Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0584

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    COM/2019/584 final

    Brussell, 14.11.2019

    COM(2019) 584 final

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Kroazja ħadet l-impenn li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Unjoni u mill-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi. Fost dawk il-ftehimiet hemm il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (“l-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti”).

    Dik id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll tal-ftehimiet bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiżi terzi kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tinnegozja dawk il-protokolli f’isem l-Istati Membri.

    B’hekk il-Kummissjoni nnegozjat protokoll li jemenda l-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti sabiex jipprevedi l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dak il-ftehim.

    L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tinkiseb Deċiżjoni tal-Kunsill, ibbażata fuq l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“TFUE”) u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, li tawtorizza l-iffirmar tal-protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, kif ukoll l-applikazzjoni proviżorja tiegħu minnhom f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.

     

     

    Kuntest ġenerali

    L-impenn li ħadet il-Kroazja skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni japplika wkoll għall-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja, li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti għal dawn il-pajjiżi tal-aħħar, u l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja, li jirregola r-relazzjoni bejn dawk il-partijiet skont il-ftehim imsemmi qabel.

    B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni nnegozjat protokolli li jemendaw ukoll dawk il-ftehimiet sabiex jipprevedu l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet. Il-proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar, l-applikazzjoni proviżorja u l-konklużjoni ta’ dawk il-protokolli, kif ukoll il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-protokoll li jemenda l-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti, jiġu ppreżentati b’mod parallel ma’ din il-proposta.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

    L-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti kien l-ewwel ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru ma’ sieħeb ewlieni tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Dan huwa l-iżjed ftehim importanti fid-dinja dwar it-trasport bl-ajru, u jipprovdi iktar minn 80 miljun post fis-sena għall-passiġġieri tat-trasport bl-ajru; għaldaqstant huwa l-ġebla tax-xewka tal-politika esterna tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni. Il-protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika mill-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

    Il-protokoll jippermetti lill-Kroazja tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni sabiex taderixxi mal-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti.

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    L-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tat-TFUE, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni.

    Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

    Il-Protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika mill-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti li joħloq kundizzjonijiet ugwali u uniformi għall-aċċess għas-suq u jservi bħala bażi għal arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja u għall-konverġenza f’oqsma essenzjali għat-tħaddim sikur, sigur u effiċjenti tas-servizzi bl-ajru. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni.

    Proporzjonalità

    Il-Protokoll huwa limitat għat-trattament tal-kwistjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti u ma jindirizzax kwistjonijiet oħra.

    Għażla tal-istrument

    Ftehim internazzjonali.

    3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

    Mhux applikabbli.

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Mhux applikabbli.

    Ġbir u użu tal-għarfien espert

    Mhux applikabbli.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Mhux applikabbli.

    Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

    Mhux applikabbli.

    Drittijiet fundamentali

    Mhux applikabbli.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

    Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Sommarju tal-ftehim propost

    Il-Protokoll jikkonsisti minn test ewlieni li jipprevedi l-adeżjoni tal-Kroazja mal-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti u l-emendi konsegwenzjali għal dak il-ftehim, u Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-awtentikazzjoni ta’ verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Il-Kummissjoni nnegozjat Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta’ Settembru 2012 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati.

    (2)In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Protokoll fit-8 ta’ Marzu 2019.

    (3)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jiddeżinja l-persuna/i li bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    Top

    Brussell, 14.11.2019

    COM(2019) 584 final

    ANNESSI

    tal-


    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


    Anness 1

    PROTOKOLL

    Li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

    L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Uniti”), minn naħa waħda;

    u

    R-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

    IR-RENJU TAL-BELĠJU,

    IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

    IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

    IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

    IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

    IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

    IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

    IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

    L-UNGERIJA,

    L-IRLANDA,

    IR-REPUBBLIKA TALJANA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

    IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

    IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

    MALTA,

    IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

    IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

    IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

    IR-RUMANIJA,

    IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

    IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

    IR-RENJU TA’ SPANJA,

    IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

    IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

    billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”),

    u l-UNJONI EWROPEA, min-naħa l-oħra;

    Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru”), kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010 (minn hawn ’il quddiem, “il-Protokoll tal-2010”), għandu japplika għar-Repubblika tal-Kroazja bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    1. Id-dispożizzjoni li ġejja għandha tiżdied mat-Taqsima 1 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat bil-Protokoll tal-2010, wara l-paragrafu c relatat mar-Repubblika tal-Bulgarija:

    “c bis) Ir-Repubblika tal-Kroazja: il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, iffirmat f’Washington fit-3 ta’ Frar 2011.”

    2. It-test tat-Taqsima 3 tal-Anness 1 tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru, kif emendat bil-Protokoll tal-2010, għandu jitħassar fl-intier tiegħu u għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Minkejja l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim, il-linji tal-ajru tal-Istati Uniti ma għandux ikollhom id-dritt li jipprovdu servizzi li jġorru biss merkanzija, li ma jkunux parti minn servizz li jaqdi lill-Istati Uniti, lejn l-Istati Membri jew minn punti fihom, għajr lejn ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tas-Slovakkja, jew minn punti fihom.”

    Artikolu 3

    Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-iktar waħda tard minn dawn li ġejjin:

    1. id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll tal-2010; u

    2. xahar wara d-data tal-aħħar nota ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

    Artikolu 4

    Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Protokoll b’mod proviżorju, sa fejn permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data tal-firma.

    Magħmul fi …………, b’żewġ kopji, fi …………. 2019.

    Għall-Istati Uniti tal-Amerka:

    Għar-Repubblika tal-Awstrija,

    għar-Renju tal-Belġju,

    għar-Repubblika tal-Bulgarija,

    għar-Repubblika tal-Kroazja,

    għar-Repubblika ta’ Ċipru,    

    għar-Repubblika Ċeka,

    għar-Renju tad-Danimarka,

    għar-Repubblika tal-Estonja,

    għar-Repubblika tal-Finlandja,

    għar-Repubblika Franċiża,

    għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

    għar-Repubblika Ellenika,

    għall-Ungerija,

    għall-Irlanda,

    għar-Repubblika Taljana,

    għar-Repubblika tal-Latvja,

    għar-Repubblika tal-Litwanja,

    għall-Gran Dukat tal-Lussemburgu,

    għal Malta;

    għar-Renju tan-Netherlands,

    għar-Repubblika tal-Polonja,

    għar-Repubblika Portugiża,

    għar-Rumanija,

    għar-Repubblika Slovakka,

    għar-Repubblika tas-Slovenja,

    għar-Renju ta’ Spanja,

    għar-Renju tal-Iżvezja,

    għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, u

    għall-Unjoni Ewropea



    Anness 2

    Dikjarazzjoni Konġunta

    Ir-rappreżentanti tal-Istati Uniti tal-Amerka u tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha kkonfermaw li t-test tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, iffirmat fi ______ 2019 (“il-Protokoll”), irid jiġi awtentikat f’lingwi oħra, kif previst permezz ta’ skambju ta’ ittri, qabel l-iffirmar tal-Protokoll, jew b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, wara l-iffirmar tal-Protokoll.

     

    Ir-Rappreżentanti kkonfermaw ukoll li l-kliem “lingwi oħra” fid-Dikjarazzjonijiet Konġunti li jiffurmaw parti mill-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, u mill-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007, iffirmat mill-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fl-24 ta’ Ġunju 2010, jirreferi wkoll għal-lingwi tal-Istati Membri li jaderixxu mal-Unjoni Ewropea.

     

    Din id-Dikjarazzjoni Konġunta hija parti integrali tal-Protokoll.

    Għall-Istati Uniti tal-Amerka:            Għall-Unjoni Ewropea

    u għall-Istati Membri tagħha:

    Top