Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0424

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini stabbilit bil-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994), anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994

COM/2019/424 final

Brussell, 20.9.2019

COM(2019) 424 final

ANNESS

tal-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini stabbilit bil-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994), anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994


It-titjib tat-Trasparenza fir-Regoli Mhux preferenzjali tal-Oriġini

_______________

ll-Membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ,

Billi jixtiequ jiżguraw li r-regoli tal-oriġini nfushom ma joħolqux effetti li jirrestrinġu, ixekklu jew ifixklu l-kummerċ internazzjonali;

Billi jixtiequ jiżguraw li r-regoli tal-oriġini jitħejjew u jiġu applikati b’mod imparzjali, trasparenti, prevedibbli, konsistenti u newtrali;

Billi jirrikonoxxu li regoli tal-oriġini ċari u prevedibbli u l-applikazzjoni tagħhom jiffaċilitaw il-fluss tal-kummerċ internazzjonali;

Billi jirrikonoxxu li huwa mixtieq li tiġi pprovvduta t-trasparenza fil-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki fir-rigward tar-regoli tal-oriġini;

Billi jixtiequ li jikkomplementaw l-obbligi ta’ notifika tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini;

Billi jaffermaw li t-titjib fit-trasparenza tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki fir-rigward tar-regoli tal-oriġini jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità tal-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jintegraw il-katini tal-valur globali, l-aktar l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju;

Jiddeċiedu, fir-rigward tar-regoli tal-oriġini, kif ġej:

1.Li huwa mixtieq li jinżamm u jiġi promoss livell għoli ta’ trasparenza u fehim reċiproku dwar ir-regoli tal-oriġini eżistenti u r-rekwiżiti dokumentarji relatati użati mill-Membri tad-WTO. Ir-regoli tal-oriġini huma mifhuma bħala dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini.

2.Sabiex tiżdied it-trasparenza u jiġi promoss fehim aħjar tar-regoli tal-oriġini, il-Membri għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat tad-WTO, skont l-Anness 1 ta’ din id-Deċiżjoni, ir-regoli tal-oriġini li jużaw fl-applikazzjoni tat-trattament tal-aktar nazzjon iffavorit skont l-Artikoli I, II, III, XI u XIII tal-GATT tal-1994.

3.Il-Membri huma mħeġġa jimlew il-mudell ta’ notifika fl-Anness 1 meta jinnotifikaw lis-Segretarjat tad-WTO dwar kwalunkwe regola oħra tal-oriġini li jużaw għall-applikazzjoni ta’ strumenti oħra ta’ politika kummerċjali mhux preferenzjali kif previst fl-Artikolu 1.2 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini.

4.Barra minn hekk, il-Membri għandhom jiddeskrivu, skont l-Anness 2, il-prattiki tagħhom fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini u provi tal-oriġini dokumentarji obbligatorji oħra għal finijiet mhux preferenzjali li jkunu ġew innotifikati skont l-Anness 1 1 . Il-Membri li jirrapportaw li ma jimplimentawx ir-regoli tal-oriġini skont l-Anness 1 għandhom, madankollu, jimlew l-Anness 2.

5.In-notifiki skont il-paragrafi 2 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu ppreżentati sa mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

6.L-informazzjoni nnotifikata skont din id-Deċiżjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku mis-Segretarjat tad-WTO.

7.Kull Membru għandu, skont ir-riżorsi disponibbli tiegħu, jistabbilixxi jew iżomm punt ta' informazzjoni wieħed jew aktar sabiex iwieġeb għall-mistoqsijiet iġġustifikati tal-gvernijiet, tan-negozjanti u ta’ partijiet interessati oħra dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-regoli tal-oriġini u rekwiżiti dokumentarji relatati kif ukoll biex jipprovdu l-formoli u d-dokumenti meħtieġa 2 . Il-Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' kuntatt tal-punti ta' informazzjoni rispettivi tagħhom lis-Segretarjat tad-WTO skont l-Anness 1. Il-membri tal-pajjiżi l-anqas żviluppati għandu jkollhom sentejn biex jikkomunikaw din l-informazzjoni lis-Segretarjat tad-WTO.

8.Il-Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu referenzi legali, siti web, dokumenti ta' spjegazzjoni, jew kwalunkwe dokument ieħor, f’lingwa uffiċjali tad-WTO.

9.Il-Membri li jintroduċu bidliet sostantivi fir-regoli tal-oriġini tagħhom u rekwiżiti dokumentarji relatati li jkunu ġew innotifikati skont din id-Deċiżjoni, għandhom jinnotifikaw minnufih tali bidliet lis-Segretarjat tad-WTO skont din id-Deċiżjoni.

10.Il-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini (CRO) għandu jeżamina r-regoli tal-oriġini eżistenti u r-rekwiżiti dokumentarji relatati abbażi tal-informazzjoni nnotifikata skont din id-Deċiżjoni, bil-għan li jiġu identifikati prattiki li jiffaċilitaw il-kummerċ u li tiġi promossa d-diffużjoni internazzjonali tagħhom.

11.L-għajnuna mis-Segretarjat tad-WTO għandha tingħata fuq talba biex tgħin lill-Membri tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk li huma l-anqas żviluppati jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

12.Xejn f’din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat li jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Membri li jinsabu fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini jew fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.

13.Din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari l-paragrafi 2 u 3, għandha tiġi riveduta tliet snin wara l-adozzjoni tagħha, u wara dan kull meta jkun meħtieġ, bil-għan li tittejjeb aktar it-trasparenza dwar regoli mhux preferenzjali tal-oriġini kif xieraq.

ANNESS 1

MUDELL TA’ NOTIFIKA GĦAL REGOLI MHUX PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI

L-Anness 1 jista’ jiġi dduplikat kemm-il darba l-membri jqisu li dan ikun meħtieġ

I.    INFORMAZZJONI BAŻIKA

1)

Membru notifikatur

2)

Punt ta' informazzjoni

(Jekk possibbli, ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin: Isem, tel., posta elettronika, sit web)

3)

Hemm Regoli Mhux Preferenzjali tal-Oriġini fis-seħħ?

Iva

Le*

* Jekk it-tweġiba tiegħek hija "Le", mhuwiex meħtieġ li jimtlew il-mistoqsijiet sussegwenti ta’ dan l-Anness

4)

Jekk jogħġbok indika liema strumenti tal-politika kummerċjali jużaw dawn ir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini (irreferi għall-Artikolu 1.2 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini).

5)

Data tad-dħul fis-seħħ jew kwalunkwe modifika sostantiva tiegħu:

6)

Data tal-iskadenza, jekk applikabbli:

7)

Awtoritajiet governattivi jew mhux governattivi inkarigati mill-amministrazzjoni:

8)

Link tal-Internet għal-leġiżlazzjoni u kull dokument ieħor ta’ spjegazzjoni, jekk applikabbli:

9)

Kummenti, jekk applikabbli

II.    APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI MHUX PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI

10)

Japplikaw regoli mhux preferenzjali tal-oriġini għall-importazzjonijiet

Iva

Le

11)

Japplikaw regoli mhux preferenzjali tal-oriġini għall-esportazzjonijiet

Iva

Le

12)

Regola de minimis għall-applikazzjoni ta’ regoli mhux preferenzjali tal-oriġini

Iva

Le

Jekk Iva, jekk jogħġbok speċifika l-limitu de minimis u pprovdi r-referenzi legali rilevanti applikabbli għall-mistoqsijiet 10 sa 12.

III.    KRITERJI BIEX TIĠI DDETERMINATA T-TRASFORMAZZJONI SOSTANZJALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-ORIĠINI TAL-OĠĠETT

13)

Kriterji ġenerali, jekk applikabbli għall-prodotti kollha:

14)

Regoli tal-oriġini speċifiċi għall-prodott fejn applikabbli:

15)

Definizzjoni ta’ materjal mhux oriġinarju u ta’ materjal oriġinarju, jekk applikabbli:

16)

Lista ta’ operazzjonijiet minimi li ma jagħtux l-oriġini, jekk applikabbli:

17)

Regoli residwi, jekk applikabbli:

18)

Kull informazzjoni oħra li l-membru jqis li hija meħtieġa (ipprovdi link tal-Internet, jekk xieraq)

IV.    DEĊIŻJONIJIET BIL-QUDDIEM

Jinħarġu deċiżjonijiet bil-quddiem dwar l-oriġini ta’ oġġett 3 ?

Iva

Le

Awtorità inkarigata mill-ħruġ ta’ deċiżjonijiet bil-quddiem (dwar l-oriġini)

Struzzjonijiet dwar l-applikazzjoni għal deċiżjoni bil-quddiem

Link tal-Internet għal-leġiżlazzjoni u kwalunkwe referenza legali oħra rilevanti:



ANNESS 2

MUDELL TA’ NOTIFIKA GĦAL REKWIŻITI DOKUMENTARJI RELATATI MA’

REGOLI MHUX PREFERENZJALI TAL-ORIĠINI

1)

Rekwiżiti obbligatorji għaċ-ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra għall-importazzjonijiet?

Iva

Le**

2)

Rekwiżiti obbligatorji għaċ-ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra għall-esportazzjonijiet?

Iva

Le**

3)

Hemm format standardizzat jew preskritt u/jew kontenut taċ-Ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra?

Jekk Iva, jekk jogħġbok ehmeż kopja jew ipprovdi d-dettalji rilevanti fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness

 Iva        Le

** Jekk it-tweġibiet għall-mistoqsijiet 1 u 2 huma “Le”, mhuwiex meħtieġ li jimtlew il-mistoqsijiet sussegwenti ta’ dan l-Anness

4)

Jekk jintalab biss f’ċirkostanzi speċifiċi, jekk jogħġbok iddeskrivi l-każijiet li għalihom jintalab ċertifikat (jew provi tal-oriġini dokumentarji obbligatorji oħra) u l-format rispettiv (il-forma preskritta jew oħrajn).

5)

Jekk ir-rekwiżiti obbligatorji għaċ-ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra huma limitati għal ċerti prodotti, jekk jogħġbok speċifika għal liema Kapitoli tas-SA u l-format rispettiv (fil-forma preskritta jew oħrajn).

6)

Eżenzjonijiet għar-rekwiżiti obbligatorji ta’ preżentazzjoni ta’ ċertifikat u/jew ta’ kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra (eż. kunsinni b’valur baxx, kunsinni postali, …)

7)

Awtoritajiet governattivi jew mhux governattivi maħtura għall-ħruġ ta’ ċertifikat u/jew kwalunkwe prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra, jekk applikabbli

8)

Jekk jogħġbok ipprovdi r-referenzi legali rilevanti applikabbli għall-Mistoqsijiet 1 sa 7

ANNESS 2 – APPENDIĊI

Jekk jogħġbok ehmeż il-formola preskritta u/jew il-link tal-Internet mal-formola preskritta taċ-Ċertifikat tal-oriġini (jew prova tal-oriġini dokumentarja obbligatorja oħra), jekk applikabbli

__________

(1)

Dan huwa mingħajr preġudizzju għal provi tal-oriġini oħra li jistgħu jkunu meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti għal finijiet ta’ kontroll.

(2)

Huwa mifhum li dan il-punt ta' informazzjoni jista’ jkun l-istess kif stabbilit jew miżmum skont l-Artikolu 1.3 (Punti ta' informazzjoni) tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (TFA) u l-Membri mhumiex meħtieġa jipprovdu aktar informazzjoni jew jipprovdu aktar formoli u dokumenti minn dawk koperti mit-TFA.

(3)

Kif iddefinit fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini u fl-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ.

Top

Brussell, 20.9.2019

COM(2019) 424 final

2019/0200(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini stabbilit bil-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994), anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.Suġġett tal-proposta

Din il-proposta tikkonċerna d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini stabbilit bil-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994) anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994, b’rabta mal-adozzjoni prevista ta’ komunikazzjoni dwar it-titjib tat-trasparenza fir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini.

2.Kuntest tal-proposta

2.1.Il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini

Il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994) anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994 (“il-Ftehim”) għandu l-għan li jiżgura li r-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini ma joħolqux huma stess ostakoli mhux meħtieġa għall-kummerċ u għandu l-għan li jarmonizza r-regoli tal-oriġini fil-livell internazzjonali, għajr ir-regoli tal-oriġini relatati mal-konċessjoni ta' preferenzi fit-tariffi. Sakemm jitlesta l-programm ta’ armonizzazzjoni, il-partijiet kontraenti għandhom jiżguraw li r-regoli tal-oriġini tagħhom huma trasparenti; li ma għandhomx effetti li jirrestrinġu, ixekklu jew ifixklu l-kummerċ internazzjonali; li huma amministrati b’mod konsistenti, uniformi, imparzjali u raġonevoli, u li huma bbażati fuq standard pożittiv. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995.

L-Unjoni Ewropea hija parti għall-Ftehim 1 . L-Istati Membri kollha huma partijiet għall-Ftehim.

2.2.Il-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini

Il-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini ġie stabbilit fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u huwa miftuħ għall-membri tad-WTO. Għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena u għandu jirrevedi l-implimentazzjoni u t-tħaddim tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini. Ix-xogħol tal-Kumitat kien jiffoka primarjament fuq l-armonizzazzjoni ta’ regoli mhux preferenzjali tal-oriġini. In-negozjati ma ġewx konklużi u l-membri tad-WTO attwalment qed japplikaw regoli tal-oriġini nazzjonali għal finijiet mhux preferenzjali. Aktar reċentement, beda xi xogħol dwar regoli preferenzjali tal-oriġini, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawk li jintużaw taħt preferenzi kummerċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati. Id-deċiżjonijiet fil-Kumitat normalment jittieħdu b’kunsens.

2.3.L-att previst tal-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini

Fi [data], matul il-laqgħa annwali tiegħu, il-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini għandu jadotta Komunikazzjoni 2 rigward “It-titjib tat-trasparenza fir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini” (“l-att previst”).

L-għan tal-att previst huwa li tittejjeb it-trasparenza tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki rigward ir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini u li jiġu kkomplementati l-obbligi ta’ notifika inklużi fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini.

La l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u lanqas il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini ma jindirizzaw l-istatus legali tal-atti adottati mill-kumitati tad-WTO. In-natura vinkolanti tal-att previst għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tat-test użat fl-att imsemmi. B’kunsiderazzjoni tal-formulazzjoni tal-komunikazzjoni dwar it-titjib tat-trasparenza fir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini, l-att previst se jsir vinkolanti fuq il-partijiet.

3.Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni

Ir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini huma dawk ir-regoli, li japplikaw fin-nuqqas ta’ kwalunkwe preferenza kummerċjali, jiġifieri meta l-kummerċ jitwettaq fuq bażi ta’ nazzjon l-aktar iffavorit. Barra minn hekk, xi miżuri ta’ politika kummerċjali bħall-kwoti, l-anti-dumping jew il-marka tal-oriġini jistgħu jirrikjedu determinazzjoni tal-oriġini bbażata fuq l-applikazzjoni ta’ regoli mhux preferenzjali tal-oriġini.

F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini, kull membru tad-WTO kellu jinnotifika lis-segretarjat tad-WTO fi żmien stipulat mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim tad-WTO għalih, ir-regoli tiegħu tal-oriġini tiegħu, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u deċiżjonijiet amministrattivi ta’ applikazzjoni ġenerali relatati ma’ regoli mhux preferenzjali tal-oriġini li jkunu fis-seħħ f’dik id-data. L-Unjoni Ewropea nnotifikat l-informazzjoni meħtieġa lis-segretarjat tad-WTO.

Fil-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini, il-membri tad-WTO qablu li jinnegozjaw regoli mhux preferenzjali tal-oriġini armonizzati. Madankollu, dawn in-negozjati ma ġewx konklużi u l-membri tad-WTO attwalment qed japplikaw regoli tal-oriġini nazzjonali għal finijiet mhux preferenzjali. B’riżultat ta’ dan, qed japplikaw regoli mhux preferenzjali tal-oriġini differenti għall-importazzjoni u/jew l-esportazzjoni, skont il-membri kkonċernati tad-WTO. Barra minn hekk, mhux il-membri kollha tad-WTO japplikaw leġiżlazzjoni speċifika relatata mar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini. Fl-Unjoni, dawn ir-regoli huma previsti mill-Artikoli 59 sa 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 3 .

Sabiex jiġi evitat li jinħolqu ostakoli mhux meħtieġa għall-kummerċ minħabba l-varjetà u l-għadd kbir ta’ regoli mhux preferenzjali tal-oriġini li għandhom jiġu applikati, twaqqaf grupp ta’ ħidma żgħir magħżul mill-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini sabiex jesplora l-modi kif għandha tittejjeb it-trasparenza fir-rigward tar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini. L-Unjoni Ewropea ħadet sehem f’dan il-grupp ta’ ħidma żgħir u kkontribwiet b’mod kostruttiv għall-att previst. F’Marzu u f’Mejju 2019 komplew id-diskussjonijiet fil-laqgħat tal-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini. Il-koordinazzjoni mal-Istati Membri kienet żgurata permezz tad-delegazzjonijiet tal-Istati Membri fid-WTO u permezz tat-Taqsima tal-Oriġini tal-Grupp ta’ Esperti Doganali.

B’kunsiderazzjoni tal-fatt li regoli tal-oriġini ċari u prevedibbli jiffaċilitaw il-fluss tal-kummerċ internazzjonali, l-att previst għandu l-għan li jtejjeb it-trasparenza tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki fir-rigward tar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini u li jikkomplementa l-obbligi ta’ notifika tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini.

L-att previst jipprevedi notifika obbligatorja tar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini ta’ kull membru tad-WTO użati għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit skont l-Artikoli I, II, III, XI u XIII tal-GATT tal-1994. Dan jipprevedi wkoll notifika volontarja tar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini użati għall-finijiet l-oħra kollha koperti mill-Artikolu 1.2 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (dazji anti-dumping u kumpensatorji skont l-Artikolu VI tal-GATT tal-1994, miżuri ta’ salvagwardja skont l-Artikolu XIX tal-GATT tal-1994, rekwiżiti tal-marka tal-oriġini skont l-Artikolu IX tal-GATT tal-1994, restrizzjonijiet kwantitattivi jew kwoti tariffarji, regoli tal-oriġini użati għall-akkwist pubbliku u l-istatistika tal-kummerċ). Barra minn hekk, l-att previst fih obbligu ta’ notifika mill-membri tad-WTO ta’ ċertifikati possibbli ta’ oriġini mhux preferenzjali, li huma obbligatorji meta jitwettqu tranżazzjonijiet ta’ importazzjoni jew esportazzjoni. In-notifiki għandhom isiru billi jintużaw il-mudelli annessi mal-att previst.

L-att previst joħloq obbligi ta’ notifika flimkien ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini.

B’riżultat ta’ dan, hija meħtieġa pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini.

4.Bażi ġuridika

4.1.Bażi ġuridika proċedurali

4.1.1.Prinċipji

L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregola l-korp ikkonċernat. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni 4 .

4.1.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

Il-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini huwa korp stabbilit bi ftehim, jiġifieri l-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994).

L-att li l-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini huwa mitlub jadotta jikkostitwixxi att b’effetti legali. La l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u lanqas il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini ma jindirizzaw l-istatus legali tal-atti adottati mill-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini. Għalhekk, in-natura vinkolanti tal-att previst għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tat-test użat fl-att imsemmi. B’kunsiderazzjoni tal-formulazzjoni tal-komunikazzjoni dwar it-titjib tat-trasparenza fir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini, l-att previst għandu jitqies li għandu effetti legali.

L-att previst ma jissupplimentax jew ma jemendax il-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

Għaldaqstant, il-bażi ġuridika proċedurali għad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

4.2.Bażi ġuridika sostantiva

4.2.1.Prinċipji

Il-bażi ġuridika sostantiva biex tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament fuq l-objettiv u l-kontenut tal-att previst li dwaru tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE għandha tkun ibbażata fuq bażi ġuridika sostantiva waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

4.2.2.Applikazzjoni għal dan il-każ

L-objettiv ewlieni u l-kontenut tal-att previst huma relatati mal-politika kummerċjali komuni.

Għalhekk, il-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta hija l-Artikolu 207 tat-TFUE.

4.3.Konklużjoni

Il-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta għandha tkun l-Artikolu 207 tat-TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

5.Il-pubblikazzjoni tal-att previst

Mhux applikabbli.

2019/0200 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini stabbilit bil-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994), anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(3) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim dwar ir-Regoli tal-Oriġini (WTO-GATT tal-1994) anness mal-att finali ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994 ("il-Ftehim") ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE 5 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1995.

(2)L-Artikolu 4 tal-Ftehim jistabbilixxi l-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini.

(3)Il-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini, matul  sessjoni/laqgħa tiegħu fi [data], għandu jadotta komunikazzjoni bit-titolu “it-titjib tat-trasparenza fir-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini”.

(4)Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini, peress li l-komunikazzjoni se tkun vinkolanti fuq l-Unjoni.

(5)Il-pożizzjoni proposta li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki fir-rigward tar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini, permezz ta’ regoli dwar notifika obbligatorja jew volontarja mill-membri tad-WTO tar-regoli mhux preferenzjali tal-oriġini tagħhom, permezz ta’ mudelli standardizzati. Dan se jirriżulta f’regoli tal-oriġini aktar ċari u aktar prevedibbli u se jiffaċilita l-fluss tal-kummerċ internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi sessjoni/laqgħa tal-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ att tal-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni jistgħu jaqblu dwar bidliet editorjali minuri fl-abbozz ta' att fid-dawl tal-iżviluppi fis-sessjonijiet li ġejjin tal-Kumitat tar-Regoli tal-Oriġini, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, jew matul il-laqgħat ta’ koordinazzjoni fuq il-post, mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
(2)    Il-Komunikazzjoni mill-Awstralja; il-Brażil; il-Kanada; Hong Kong; il-Ġappun; ir-Repubblika tal-Korea; New Zealand in-Norveġja; il-Filippini; il-Federazzjoni Russa; Singapore; l-Iżvizzera; it-territorju doganali separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu; u l-Istati Uniti.
(3)    ĠU L 269, 10.10.2013, p.1.
(4)    Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, Il-Ġermanja vs Il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, paragrafi 61 sa 64.
(5)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU L 336, 23.12.1994, p. 1).
Top