EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019M9422

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 225, 5.7.2019, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/31


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 225/04)

1.   

Fit-28 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti),

Ares Management Corporation (“Ares”, l-Istati Uniti),

Press Ganey Associates, Inc. (“Press Ganey”, l-Istati Uniti)

LGP u Ares jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Press Ganey kollha.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal LGP: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li primarjament tinvesti f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi għall-konsumaturi, għan-negozju u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, kif ukoll il-bejgħ bl-imnut, id-distribuzzjoni u industrijali.

—   għal Ares: maniġer alternattiv ta’ assi li jżomm interessi fis-swieq tal-kreditu, tal-ekwità privata u tal-proprjetà immobbli.

—   għal Press Ganey: il-provvista ta’ kejl tal-esperjenza tal-pazjenti, l-analitika tal-prestazzjoni u soluzzjonijiet konsultattivi strateġiċi għal organizzazzjonijiet tal-kura tas-saħħa tul il-katina tal-kura, prinċipalment fl-Istati Uniti tal-Amerika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9422 — Leonard Green & Partners/Ares Management Corporation/Press Ganey Associates

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top