u jippermettulu jinqata’ fil-mument ideali. Għall-kuntrarju ta’ dan, din il-ħamrija iebsa u l-klima niexfa jxekklu b’mod ġenerali t-tkabbir tad-dielja. Min-naħa l-oħra, madankollu, il-pjanti ma tantx jimirdu, u dan jiżgura li l-għeneb ikun ta’ kwalità tajba.

    Dawn il-fatturi naturali u l-vinji jagħtu lill-inbejjed tat-tip Priorat togħma, volum u struttura.

    Bl-istess mod, dawn ifissru li l-inbejjed mill-ewwel qtugħ (abjad, rożè u aħmar) ikunu ċari u brillanti, b’aromi partikulari tal-frott u ħjiel qawwi ta’ minerali. Dawn ikunu wkoll friski f’termini tal-aċidità u jħallu togħma konsistenti.

    Il-kontenut għoli taz-zokkor ta’ ċertu għeneb Priorat jiddetermina l-karatteristiċi speċifiċi tal-inbejjed likuri. Storikament, dan wassal biex inħolqu għadd kbir ta’ prodotti b’qawwa alkoħolika għolja u/jew bi ħlewwa residwa. Il-maturazzjoni gradwali tal-varjetajiet tal-għeneb bħal dik imsejħa “Garnacha” tippermetti li jiġu prodotti nbejjed qawwija, li jżommu l-kumplessità u l-freskezza tal-varjetà.

    L-inbejjed rancio jiġu prodotti bi proċess ta’ ossidazzjoni fi btieti tal-ballut jew f’kontenituri tal-ħġieġ, b’livelli għolja ta’ minerali iżda mingħajr zokkor residwu. L-inbejjed jiksbu aromi terzjarji, fosthom aromi tal-frott imqadded, u l-kulur karatteristiku aħmar lewn ir-rubin u kannella tagħhom li jagħti fit-terrakotta.

    L-inbejjed likuri ħelwin jiġu prodotti permezz tal-vinifikazzjoni tal-għeneb b’konċentrazzjoni għolja ta’ zokkor. Ladarba tkun inkisbet qawwa alkoħolika naturali ta’ 8 % tal-volum, jiżdied l-alkoħol etiliku sakemm tinkiseb qawwa ta’ 15 % tal-volum. L-inbejjed huma kkaratterizzati mid-dehra nadifa tagħhom, mill-aromi tagħhom tal-frott imqadded, mill-istruttura tajba tagħhom fil-palat u mill-ħlewwa li tista’ tiġi nnutata tagħhom.

    L-inbejjed Mistela jiġu prodotti mill-most li miegħu jiżdied l-alkoħol etiliku sakemm tinkiseb qawwa alkoħolika ta’ 15 % tal-volum. Dan isir fuq perjodu ta’ sebat ijiem permezz ta’ proċess ta’ tiswib tal-inbid minn ġo flixkun għal ieħor jew minn ġo bittija għal oħra, u tiġi evitata l-fermentazzjoni taz-zokkor naturali. L-inbejjed huma kkaratterizzati mill-aromi tal-fjuri u tal-frott frisk tagħhom bi ħjiel ta’ aroma pikkanti qawwija.

    L-inbejjed ħelwin naturali jiġu prodotti minn most li għandu kontenut għoli taz-zokkor. Il-most jiġi ffermentat parzjalment sa ma jilħaq qawwa minima naturali ta’ 7 % tal-volum u jiġi ssupplimentat bl-alkoħol etiliku sa ma jilħaq qawwa ta’ mill-inqas 15 % tal-volum. L-inbejjed huma kkaratterizzati mill-aromi tal-frott u pikkanti tagħhom, bi ħjiel tal-frott imqadded.

    It-tkabbir tad-dwieli fil-ġnub tal-għoljiet u fuq l-għoljiet weqfin ta’ din iż-żona huwa diffiċli u għali u jwassal għal rendimenti baxxi. Madankollu, dawn huma proprju l-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġu prodotti nbejjed ikkonċentrati tal-aqwa kwalità b’qawwa alkoħolika għolja — qawwa li tagħtihom aromi fini u delikati uniċi. L-inbejjed minn għeneb misjur iżżejjed jiġu prodotti jew billi l-għeneb jitnixxef jew billi l-frotta misjura titħalla fuq id-dielja għal żmien twil, li jwassal biex l-umdità tevapora minnha u biex fl-għeneb tinħoloq konċentrazzjoni għolja ħafna ta’ zokkor naturali. Dawn l-inbejjed jinkisbu minħabba l-konċentrazzjonijiet għoljin taz-zokkor u għandhom qawwa alkoħolika naturali minima ta’ 15 % tal-volum li ma tiżdiedx b’mod artifiċjali. Dawn huma kkaratterizzati mill-aromi terzjarji tagħhom ta’ frott imqadded u minn struttura tajba fil-palat.

    10.   Kundizzjonijiet oħrajn essenzjali

    Qafas legali:

    fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ kundizzjoni oħra:

    l-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

    Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

    Raġunijiet:

    Traċċabbiltà aħjar: il-limitazzjoni tal-moviment tal-inbejjed tgħin biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati.

    Biex jiġi evitat li titpoġġa f’riskju l-kwalità: il-faċilitajiet tal-ibbottiljar fiż-żona huma mfassla apposta għall-kwalità u għall-kwantità tal-prodott. Il-fatt li jitnaqqas il-ħin tat-trasport ifisser li tiġi evitata l-ħsara mis-sħana u mid-dawl u li jiġi evitat id-dewmien.

    Il-post fejn isir l-ibbottiljar normalment iservi biex tiġi identifikata l-oriġini. Kieku l-ibbottiljar kellu jsir fiż-żona u ‘l barra minnha, il-fiduċja tal-konsumaturi tista’ tiddgħajjef, minħabba li dawn jemmnu li l-istadji kollha tal-produzzjoni tal-inbid kopert minn Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkwalifikata jsiru taħt is-sorveljanza tad-detenturi tal-protezzjoni.

    L-ibbottiljar ’il barra miż-żona ma jistax jitqabbel mal-ibbottiljar fiż-żona f’installazzjoni differenti minn dik fejn ikun ġie prodott l-inbid minħabba li:

    kull trasport marittimu tal-inbid bil-grossa fiż-żona jrid jiġi awtorizzat;

    l-ibbottiljar jista’ jsir biss minn fabbriki tal-inbid awtorizzati li jissodisfaw ċerti rekwiżiti tekniċi;

    dawk il-fabbriki tal-inbid jistgħu jirċievu biss għeneb, most jew inbejjed koperti mid-DOP u jipproduċu u jibbottiljaw biss inbejjed koperti mid-DOP;

    peress li ż-żona ddefinita hija żgħira, il-ħinijiet tat-trasport jistgħu jinżammu għal minimu; u

    il-prodott jibqa’ fil-mikroklima tiegħu u ma jgħaddi minn l-ebda bidla fit-temperatura u fl-altitudni, li tista’ twassal biex jimmatura qabel iż-żmien.

    Qafas legali:

    fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Tip ta’ kundizzjoni oħra:

    dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

    Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

    Kull tip ta’ ppakkjar irid ikollu fuqu siġill ta’ garanzija li jista’ jintuża darba biss jew tikketta nnumerata, li jiġu applikati fil-fabbrika tal-inbid stess.

    It-tikketti tal-inbejjed ibbottiljati għandu jkollhom fuqhom, b’mod prominenti u fl-istess kamp viżiv bħall-informazzjoni obbligatorja, it-terminu u l-isem tradizzjonali “Denominación de Origen Calificada Priorat” (Denominazzjoni ta’ Orġini Kkwalifikata Priorat). Il-karattri li jintużaw għall-kelma “Priorat” ma jridux ikunu għoljin iktar minn 4 mm, jew nofs l-għoli tal-karattri użati għall-frażi “Denominación de Origen Calificada”.

    Barra minn hekk, fuq it-tikketti jrid ikun hemm isem il-muniċipalità jew il-kodiċi postali tal-bottiljatur jew tal-ispeditur. Il-karattri li jintużaw biex tiġi indikata l-muniċipalità ma jridux ikunu għoljin iktar minn 3 mm, għajr meta din l-indikazzjoni tkun tikkorrispondi għall-isem ta’ unità ġeografika iżgħar li jkun eliġibbli biex jintuża jew meta din tkun tinkludi t-tali isem.

    Fuq it-tikketta jrid ikun hemm id-denominazzjoni “vino de finca”, flimkien ma’ isem id-denominazzjoni ta’ oriġini li tkun tifforma parti minnha.

    L-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar ma jistgħux jintużaw fuq it-tikkettar ta’ prodotti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-użu tat-tali indikazzjonijiet.

    L-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar huma dawn li ġejjin:

     

    Vila de Bellmunt;

     

    Vila d’Escaladei;

     

    Vila de Gratallops;

     

    Vila de El Lloar;

     

    Vila de La Morera;

     

    Vila de Poboleda;

     

    Vila de Porrera;

     

    Vila de Torroja;

     

    Vila de La Vilella Alta;

     

    Vila de La Vilella Baixa;

     

    Masos de Falset; u

     

    Solanes del Molar.

    Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

    https://goo.gl/29EXyE


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.


    Top