Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0146

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP18 tas-CITES)

    COM/2019/146 final

    Brussell, 21.3.2019

    COM(2019) 146 final

    2019/0083(NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP18 tas-CITES)


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.Suġġett tal-proposta

    Din il-proposta tikkonċerna d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP18 tas-CITES) b’konnessjoni mal-adozzjoni prevista ta’ deċiżjonijiet, fost affarijiet oħra, li jemendaw l-Appendiċi għall-Konvenzjoni.

    2.Kuntest tal-proposta

    2.1.Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu

    Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (“il-Konvenzjoni” jew CITES) għandha l-għan li tipproteġi annimali u pjanti selvaġġi kontra sfruttament żejjed permezz tal-kummerċ internazzjonali. Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1975.

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha huma Partijiet għall-Konvenzjoni 1 .

    2.2.Il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni

    Stabbilita skont l-Artikolu XI tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet (CoP) hi l-korp ta’ tmexxija tal-Konvenzjoni. Il-CoP tiltaqa’ kull sentejn tlieta biex tirrevedi l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. B’mod partikolari, tikkunsidra u tadotta proposti biex temenda l-listi ta’ speċijiet fl-Appendiċi I u II tal-Konvenzjoni. Il-CoP tqis ukoll dokumenti ta’ diskussjoni u rapporti mill-Partijiet, mill-kumitati permanenti, mis-Segretarjat u mill-gruppi ta’ ħidma, u tirrakkomanda miżuri biex tittejjeb l-effettività tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.

    Kemm jista’ jkun, il-CoP tiddeċiedi dwar proposti għal emendi tal-Appendiċi I u II b’kunsens. Meta l-CoP ma tilħaqx kunsens, id-deċiżjonijiet jitpoġġew għal vot u jistgħu jiġu adottati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tar-rappreżentanti preżenti u li jivvotaw skont l-Artikolu XV(1)(b) tal-Konvenzjoni. Kull Parti għandha vot wieħed, ħlief organizzazzjonijiet tal-integrazzjoni ekonomika reġjonali li, fl-oqsma tal-kompetenza tagħhom, għandhom id-“dritt li jivvutaw b’numru ta’ voti ugwali għan-numru tal-Istati Membri tagħhom li huma Partijiet għall-Konvenzjoni” skont l-Artikolu XXI(5) tal-Konvenzjoni. L-Unjoni u l-Istati Membri jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tagħhom b’mod alternattiv, skont is-suġġett tad-deċiżjoni li għandha tittieħed. Dwar deċiżjonijiet biex jiġu emendati l-Appendiċi, id-drittijiet tal-vot huma eżerċitati mill-Unjoni, minħabba li l-Appendiċijiet tas-CITES huma trasposti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti 2 .

    2.3.Id-deċiżjonijiet previsti tal-Konferenza tal-Partijiet

    Bejn it-23 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju 2019, matul it-18-il laqgħa tagħha, il-Konferenza tal-Partijiet għandha tiddeċiedi dwar 57 proposta biex temenda l-Appendiċi tas-CITES (“proposti ta’ elenkar”). L-iskop li jiġu inklużi (gruppi ta’) speċijiet partikolari fl-Appendiċijiet huwa li jkun hemm monitoraġġ u regolamentazzjoni (Appendiċi II) jew li jkun hemm projbizzjoni b’mod ġenerali (Appendiċi I) ta’ negozjar kummerċjali f’dawk l-ispeċi.

    Bħala partijiet integrali tal-Konvenzjoni, l-Appendiċijiet huma legalment vinkolanti. Skont l-Artikolu XV(1)(c) tal-Konvenzjoni, l-emendi deċiżi mill-CoP isiru applikabbli fi żmien 90 jum mit-tmiem tal-CoP.

    3.Il-pożizzjoni li trid tittieħed f’isem l-Unjoni

    Bħala Parti għall-Konvenzjoni, l-Unjoni għandha tieħu pożizzjoni dwar kull waħda mill-proposti ta’ elenkar kif ukoll fuq id-diversi abbozzi ta’ deċiżjonijiet oħra fuq l-aġenda tal-CoP. Il-proposti ta’ elenkar – inkluż dawk li ġew sottomessi mill-Unjoni nnifisha – kif ukoll id-deċiżjonijiet proposti l-oħrajn tal-CoP ġew riveduti minn esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż fir-rigward tal-impatti potenzjali tagħhom fuq ir-regoli u l-politiki rilevanti tal-Unjoni. Il-pożizzjoni proposta mill-Kummissjoni hija bbażata fuq dawn id-diskussjonijiet ta’ esperti, li saru fil-kuntest tal-gruppi ta’ esperti rilevanti tal-Kummissjoni.

    Il-proposti ta’ elenkar kif ukoll bosta mill-abbozzi tad-deċiżjonijiet l-oħra tal-CoP jistgħu jaffettwaw ir-regoli tal-UE jew jibdlu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, l-aktar minħabba li jkunu jinvolvu emendi għal leġiżlazzjoni rilevanti u r-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Unjoni. Bidliet fl-Appendiċi tal-Konvenzjoni jeħtieġ li jiġu riflessi fl-acquis tal-UE, permezz ta’ bidliet korrispondenti għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u, fejn relevanti, mir-Regolamenti ta’ implimentazzjoni. Dan se jirriżulta fl-istabbiliment jew fit-tneħħija ta’ restrizzjonijiet għall-kummerċ mill-UE, fiha jew madwarha għall-ispeċijiet ikkonċernati minn dawn il-bidliet.

    Il-Kummissjoni tinsab f’kuntatt regolari ma’ partijiet ikkonċernati li għandhom interess fi kwistjonijiet koperti mill-Konvenzjoni, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi ambjentali, rappreżentanti ta’ setturi tan-negozju involuti fil-kummerċ jew fl-użu ta’ prodotti ta’ fawna selvaġġa, u organizzazzjonijiet tal-kaċċa jew tas-sajd. Fid-29 ta’ Jannar 2019, is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħa konsultattiva speċifika mal-partijiet ikkonċernati interessati sabiex jiksbu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet li qed jiġu diskussi għall-CoP18 tas-CITES. Il-kontribut ipprovdut mill-partijiet interessati ġie kkunsidrat bix-xieraq mill-Kummissjoni fl-abbozzar tad-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta.

    Analiżijiet ulterjuri tal-proposti tal-CoP jitwettqu mis-Segretarjat tas-CITES u minn esperti minn organizzazzjonijiet speċjalizzati bħall-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN), TRAFFIC, u l-Bord Konsultattiv Espert tal-FAO għall-valutazzjoni ta’ proposti ta’ emenda għall-elenkar tal-ispeċi CITES. Ħafna minn dawn l-analiżijiet ma kinux disponibbli fil-ħin għall-proposta tal-Kummissjoni; kollha għandhom jiġu kkunsidrati bis-sħiħ meta l-proposta tiġi diskussa mal-Istati Membri fil-Kunsill.

    Bosta dokumenti ta’ ħidma għall-CoP 18 tas-CITES ma kinux disponibbli kmieni biżżejjed biex il-Kummissjoni tipproponi pożizzjoni tal-Unjoni bħalissa. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-pożizzjoni dwar dawk il-kwistjonijiet tiġi stabbilita waqt id-diskussjonijiet fil-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill, jew matul il-laqgħa tal-CoP għal dokumenti li jsiru disponibbli dakinhar.

    4.Bażi ġuridika

    4.1.Bażi ġuridika proċedurali

    4.1.1.Prinċipji

    L-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi deċiżjonijiet li jistabbilixxu “l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.”

    Il-kunċett ta’ “atti li jkollhom effetti legali” jinkludi l-atti li jkollhom effetti legali skont ir-regoli tad-dritt internazzjonali li jirregolaw is-sede kkonċernata. Dan jinkludi wkoll l-istrumenti li ma għandhomx effett vinkolanti skont id-dritt internazzjonali, iżda li “jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-leġiżlazzjoni adottata mil-leġiżlatura tal-Unjoni 3 .

    4.1.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

    Il-Konferenza tal-Partijiet hija korp stabbilit bi ftehim, jiġifieri s-CITES.

    Bosta mill-atti li l-CoP hija mitluba tadotta jikkostitwixxu atti li għandhom effetti legali. L-Appendiċijiet emendati, li huma parti integrali tal-Konvenzjoni, se jkunu vinkolanti skont il-liġi internazzjonali. Uħud mid-deċiżjonijiet l-oħra tal-CoP jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-leġiżlazzjoni tal-UE, partikolarment ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006. Dan għaliex iż-żewġ atti huma allinjati mill-qrib mar-regoli rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni kif deċiż mill-CoP.

    L-att previst la jissupplimenta u lanqas jemenda l-qafas istituzzjonali tal-Ftehim.

    Għalhekk, il-bażi ġuridika proċedurali tad-deċiżjoni proposta hi l-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

    4.2.Bażi ġuridika sostantiva

    4.2.1.Prinċipji

    Il-bażi ġuridika sostantiva biex tittieħed deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE tiddependi primarjament mill-għan u mill-kontenut tal-att previst li dwarhom tittieħed pożizzjoni f’isem l-Unjoni. Jekk l-att previst ikollu żewġ għanijiet jew ikollu żewġ komponenti, u jekk wieħed minn dawk l-għanijiet jew il-komponenti jkun jista’ jiġi identifikat bħala dak ewlieni, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċement inċidentali, id-deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE trid tissejjes fuq bażi ġuridika sostantiva unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew mill-komponent ewlieni jew predominanti.

    Fir-rigward ta’ att previst li jkollu għadd ta’ objettivi f’daqqa, jew li jkollu diversi komponenti, li jkunu marbuta b’mod inseparabbli mingħajr ma wieħed ikun inċidentali għall-ieħor, il-bażi ġuridika sostantiva ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE jkollha tinkludi, b’mod eċċezzjonali, id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti.

    4.2.2.Applikazzjoni għall-każ preżenti

    Id-deċiżjonijiet tal-CoP previsti għandhom objettivi u komponenti fil-qasam tal-“ambjent” u tal-“kummerċ”. Dawn l-elementi tal-att previst huma marbuta b’mod inseparabbli ma’ xulxin u l-ebda wieħed minnhom ma hu inċidentali għall-ieħor.

    Għaldaqstant, il-bażi ġuridika sostantiva tad-deċiżjoni proposta hi magħmula mid-dispożizzjonijiet li ġejjin: l-Artikoli 192(1) u 207.

    4.3.Konklużjoni

    Il-bażi ġuridika tad-deċiżjoni proposta jenħtieġ li tkun l-Artikoli 192(1) u 207 flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

    2019/0083 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP18 tas-CITES)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 192(1) u 207(3) u (4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (“il-Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 4 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1975.

    (2)Skont l-Artikolu XI(3) tal-Konvenzjoni, il-Konferenza tal-Partijiet tista’, fost affarijiet oħra, tadotta deċiżjonijiet biex ikunu emendati l-Appendiċijiet għall-Konvenzjoni.

    (3)Il-Konferenza tal-Partijiet, matul it-18-il laqgħa tagħha mit-23 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju 2019, għandha tadotta deċiżjonijiet dwar 57 proposta li jemendaw l-Appendiċijiet, kif ukoll dwar bosta kwistjonijiet oħra dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni.

    Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Konferenza tal-Partijiet, peress li l-emendi għall-Appendiċi jorbtu lill-Unjoni u bosta deċiżjonijiet oħra jkunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006.

    (4)Il-pożizzjoni proposta li għandha tittieħed fuq il-proposti differenti qabel il-Konferenza tal-Partijiet hija bbażata fuq analiżi esperta tal-merti tagħhom, fid-dawl tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, kif ukoll fuq il-livell tal-allinjament tagħhom mar-regoli u l-politiki rilevanti tal-Unjoni.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu hija stabbilita fl-Annessi.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

    Magħmul fi Brussell,

       Għall-Kunsill

       Il-President

    (1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1-3).
    (2)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom, ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1, u l-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti.
    (3)    Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2014, il-Ġermanja vs il-Kunsill, C-399/12, ECLI:EU:C:2014:2258, il-paragrafi minn 61 sa 64.
    (4)    ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1-3.
    Top

    Brussell, 21.3.2019

    COM(2019) 146 final

    ANNESS

    ta’ [...]

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea rigward ċerti proposti sottomessi għas-17-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (CoP 18) għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), Colombo, is-Sri Lanka, it-23 ta’ Mejju – it-3 ta’ Ġunju 2019


    ANNESS I

    Il-Pożizzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ewlenin li jridu jiġu diskussi fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), Colombo, is-Sri Lanka, it-23 ta’ Mejju – it-3 ta’ Ġunju 2019

    A.Kunsiderazzjonijiet ġenerali

    1.L-Unjoni tikkunsidra s-CITES bħala konvenzjoni internazzjonali ewlenija għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u kontra t-traffikar fil-fawna selvaġġa.

    2.L-Unjoni għandha tadotta pożizzjoni ambizzjuża fil-CoP18 tas-CITES, b’konformità ma’ politiki rilevanti tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali tagħha f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari l-miri relatati mal-ħajja selvaġġa skont l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 15, il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011-2020 u l-Miri ta’ Aichi, maqbula skont il-Konvezjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), il-Viżjoni Strateġika tas-CITES 1 u r-Riżoluzzjoni 71/326 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-traffikar fil-ħajja selvaġġa. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha sservi wkoll biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fil-livell tal-UE permezz tal-Istrateġija tal-Bijodiversità tal-UE għall-2020, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar fil-Ħajja Selvaġġa, l-approċċ tal-UE għall-promozzjoni tal-kummerċ u tal-iżvilupp sostenibbli, kif rifless fl-istrateġija tal-UE “Kummerċ għal Kulħadd”, il-Politika Komuni tas-Sajd u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb-il Baħar.

    3.Il-prioritajiet għall-Unjoni fil-CoP18 tas-CITES għandhom ikunu:

    ·li l-istrumenti tas-CITES jintużaw kompletament għar-regolamentazzjoni fil-kummerċ internazzjonali ta’ speċijiet ta’ annimali u pjanti fil-periklu li huma soġġetti għal livelli ta’ kummerċ mhux sostenibbli, filwaqt li jiġi segwit approċċ ibbażat fuq ix-xjenza;

    ·it-tisħiħ tar-rispons mill-komunità internazzjonali kontra t-traffikar fil-fawna selvaġġa;

    ·l-iżgurar li l-istatus u d-drittijiet tal-UE bħala Parti għall-Konvenzjoni jibqgħu riflessi kompletament fir-regoli u fl-arranġamenti proċedurali relevanti.

    4.Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tikkunsidra l-kontribuzzjoni li l-kontrolli tas-CITES jistgħu jagħmlu għat-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni, filwaqt li tirrikonoxxi l-isforzi ta’ dawk il-pajjiżi li implimentaw miżuri ta’ konservazzjoni effettivi. L-Unjoni għandha tiżgura wkoll li d-deċiżjonijiet meħuda fil-CoP18 jimmassimizzaw l-effiċjenza tas-CITES, billi jimminimizzaw piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u billi jiksbu soluzzjonijiet prattiċi, kosteffettivi u fattibbli għal kwistjonijiet ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ.

    5.Il-CoP huwa l-korp ta’ tmexxija tas-CITES u għadd ta’ deċiżjonijiet adottati fil-CoP18 tas-CITES sejrin jiġu implimentati mill-Kumitat Permanenti, li huwa l-korp sussidjarju ewlieni tal-CoP. Il-pożizzjoni tal-Unjoni ddefinita għall-CoP 18 tas-CITES għandha għalhekk tiggwida wkoll l-approċċ tal-UE fil-71 u fit-72 laqgħa tal-Kumitat Permanenti li se jseħħu immedjatament qabel u wara l-CoP 18 tas-CITES.

    B.Kwistjonijiet speċifiċi

    6.Tressqu sebgħa u ħamsin proposta għal emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES sabiex jiġu kkunsidrati fil-CoP 18 tas-CITES. Tnax minn dawn il-proposti ġew sottomessi mill-Unjoni bħala l-proponent ewlieni jew bħala koproponent, u l-adozzjoni tagħhom għandha naturalment tkun appoġġata wkoll mill-Unjoni. Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar il-proposti kollha għandha tkun ibbażata fuq l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati u fuq l-impatt li l-kummerċ għandu jew ikollu fuq dawk l-ispeċijiet, f’konformità mar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 dwar il-kriterji għall-emendar tal-Appendiċi I u II. L-opinjonijiet tal-Istati tal-firxa tal-ispeċijiet kkonċernati mill-proposti għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. L-Unjoni tikkunsidra wkoll li, bħala regola ġenerali, għandu jingħata appoġġ lill-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES li huma riżultat tal-ħidma mill-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti tas-CITES u mill-Kumitat Permanenti. Il-valutazzjoni tal-proposti mis-Segretarjat tas-CITES u mill-IUCN/Traffic 2 kif ukoll, fil-każ ta’ speċijiet tal-baħar sfruttati kummerċjalment, il-valutazzjoni mill-bord ta’ esperti dedikat tal-FAO, għandhom jitqiesu wkoll meta jkunu disponibbli.

    7.F’konformità mal-pożizzjoni stabbilita tajjeb tagħha, l-UE tafferma mill-ġdid li s-CITES hija strument xieraq biex tirregola l-kummerċ internazzjonali fl-ispeċijiet tal-baħar meta l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ speċijiet bħal dawn ikun affettwat mill-kummerċ u meta l-ispeċijiet huma jew jistgħu jkunu fil-periklu ta’ estinzjoni. L-Unjoni tippromwovi, b’mod speċifiku, l-inklużjoni fl-Appendiċi II tas-CITES ta’ tliet speċijiet ta’ teatfish tal-ġeneru Holothuria (Microthele), minħabba l-isfruttament eċċessiv u l-volumi sinifikanti tal-kummerċ internazzjonali f’dawk l-ispeċijiet.

    8.L-Unjoni tinnota li fl-aħħar snin, sar xogħol konsiderevoli biex tinbena l-kapaċità għall-implimentazzjoni tas-CITES, mhux l-inqas fir-rigward tal-ispeċijiet tal-baħar, inkluż permezz tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. L-Unjoni tappoġġa koordinazzjoni aħjar bejn is-CITES, l-organizzazzjonijiet reġjonali għall-immaniġġjar tas-sajd u korpi oħrajn relevanti, li jaġixxu fil-mandati rispettivi tagħhom, bil-għan li tittejjeb il-governanza u tiżdied il-kumplimentarjetà. B’mod speċifiku l-Unjoni kosponsorjat il-proposti għall-inklużjoni ta’ ċerti speċijiet ta’ klieb il-baħar (Isurus oxyrinchus u I. paucus) u r-raj (Glaucostegus spp. u Rhinidae spp.) fl-Appendiċi II tas-CITES. Fil-każ tal-pixxitondu (Isurus oxyrinchus), l-Unjoni għandha tiffinalizza l-pożizzjoni tagħha billi tqis ir-riżultati tal-valutazzjonijiet mill-Bord Konsultattiv Espert tal-FAO, is-Segretarjat tas-CITES u l-IUCN.

    9.Fil-CoP 17, fl-Appendiċi II tas-CITES ġew imdaħħla speċijiet addizzjonali ta’ injam (Pterocarpus erinaceus, tliet speċijiet ta’ Guibourtia u Dalbergia spp.) biex ikun ikkontrollat aħjar il-kummerċ internazzjonali f’dawn l-ispeċijiet ta’ injam tropikali. Huwa importanti għall-Unjoni li tiżgura li l-annotazzjoni #15 attwali tiġi emendata biex tiffoka fuq dawk l-eżemplari li jidhru l-ewwel fil-kummerċ internazzjonali kif ukoll biex tevita piżijiet amministrattivi u ta’ infurzar bla bżonn. L-UE għandha għalhekk tappoġġa l-emenda tal-kunsens għall-annotazzjoni #15 li tinsab fis-70 laqgħa tal-Kumitat Permanenti, filwaqt li tibqa’ miftuħa għal titjib potenzjali aħħari li jista’ jirriżulta minn konsultazzjonijiet ma’ Partijiet oħra. F’konformità mal-impenn tagħha biex tikkontrolla aħjar l-importazzjonijiet tal-injam mill-Afrika Ċentrali, l-Unjoni għandha wkoll tappoġġa t-twessigħ tal-ambitu tal-elenkar tal-afrormosja (Pericopsis elata) fis-CITES attwali fl-Appendiċi II tal-Konvenzjoni.

    10.L-Unjoni għandha tappoġġa wkoll sforzi trasversali għal regolamentazzjoni aktar effettiva tal-kummerċ internazzjonali f’fawna selvaġġa fil-periklu, inkluż ir-Riżoluzzjoni proposta dwar il-verifika tal-akkwist legali, li tibni fuq ir-riżultati ta’ workshop iddedikat ospitat mill-UE f’Ġunju 2018. L-adozzjoni mill-CoP 18 ta’ Viżjoni Strateġika ġdida għas-CITES għas-snin 2021 sa 2030 tipprovdi opportunità biex tikkonsolida u fejn meħtieġ tiċċara r-rwol tal-Konvenzjoni fil-kuntest usa’ tal-governanza ambjentali internazzjonali, inkluż il-qafas tal-bijodiversità għal wara l-2020 skont il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.

    11.Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti relatati mat-traffikar fil-ħajja selvaġġa għandha tkun konsistenti mat-tliet prijoritajiet identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar fil-Ħajja Selvaġġa u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill relatati magħha. Il-pożizzjoni għandha tqis ukoll ir-rapport riċenti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

    12.B'mod konsistenti mal-ewwel prijorità tal-Pjan ta’ Azzjoni, l-Unjoni tappoġġa protezzjoni aħjar permezz tas-CITES ta’ speċijiet li bħalissa huma importati fl-UE f’livelli mhux sostenibbli jew illegalment (b’mod partikolari għall-kummerċ fl-annimali domestiċi eżotiċi). Għalhekk, l-Unjoni qiegħda tappoġġja l-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet fir-rigward ta’ speċijiet varji ta’ rettili u amfibji, b’mod partikolari id-diversi speċijiet ta’ geckos u newts.

    13.B’konformità mat-tieni u t-tielet prijoritajiet, l-Unjoni tappoġġa miżuri b’saħħithom għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni mill-Partijiet tagħha. Tirrakkomanda skeda ta’ żmien ċara b’mekkaniżmi ta’ monitoraġġ (inkluż possibbilment sanzjonijiet kummerċjali) fir-rigward ta’ dawk il-Partijiet li ripetutament jonqsu milli jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont is-CITES. Dan huwa partikolarment importanti biex jiġu indirizzati l-kaċċa illegali u t-traffikar li jaffettwaw l-iljunfanti (ara hawn taħt), ir-rinoċeronti, il-qtates kbar Ażjatiċi, ir-rosewood u l-pangolini.

    14.Diversi proposti ppreżentati lill-CoP 18 jiffukaw fuq kwistjonijiet relatati mal-użu sostenibbli, il-mezzi tal-għajxien u l-komunitajiet rurali. L-Unjoni għandha tappoġġa proposti bħal dawn sal-punt li dawn jgħinu biex jiżguraw li l-informazzjoni relevanti tkun riflessa fil-proċessi eżistenti, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni. Għandi jiġi evitat il-ħolqien ta’ proċessi jew strutturi addizzjonali bi spejjeż sinifikanti u benefiċċji inċerti.

    15.Il-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar fl-avorju għadhom għaddejjin f’livelli għoljin u allarmanti. Kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri tagħha taw appoġġ konsiderevoli lill-pajjiżi Afrikani sabiex itejbu l-konservazzjoni tal-annimali selvaġġi u jindirizzaw it-traffikar tal-fawna selvaġġa. L-Unjoni hija impenjata li tkompli tappoġġa lill-imsieħba Afrikani tagħha u li żżid l-isforzi tagħha f’dan ir-rigward, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar tal-Fawna Selvaġġa. Il-livelli għoljin ta’ kaċċa illegali u ta’ traffikar jibqgħu jkunu ta’ tħassib konsiderevoli għall-UE, u l-prijorità tal-UE għall-punti kollha fuq l-aġenda ta’ CoP 18 relatati mal-iljunfanti għandha tkun li tappoġġa azzjoni li tindirizza din il-problema b’mod dirett.

    16.L-Unjoni tinnota li tressqu għadd kbir, spiss konfliġġenti, ta’ proposti mill-Partijiet b’rabta mal-kummerċ legali fl-avorju tal-iljunfanti. Il-kummerċ internazzjonali fl-avorju bħalissa huwa pprojbit skont il-qafas legali tas-CITES. L-Unjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mill-ġdid ta’ tali kummerċ mhumiex issodisfati u ma tappoġġax proposti biex jerġa’ jinfetaħ tali kummerċ fil-CoP 18. Fir-rigward tas-swieq domestiċi tal-avorju, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġa miżuri proporzjonati u effettivi bbażati fuq l-aqwa evidenza disponibbli, fl-ambitu tal-Konvenzjoni.

    17.L-Unjoni tqis li r-Regoli ta’ Proċedura għall-Konferenza tal-Partijiet m’għandhomx jiddevjaw mit-test tal-Konvenzjoni, inkluż il-paragrafi 2 sa 6 tal-Artikolu XXI tagħha. Kwalunkwe tentattiv biex jiżdiedu dispożizzjonijiet li jagħmlu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni bħala Parti soġġett għal kundizzjonijiet mhux previsti fil-Konvenzjoni għandu jiġi miċħud bis-saħħa.

    18.Il-kriżi tat-traffikar fil-ħajja selvaġġa, ikkombinata mal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-CITES għal speċijiet u Partijiet ġodda, ifissru li fl-aħħar snin inġiebu iktar attivitajiet taħt il-protezzjoni tas-CITES u li l-piż tal-ħidma tas-Segretarjat tas-CITES żdied b’mod konsiderevoli. L-Unjoni għandha tqis dawn l-iżviluppi meta tiddeċiedi dwar il-prijoritajiet tagħha fil-CoP 18 u dwar il-baġit futur għas-Segretarjat tas-CITES.

    (1)    Ir-Riżoluzzjoni CITES Konf. 14.2, li għandha tiġi aġġornata waqt il-CoP 18 (ara l-paragrafu 5 hawn taħt).
    (2)    L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) u TRAFFIC huma speċjalizzati fi kwistjonijiet dwar il-kummerċ tal-ħajja selvaġġa u jipprovdu valutazzjoni bir-reqqa tal-proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES qabel kull CoP.
    Top

    Brussell, 21.3.2019

    COM(2019) 146 final

    ANNESS

    ta’ [...]

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea rigward ċerti proposti sottomessi lit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet (CoP 18) għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), Colombo, is-Sri Lanka, it-23 ta’ Mejju - it-3 ta’ Ġunju 2019


    ANNESS II

    Il-Pożizzjoni tal-Unjoni dwar ċerti proposti sottomessi fit-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), Colombo, is-Sri Lanka, it-23 ta’ Mejju – it-3 ta’ Ġunju 2019

    “+” jindika pożizzjoni favur

    “–” jindika pożizzjoni kontra

    “0” jindika pożizzjoni miftuħa

    “( )” jindika l-ħtieġa għal aktar analiżi

    1.Dokumenti ta’ Ħidma

    Nru

    Punt tal-aġenda

    Proponent 1

    Kummenti

    Pożizzjoni

    Ċerimonja tal-ftuħ

    Ebda dokument

    Kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji

    1.

    Elezzjoni tal-President, il-President Sostitut u l-Viċi Presidenti tal-laqgħa u tal-Presidenti tal-Kumitati I u II

    Ebda dokument

    2.

    Adozzjoni tal-aġenda

     

     

    3.

    Adozzjoni tal-programm ta’ ħidma

     

     

    4.

    Regoli ta’ proċedura

     

     

     

    4.1

    Regoli ta’ Proċedura għat-18-il laqgħa tal-CoP18 tal-Konferenza tal-Partijiet Dok. 4.1

    Sek.

    Ħu nota tad-dok. li fih ir-RoP attwali, li jibqa’ validu sakemm jiġi emendat mill-CoP (ara l-Artikolu 32).

     

    4.2

    Rieżami tar-Regoli ta’ Proċedura tal-CoP18. Dok. 4.2

    SC

    Appoġġa ż-żamma tar-RoP mhux mibdula waqt il-CoP18; kif ukoll appoġġa l-mandat ġdid għall-SC biex jirrevedi l-Artikolu 25 (Proċedura biex jiġu deċiżi emendi għall-Appendiċi) mill-CoP19.

    +

    5.

    Kumitat tal-Kredenzjali

     

     

    5.1

    L-istabbiliment tal-Kumitat tal-Kredenzjali
    (ebda dokument)

    Ebda dokument

     

    5.2

    Rapport tal-Kumitat tal-Kredenzjali
    (ebda dokument)

    Ebda dokument

    6.

    Ammissjoni tal-osservaturi

     

    7.

    Amministrazzjoni, finanzjament u baġit tas-Segretarjat u tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet

     

     

    7.1

    Amministrazzjoni tas-Segretarjat
    CoP18 Dok. 7.1

     

    7.2

    Rapport tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNEP dwar kwistjonijiet amministrattivi u oħrajn

     

     

     

    7.3

    Rapporti finanzjarji għall-2016-2019
    CoP18 Dok. 7.3

     

     

    Anness 1: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ xogħol bi stima tal-ispejjeż għall-2016 CoP18 Dok. 7.3 A1

     

     

    Anness 2: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2016
    CoP18 Dok. 7.3 A2

     

     

    Anness 3: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2016
    CoP18 Dok. 7.3 A3

     

     

    Anness 4: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ xogħol bi stima tal-ispejjeż għall-2017
    CoP18 Dok. 7.3 A4

     

     

    Anness 5: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2017
    CoP18 Dok. 7.3 A5

     

     

    Anness 6: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2017 CoP18 Dok. 7.3 A6

     

     

    Anness 7: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ ħidma bi stima tal-ispejjeż għall-2018 CoP18 Dok. 7.3 A7

     

     

    Anness 8: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018
    CoP18 Dok. 7.3 A8

     

     

    Anness 9: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018
    CoP18 Dok. 7.3 A9

     

     

    Anness 10: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2018 CoP18 Dok. 7.3 A10

     

     

    Anness 11: Dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u l-pożizzjoni finanzjarja għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2017
    CoP18 Dok. 7.3 A11

     

     

    Anness 12: Rapport finanzjarju dwar programm ta’ xogħol bi stima tal-ispejjeż għall-2019 (sal-31 ta’ Marzu 2019)

     

     

     

     

    Anness 13: Fond Fiduċjarju tas-CITES (CTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Marzu 2019

     

     

     

     

    Anness 14: Fond Fiduċjarju Estern tas-CITES (QTL) – status tal-kontribuzzjonijiet sal-31 ta’ Marzu 2019

     

     

     

    7.4

    Baġit u programm ta’ ħidma għall-2020-2022 CoP18 Dok. 7.4

     

     

    Anness 1: Abbozz ta’ Riżoluzzjoni dwar Il-Finanzjament u l-programm ta’ ħidma bi stima għas-Segretarjat għat-tliet snin 2020-2022
    CoP18 Dok. 7.4 A1

     

     

    Anness 2: Ix-xenarju tal-baġit – l-ebda tkabbir reali
    CoP18 Dok. 7.4 A2

     

     

    Anness 3: Ix-xenarju tal-baġit – l-ebda tkabbir nominali
    CoP18 Dok. 7.4 A3

     

     

    Anness 4: Ix-xenarju tal-baġit – tkabbir gradwali
    CoP18 Dok. 7.4 A4

     

    7.5

    Aċċess għal finanzjament, inkluż finanzjament mill-GEF
    CoP18 Dok. 7.5

     

    7.6

    Proġett tad-delegati sponsorjati 
    CoP18 Dok. 7.6

    Sek.

    Appoġġa ż-żamma tal-kriterji tal-għażla attwali; Is-Sek. għandu jesplora l-estensjoni tal-proġett mill-CoP għal-laqgħat tal-Kumitat

    +

    8.

    Abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar l-istrateġija lingwistika għall-Konvenzjoni
    CoP18 Dok. 8

    IQ

    Mhux ċar għalfejn l-Għarbi għandu jiżdied bħala lingwa uffiċjali tas-CITES u mhux lingwi oħra tan-NU (Ċiniż, Russu). L-implikazzjonijiet baġitarji u aktar dewmien potenzjali fil-produzzjoni tad-dokumenti jmorru kontra l-proposta.

    Kwistjonijiet strateġiċi

    9.

    Rapporti u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

     

     

     

    9.1

    Kumitat Permanenti

     

     

     

     

    9.1.1.

    Rapport tal-President
    CoP18 Dok. 9.1.1

     

     

    9.1.2.

    Elezzjoni tal-membri reġjonali u reġjonali sostituti ġodda (ebda dokument)

     

    9.2

    Kumitat tal-Annimali

     

     

     

    9.2.1.

    Rapport tal-President

     

     

     

    9.2.2.

    Elezzjoni tal-membri reġjonali u reġjonali sostituti ġodda (ebda dokument)

     

    9.3

    Kumitat tal-Pjanti

     

     

     

    9.3.1.

    Rapport tal-President
    CoP18 Dok. 9.3.1

     

     

    9.3.2.

    Elezzjoni tal-membri reġjonali u reġjonali sostituti ġodda (ebda dokument)

    10.

    Viżjoni Strateġika tas-CITES wara l-2020
    CoP18 Dok. 10

    SC

    Appoġġa l-adozzjoni ta’ Viżjoni Strateġika riveduta; is-Sek. għandu jqabbel l-għanijiet mad-deċiżjonijiet u r-riżoluzzjonijiet eżistenti; l-SC jingħata l-mandat biex jaħdem fuq l-indikaturi.

    +

    11.

    Rieżami tal-Konvenzjoni

    CO, NA, ZW

    Iqajjem xi kwistjonijiet rilevanti fir-rigward tal-mezzi tal-għajxien u r-rieżami tal-Appendiċi. Madankollu, il-proposta tidher preġudikata fil-forma u fl-ambitu attwali tagħha, kif ukoll mhix ippreparata biżżejjed, abbażi tad-deliberazzjonijiet storiċi mingħajr riflessjoni fil-fond dwar l-isfidi dejjem aktar kumplessi tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-fawna selvaġġa, kif ukoll minħabba l-konsegwenzi potenzjalment serji. Id-destinatarji tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet mhumiex speċifikati. Diskussjoni ulterjuri hija meħtieġa, kif ukoll fir-rigward tal-proposti l-oħra dwar komunitajiet rurali eċċ. (il-punti 17, 18) u fir-rigward tal-ħtiġijiet tar-riżorsi.

    (–)

    12.

    L-iżgurar ta’ implimentazzjoni aħjar għall-elenkar ta’ speċijiet ta’ ħut tal-baħar fl-Appendiċi
    CoP18 Dok. 12

    AG

    Irrikonoxxi li għad hemm bżonn ta’ appoġġ għal implimentazzjoni aktar effettiva għall-elenkar tal-ispeċijiet tal-baħar. Madankollu, ir-reviżjoni tal-effikaċja tal-elenkar preċedenti għandha tiffoka fuq każijiet partikolari, b’ġustifikazzjoni ċara, u għandha tagħmel użu mill-mekkaniżmi u r-rakkomandazzjonijiet eżistenti minn reviżjonijiet preċedenti aktar milli tistabbilixxi proċess ġdid ad-hoc. Opponi “embargo” fuq l-elenkar ġdid ta’ kwalunkwe grupp ta’ speċijiet; l-importanti huwa jekk il-kriterji għall-elenkar humiex sodisfatti.

    13.

    Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.1 (Rev. CoP17) dwar it-Twaqqif ta’ kumitati CoP18.Dok. 13

    SC/ Sek.

    Appoġġa r-Riżoluzzjoni l-ġdida proposta; l-emendi ssuġġeriti mis-Segretarjat jeħtieġu aktar konsiderazzjoni.

    (+)

    14.

    Kunflitti ta’ interess potenzjali fil-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti CoP18 Dok. 14

    SC

    SC70 adotta formola standard ta’ żvelar għal dikjarazzjonijiet ta’ interess; appoġġ għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 16.09 u 16.10.

    +

    15.

    Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u ma’ ftehimiet ambjentali multilaterali

     

     

     

    15.1

    Kooperazzjoni ma’ konvenzjonijiet oħra relatati mal-bijodiversità CoP18 Dok. 15.1

    SC

    Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet 17.55 u 17.56.

    Is-sinerġiji fost l-MEAs tal-bijodiversità għandhom ikomplu jissaħħu u huwa xieraq li l-SC għandu jirrevedi regolarment il-kwistjonijiet identifikati.

    +

     

    15.2

    Il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Marittimi Ħajjin tal-Antartika (CCAMLR) CoP18 Dok. 15.2

    Sek.

    Appoġġa l-emendi għar-Riż. Konf. 12.4 proposta b’mod konġunt mis-Segretarjati tas-CITES u tas-CCAMLR.

    +

     

    15.3

    Strateġija Globali għall-Konservazzjoni tal-Pjanti
    CoP18 Dok. 15.3

    SC

    Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet ġodda biex jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 17.53 u 17.54.

    +

     

    15.4

    Il-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi (IPBES)
    CoP18 Dok. 15.4

    SC/Sek.

    Appoġġa l-abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar Kooperazjoni mal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi fl-Anness 3 għad-dokument.

    +

     

    15.5

    Il-Konsorzju Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità fil-Ħajja Selvaġġa (ICCWC)
    CoP18 Dok. 15.5

    Sek.

    Appoġġa s-sejħa lill-Partijiet biex ikomplu jiffinanzjaw l-attivitajiet tal-ICCWC.

    +

     

    15.6

    Kooperazzjoni bejn ic-CITES u l-Konvenzjoni dwar il-Patrimonju Dinji 
    CoP18 Dok. 15.6

    In-Norveġja

    Appoġġa l-abbozz ta’ Riżoluzzjoni (li titlob għall-iżvilupp ta’ Memorandum ta’ Ftehim bejn id-WHC u s-CITES) u l-abbozz tad-Deċiżjoni stabbilita fl-Annessi 1 u 2.

    +

    16.

    Il-programm tal-ispeċijiet tas-siġar tas-CITES

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fil-1/3.

    17.

    Il-komunitajiet rurali

     

    Ikkunsidra flimkien ma’ proposti relatati skont il-Punt 18.

     

    17.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti
    CoP18 Dok. 17.1

    SC/Sek.

    Miftuħa biex nikkunsidraw Proposta tas-Segretarjat li temenda r-Riż. Konf. 16.6 dwar il-Mezzi tal-Għajxien.
    Il-proposta biex jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-CoP17 tista’ tkun prematura; jista’ jkun hemm il-bżonn ta’ ħidma ulterjuri bejn il-varji sessjonijiet (b’mod konġunt flimkien mal-grupp ta’ ħidma dwar l-Għajxien?).

    0

     

    17.2

    Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 4.6 (Rev. CoP17) [Sottomissjoni ta’ abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet] u Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)
    CoP18 Dok. 17.2

    NA, ZW

    Emenda ssuġġerita għal Riż. 4.6 kif abbozzata tidher li mhux f’lokha, għax ir-riżoluzzjoni hija minflok iffokata fuq formalitajiet u proċeduri għas-sottomissjoni tal-proposti.

    Kwalunkwe emenda għar-Riż. 9.24 għandha tal-inqas tiċċara l-iskop ġeografiku tal-konsultazzjonijiet mal-komunitajiet rurali, jiġifieri kull Parti fit-territorju tagħha stess; jeħtieġu aktar diskussjoni.

    Ikkunsidrati flimkien mad-Dok. 18.3.

    (–)

     

    17.3

    Mekkaniżmu parteċipattiv għall-komunitajiet rurali

    BW, CO, NA, ZW

    Opponi t-twaqqif ta’ Kumitat għall-Komunitajiet Rurali permanenti; ikkunsidra modi alternattivi kif il-vuċi tal-komunitajiet rurali tinstema’.

    18.

    CITES u mezzi ta’ għajxien

     

    Ikkunsidra flimkien ma’ proposti relatati skont il-Punt 17.

     

    18.1

    Rapport tas-Segretarjat CoP18 Dok. 18.1

    Sek.

    Appoġġa t-twaqqif mill-ġdid tal-grupp ta’ ħidma, żvilupp ta’ gwida permezz ta’ konsulenza, għall-konsiderazzjoni mill-CoP19.

    +

     

    18.2

    Proposta mill-Perù
    CoP18 Dok. 18.2

    PE

    Miftuħa għall-kontinwazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma iżda niddubitaw miż-żieda proposta ta’ xogħol fuq sistema ta’ ċertifikazzjoni possibbli għal “prodotti ta’ speċijiet elenkati fis-CITES prodotti minn komunitajiet rurali konsistenti mad-dispożizzjonijiet tas-CITES” mat-ToR tiegħu.

    B’mod ġenerali miftuħa wkoll għat-twaqqif ta’ “Jum Internazzjonali għall-Mezzi ta’ Għajxien tal-Komunitajiet Rurali” iżda r-Riżoluzzjoni speċifika tista’ ma tkunx meħtieġa għal dak il-għan; jikkunsidraw ukoll l-implikazzjonijiet dwar ir-riżorsi.

    0

     

    18.3

    Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)
    CoP18 Dok. 18.3

    CN

    Tista’ tkun ikkunsidrata proposta għall-inklużjoni ta’ xi tip ta’ “Analiżi tal-Għajxien” fid-dikjarazzjoni ta’ sostenn għall-elenkar tal-proposti (Riż. Konf. 9.24, Anness 6) iżda ma tidhirx li hi adatta għal deċiżjoni fil-CoP18; it-test propost mhux kollu ċar.

    Ikkunsidra flimkien mad-Dok. 17.2.

    (0)

    19.

    Is-sigurtà tal-ikel u l-mezzi tal-għajxien
    CoP18 Dok. 19

    SC

    Opponi t-tiġdid tad-deċiżjonijiet, minħabba li l-WG ma mexiex ’il quddiem u kwistjonijiet simili ħafna huma indirizzati taħt “Il-komunitajiet rurali” u “l-Mezzi tal-Għajxien”; appoġġa l-kummenti tas-Segretarjat.

    20.

    Strateġiji ta’ tnaqqis fid-domanda għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali fl-ispeċijiet elenkati fis-CITES
    CoP18 Dok. 20

    SC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet fl-Anness 1 u aqbel mat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.44 sa 17.48.

    +

    21.

    Tisħiħ tal-Kapaċitajiet u identifikazzjoni tal-materjali

     

     

    21.1

    Tisħiħ tal-Kapaċitajiet u identifikazzjoni tal-materjali
    CoP18 Dok. 21.1

    AC/PC

    Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet biex jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma AC/PC konġunt dwar materjali ta’ identifikazzjoni; kif ukoll appoġġa l-proposta biex jitħassru d-Deċiżjonijiet skont punt 54.1.

    +

     

    21.2

    Attivitajiet ta’ tisħiħ tal-kapaċitajiet kif speċifikati fir-Riżoluzzjonijiet u d-Deċiżjonijiet
    CoP18 Dok. 21.2

    SC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet (reviżjoni, titjib tas-sit web tas-CITES, korsijiet onlajn permezz tal-Kulleġġ Virtwali) flimkien mas-Sek. li ppropona bidliet.

    Ikkunsidra flimkien ma’ 21.3, 28, 29.

    +

     

    21.3

    Qafas biex jiffaċilita l-koordinazzjoni, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-isforzi tas-CITES għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet
    CoP18 Dok. 21.3

    US

    Inizjattiva siewja iżda l-adozzjoni tal-abbozz tar-Riżoluzzjoni u l-qafas waqt il-CoP18 tidher prematura. Appoġġa l-integrazzjoni tal-elementi relevanti fi 21.2 minflok, kif propost mis-Sek., għall-konsiderazzjoni mill-SC u mill-CoP19.

    Ikkunsidra flimkien mad-dok. 21.2, 28.

    (+)

    22.

    Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi tan-Nazzjonijiet Uniti

     

    Appoġġa l-abbozzi ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.1 bi stedina lill-Partijiet u lill-Istati li mhumiex partijiet biex jaħtru punt fokali wieħed għall-koordinazzjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi fil-pajjiż.

    23.

    L-involviment taż-żgħażagħ 
    CoP18 Dok. 23

    SC

    Appoġġa r-reviżjonijiet issuġġeriti għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.5 dwar l-involviment taż-żgħażagħ (Anness 1) u tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.26 u 17.27.

    Kwistjonijiet ta' interpretazzjoni u implimentazzjoni

    Riżoluzzjonijiet u Deċiżjonijiet Eżistenti

     

     

     

    24.

    Rieżami tar-Riżoluzzjonijiet 
    CoP18 Dok. 24

    Sek.

    Appoġġa b’mod generali l-emendi għar-Riżoluzzjonijiet Konf. 4.6, Sottomissjoni ta’ dokumenti (inkluż dwar deċiżjoni ta’ finanzjament ċentralizzat); ir-rieżami jissuġġerixxi l-inkorporazzjoni ta’ Deċ 14.19. Appoġġa l-emendi għar-Riżoluzzjonijiet 12.8 Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti (skont SC70) u 14.3, Proċeduri ta’ konformità (inkl. Riż. 10.10).

    (+)

    25.

    Rieżami tad-Deċiżjonijiet

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fil-1/3.

    Konformità u infurzar ġenerali

     

     

    26.

    Liġijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni

     Sek.

    Appoġġa s-sett ta’ Deċiżjonijiet iżda itlob aktar ċarezza dwar l-iskedi taż-żmien, u ikkunsidra l-proposta ta’ miżuri addizzjonali, għall-Partijiet b’leġiżlazzjoni fil-kategoriji 2 jew 3 biex jissottomettu lis-Segretarjat dettalji dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni.

    (+)

    27.

    Kwistjonijiet ta’ konformità tas-CITES

     Sek.

    Appoġġa l-emendi proposti għar-Riż. Konf 11.3 (Rev. CoP17) u l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet bil-għan li tirrevedi l-politika dwar il-permessi tas-CITES u kwistjonijiet relatati mal-konformità.

     +

    28.

    Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità

     Sek.

    Appoġġa b’mod generali s-sett ta’ Deċiżjonijiet bil-għan li jistabbilixxu Programm ta’ Assistenza dwar il-Konformità bil-ħsieb li jassistu lill-Partijiet b’diffikultajiet li ilhom jeżistu biex jiksbu konformità mal-Konvenzjoni u rakkomandazzjonijiet relatati tal-Kumitat Permanenti. Madanakollu ikkontesta l-implikazzjonijiet tal-baġit relatati mal-ħolqien tal-Programm.

    Ikkunsidra flimkien mad-Dok. 21 u mad-dokumenti tal-baġit.

    (+)

    29.

    Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti fil-pajjiżi kollha CoP18 Dok. 29

    AC/PC

    Appoġġa l-mandat tas-Sek. biex janalizzah u l-Kumitati biex jikkunsidraw l-għażliet u jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-CoP19.

    +

    30.

    Konformità fir-rigward tal-ebanu tal-Malagasy (Diospyros spp.) u palisanders u rosewoods (Dalbergia spp.)

     

     

    30.1

    Rapport ta’ Madagascar

     

    Ħu nota.

    Ikkunsidra flimkien mad-Dok. 30.2.

     

     

    30.2

    Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP18 Dok. 30.2

    SC

    Appoġġa l-ħtieġa li d-diskussjonijiet kollha ma jiġux iffukati fuq il-pjan ta’ użu propost minn Madagascar, iżda jibqgħu viġilanti. Itlob enfasi qawwija fuq il-ħtieġa għal sforzi ta’ infurzar aktar b’saħħithom biex jiġu ttrattati l-illogjar illegali u ż-żarmar tan-netwerks tat-traffikar. Ipproponi li l-abbozz tad-deċiżjoni 18.BB ikun emendat biex iqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-UNODC tal-2017 dwar il-kwistjoni, u jiddaħħal il-kliem ta’ prekawzjoni biex jiżgura li kwalunkwe pjan dwar użu futur ikun sigur biżżejjed.

    (+)

    31.

    Swieq domestiċi għall-eżemplari kkummerċjalizzati illegalment b’mod regolari CoP18 Dok. 31

    Appoġġa l-emenda proposta għar-Riżoluzzjoni. Konf 10.10 (Rev. CoP17) u l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet riveduti 17.87-17.88, inkluż dwar kontrolli domestiċi tal-prodotti tal-fawna selvaġġa għajr l-avorju tal-iljunfanti.

     +

    32.

    Kwistjonijiet ta’ infurzar CoP18 Dok. 32

    Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet proposti u proposta għall-emenda għar-Riżoluzzjoni Konf 11.3 (Rev.COP17). Qbil għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.83 u 17.85.

    +

    33.

    Ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità tal-fawna selvaġġa

     

     

     

    33.1

    Rapport tas-Segretarjat CoP18 Dok. 33.1

    Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet proposti.

    +

     

    33.2

    Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP18 Dok. 33.2

    Appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf 11.3 (Rev. COP17) u l-adozzjoni tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet kif modifikati mis-Segretarjat. Qbil għat-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.94 u 17.96.

    +

    34.

    Appoġġ għall-infurzar kontra l-kriminalità fuq il-fawna selvaġġa fl-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fil-1/3.

     

    35.

    Rimi ta’ eżemplari kkonfiskati CoP18 Dok. 35

    SC

    Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.118 u 17.119 u l-adozzjoni tal-abbozzi tad-Deċiżjonijiet proposti. Opponi kwalunkwe żieda li tikkomprometti informazzjoni sensittiva dwar ċentri ta’ salvataġġ, jew li tirriżulta f’obbligi addizzjonali għall-Partijiet. Opponi wkoll il-ħidma mill-ġdid tal-grupp ta’ ħidma tal-SC.

    +

    36.

    Il-ħażna u l-immaniġġjar ta’ data dwar il-kummerċ illegali miġbura permezz tar-rapporti annwali tal-Partijiet dwar il-kummerċ illegali CoP18 Dok. 36

    SC

    Appoġġa b’mod ġenerali l-prinċipju ta’ ħażna u ġestjoni aktar sistematiċi ta’ data dwar kummerċ illegali miġbura permezz ta’ rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali. Ikkondividi t-tħassib tas-Segretarjat dwar il-valur miżjud limitat ta’ bażi ta’ data bħal din jekk il-finanzjament fit-tul mhuwiex garantit u jekk numru limitat biss ta’ Partijiet fil-fatt jirrappurtaw u jipprovdu data. Ikkunsidra proposta dwar il-lingwa biex iħeġġu lill-Partijiet jissottomettu b’mod aktar sistematiku r-rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali.

    Ikkunsidra flimkien mad-dokumenti dwar il-baġit.

    (+)

    37.

    Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-gwardjani tal-fawna selvaġġa u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-implimentazzjoni tas-CITES CoP18 Dok. 37

    NP

    Ilqa’ r-rapport u irrikonoxxi l-importanza tal-kwistjoni.

     

    Regolament dwar il-kummerċ

     

     

    38.

    Ħatra u rwoli tal-Awtoritajiet Maniġerjali CoP18 Dok. 38

    Sek.

    Appoġġa b’mod ġenerali r-Riżoluzzjoni proposta. Skrutinju aktar mill-qrib ta’ xi aspetti tat-test huwa meħtieġ.

    (+)

    39.

    Gwida biex isiru sejbiet ta’ akkwist legali CoP18 Dok. 39

    SC

    Appoġġa l-abbozz tar-riżoluzzjoni
    Ikkunsidra flimkien mad-Dok. 40.

    +

    40.

    Diliġenza dovuta mill-Partijiet tas-CITES u l-obbligi tal-pajjiżi importaturi

     US

    Appoġġa b’mod ġenerali l-ħsieb u l-approċċ. Skrutinju aktar mill-qrib ta’ xi aspetti tal-emendi proposti għar-Riż. Konf 11.3 huwa meħtieġ.

    (+)

    41.

    Sistemi elettroniċi u teknoloġiji tal-informazzjoni CoP18 Dok. 41

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet proposti, li jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 17.156 sa 17.159 biex jivvalutaw l-utilità u l-fattibilità ta’ Qafas ta’ Implimentazzjoni tal-eCITES u jġeddu l-mandat tal-grupp ta’ ħidma.

    +

    42.

    Traċċabbiltà CoP18 Dok. 42

    Sek., President tal-SC, MX u CH bħala Presidenti tal-grupp ta’ ħidma intersessjonali dwar it-traċċabbiltà

    Aqbel mad-definizzjoni operattiva tat-traċċabbiltà tas-CITES u appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet fl-Anness 1, inkluż l-emendi proposti mis-Segretarjat.

    43.

    Kampjuni prodotti minn DNA sintetiku jew ikkultivat CoP18 Doc. 43

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet kif emendati mis-Sek. u li jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 17.89-17.91, biex ikomplu jivvalutaw l-implikazzjonijiet ta’ kampjuni prodotti permezz tal-bijoteknoloġija li jista’ jkollhom impatt fuq l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Uħud mid-Deċiżjonijiet jistgħu jeħtieġu rfinar għal kjarifika.

    (+)

    44.

    Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli

     

     

    44.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP18 Dok. 44.1

    SC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet u l-abbozzi tad-deċiżjonijiet relatati mad-definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli”. Madankollu, xi bidliet fit-test jistgħu jkunu meħtieġa biex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina.

    (+) 

     

    44.2

    Kummerċ internazzjonali ta’ iljunfanti Afrikani ħajjin: Reviżjoni proposta tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.20 (Rev. CoP17) dwar Definizzjoni tat-terminu “destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli”
    CoP18 Dok. 44.2

    BF, JO, LB, LR, NE, NG, SD, SY

    Id-dokument jipproponi emendi għar-Riż. Konf. 11.20 b’tali mod li iljunfanti Afrikani ħajjin jiġu trasportati biss għal programmi ta’ konservazzjoni in-situ fil-firxa naturali tagħhom, u b’hekk jiġi eskluż kwalunkwe kummerċ ta’ iljunfanti Afrikani maqbuda fis-selvaġġ għal destinazzjonijiet għall-iskop ta’ użu ristrett ex-situ, anke fejn dan ikun ta’ benefiċċju għal skopijiet ta’ konservazzjoni. Ikkunsidra wkoll fir-rigward tar-reġim attwali ta’ eżemplari elenkati fl-App. I.

    (–)

    45.

    Sejbiet mhux ta’ detriment 
    CoP18 Dok. 45

    AC

    Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet proposti bil-għan li jindirizzaw lakuni u l-bżonnijiet tal-Partijiet biex jagħmlu sejbiet mhux ta’ detriment, u appoġġa l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 16.7 (Rev. CoP17). Appoġġa t-tieni workshop internazzjonali dwar l-NDFs.

    +

    46.

    Kwoti għal trofej tal-kaċċa għall-leopard

     

    L-ebda dokument ma kien disponibbli fit-13/2.

     

    47.

    Titjib tal-kwoti għal trofej tal-kaċċa għall-markhor 
    CoP18 Dok. 47

    PK

    Appoġġa ż-żieda tal-kwota għat-trofej tal-kaċċa għall-markhor fil-Pakistan minn 12 għal 20 annimal kull sena, jekk il-Pakistan jipprovdi aktar informazzjoni dwar liema komunitajiet / żoni ġodda se jissieħbu fil-programm għat-trofej tal-kaċċa ibbażat fil-komunità.

    Ikkunsidra flimkien mal-proposta għall-elenkar nru 1.

    (+)

    48.

    Trofej tal-kaċċa tar-rinoċeronti iswed: Kwota ta’ esportazzjoni għall-Afrika t’Isfel

     ZA

    Żieda proposta tal-kwota mill-kwota ta’ bħalissa ta’ ħames rinoċeronti suwed maskili adulti għal mass. ta’ 0.5 % tal-popolazzjoni totali tal-pajjiż tidher raġonevoli, jekk tradotta f’pubblikazzjoni annwali mill-Afrika t’Isfel ta’ kwota speċifika (numru assolut ta’ kampjuni).

    (+) 

    49.

    Implikazzjonijiet tat-trasferiment ta’ speċi għall-Appendiċi I

     

     

     

     

    49.1

    Rapport tas-Segretarjat
    CoP18 Dok. 49.1

    Sek.

    Appoġġa emendi għar-Riż. Konf. 12.3, biex jiġi ċċarat li wara li jsir elenkar ’il fuq ta’ speċi, ir-regoli applikabbli huma dawk validi fil-ħin tal-kummerċ (mhux il-ħsad), kif ukoll għar-Riż. Konf. 13.6. Analizza f’aktar dettall il-proposta biex tinkludi paragrafu ġdid (11) fir-Riż. Konf. 12.3 u l-abbozz tad-Deċiżjoni għall-SC biex jikkunsidra l-ħtieġa ta’ gwida matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, inkluż bejn id-deċiżjoni għall-elenkar u d-dħul fis-seħħ, u biex l-SC jeżamina kundizzjonijiet speċjali għal pjanta annotata inkluż l-ispeċi tal-injam.

    (+)

     

    49.2

    Kummerċ fl-eżemplari tal-“Appendiċi I ta’ qabel”
     CoP18 Dok. 49.2

    CI, NG, SN

    Integra fl-emendi proposti fid-dok. 49.1.

    (+)

    50.

    Emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.13 (Rev. CoP15) dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-ispeċijiet tal-injam
    CoP18 Dok. 50

    SC

    Appoġġa iżda ipproponi li jinkludu referenza għall-ħtieġa li l-NDFs ikunu bbażati fuq fatturi ta’ konverżjoni adegwati, u emendi oħra minuri.

    (+)

    51.

    Ħażniet u akkumulazzjoni ta’ ħażniet 
    CoP18 Dok. 51

    SC

    Appoġġa l-kontinwazzjoni tax-xogħol intersessjonali b’mandat definit b’mod aktar ċar, eskluż l-immaniġġjar tal-ħażniet.

    +

    52.

    Introduzzjoni mill-baħar 
    CoP18 Dok. 52

    SC

    Appoġġa l-mandat imġedded għas-Sek. biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tar-Riż. Konf. 14.6 u jirrapporta dwar in-negozjati tal-BBNJ; l-SC għandu jirrevedi l-informazzjoni.

    +

    53.

    Kodiċijiet tal-iskopijiet fuq il-permessi u ċ-ċertifikati tas-CITES
    CoP18 Dok. 53

    SC

    Appoġġa b'mod tentattiv l-abbozzi ta’ emendi għad-Deċiżjoni 14.54 u għar-Riż. Konf. 12.3 (Rev. CoP17) dwar Permessi u ċertifikati; ivverifika iktar minn darba fid-dawl tal-kummenti tas-Sek. li ġejjin. Stħarreġ il-ħtieġa għal grupp ta’ ħidma intersessjonali ġdid.

    (+)

    54.

    Identifikazzjoni ta' eżemplari fil-kummerċ

     

     

     

     

    54.1

    Manwal għall-Identifikazzjoni
    CoP18 Dok. 54.1

    AC, PC, Sek.

    Appoġġah.

    Ikkunsidra flimkien ma’ 21.1.

    +

     

    54.2

    Identifikazzjoni ta’ speċijiet ta’ siġar elenkati fis-CITES
    CoP18 Dok. 54.2

    PC

    Appoġġa s-sett ġdid ta’ Deċiżjonijiet u t-tħassir ta’ deċiżjonijiet preċedenti.

     +

     

    54.3

    Identifikazzjoni tal-isturjun u l-eżemplari tal-ħut spatula fil-kummerċ
    CoP18 Dok. 54.3

    Appoġġa t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet. Ikkunsidra jekk xi Stat Membru tal-UE jistax jimpenja ruħu li jiffinanzja l-istudju li ilu li kellu jsir.

    +

    55.

    Implimentazzjoni tas-CITES għall-kummerċ fi speċijiet ta’ pjanti mediċinali

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

     

    Eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kummerċ

     

     

     

    56.

    Proċedura ssimplifikata għall-permessi u ċ-ċertifikati 
    CoP18 Dok. 56

    SC

    B’mod ġenerali appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.15 (Rev. CoP12), ir-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17) u l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet diretti lis-Segretarjat; qis l-osservazzjonijiet tas-Segretarjat u ikkunsidra l-ħtieġa għal aktar emendi.

    (+)

    57.

    Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni marbuta mal-eżemplari mwielda u mrobbija fil-magħluq 
    CoP18 Dok. 57

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tas-Deċiżjonijiet kif issuġġerit mill-Kumitat Permanenti u emendat mis-Segretarjat.

    +

    58.

    L-Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 dwar Rieżami tal-kummerċ fl-eżemplari tal-annimali rrapportati bħala prodotti fil-magħluq
    CoP18 Dok. 58

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tas-Deċiżjonijiet kif issuġġerit mill-Kumitat Permanenti u approvat mis-Segretarjat.

    Ikkunsidra flimkien mad-dokumenti dwar il-baġit.

    +

    59.

    Definizzjoni tat-terminu “propagat b’mod artifiċjali

     

     

     

    59.1

    Gwida dwar it-terminu “propagat b’mod artifiċjali”
    CoP18 Dok. 59.1

    PC

    Appoġġa l-abbozz tad-deċiżjoni. Miftuħa għall-emendi proposti mis-Segretarjat. Issuġġerixxi li l-pubblikazzjoni tal-gwida għandha sseħħ biss wara r-reviżjoni tagħha mill-PC.

    (+)

     

    59.2

    Kodiċi tas-sors għall-eżemplari tal-pjanti fil-kummerċ
    CoP18 Dok. 59.2

    SC

    Appoġġa l-ħolqien tal-kodiċi tas-sors Y permezz ta’ emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.11 (Rev. CoP17) u r-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP17), kif ukoll l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet. Emendi addizzjonali proposti mis-Segretarjat jeħtieġu madankollu iktar skrutinju sabiex ma jimminawx il-proposta inizjali tal-SC (b’mod partikolari rigward l-injam ta’ agar u l-ħtieġa għal NDFs).

    (+)

    Kwistjonijiet speċifiċi skont l-ispeċijiet

    60.

    Kummerċ illegali fiċ-ċiti 
    (Acinonyx jubatus)
    CoP18 Dok. 60

    Sek.

    Appoġġa l-abbozz tad-Deċiżjoni li jsejjaħ lis-Segretarjat biex jagħmel disponibbli l-verżjoni finali tal-kit tar-riżorsi tal-kummerċ fiċ-ċita tas-CITES, u soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi. Aqbel dwar it-tħassir tad-deċiżjonijiet 17.124 sa 17.130.

    +

    61.

    Sturjuni u ħut spatula (Acipenseriformes spp.)

     Sek.

    Appoġġa l-mandat imġedded għall-SC biex jeżamina t-tikkettar tal-kavjar. Ikkunsidra jekk hemmx bżonn ta’ gwida aktar ċara dwar il-fokus u l-ambitu biex isir progress.

    (+)

    62.

    Abbozzi ta’ deċiżjonijiet dwar il-konservazzjoni tal-amfibji (Amphibia)

     CR

    Firxa wiesgħa ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet indirizzati lill-Partijiet, lill-Kumitati u lis-Segretarjat, proposti mingħajr dikjarazzjoni ta’ sostenn jew kunsiderazzjoni minn qabel mill-AC, SC. L-informazzjoni meħtieġa mhijiex speċifika għall-amfibji iżda tapplika għat-taxa kollha elenkati fis-CITES. Proposta aktar iffokata b’azzjonijiet konkreti tista’ tiġi kkunsidrata b’mod favorevoli.

    0

    63.

    Salluri (Anguilla spp.)
    CoP18 Dok. 63

    AC, SC, Sek.

    Appoġġa l-abbozzi ta’ Deċiżjonijiet.

    +

    64.

    Koralli prezzjużi (l-ordni Antipatharia u l-familja tal-Coralliidae)

     SC

    Appoġġa l-abbozz tad-deċiżjoni li tagħti mandat lill-AC u lill-SC biex janalizzaw u jaslu għal konklużjonijiet mill-istħarriġ dwar il-koralli prezzjużi u mill-istudju tal-FAO.

     +

    65.

    Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf 16.10 dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għal injam tal-agar li tipproduċi l-injam tat-taxa [Aquilaria spp. u Gyrinops spp.] CoP18 Dok. 65

    PC

    Appoġġa l-adozzjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet dwar taxa li tipproduċi l-injam tal-agar u t-tħassir ta’ deċiżjonijiet preċedenti.

     +

    66.

    Kummerċ fil-Boswellia spp. (Burseraceae)
    CoP18 Dok. 66

    LK, US

    Appoġġa s-sett ta’ abbozzi tad-deċiżjonijiet.

    +

    67.

    Tirda tal-gundalla (Cheilinus undulatus)
    CoP18 Dok. 67

    SC

    Aqbel mal-abbozz tad-Deċiżjoni bil-għan li tipprovdi għajnuna lill-pajjiżi esportaturi u importaturi ewlenin biex tindirizza l-isfidi ta’ implimentazzjoni li fadal.

    68.

    Klieb il-baħar u raj (Elasmobranchii spp.)

     

     

    68.1

    Rapport tal-Kumitat tal-Annimali

     AC

    Ħu nota tar-rapport.

     

     

    68.2

    Rapport tas-Segretarjat

     

    Dokument mhux disponibbli fil-1/3.

    69.

    Iljunfanti (Elephantidae spp.)

     

     

     

    69.1

    Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP 17) dwar il-kummerċ f’eżemplari tal-iljunfanti

    Sek./ SC

    Ħażniet u akkumulazzjoni ta’ ħażniet: appoġġa d-Deċiżjoni biex l-SC jirrevedi l-gwida ppreparata mis-Seg.

    +

    Iljunfant Ażjatiku: miftuħa għall-appoġġ tat-tiġdid tad-Deċiżjonijiet iżda għandu jkun hemm aċċettazzjoni akbar mill-istati ta’ firxa biex dan ikun effettiv.

    (+)

    NIAPs: appoġġa r-reviżjonijiet proposti għar-Riż. Konf. 10.10, para. 26 g) u l-Anness III (linji gwida dwar il-proċess NIAP) u għar-Riż. Konf. 14.3 dwar il-Konformità ( dok. 24);
    ikkunsidra t-talba tas-Sek. għall-ħolqien ta’ kariga ġdida ( baġit).

    +

    Rieżami tal-ETIS: appoġġa t-ToR kif maqbul fl-SC70.

    +

    MIKE, sostenibbiltà finanzjarja u operattiva tal-ETIS: appoġġa l-abbozz tad-Deċiżjoni għas-Sek. biex jiżviluppa proposta (tqum: 30K USD), l-SC għandu jwettaq rieżami.

    +

    Swieq domestiċi tal-avorju: Appoġġa l-emenda proposta għar-Riż. Konf 10.10 kif ippreżentata fid-dok. 31.

    +

     

    69.2

    Rapport dwar il-Monitoraġġ tal-Qtil Illegali tal-Iljunfanti (MIKE) CoP18 Dok 69.2

    Sek.

    Ħu nota tar-rapport.

     

    69.3

    Rapport dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Kummerċ fl-Iljunfanti (ETIS) CoP18 Dok. 69.3

    Sek.

    Ħu nota tar-rapport; ikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-proċess dwar in-NIAP (pajjiżi speċifiċi identifikati mill-ETIS li bħalissa mhumiex taħt l-NIAP).

     

    69.4

    Ħażniet tal-avorju: reviżjoni proposta tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar il-Kummerċ f’eżemplari tal-iljunfanti
    CoP18 Dok. 69.4

    BF, TD, CI, GA, JO, KE, LR, NE, NG, SD, SY

    Irrikonoxxi l-importanza li l-gwida tiġi ffinalizzata imma kkontesta l-fattibbiltà u l-idoneità ta’ grupp ta’ ħidma fis-sessjoni għal dak l-iskop. Ikkunsidra s-suġġerimenti alternattivi tas-Segretarjat.

    (–)

     

    69.5

    Aspetti dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar l-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju

    BF, CI, ET, GA, KE, LR, NE, NG, SY

    Ikkontesta l-konklużjonijiet dwar is-suq tal-avorju tal-UE (para. 28); enfasizza l-isforzi kontinwi tal-UE.
    Opponi l-bidliet proposti għar-Riż. Konf. 10.10 u għall-abbozzi tad-Deċiżjonijiet assoċjati bħala sproporzjonati u parzjalment mhux ċari.

     –

    70.

    Il-fekruna tal-baħar bil-xqur (Eretmochelys imbricata) u fkieren tal-baħar oħrajn (Cheloniidae u Dermochelyidae)

     Sek.

    Appoġġa li titkompla l-ħidma permezz ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet proposti mis-Segretarjat u biex jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma intersessjonali dwar il-fkieren tal-baħar.

    +

    71.

    Qtates kbar Ażjatiċi (Felidae spp.)

     

     

     

    71.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti

     SC

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

     

    71.2

    Abbozz ta’ deċiżjonijiet dwar qtates kbar Ażjatiċi CoP18 Dok. 71.2

    IN

    Appoġġa b’mod ġenerali l-isforzi biex jiġi mmonitorjat u ġestit aħjar il-kummerċ fil-qtates kbar Ażjatiċi. Madankollu, id-dokument għandu jiġi kkunsidrat ladarba r-rapport tal-Kumitat Permanenti jkun disponibbli, biex jiġu evitati sovrapożizzjonijiet jew inkonsistenzi.

    Qabel l-adozzjoni, l-abbozz tad-Deċiżjoni ssuġġerit ikun jeħtieġ aktar analiżi u emendi sostanzjali. Ir-rabta għal Riż. Konf. 12.5 (Rev. 17) għandha wkoll tkun ikkunsidrata.

    72.

    Żwiemel tal-baħar (Hippocampus spp.) fis-CITES – pjan direzzjonali għas-suċċess

    MV, MC, LK, US

    Appoġġa s-sett ta’ Deċiżjonijiet biex tinbeda diskussjoni dwar il-ġestjoni u l-użu sostenibbli tal-ibħra fil-Kumitati tal-Annimali u fil-Kumitat Permanenti.

    +

    73.

    Ix-xadini l-kbar (Hominidae spp.)
    CoP18 Dok. 73

    SC, Sek.

    Appoġġaw emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 13.4 (Rev. CoP16) dwar il-Konservazzjoni ta’ u l-kummerċ f'xadini kbar kif propost mis-Segretarjat, kif ukoll it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.232 u 17.233. Il-proposta hija bbażata fuq ir-rapport dwar l-istatus ta’ xadini kbar u l-impatt relattiv tal-kummerċ illegali u pressjonijiet oħra fuq l-istatus tagħhom, li tħejjiet b’kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat, l-IUCN, il-GRASP u msieħba oħra, u ġiet ikkunsidrata mill-AC30 u l-SC70. Xi bidliet editorjali jistgħu jkunu mixtieqa.

    74.

    Speċijiet tal-injam tar-rosewood [Leguminosae (Fabaceae)]
    CoP18 Dok. 74

    PC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet.

    +

    75.

    Pangolini (Manis spp.)
    CoP18 Dok. 75

    Sek., biż-żieda tal-proposta tal-SC

    Appoġġa s-sett ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kif irrakkomandat mill-Kumitat Permanenti (SC69), bl-emendi ssuġġeriti mis-Segretarjat, u appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.239 - 17.240.

    +

    76.

    L-iljun tal-Afrika (Panthera leo)

     

     

     

    76.1

    Rapport tas-Segretarjat

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

     

     

    76.2

    Il-konservazzjoni tal-iljuni tal-Afrika u l-kummerċ tagħhom

    NG, TG

    Appoġġa b’mod ġenerali aktar miżuri biex ikun ikkontrollat il-kummerċ internazzjonali f’partijiet tal-iljun u derivattivi, għalkemm xi elementi tal-abbozz tar-Riżoluzzjoni jista’ jkollhom bżonn tibdil fit-test b’mod sostantiv. Id-dokument jeħtieġ li jiġi kkunsidrat flimkien mad-dokument 76.1 u dok. 96 (it-tnejn li huma għadhom mhumiex disponibbli).

    0

    77.

    Ġagwar (Panthera onca)

     

    77.1

    Il-kummerċ fil-ġagwari

    CR, MX 

    Appoġġa b’mod ġenerali s-sett ta’ abbozzi ta’ Deċiżjonijiet li jsejħu għal studju dwar il-kummerċ illegali fil-ġagwari; jista’ jkun xieraq xi editjar, u jistgħu jiżdiedu xi elementi mid-dokument 77.2.

    (+)

     

    77.2

    Kummerċ illegali fil-ġagwari CoP18 Dok. 77.2

    PE

    Appoġġa b’mod ġenerali l-protezzjoni mtejba tal-ġagwari. Madankollu, uħud mill-elementi proposti jistgħu jkunu aktar xierqa fil-forma ta’ Deċiżjonijiet, aktar milli Riżoluzzjoni. Għandu jiġi kkunsidrat jekk il-proposta jew il-partijiet tagħha għandhomx jingħaqdu ma’ dik tal-Kosta Rika (77.1) f’sett wieħed ta’ deċiżjonijiet.

    0

    78.

    Kummerċ illegali fl-antilop Tibetan
    (Pantholops hodgsonii)
    CoP18 Dok. 78

    SC

    Appoġġa l-abbozz tar-rakkomandazzjoni u l-proposta mis-Segretarjat biex jiġi emendat il-paragrafu 2b) tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.8 (Rev. CoP17).

    +

    79.

    Il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-għasafar tal-għana (Passeriformes)

    US, LK

    B’mod ġenerali appoġġa l-proposta għall-AC biex jikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-konservazzjoni għall-kummerċ fl-għasafar tal-għana. Potenzjalment għandu jittejjeb il-fokus u jiġi ċċarat l-ambitu.

    +

    80.

    Ċirasa tal-Afrika (Prunus africana) CoP18 Dok. 80

    PC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet. Skont ir-riżultati tal-Laqgħa Reġjonali għall-Afrika tal-Programm dwar l-Ispeċijiet tas-Siġar tas-CITES skedata f’Marzu 2019, jistgħu jkunu meħtieġa aktar reviżjonijiet għall-abbozzi tad-Deċiżjonijiet.

    (+)

    81.

    African grey parrot
    (Psittacus erithacus)

    ZA

    Miftuħa biex l-iskadenza għar-reġistrazzjonijiet tal-faċilità tat-tgħammir tiġi mtawwla. Madankollu, hija meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-possibbiltà tat-tgħammir mill-ġdid tal-Psittacus erithacus qabel ma jaqblu li jiżdied il-paragrafu l-ġdid f) għad-Deċiżjoni 17.256. Emendi għat-test jidhru li huma meħtieġa qabel l-adozzjoni.

    (+)

    82.

    Ħuta kardinal Banggai 
    (Pterapogon kauderni)

    AC

    Appoġġa s-sett ta’ abbozzi tad-deċiżjonijiet; l-UE lesta tappoġġa lill-Indoneżja fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 18.AA.

    +

    83.

    Rinoċeronti (Rhinocerotidae spp.)

     

     

     

     

    83.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti u tas-Segretarjat

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

     

    83.2

    Reviżjonijiet għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.14 (Rev. CoP17) dwar Il-Konservazzjoni u l-kummerċ fir-rinoċeronti Afrikani u Ażjatiċi, u deċiżjonijiet assoċjati

    KE 

    Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni dwar (a) l-għeluq tas-swieq domestiċi; (b) inkluż il-qrun tar-rinoċeronti miżmuma privatament fir-reġistrazzjoni tal-ħażniet u l-qerda tal-ħażniet; (c) rappurtar regolari mill-Partijiet lill-SC. Jenħtieġ aktar skrutinju tal-benefiċċji tal-konservazzjoni, u l-emendi proposti u l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet għandhom jiġu analizzati bis-sħiħ ladarba dok. 83.1 ikun disponibbli.

    (0)

    84.

    Buċeru bl-elmu (Helmeted hornbill) (Rhinoplax vigil) CoP18 Dok. 84

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet fl-Anness 1, inkluż il-proposti għall-emendi mis-Segretarjati, u tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.264, 17.265 u 17.266.

    85.

    Bronja reġina (Strombus gigas)

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

    86.

    Antilopi Saiga (Saiga spp.)
    CoP18 Dok. 86

    SC

    Appoġġa d-dokument li huwa bbażat fuq ir-riżultat tad-diskussjonijiet fil-Kumitat Permanenti u għandu fil-mira l-istati tal-firxa tas-saiga sabiex itejjeb il-ġestjoni ta’ ħażniet ta’ partijiet u derivattivi tal-ispeċijiet, itejjeb il-kapaċitajiet tagħhom biex jindirizzaw il-kummerċ illegali, u jtejjeb l-isforzi ta’ konservazzjoni in situ u ex situ; appoġġa l-proposta mis-Segretarjat biex il-Kumitat tal-Annimali jkun involut fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni waħda. Id-deċiżjonijiet jista’ jkollhom bżonn xi modifiki skont ir-riżultat tal-elenkar ’il fuq tal-ġeneru kollu Saiga spp. fl-Appendiċi I miftiehem.

    Ikkunsidra jekk xi elementi tad-Deċiżjonijiet 17.268, 17.269 u 17.270 għandhomx jinżammu.

    +

    87.

    Il-konservazzjoni taż-żrinġ tal-ilma Titicaca (Telmatobius culeus)

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

     

    88.

    Fkieren tal-art u fkieren tal-ilma ħelu (Testudines spp.)
    CoP18 Dok. 88

    SC, Sek.

    Appoġġa b’mod ġenerali l-abbozz tal-verżjoni riveduta tar-Riżoluzzjoni Konf 11.9 dwar Il-Konservazzjoni ta’ u l-kummerċ fil-fkieren tal-art u l-fkieren tal-ilma ħelu u l-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti mis-Segretarjat; ikkunsidra l-ħtieġa li x-xogħol futur jiġi ffokat fuq bżonnijiet prattiċi.

    (+) 

    89.

    Totoaba (Totoaba macdonaldi) CoP18 Dok. 89

    Sek.

    Appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet dwar aktar ġbir ta’ informazzjoni mill-Partijiet; miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ infurzar; studju dwar il-vaquita u t-totoaba (deskrizzjoni miftiehma mill-SC) li għandu jitwettaq mis-Sek.

    +

    90.

    Denfil geddumu qasir tal-Baħar l-Iswed (Tursiops truncatus ponticus)
    CoP18 Dok. 90

    AC

    Appoġġa l-abbozz ta’ Deċiżjoni għas-Segretarjat biex jikkoopera mal-ACCOBAMS.

    +

    91.

    Il-konservazzjoni tal-vicuña (Vicugna vicugna) u l-kummerċ fil-fibra u l-prodotti tagħha

     AR

    B’mod ġenerali appoġġa l-abbozz ta’ riżoluzzjoni dwar il-konservazzjoni tal-vicuña u l-kummerċ fil-fibra u l-prodotti tagħha; id-dokument ġie ppreparat skont il-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Vicuña. Hemm bżonn ta’ aktar diskussjoni dwar il-format u l-abbozzar tat-test. Ikkunsidra flimkien mad-Dok. 53.

    (+)

    92.

    Speċijiet elenkati fl-Appendiċi-I 
    CoP18 Dok. 92

    Sek., AC, PC

    Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 17.22 u 17.25. Appoġġa l-adozzjoni.

    +

    93.

    Speċijiet ta’ siġar tat-tropiċi ġodda 
    CoP18 Dok. 93

    PC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet.

     +

    94.

    Ġestjoni tal-konservazzjoni ta’ u kummerċ f’ħut ornamentali tal-baħar CoP18 Dok. 94

    CH, US, EU

    Appoġġ għall-abbozzi tad-Deċiżjonijiet (Proposta konġunta mill-UE).

    +

    95.

    Materjali ta’ gwida, attivitajiet u għodod immirati biex itejbu l-kapaċità tal-Partijiet fir-regolazzjoni tal-kummerċ fil-bushmeat

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

     

    96.

    Inizjattiva dwar il-Karnivori tal-Afrika

     

    Dokument għadu mhux disponibbli fl-1/3.

     

    97.

    Il-ġestjoni tal-kummerċ fi u l-konservazzjoni tal-avultun tal-Afrika tal-Punent
    CoP18 Dok. 97

    BF, NE, SN

    Appoġġa s-sett ta’ deċiżjonijiet li jippromwovu sinerġiji mal-Konvenzjoni dwar l-Ispeċijiet Migratorji (CMS). L-indirizzar tal-avvelenament illegali u l-kummerċ ibbażat fuq it-twemmin huwa importanti ħafna, u hemm rabtiet qawwija bejn il-kaċċa tal-iljunfant / ir-rinoċeronti u l-avvenimenti ta’ avvelenament tal-avultuni. Waħda mill-ispeċijiet indirizzati fid-dokument, l-avultun Eġizzjan, tgħammar regolarment fl-UE u fix-xitwa tpassi lejn l-Afrika.

     +

    Manutenzjoni tal-Appendiċijiet

     

     

    98.

    Riżervi dwar emendi għall-Appendiċi I u II CoP18 Dok. 98

    Sek.

    Appoġġa l-emendi proposti għar-Riż. Konf. 4.25 dwar Riżervi, biex tkun ikkonfermata l-iskadenza ta’ 90 jum għar-riservi għall-elenkar ta’ App. I u II, u biex ikun iċċarat meta l-irtirar ta’ riserva jsir effettiv.

    +

    99.

    Nomenklatura standard
    CoP18 Dok. 99

    AC, PC, Sek.

    Appoġġa l-emendi proposti għall-Anness għar-Riż. Konf. 12.11 u abbozzi ta’ Deċiżjonijiet assoċjati.

    +

     

    L-Anness 5: Referenzi Standard Proposti Ġodda għas-CITES għan-Nomenklatura tal-Għasafar (Klassi Avjarja)
    CoP18 Dok. 99 A5

    Ħu nota tar-rapport tal-konsulent dwar referenzi standard għan-nomenklatura tal-għasafar.

     

    L-Anness 6: Bidliet proposti fil-letteratura ppubblikata dwar in-nomenklatura ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fis-CITES li għalihom il-Kumitat tal-Annimali, fiż-żmien tas-sottomissjoni tad-dokument CoP18, għadu ma laħaqx rakkomandazzjoni dwar l-adozzjoni jew ir-rifjut għall-finijiet tas-CITES
    CoP18 Dok. 99 A6

    100.

    Inklużjoni ta’ speċijiet fl-Appendiċi III

     

    Dokument mhux disponibbli fil-1/3.

     

    101.

    Annotazzjonijiet 
    CoP18 Dok. 101

    SC

    Appoġġa l-emendi proposti għar-Riż. Konf. 11.21 (Rev. CoP17), reviżjoni tal-Paragrafu 7 tat-Taqsima tal-Interpretazzjoni tal-Appendiċi tas-CITES, u abbozzi ta’ deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness 4. Appoġġa l-emendi proposti għad-Deċiżjoni 16.162 (Rev. CoP17) iżda ibqa’ miftuħa għal bidliet potenzjali skont ir-riżultat tal-annotazzjoni #15.

    +

    102.

    Annotazzjonijiet għall-Appendiċi II dwar l-Orkidej CoP18Dok. 102

    SC

    Appoġġa l-abbozz tad-definizzjoni tat-terminu “kożmetiċi”, u adotta d-deċiżjonijiet proposti.

    +

    103.

    Gwida għall-pubblikazzjoni tal-Appendiċi
    CoP18 Dok. 103

    CA

    Ikkunsidra l-ħtieġa għall-gwida proposta dwar l-annotazzjonijiet, ukoll fid-dawl tal-kummenti futuri tas-Sek.

    0

    104.

    Reviżjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.9 dwar Il-Konsiderazzjoni tal-proposti għat-trasferiment tal-popolazzjonijiet tal-iljunfanti Afrikani mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II 
    CoP18 Dok. 104

    SC

    Appoġġa t-tħassir propost tar-Riżoluzzjoni u t-tħassir tad-Deċiżjoni assoċjata.

    +

    Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċi

    105.

    Proposti għal emendar tal-Appendiċi I u II

     

    Proposti għall-elenkar huma indirizzati fil-Parti 2 ta’ dan id-dokument, hawn taħt.

    Konklużjoni tal-laqgħa

    106.

    Determinazzjoni tal-ħin u l-post tal-laqgħa regolari li jmiss tal-Konferenza tal-Partijiet (l-ebda dokument)

     Ebda dokument

    107.

    Rimarki tal-aħħar (Osservaturi, Partijiet, Segretarju Ġenerali tas-CITES, Gvern Ospitanti) (l-ebda dokument)

     Ebda dokument



    2.Proposti għall-Elenkar

    Nru.

    Unità tassonomika / Dettalji

    Il-proposta

    Proponent

    Kummenti

    Pożizzjoni

    1

    Capra falconeri heptneri
    (Heptner's markhor)
    (popolazzjoni tat-Taġikistan)

    I - II

    Il-popolazzjoni tat-Taġikistan hija trasferita mill-App. I għall-App. II

    It-Taġikistan

    Il-popolazzjoni tidher li qed tiżdied u l-ġestjoni tal-kaċċa skont id-dispożizzjonijiet tas-CITES għall-ispeċijiet tal-Appendiċi I ġġeneraw dħul li jmur lura għand il-komunitajiet u għall-konservazzjoni. Madankollu, il-proposta ma fihiex evidenza b’saħħitha biżżejjed biex tindika li l-miżuri ta’ prekawzjoni fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24 ġew issodisfati; elenkar ’l isfel iwassal għal żieda fil-volum ta’ kummerċ mingħajr garanziji li d-dħul jiġi ritornat għall-konservazzjoni. L-IUCN irrakkomandat li jitkompla u li l-ġestjoni attwali tissaħħaħ.

    2

    Saiga tatarica
    (Saiga tal-isteppi)

    II – I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    Il-Mongolja
    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Tinħtieġ aktar analiżi u kjarifika tal-kwistjonijiet tassonomiċi, inkluż dwar jekk nomenklatura differenti min-nomenklatura standard adottata mill-CoP tas-CITES tistax tintuża fil-lista tal-proposti (ara Riż. 9.24 Anness 6, taqsima C-1.4.). Il-proposta tikkunsidra s-Saiga riċenti kollha bħala speċi waħda, f'konformità mal-Lista l-Ħamra tal-IUCN. Madankollu, ir-referenza tassonomika tas-CITES valida bħalissa tissepara l-popolazzjonijiet Mongoljani bħala S. borealis. Jidher għalhekk li l-popolazzjoni tal-Mongolja tal-S. borealis, mhijiex koperta mill-proposta. F’sitwazzjoni bħal din, il-proposta għandha tkun opposta biex jiġi evitat kull impatt negattiv għall-elenkar ta’ S. tatarica fl-Appendiċi I fil-popolazzjoni ta’ S. borealis.

    F’każ li kjarifika tan-nomenklatura tippermetti l-elenkar tal-ġeneru sħiħ fil-CoP18, l-UE għandha tikkunsidra li tappoġġa din il-proposta, jew proposta emendata li tirriżulta f’elenkar tal-popolazzjoni tal-Mongolja tal-S. Borealis. fl-Appendiċi I.

    (–)

    3

    Vicugna vicugna
    (vicuña)
    (popolazzjoni tal-Provinċja ta’ Salta)

    I – II

    Il-popolazzjoni tal-Provinċja ta’ Salta (l-Arġentina) hija trasferita mill-App. I għall-App. II bl-annotazzjoni bin-numru 1

    L-Arġentina

    Mill-2006, id-daqs tal-popolazzjoni baqa’ jiżdied b’mod konsiderevoli, il-monitoraġġ tal-popolazzjoni jidher li huwa tajjeb u 41% (14.000 km²) tal-ħabitat huwa protett. L-unika forma ta’ utilizzazzjoni ppjanata hija t-tqaxxir ta’ eżemplari selvaġġi.

    Dan għandu jiġi kkunsidrat flimkien mad-dokument ta’ ħidma nru 91.

    +

    4

    Vicugna vicugna
    (vicuña)
    (popolazzjoni taċ-Ċilì)

    L-isem tal-popolazzjoni taċ-Ċilì għandu jinbidel minn “popolazzjoni tar-Reġjun Primera” għal “popolazzjonijiet tar-reġjun ta’ Tarapacá u tar-reġjun ta’ Arica u Parinacota”

    Iċ-Ċilì

    Appoġġaha – il-proposta ma fiha l-ebda bidla sostantiva għall-elenkar u taġġusta biss isem ġeografiku.

    +

    5

    Giraffa camelopardalis
    (ġiraffa)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, iċ-Chad, il-Kenya, il-Mali, in-Niġer and is-Senegal

    Hemm bżonn ta’ aktar evidenza biex jintwera li l-kummerċ internazzjonali jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tnaqqis ta’ kwalunkwe popolazzjoni u li l-kriterji għall-inklużjoni fl-Appendiċi II huma sodisfatti. It-triq ’il quddiem ippreferuta hija l-adozzjoni ta’ sett ta’ deċiżjonijiet li jitolbu għal studju estern u għall-kunsiderazzjoni mill-Kumitat tal-Annimali u l-Kumitat Permanenti.

    0

    6

    Aonyx cinereus
    (lontra bi dwiefer żgħar)

    II - I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    L-Indja, in-Nepal u l-Filippini

    Hemm bżonn ta’ konferma ulterjuri dwar jekk il-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I ġewx issodisfati. Skont l-IUCN, il-kummerċ tal-annimali domestiċi fuq l-internet jikkontribwixxi għat-tnaqqis rapidu riċenti tal-ispeċi.

    0

    7

    Lutrogale perspicillata
    (lontra tal-pil lixx)

    II - I

    Trasferita minn App. II għall-App. I

    Il-Bangladesh, l-Indja u n-Nepal

    Jeħtieġ li jkun ikkonfermat jekk l-ispeċi tissodisfax il-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi I. Hemm livelli baxxi ta’ kummerċ internazzjonali legali, iżda l-elenkar ’il fuq jista’ jgħin biex jipproteġi l-ispeċi billi l-volum tal-kummerċ illegali huwa importanti.

    (+)

    8

    Ceratotherium simum simum
    (rinoċeronti abjad tan-Nofsinhar)
    (il-popolazzjoni tal-Eswatini)

    L-annotazzjoni eżistenti għall-popolazzjoni tal-Eswatini għandha titneħħa

    L-Eswatini

    Opponiha. Il-popolazzjoni tkompli tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-App. II, iżda t-tneħħija tal-annotazzjoni kif proposta ma tissodisfax is-salvagwardji ta’ prekawzjoni stabbiliti fil-Para A. 2. a) fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24. It-tkomplija tal-kummerċ tal-qrun tar-rinoċeronti tibgħat sinjal ħażin f’dan il-mument, minħabba l-livell għoli ta’ kaċċa illegali u kummerċ illegali. Din iddgħajjef ukoll l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda minn ħafna Partijiet għal din l-ispeċi.

    9

    Ceratotherium simum simum
    (Rinoċeronti abjad tan-Nofsinhar)
    (il-popolazzjoni tan-Namibja)

    I - II

    Trasferiment tal-popolazzjoni ta’ Ceratotherium simum simum tan-Namibja mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bl-annotazzjoni li ġejja:

    “Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali f’:

    a.annimali ħajjin għal destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli; u

    b.trofej tal-kaċċa.

    L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċi elenkati fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.”

    In-Namibja

    Il-popolazzjoni tan-Namibja tinsab fi stat ta’ saħħa tajjeb; tidher li m’għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-Appendiċi I u li tissodisfa l-miżuri ta’ prekawzjoni għall-elenkar ’l isfel fl-App. II; l-annotazzjoni tidher li hija limitata ħafna u hija l-istess bħal dik diġà stabbilita għall-Afrika t’Isfel u għal Swaziland. Konservazzjoni b’suċċess tal-ispeċi fin-Namibja għandha tiġi rikonoxxuta.

    Riskji potenzjali assoċjati mal-proposta għandhom jiġu rieżaminati aktar.

    (+)

    10

    Loxodonta
    africana (iljunfant Afrikan)

    I - II

    Il-popolazzjoni taż-Żambja hija trasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II soġġetta għal:

    1.    Kummerċ f’avorju mhux maħdum irreġistrat (sinniet twal bil-ponta u biċċiet) għal għanijiet kummerċjali biss lill-imsieħba kummerċjali approvati mis-CITES li ma jerġgħux jagħmlu esportazzjoni mill-ġdid.

    2.Kummerċ fi trofej tal-kaċċa għal għanijiet mhux kummerċjali;

    3.Kummerċ fil-ġilda u prodotti magħmulin mill-ġilda.

    4.L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċi inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ fihom għandu jiġi rregolat skont dan.

    Iż-Żambja

    L-annotazzjoni ssuġġerita miż-Żambja terġa’ tiftaħ il-kummerċ internazzjonali tal-avorju u ma tistax tkun appoġġata kif ippreżentata bħalissa.

    11

    Loxodonta
    africana
    (iljunfant Afrikan)

    (il-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe)

    Emenda għall-annotazzjoni 2

    Emenda għall-annotazzjoni 2:

    Għall-għan waħdieni li jippermetti:

    […]

    g.    kummerċ f’avorju mhux maħdum irreġistrat (għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe, sinniet twal bil-ponta u biċċiet sħaħ) soġġetti għal li ġej:

    I.stokkijiet proprjetà tal-gvern irreġistrati biss, li joriġinaw fl-Istat (minbarra avorju konfiskat jew avorju ta’ oriġini mhux magħrufa);

    II.għal imsieħba kummerċjali biss li, b’konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, ġew ivverifikati mill-Kumitat Permanenti, li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali suffiċjenti u kontrolli kummerċjali domestiċi sabiex jiżguraw li l-avorju impurtat mhux se jiġi esportat mill-ġdid u se jiġi ġestit skont ir-rekwiżiti kollha tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) fir-rigward ta’ manifattura u kummerċ domestiku;

    III.mhux qabel mas-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi prospettivi tal-importazzjoni u l-istokkijiet proprjetà tal-gvern irreġistrati;

    IV.    avorju mhux maħdum skont il-bejgħ kundizzjonali ta’ stokkijiet tal-avorju tal-gvern irreġistrati maqbula f’CoP12 li huma 20,000 kg (il-Botswana), 10,000 kg (in-Namibja), u 30,000 kg (l-Afrika t’Isfel);

    V.    flimkien mal-kwantitajiet maqbula f’CoP12, l-avorju tal-gvern mill-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u ż-Żimbabwe irreġistrat sal-31 ta’ Jannar 2007 u vverifikat mis-Segretarjat jista’ jiġi kkumerċjalizzat u ttrasportat, mal-avorju fil-paragrafu (g)(iv) hawn fuq f’bejgħ uniku għal kull destinazzjoni taħt superviżjoni stretta tas-Segretarjat;

    VI.ir-rikavat mill-kummerċ jintuża esklussivament għall-konservazzjoni tal-iljunfanti u għal programmi komunitarji ta’ konservazzjoni u żvilupp fi ħdan jew maġenb iż-żona fejn jimirħu l-iljunfanti; u

    VII.    il-kwantitajiet addizzjonali speċifikati fil-paragrafu g) v) hawn fuq għandhom jiġu kkummerċjalizzati biss wara li l-Kumitat Permanenti jkun qabel li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet imsemmija fuq; u

    h.    l-ebda proposta ulterjuri li tippermetti l-kummerċ fl-avorju tal-iljunfanti minn popolazzjonijiet diġà fl-Anness B m’għandha titressaq lill-Konferenza tal-Partijiet għall-perjodu minn CoP14 u li jispiċċa disa’ snin mid-data tal-bejgħ uniku tal-avorju li għandu jseħħ skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu g) i), g) ii), g) iii), g) vi) u g) vii). Barra minn hekk, dawn il-proposti ulterjuri għandhom jiġu ttrattati skont id-Deċiżjonijiet 16.55 u 14.78 (Rev. CoP16).

    […]”

    Il-Botswana, in-Namibja u ż-Żimbabwe

    Il-bidla mitluba se tirriżulta fil-ftuħ tal-kummerċ internazzjonali tal-avorju, u għalhekk ma tissodisfax il-miżuri ta’ prekawzjoni skont l-Anness 4 għar-Riż. Konf. 9.24 u hija prematura.

    12

    Loxodonta
    africana
    (iljunfant Afrikan)

    (il-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe)

    II - I

    It-trasferiment tal-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t’Isfel u taż-Żimbabwe mill-App. II għall-App. I

    Il-Burkina
    Faso, il-Kosta tal-Avorju, il-Gabon, il-Kenja.
    Il-Liberja, in-Niġer, in-Niġerja, is-Sudan, ir-Repubblika Għarbija Sirjana u t-Togo

    Dawn l-erba’ popolazzjonijiet ma jissodisfawx il-kriterji tal-App. I u l-istati tal-firxa in kwistjoni ma jaqblux mal-elenkar ’il fuq.

    13

    Mammuthus primigenius
    (mammut sufi)

    0 – II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Iżrael

    L-iskop tas-CITES huwa li tipproteġi l-ispeċi minn sfruttament żejjed u estinzjoni. Kwistjonijiet li huma simili ma jidhirx li huma argument validu biżżejjed għall-elenkar tal-mammoth. Ma ġietx ipprovduta evidenza għall-identifikazzjoni ħażina u l-ħasil fuq skala kbira, u s-snien tal-avorju tal-iljunfant u tal-mammoth juru karatteristiċi uniċi li huma faċli biex ikunu distinti minn xi ħadd li mhux espert. Elenkar fuq App. II ma jkunx proporzjonat mal-iskala tar-riskju ppreżentat (potenzjalment jiġġenera ħafna permessi mingħajr, jew benefiċċju ta’ konservazzjoni limitat).

    14

    Leporillus conditor
    (far perit)

    I - II

    Trasferit mill-App. I għall-App. II

    L-Awstralja

    It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-Kumitat ta-Annimali tas-CITES. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

    +

    15

    Pseudomys fieldi praeconis
    (ġurdien ta’ Shark Bay)

    I - II

    Trasferit mill-App. I għall-App. II

    L-Awstralja

    It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-Kumitat ta-Annimali tas-CITES. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

    +

    16

    Xeromys myoides
    (far tal-ilma falz)

    I – II

    Trasferit mill-App. I għall-App. II

    L-Awstralja

    It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-Kumitat ta-Annimali tas-CITES. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

    +

    17

    Zyzomys pedunculatus
    (far tal-blat tal-Awstralja Ċentrali)

    I – II

    Trasferit mill-App. I għall-App. II

    L-Awstralja

    It-trasferiment għall-Appendiċi II irrakkomandat mill-Kumitat ta-Annimali tas-CITES. L-ispeċi ma tinstabx fil-kummerċ internazzjonali.

    +

    18

    Syrmaticus reevesii

    (faġan ta’ Reeves)

    0 – II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    CN

    Il-popolazzjoni taċ-Ċina biss tissodisfa l-kriterji tal-elenkar għall-inklużjoni fl-Appendiċi II. Miftuħa biex nappoġġaw proposta iktar limitata li tipprovdi li l-piż amministrattiv marbut mal-ġestjoni tal-kummerċ ta’ kampjuni minn popolazzjonijiet introdotti jibqa’ proporzjonat. Dan jista’ jinkiseb billi l-elenkar fl-Appendiċi II jiġi limitat għall-popolazzjoni taċ-Ċina, jew billi jiġu elenkati l-ispeċi miċ-Ċina fl-Appendiċi III.

    (0)

    19

    Balearica pavonina
    (għarnuq rasu sewda)

    II - I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    Il-Burkina Faso, il-Kosta tal-Avorju u s-Senegal

    Mhux ċar jekk il-kriterji għall-elenkar humiex issodisfati, u jekk l-elenkar ’il fuq jgħinx fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali. Analiżi dwar impatt potenzjali fuq il-kummerċ fil-Balearica regulorum (li huwa aktar fil-periklu) hija meħtieġa (Appendiċi II) (Il-Lista l-Ħamra tal-IUCN) – Żewġ stati tal-firxa bħalissa huma soġġetti għal sospensjoni tal-kummerċ skont il-proċess ta’ Rieżami tal-Kummerċ ta’ Livell Sinifikanti (RST). L-Istati tal-firxa l-oħra tneħħew mill-proċess minħabba li ma kinux ta’ tħassib. L-AC ma ġiex ikkonsultat kif meħtieġ fl-Anness 6, punt 10 tar-Riż. Konf. 9.24 fejn proposti għat-trasferiment tal-ispeċi tal-App. II għall-App. I huma soġġetti għal RST. Jista’ jkun aħjar li wieħed jistenna r-riżultat tal-RST qabel ma jkun applikat l-elenkar ’il fuq.

    0

    20

    Dasyornis broadbenti litoralis
    (rufous bristlebird tal-Punent)

    Trasferit mill-App. I għall-App. II

    L-Awstralja

    Il-proposta tirriżulta minn Rieżami Perjodiku tas-CITES u tikkonċerna speċi li mhix fil-kummerċ (meqjusa bħala estinta, l-aħħar osservazzjoni saret fl-1906).

    +

    21

    Dasyornis longirostris
    (Dasijornu munqaru twil)

    I - II
    Trasferit mill-App. I għall-App. II

    L-Awstralja

    Il-proposta tirriżulta minn Rieżami Perjodiku tas-CITES u tikkonċerna speċi li mhix fil-kummerċ.

    +

    22

    Crocodylus acutus
    (kukkudrill Amerikan)
    (popolazzjoni tal-Messiku)

    I - II

    Il-popolazzjoni tat-Messiku hija trasferita mill-App. I għall-App. II

    Il-Messiku

    Appoġġa t-trasferiment mill App. I għall-App. II jekk il-Messiku jistipula kwota 0 għall-eżemplari mis-selvaġġ (kodiċi tas-sors W)

    (+)

    23

    Calotes nigrilabris Calotes pethiyagodai
    (gremxul tal-ġonna)

    0 – I

    Għandu jiġi inkluż fl-App. I

    Is-Sri Lanka

    Jidher li l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi tas-CITES ġew milħuqa iżda m’hemmx evidenza biżżejjed biex turi li l-livelli attwali jew antiċipati tal-kummerċ huma ta’ detriment għas-sopravivenza tagħhom fis-selvaġġ.

    Wara l-qasma tassonomika ta’ Calotes liocephalus u C. Pethiyagodai l-istatus nazzjonali inbidel għal “Periklu Kritiku” għal C. liocephalus, li mhuwiex propost għall-elenkar, għalkemm huwa saħansitra aktar fil-periklu minn C. pethivagodai. Billi ż-żewġ speċijiet ġew ikkunsidrati bħala speċi waħda fil-passat u bħala tali ma tantx jistgħu jiġu ddifferenzjati, l-elenkar ta’ C. pethiyagodai fl-Appendiċi I jista’ jikkawża problemi ta’ konservazzjoni għal C. liocephalu jew il-kummerċ f’C. pethiyagodai jista’ jitkompla bħala C. liocephalus. Hemm ukoll kwistjonijiet dwar immarkar individwali tal-eżemplari jekk elenkati fl-Appendiċi I, minħabba d-daqs żgħir tagħhom u l-bidla fil-kulur.

    0

    24

    Ceratophora spp.
    (gremxul muqran)

    0 – I

    Għandu jiġi inkluż fl-App. I

    Is-Sri Lanka

    Opponi l-elenkar tal-ġeneru fl-Appendiċi I, iżda aqbel li jinkludu C. erdeleni, C. karu, u C. tennenti fl-Appendiċi I u C. stoddartii u C. Asper fl-Appendiċi II.

    Kriterji bijoloġiċi għall-Appendiċi I huma ssodisfati minn tliet speċi (minn ħames speċi fil-ġeneru): C. karu, C. erdeleni u C. tennentii. L-Appendiċi II jidher iktar iġġustifikat għaż-żewġ speċi l-oħra C. aspera & C. stoddartii li huma aktar komuni, iżda wkoll iktar ikkummerċjalizzati; ta’ min wieħed jinnota wkoll li m’hemm l-ebda kriterju dwar “dehra simili” għall-elenkar fl-Appendiċi I (Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 (Rev. CoP17)).

    (+)

    25

    Cophotis ceylanica Cophotis dumbara
    (gremxul nanu)

    0 – I

    Għandu jiġi inkluż fl-App. I

    Is-Sri Lanka

    Il-proposta tidher li tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi; offtakes, anke f’ammonti żgħar jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bqija tal-popolazzjonijiet. Dawn huma l-uniċi żewġ speċi f’dan il-ġeneru, u t-tnejn huma endemiċi għas-Sri Lanka u huma elenkati bħala f’periklu kbir ħafna fil-Lista l-Ħamra Nazzjonali tas-Sri Lanka (2012). Aktar evidenza ta’ kummerċ internazzjonali riċenti f’eżemplari ta’ fawna maqbuda fis-selvaġġ tappoġġa l-elenkar fl-Appendiċi I, iżda l-elenkar fl-Appendiċi II jista’ jkun aħjar.

    +

    26

    Lyriocephalus scutatus
    (gremxula mneħirha mħatteb)

    0 – I

    Għandu jiġi inkluż fl-App. I

    Is-Sri Lanka

    Appoġġa l-elenkar fl-Appendiċi II minħabba li l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I ma jiġux issodisfati iżda dawk tal-App. II jiġu ssodisfati.

    (–)

    27

    Goniurosaurus spp.
    (“leopard gecko”)
    (popolazzjonijiet taċ-Ċina u tal-Vjetnam)

    0 - II

    Inkludi l-ispeċi taċ-Ċina u tal-Vjetnam fl-App II

    Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea, il-Vjetnam

    Proposta konġunta mill-UE.

    Itlob korrezzjoni tal-preżentazzjoni tal-proposta ta’ elenkar fuq is-sit web tas-CITES CoP18 minn “popolazzjonijiet taċ-Ċina u l-Vjetnam” għal “speċi taċ-Ċina u l-Vjetnam”, f’konformità mat-test tal-proposta ta’ elenkar kif ippreżentat oriġinarjament.

    +

    28

    Gekko gecko
    (wiżgħa Tokay)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    L-Unjoni Ewropea, l-Indja, il-Filippini, l-Istati Uniti tal-Amerka

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    29

    Gonatodes
    daudini
    (wiżgħa bi dwiefer tal-Grenadini)

    0 - I

    Għandu jiġi inkluż fl-App. I

    Saint Vincent u l-Grenadini

    L-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi I. Il-kummerċ internazzjonali rrappurtat ftit wara l-iskoperta tal-ispeċi għadu għaddej, għalkemm il-ġbir tagħhom fil-ħabitat naturali mhuwiex permess.

    +

    30

    Paroedura androyensis
    (wiżgħa tal-art ta’ Grandidier ta’ Madagascar) (“Grandidier's Madagascar ground gecko”)

    0 – II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    L-Unjoni Ewropea, Madagascar

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    31

    Ctenosaura spp.
    (igwana denbha mxewwek)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    El Salvador u l-Messiku

    Il-proposta tissodisfa l-kriterji għall-elenkar; diversi speċijiet tal-ġeneru jistgħu jsiru eliġibbli għall-inklużjoni fl-Appendiċi I fil-futur jekk il-kummerċ ma jkunx regolat billi għandhom jew popolazzjonijiet żgħar, żoni ristretti ta’ distribuzzjoni u esperjenzaw tnaqqis fil-popolazzjoni, jew taħlita ta’ dawn it-tliet kriterji, u huma vulnerabbli ħafna jew għal fatturi intrinsiċi jew estrinsiċi.

    +

    32

    Pseudocerastes urarachnoides
    (“spider-tailed horned viper”)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    L-Iran

    Iktar informazzjoni hija meħtieġa biex turi li l-kriterju dwar il-kummerċ ġie ssodisfat. Hemm informazzjoni limitata disponibbli fil-proposta dwar il-firxa tal-ġbir mis-selvaġġ u l-kummerċ internazzjonali tal-ispeċi (b’evidenza ta’ numru żgħir biss ta’ li jidhru fil-kummerċ barra mill-firxa tal-Istat tal-ispeċi), u għalkemm l-ispeċi hija kklassifikata bħala “fil-periklu fuq livell nazzjonali”, hemm nuqqas ta’ data biex tindika d-daqs tal-popolazzjoni, id-distribuzzjoni, jew jekk l-ispeċi hux qiegħda tonqos.

    0

    33

    Cuora bourreti
    (“Bourret’s box turtle”)

    II - I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    Il-Vjetnam

    Appoġġa t-trasferiment għall-App. I; speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa mill-inqas il-kriterju C.i) fl-Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi.

    +

    34

    Cuora picturata
    (Vietnamese box turtle”)

    II - I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    Il-Vjetnam

    Appoġġa t-trasferiment għall-App. I; speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi kollha tar-Riż. Konf. 9.24 għall-Appendiċi I u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi. Il-proposta hija riżultat ta’ rakkomandazzjoni tar-Rieżami Perjodiku.

    +

    35

    Mauremys
    annamensis
    (fekruna tal-ħawt Annam)

    II – I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    Il-Vjetnam

    Appoġġa t-trasferiment għall-App. I; speċi “f’periklu kritiku” li tissodisfa mill-inqas il-kriterju C.i) fl-Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 u hija kkumerċjalizzata b’mod qawwi. Il-proposta hija riżultat ta’ rakkomandazzjoni tar-Rieżami Perjodiku.

    +

    36

    Geochelone
    elegans
    (fekruna stilla Indjana)

    II - I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    Il-Bangladesh, l-Indja, is-Senegal u s-Sri Lanka

    L-elenkar huwa propost b’mod konġunt mill-maġġoranza tal-istati tal-firxa. Madankollu, aktar informazzjoni tkun utli biex tikkonferma li l-kriterji bijoloġiċi fl-Anness 1 tar-Riż. Konf. 9.24 jiġu ssodisfati. Il-kummerċ illegali huwa ta’ tħassib kbir, għalkemm il-ħsad u l-kummerċ ta’ eżemplari selvaġġi huma diġà pprojbiti fl-Istati fil-firxa. It-tħassib dwar l-użu ħażin tal-kodiċi tas-sors C u l-ħasil potenzjali ta’ eżemplari selvaġġi permezz ta’ operazzjonijiet ta tgħammir fil-magħluq diġà qed jiġu indirizzati mis-CITES skont ir-Riżoluzzjoni Konf. 17.7.

    (+)

    37

    Malacochersus tornieri
    (fekruna ċatta)

    II – I

    Trasferita mill-App. II għall-App. I

    Il-Kenja
    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa l-proposta. L-iktar Valutazzjoni tal-Lista l-Ħamra riċenti (2018) ivvalutat l-ispeċi bħala f’“ Perikolu Kritiku". Il-proposta tidher li hija proporzjonata mar-riskji antiċipati għall-ispeċi, li hija f’domanda konsiderevoli mis-settur tal-kummerċ u milquta minn kummerċ illegali. L-isfruttament żejjed huwa rrappurtat bħala fattur ewlieni li bħalissa jaffettwa l-popolazzjonijiet tal-ispeċi. L-ispeċi tidher li tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I. 

    +

    38

    Hyalinobatrachium spp., Centrolene spp., Cochranella spp., u Sachatamia spp.
    (żrinġijiet tal-ħġieġ)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Il-Costa Rica,
    El Salvador

    L-UE tista’ tappoġġa proposta iktar limitata jekk il-proponenti jiddeċiedu li jillimitawha għal dawk l-ispeċi li għalihom jista’ jintwera li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar. Madankollu, minħabba nuqqas ta’ data dwar il-popolazzjoni, u minħabba li l-kummerċ irrappurtat iseħħ l-aktar fi speċi ta’ "Inqas Tħassib", l-inklużjoni fl-App. II tal-104 speċi kollha li jappartjenu għal erba’ ġeneri ma tidhirx proporzjonata. Tenħtieġ aktar informazzjoni dwar dawk l-ispeċi li għalihom il-kummerċ huwa l-aktar prevalenti.

    (–)

    39

    Echinotriton chinhaiensis Echinotriton maxiquadratus
    (“spiny newts”)

    0 – II
    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Iċ-Ċina

    L-ispeċijiet jissodisfaw il-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi I. Il-konservazzjoni tagħhom tibbenefika mill-protezzjoni internazzjonali. Anki jekk il-livelli tal-kummerċ internazzjonali jidhru baxxi, kwalunkwe kummerċ ta’ eżemplari selvaġġ jista’ jkun ta’ detriment għas-sopravivenza tal-popolazzjonijiet, billi l-popolazzjonijiet huma żgħar ħafna u qed jonqsu.

    Echinotriton ġie maqsum minn Tylototriton (proposta għall-elenkar nru 41) biss fl-1982. Għalhekk, l-elenkar taż-żewġ ġeneri huwa wkoll xieraq fuq il-bażi tal-kriterju li jidhru simili.

    +

    40

    Paramesotriton spp.
    (gremxul tal-ilma bil-felul)

    0 – II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    41

    Tylototriton spp.
    (gremxul tal-ilma li jixbah il-kukkudrilli)

    0 – II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    42

    Isurus oxyrinchus u Isurus paucus
    (pixxitondi)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Dominikana, l-Eġittu, l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, il-Gambja, il-Ġordan, il-Libanu, il-Liberja, il-Maldivi, il-Mali, il-Messiku, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, Samoa, is-Senegal, is-Sri Lanka, is-Sudan, it-Togo

    Proposta konġunta mill-UE. Il-pożizzjoni għandha tiġi ffinalizzata billi jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjonijiet mill-Bord Konsultattiv Espert tal-FAO, mis-Segretarjat tas-CITES u mill-IUCN.

    (+)

    43

    Glaucostegus spp.
    (“guitarfishes”)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, il-Gambja, il-Maldivi, il-Mali, il-Mauritania, Monaco, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, is-Senegal, Sierra Leone, is-Sri Lanka, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, it-Togo, l-Ukrajna

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    44

    Rhinidae spp.
    “wedgefishes”

    0 – II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Il-Bangladesh, il-Benin, il-Bhutan, il-Brażil, il-Burkina Faso, Cape Verde, iċ-Chad, il-Kosta tal-Avorju, l-Eġittu, l-Etjopja, l-Unjoni Ewropea, Fiġi, il-Gabon, il-Gambja, l-Indja, il-Ġordan, il-Kenja, il-Libanu, il-Maldivi, il-Mali, il-Messiku, Monaco, in-Nepal, in-Niġer, in-Niġerja, Palau, il-Filippini, l-Arabja Sawdija, is-Senegal, is-Seychelles, is-Sri Lanka, is-Sudan, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, it-Togo, l-Ukrajna

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    45

    Holothuria (Microthele) fuscogilva, Holothuria (Microthele) nobilis, Holothuria (Microthele) whitmaei
    (bużżi)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    L-Unjoni Ewropea,
    il-Kenja, is-Senegal, is-Seychelles, l-Istati Uniti tal-Amerka

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    46

    Poecilotheria spp.
    (brimb ornamentali)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Is-Sri Lanka,
    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa b’mod tentattiv. L-ispeċijiet kollha jidhru li jissodisfaw tal-inqas uħud mill-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi II. Jista’ jkun hemm diffikultajiet fl-implimentazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni ta’ eżemplari mrobbija fil-magħluq.

    (+)

    47

    Achillides chikae hermeli
    (“Mindoro peacock swallowtail”)

    0 - I

    L-Unjoni Ewropea,
    Il-Filippini

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    48

    Parides burchellanus
    (“riverside swallowtail”)

    0 - I

    Għandu jiġi inkluż fl-App. I

    Il-Brażil

    Appoġġa l-proposta. L-ispeċi tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I. L-ispeċi timmanifesta f’numri tal-kummerċ u minħabba d-daqs żgħir tal-popolazzjoni, kwalunkwe kummerċ jista’ jkun ta’ detriment.

    +

    49

    Handroanthus spp.,
    Tabebuia spp. u 
    Roseodendron spp.
    (“trumpet trees”)

    0 - II

    Għandhom jiġu inklużi fl-App. I bin-notazzjoni #6

    Il-Brażil

    Appoġġa. Il-kriterji fir-Riżoluzzjonijiet 9.24 u 11.21 intlaħqu. Speċijiet tal-ġeneru Handroanthus huma magħrufa li huma fil-kummerċ għall-kostruzzjoni u għall-użu fuq barra. Reviżjonijiet xjentifiċi jissuġġerixxu li dan il-kummerċ huwa responsabbli għat-tnaqqis fil-popolazzjoni u għandu impatt detrimentali fuq l-istat tal-ispeċi. Tabebuia u Roseodendron jinsabu fil-kummerċ bl-istess isem kummerċjali u xjentifiku, u huwa diffiċli li l-injam jiġi distint minn Handroanthus. L-ambitu tal-proposta huwa ġġustifikat sew minn raġunijiet simili. L-UE hija importatur ta’ livell sinifikanti madwar id-dinja.

    +

    50

    Widdringtonia whytei
    (“Mulanje Cedar”)

    0 – II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Il-Malawi

    Opponi sakemm il-Malawi ma jippreżentax evidenza ta’ kummerċ internazzjonali ta’ ħsara għall-konservazzjoni tal-ispeċi. L-ispeċi tista’ minflok tibbenefika minn elenkar fl-Appendiċi III.

    (–)

    51

    Dalbergia sissoo
    (rosewood tat-Tramuntana tal-Indja)

    II – 0

    Ħassar mill-App. II

    Il-Bangladesh, il-Bhutan, l-Indja u n-Nepal

    L-ispeċi hija komuni u ma tissodisfax il-kriterji bijoloġiċi għall-App II, iżda huwa probabbli ħafna li xorta tissodisfa l-kriterju ta’ Riż 9.24 (kriterju A tal-Anness 2 b). Din il-proposta għandha titqies ukoll flimkien mal-emendi proposti għall-annotazzjoni #15.

    (–)

    52

    Dalbergia spp., Guibourtia demeusei, Guibourtia pellegriniana, Guibourtia tessmannii
    (rosewoods, palisanders u bubingas)

    Emenda għall-
    Annotazzjoni # 15

    II - II

    Emenda l-annotazzjoni #15 kif ġej:

    “Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal:

    a.weraq, fjuri, għabra tad-dakra, frott, u żrieragħ;

    b.prodotti lesti sa piż massimu ta’ injam tal-ispeċi elenkati ta’ 500g għal kull oġġett;

    c.strumenti mużikali lesti, partijiet tal-istrumenti mużikali lesti u aċċessorji tal-istrumenti mużikali lesti;

    d.partijiet u derivati ta’ Dalbergia cochinchinensis u li huma koperti mill-Annotazzjoni #4;

    partijiet u derivati ta’ Dalbergia spp. li joriġinaw u huma esportati mill-Messiku u li huma koperti mill-Annotazzjoni #6.”

    Il-Kanada,
    L-Unjoni Ewropea

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    53

    Pericopsis elata
    (afrormosia)

    Emenda għall-
    Annotazzjoni #5

    Espandi l-ambitu tal-annotazzjoni għal Pericopsis elata (bħalissa #5) biex jinkludi l-plywood u l-injam trasformat kif ġej:

    “Iz-zkuk, l-injam isserrat, il-fuljetta, il-plywood u l-injam trasformat1.”

    1 Fejn injam trasformat huwa definit skont il-kodiċi HS 44.09: Injam (inkluż strixxi u freġji għal kisi ta’ art bil-parkè, mhux immuntat) b’forma kontinwa (mudullun, irbattut, ingastat-V, imżebbeġ jew simili) tul xi xifer, tarf jew wiċċ tiegħu, inċanat, xkatlat jew imminċottat fit-truf jew le.

    Il-Kosta tal-Avorju,
    L-Unjoni Ewropea

    Proposta konġunta mill-UE.

    +

    54

    Pterocarpus tinctorius
    (padauk Afrikan)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    Il-Malawi

    Appoġġa iżda ipproponi annotazzjoni (annotazzjoni #5 emendata b’mod potenzjali). L-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi II kif ukoll il-kriterju dwar il-kummerċ (l-isfruttament huwa theddida sinifikanti għall-konservazzjoni tal-ispeċi, bil-qtugħ illegali ta’ zkuk matul l-aħħar snin biex tkun sodisfatta d-domanda mill-kontinent Ażjatiku). L-inklużjoni fl-Appendiċi II tipprovdi stimulant għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali.

    (+)

    55

    Aloe ferox
    (Aloe morra)

    Emenda għall-Annotazzjoni #4

    II - II

    “Emenda l-annotazzjoni #4 għal Aloe ferox kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal:
    […]

    f.    prodotti lesti1 tal-Aloe ferox u l-Euphorbia antisyphilitica ippakkjati u lesti għall-kummerċ bl-imnut.

    Dan it-terminu, kif użat fl-Appendiċi tas-CITES jirreferi għal prodott, mibgħut bil-baħar bħala oġġett wieħed jew fi kwantitajiet kbar, li ma jeħtieġx aktar ipproċessar, ippakkjar, ittikkettjar għall-użu finali jew il-kummerċ bl-imnut fi stat tajjeb biex jinbiegħ lil jew jintuża mill-pubbliku ġenerali.”

    L-Afrika
    t’Isfel

    Appoġġa iżda ipproponi abbozz ta’ deċiżjoni(jiet) li jinnomina lill-Kumitat tal-Pjanti responsabbli għall-monitoraġġ tal-impatt tal-emenda proposta u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni. Jiġu ssodisfati l-kriterji tar-Riżoluzzjoni 11.21.

    +

    56

    Adansonia grandidieri 
    (“Grandidier's baobab”)

    Emenda għall-Annotazzjoni #16

    II – II

    “Żrieragħ, frott, żjut u pjanti ħajjin” għall-elenkar ta’ Adansonia grandidieri  fl-Appendiċi II billi titħassar ir-referenza għall-pjanti ħajjin, sabiex tinqara: “#16 Żrieragħ, frott u żjut”

    L-Iżvizzera

    Appoġġa. Jiġu ssodisfati l-kriterji tar-Riżoluzzjoni 11.21.

    +

    57

    Cedrela spp
    (ċedru)

    0 - II

    Għandu jiġi inkluż fl-App. II

    L-Ekwador

    Appoġġa jekk annotazzjoni hija inkluża fil-proposta bil-ħsieb li jiġu ristretti l-kontrolli tas-CITES għal dawk il-komoditajiet li l-ewwel jidhru fil-kummerċ internazzjonali bħala esportazzjonijiet minn Stati tal-firxa (li għandhom jiġu vvalutati u diskussi ma’ proponenti jekk eż. il-proposta għall-Annotazzjoni #5 emendata tkun xierqa), u jekk il-proposta hija ristretta għall-popolazzjonijiet tat-tropiċi l-ġodda. L-unità tassonomika tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar fl-Appendiċi II (hemm evidenza ċara ta’ tnaqqis fid-daqs tal-popolazzjoni), kif ukoll il-kriterju dwar il-kummerċ (uħud mill-ispeċi tal-ġeneru huma nnegozjati b’mod sinifikanti fuq livell internazzjonali, bl-isfruttament jiġi rikonoxxut bħala theddida għall-konservazzjoni tal-ispeċi). L-UE hija importatur minuri madwar id-dinja.

    (+)

    ANNESS […]

    (1)    Sek. = Segretarjat tas-CITES, SC = Kumitat Permanenti, AC = Kumitat tal-Annimali, PC = Kumitat tal-Pjanti. Għall-kodiċi tal-pajjiż, ara ISO 3166.
    Top