This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019M9338
Prior notification of a concentration (Case M.9338 — Primonial/Samsung SRA/Building Lumière) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9338 — Primonial/Samsung SRA/Building Lumière) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9338 — Primonial/Samsung SRA/Building Lumière) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 185, 29.5.2019, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
29.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 185/22 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9338 — Primonial/Samsung SRA/Building Lumière)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 185/12)
1.
Fil-21 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
New Prional Holding SAS (“Primeral”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Bridgepoint (ir-Renju Unit), |
— |
Samsung SRA Asset Management Co., Ltd (“SRA”, il-Korea t’Isfel), li tappartjeni għall-grupp Samsung (il-Korea t’Isfel), |
— |
il-“Building Lumière” (Franza). |
Primonial u SRA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-“Building Lumière”.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Primonial: servizzi ta’ ġestjoni ta’ fondi
— SRA: sieħeb ġenerali u maniġer ta’ diversi fondi ta’ proprjetà immobbli,
— il-“Building Lumière”: proprjetà immobbli li tinsab f’Pariġi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9338 — Primonial/Samsung SRA/Building Lumière
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks: +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).