This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9429
Prior notification of a concentration (Case M.9429 — Sports Direct International/GAME Digital) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9429 — Sports Direct International/GAME Digital) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9429 — Sports Direct International/GAME Digital) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 232, 10.7.2019, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9429 — Sports Direct International/GAME Digital)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 232/08)
1.
Fit-3 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Sports Direct International plc (“SDI”, Renju Unit), |
— |
GAME Digital plc (“GAME”, Renju Unit). |
SDI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ GAME.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-5 ta’ Ġunju 2019.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal SDI: bejjiegħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-isports, li jopera portafoll diversifikat ta’ marki tal-isports, tal-fitness, tal-moda u tal-lifestyle,
— għal GAME: bejjiegħ bl-imnut speċjalizzat ta’ consoles tal-logħob, logħob u aċċessorji, kif ukoll kontenut diġitali u prodotti oħra relatati mal-logħob.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9429 — Sports Direct International/GAME Digital
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).