EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DC0454

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni jonizzanti għas-snin 2016-2017

COM/2019/454 final

Brussell, 8.10.2019

COM(2019) 454 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni jonizzanti għas-snin 2016-2017


WERREJ

Kontenut

1.Sommarju

2.Kuntest

3.Faċilitajiet approvati ta’ irradjazzjoni

4.Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni fl-2016-2017

5.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti

1.Sommarju

Skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza 1 , l-Istati Membri kull sena se jibagħtu lill-Kummissjoni:

ir-riżultati tal-kontrolli li jwettqu fil-faċilitajiet tar-radjazzjoni jonizzanti li jinkludu, b’mod partikolari, il-kategoriji u l-kwantitajiet tal-ikel li jiġi ttrattat bir-radjazzjoni jonizzanti u d-dożi li jkunu ngħatawlu, u

r-riżultati tal-kontrolli li jitwettqu fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva jistipula li l-Kummissjoni għandha tippubblika, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

id-dettalji tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati fl-Istati Membri, kif ukoll kull bidla fl-istatus tagħhom;

rapport ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza.

Dan ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2017. Hu jinkludi l-informazzjoni li ntbagħtet lill-Kummissjoni Ewropea minn 28 Stat Membru fl-2016 u minn 27 Stat Membru fl-2017. Malta ma ssottomettiet l-ebda data għas-sena 2017.

Perjodu:                    01/01/2016 – 31/12/2017

Il-pajjiżi kkonċernati:            L-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-EFTA

Sors:                    28 Stat Membru u n-Norveġja

Il-faċilitajiet tal-irradjazzjoni:

L-għadd ta’ pajjiżi li għandhom it-tagħmir:    14-il Stat Membru u n-Norveġja

L-għadd ta’ faċilitajiet approvati:    24

L-għadd ta’ faċilitajiet magħluqa:        2

L-għadd ta’ pajjiżi li jużaw ir-radjazzjoni:    10 Stati Membri u n-Norveġja

Id-data tat-trattamenti:

Il-kwantità ta’ prodotti ttrattati:    10 211 tunnellata (-11,4%) meta mqabbel mal-2015, bħala medja

Il-prodotti ewlenin li ġew ittrattati:        Riġlejn iż-żrinġijiet (57 %) u ħxejjex aromatiċi mnixxfa, ħwawar u
                   ħwawar għall-ħxejjex (20,77 %)

Il-post ewlieni tal-irradjazzjoni:        Il-Belġju (68 %) u n-Netherlands (13 %)

Il-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni:

L-għadd ta’ kampjuni analizzati:    11 162

L-għadd ta’ kampjuni mhux konformi:    87 (0,8%)

Il-prodotti ewlenin li ġew analizzati:        Ħxejjex aromatiċi u ħwawar (42 %)    
                   Ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u
                   l-prodotti tagħhom (22%)


2.Kuntest

L-irradjazzjoni tal-ikel hija t-trattament tal-oġġetti tal-ikel permezz ta’ ċertu tip ta’ enerġija magħrufa bħala radjazzjoni jonizzanti. L-enerġija radjanti għandha tul ta’ mewġ u gradi ta’ potenza differenti u tisparixxi meta jitneħħa s-sors tal-enerġija. L-irradjazzjoni tintuża għal skopijiet fitosanitarji biex toqtol il-batterji (bħal Salmonella, Campylobacter u E. coli) li jistgħu jikkawżaw l-avvelenament mill-ikel u biex telimina organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti bħal insetti u pesti oħra. L-irradjazzjoni tintuża biex tittardja l-maturazzjoni tal-frott, biex jitwaqqaf it-tnibbit u l-ġerminazzjoni fil-ħaxix (bħall-basal u l-patata) u biex fl-aħħar mill-aħħar tiġi estiża l-ħajja fuq l-ixkaffa tal-ikel. L-irradjazzjoni tal-ikel ma tistax tissostitwixxi l-immaniġġar xieraq tal-ikel u l-ikel irradjat xorta jeħtieġ refriġerazzjoni xierqa u li jissajjar qabel ma jiġi kkunsmat meta dan ikun meħtieġ.

Il-qafas regolatorju tal-UE għall-irradjazzjoni tal-ikel (“id-direttivi dwar l-irradjazzjoni tal-ikel”) għalhekk jikkonsisti minn:

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tijonizza Din tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-importazzjoni ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati.

Id-Direttiva 1999/3/KE (Direttiva ta’ Implimentazzjoni) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti 2 . Din il-lista bħalissa tinkludi kategorija waħda ta’ ikel: il-ħxejjex aromatiċi mnixxfin, il-ħwawar u l-ħwawar għall-ħxejjex. Lista ta’ awtorizzazzjonijiet nazzjonali ta’ ikel u ingredjenti tal-ikel li jistgħu jiġu ttrattati bir-radjazzjoni jonizzanti hija ppubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 3 .

L-ikel u l-ingredjenti tal-ikel jistgħu jiġu trattati bir-radjazzjoni biss f’faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati. Għall-faċilitajiet fl-UE, l-approvazzjoni tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 1999/2/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati tagħhom.

Kwalunkwe ikel irradjat jew li fih ingredjenti rradjati jrid ikun ġie ttrattat (irradjat) f’faċilitajiet approvati biss. Il-lista tal-faċilitajiet tal-irradjazzjoni awtorizzati fl-Istati Membri ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 4 .

Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/2/KE, kull ikel irradjat jew kull ingredjent tal-ikel irradjat ta’ ikel kompost għandu jiġi ttikkettjat bil-kliem “irradjati” jew “trattati b’radjazzjoni li tijonizza”.

Sabiex jiġi infurzat it-tikkettar korrett jew biex jiġu individwati prodotti mhux awtorizzati, ġew standardizzati bosta metodi analitiċi mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), wara mandat mogħti lilu mill-Kummissjoni Ewropea.

3.Faċilitajiet approvati ta’ irradjazzjoni

Issa hemm 24 faċilità ta’ irradjazzjoni fl-UE. Fl-2015 ingħalqu żewġ faċilitajiet tal-irradjazzjoni li qabel kienu approvati.

Il-faċilitajiet jinsabu f’14-il Stat Membru: ħamsa fi Franza, erbgħa fil-Ġermanja, tnejn fil-Bulgarija, fin-Netherlands u fi Spanja, u waħda fil-Belġju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Kroazja, fl-Estonja, fl-Italja, fl-Ungerija, fil-Polonja, fir-Rumanija u fir-Renju Unit.

Minn dawk l-14-il Stat Membru mgħammra b’faċilitajiet tal-irradjazzjoni, il-Bulgarija, l-Italja, ir-Rumanija u r-Renju Unit ma rradjaw l-ebda oġġett ta’ ikel fil-perjodu kopert minn dan ir-rapport.

4.Ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa fil-faċilitajiet tal-irradjazzjoni fl-2016-2017

Kwantità totali ta’ 10 211 tunnellata ta’ prodotti ġew trattati bl-irradjazzjoni jonizzanti fl-Istati Membri tal-UE waqt is-snin 2016 u 2017. It-trattament sar prinċipalment f’żewġ Stati Membri: Il-Belġju, li tratta żewġ terzi tal-ikel irradjat tal-UE (68 %), u n-Netherlands (13%).

Iż-żewġ prodotti ewlenin ittrattati bir-radjazzjoni fl-UE huma riġlejn iż-żrinġijiet (ca 57 %) u l-ħxejjex aromatiċi mnixxfin, il-ħwawar u l-ħwawar għall-ħxejjex (ca 21 %). Il-Figura 1 turi d-distribuzzjoni tal-prodotti rradjati f’faċilitajiet approvati fl-Istati Membri tal-UE fl-2016 u l-2017.

Il-Figura 1 — Id-distribuzzjoni, skont il-kategorija, tal-oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni fl-UE fl-2016-2017

Il-kwantitajiet ta’ oġġetti tal-ikel (f’tunnellati) ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti fl-UE qed jonqsu sa mill-2010 kif muri fil-Figura 2.

Il-Figura 2 — Kwantitajiet ta’ oġġetti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti fi stabbilimenti approvati fl-Unjoni Ewropea sa mill-2010.

5.Ir-riżultati tal-kontrolli fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti

Għall-perjodu 2016–2017, 11 162 kampjun ġew analizzati minn 24-il Stat Membru, jiġifieri b’mod ġenerali 7,02 % inqas mill-medja fl-2015. Id-data għal kull Stat Membru hija disponibbli fl-Anness II u spjegata fil-qosor fil-Figura 3.

Il-Figura 3 — Il-kampjuni analizzati fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti f’kull Stat Membru fl-2016-2017

Ħames pajjiżi (erba’ Stati Membri u n-Norveġja) ma wettqu l-ebda kontrolli analitiċi fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott fl-2016–2017 minħabba restrizzjonijiet baġitarji (il-Kroazja (2016), id-Danimarka (2017) u n-Norveġja (2016 u 2017)), in-nuqqas ta’ kapaċità tal-laboratorji (l-Estonja u Ċipru (2016, 2017) jew prijoritajiet oħra ta’ kontroll (l-Iżvezja (2016, 2017). Malta ma rrappurtat l-ebda kampjun fl-2017.

Minn total ta’ 11 162 kampjun, 87 ma kinux konformi (0,8 %) u 113 kampjun (1 %) ma wasslux għal riżultati konklużivi. In-nonkonformità osservata kienet tikkonsisti f’tikkettar skorrett u irradjazzjoni pprojbita. Il-perċentwal ta’ nuqqas ta’ konformità kien inqas minn dak tar-rapport preċedenti.

Fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni, kif muri fil-Figura 4, il-maġġoranza tal-prodotti analizzati kienu “ħxejjex aromatiċi u ħwawar” (42 %) u “ċereali, żrieragħ, ħxejjex, frott u l-prodotti tagħhom” (22 %). Taħt il-kategorija “Oħrajn” (supplimenti tal-ikel u soppa u zlazi) il-perċentwal kien ta’ 17 %.

Il-Figura 4 — Il-kategorija tal-Oġġetti tal-ikel analizzati fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea fl-2016-17.

(1)    ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16.
(2) ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24.
(3)  ĠU C 283, 24.11.2009, p. 5.
(4)  ĠU C 37, 30.1.2019, p. 6.
Top

Brussell, 8.10.2019

COM(2019) 454 final

ANNESSI

għar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati b'radjazzjoni jonizzanti għas-snin 2016-2107


ANNESS I

Il-kwantitajiet ta’ oġġetti tal-ikel (tunnellati) ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti f’faċilitajiet tal-irradjazzjoni approvati (fl-UE u fil-pajjiżi tal-EFTA)

Pajjiż

Kwantità ttrattata
(tunnellati)

Il-Belġju

6949,30

Ir-Repubblika Ċeka

44,00

Il-Ġermanja

76,20

L-Estonja

86,60

Spanja

746,60

Franza

724,10

Il-Kroazja

33,80

L-Ungerija

155,50

In-Netherlands

1333,10

Il-Polonja

62,27

Total UE:

10211,40

In-Norveġja

15,23

Total UE-EFTA

10226,63

ANNESS II

Il-kampjuni analizzati u r-riżultati li nkisbu għall-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-EFTA:

Pajjiż

Konformi

Riżultati mhux konklużivi

Mhux konformi

L-għadd totali tal-kampjuni

Il-perċentwal tal-kampjuni totali tal-UE

Il-Belġju

219

36

1

256

2,3%

Il-Bulgarija

6

0

0

6

0,1 %

Ir-Repubblika Ċeka

52

8

2

62

0,6 %

Id-Danimarka

35

0

0

35

0,3 %

Il-Ġermanja

6 146

34

35

6 215

55,7 %

L-Estonja

NCP

NCP

NCP

NCP

NCP

L-Irlanda

82

0

7

89

0,8 %

Il-Greċja

15

0

0

15

0,1 %

Spanja

304

0

0

304

2,7 %

Franza

305

4

8

317

2,8 %

Il-Kroazja

38

0

0

38

0,3 %

L-Italja

1 068

0

5

1 073

9,6 %

Ċipru

NCP

NCP

NCP

NCP

NCP

Il-Latvja

30

0

2

32

0,3 %

Il-Litwanja

138

0

0

138

1,2 %

Il-Lussemburgu

56

0

1

57

0,5 %

L-Ungerija

116

0

1

117

1,0 %

Malta

55

0

0

55

0,5 %

In-Netherlands

175

0

0

175

1,6 %

L-Awstrija

155

0

0

155

1,4 %

Il-Polonja

606

15

9

630

5,6 %

Il-Portugall

44

2

0

46

0,4 %

Ir-Rumanija

795

0

5

800

7,2 %

Is-Slovenja

40

1

0

41

0,4 %

Is-Slovakkja

48

0

0

48

0,4 %

Il-Finlandja

375

2

7

384

3,4 %

L-Iżvezja

NCP

NCP

NCP

NCP

NCP

Ir-Renju Unit

59

11

4

74

0,7 %

Total UE

10 962

113

87

11 162

100 %

98,2 %

1 %

0,8 %

100 %

In-Norveġja

NCP

NCP

NCP

NCP

NCP

NCP: Ma sarux kontrolli

ANNESS III

Il-kategoriji tal-prodotti ttrattati bir-radjazzjoni u dożi rispettivi li jużaw il-pajjiżi

Pajjiż

Oġġetti tal-ikel

Doża assorbita (f’kGy)

Il-Belġju

Demm, plażma u koagulati tad-demm iddeidratati

5,03 - 6,6

Riġlejn iż-żrinġijiet iffriżati

4,5 - 5,4

Tjur

3,7 - 4,1

Il-Kroazja

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

10

Ir-Repubblika Ċeka

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

4 - 9,3

L-Estonja

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

10

Franza

Riġlejn iż-żrinġijiet iffriżati

1 - 10

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

5 - 10

Frott u ħxejjex imnixxfin

1 - 10

Gomma Arabika

1 - 10

Il-Ġermanja

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

4 - 9,31

L-Ungerija

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

2 - 10

In-Netherlands

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

2 - 15

Frott u ħxejjex imnixxfin

2 - 15

Il-Polonja

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

5 - 10

Spanja

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

8,4 - 9,6

In-Norveġja

Ħxejjex aromatiċi, ħwawar u ħwawar għall-ħxejjex (imnixxfin)

10

Top