This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019IP0011
European Parliament resolution of 15 January 2019 on the European Joint Undertaking for ITER and the Development of Fusion Energy (2018/2222(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018/2222(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018/2222(INI))
ĠU C 411, 27.11.2020, p. 24–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 411/24 |
P8_TA(2019)0011
L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (2018/2222(INI))
(2020/C 411/03)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha l-vantaġġi (COM(2018)0445), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Novembru 2017 dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummisssjoni tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-kontribuzzjoni tal-UE lejn il-proġett ITER riformat (COM(2017)0319), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0393/2018), |
A. |
billi l-fużjoni jista' jkollha rwol ewlieni fix-xenarju tal-enerġija Ewropew u globali futur bħala sors potenzjali ta' enerġija ineżawribbli, sikur, favur il-klima, ambjentalment responsabbli u ekonomikament kompetittiv; |
B. |
billi l-fużjoni diġà qed tagħti opportunitajiet konkreti lill-industrija u qed ikollha effett pożittiv fuq l-impjiegi, it-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni, b'impatt pożittiv lil hinn mill-oqsma tal-fużjoni u l-enerġija; |
C. |
billi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni tikkoordina l-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp xjentifiċi u teknoloġiċi fil-qasam tal-fużjoni; |
D. |
billi sa mill-bidu l-Ewropa kellha rwol ewlieni fil-proġett ITER, żviluppat f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-firmatarji mhux Ewropej għall-Ftehim ITER (l-Istati Uniti, ir-Russja, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t'Isfel u l-Indja), u billi l-kontribuzzjoni Ewropea, indirizzata permezz tal-Impriża Konġunta, tirrappreżenta 45 % tal-ispejjeż tal-kostruzzjoni tal-proġett; |
E. |
billi l-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom għandha l-għan li tiżgura l-finanzjament għal parteċipazzjoni kontinwa Ewropea fil-proġett ITER għat-tul kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss sabiex tiggarantixxi kontinwità għall-proġett immirat lejn skoperti xjentifiċi rivoluzzjonarji fl-iżvilupp tal-fużjoni għall-użu ċivili, li fl-aħħar mill-aħħar għandu jiffaċilita l-produzzjoni ta' enerġija sikura u vijabbli li tissodisfa l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; |
1. |
Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2007/198/Euratom billi tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha vantaġġi, li se jipprovdi l-bażi għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta għall-perjodu 2021-2027 skont it-Trattat Euratom; |
2. |
Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill ma kkonsultax mal-Parlament dwar l-approvazzjoni ta' dik il-proposta u jilqa' l-intenzjoni ddikjarata tal-Kummissjoni bħala parti mill-Istat tal-Unjoni 2018 li tikkunsidra “għażliet għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata msaħħa u għal riforma possibbli tat-Trattat Euratom”; jistenna li riforma bħal din neċessarjament se twassal għal setgħat koleġiżlattivi għall-Parlament; |
3. |
Ifakkar fid-dewmien fil-kostruzzjoni tar-reattur sperimentali, minħabba li oriġinarjament kien ippjanat li l-ITER għandu jinbena sal-2020, iżda fl-2016 il-Kunsill tal-ITER approva skeda ġdida ta' żmien biex l-istadju tal-Ewwel Plażma jintlaħaq f'Diċembru 2025, l-aktar data bikrija teknikament possibbli għall-kostruzzjoni tal-ITER; |
4. |
Jenfasizza li l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Impriża Konġunta għall-perjodu 2021-2027 m'għandhiex tinqabeż; |
5. |
Jenfasizza li sabiex jiġu evitati reviżjonijiet suċċessivi 'l fuq tal-ispiża prevista tal-proġett, jiġi evitat dewmien fid-dati mistennija tal-istadji operazzjonali importanti u jiġi żgurat l-ogħla grad possibbli ta' affidabbiltà tal-iskeda, l-Organizzazzjoni ITER għandha tinkludi dispożizzjonijiet ta' kontinġenza raġonevoli fi kwalunkwe skeda riveduta; jappoġġa, f'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet ta' kontinġenza sa 24 xahar f'termini ta' skeda u ta' 10-20 % f'termini ta' baġit propost mill-Kummissjoni; |
6. |
Jilqa' l-approċċ il-ġdid għall-ġestjoni tar-riskju meħud mill-Organizzazzjoni ITER u jinkoraġġixxi lill-Kunsill tal-ITER biex ikompli jnaqqas l-għadd ta' sottokumitati, jissimplifika l-funzjoni tagħhom u jelimina t-trikkib; |
7. |
Jistieden lill-Kunsill japprova l-proposta tal-Kummissjoni filwaqt li jintroduċi l-modifiki li ġejjin:
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |