EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DC0178

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Regolazzjoni aħjar: nagħtu rendikont u nżommu l-impenn tagħna

COM/2019/178 final

Brussell, 15.4.2019

COM(2019) 178 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI EMPTY

Regolazzjoni aħjar: nagħtu rendikont u nżommu l-impenn tagħna

{SWD(2019) 156 final}


1.Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Juncker kellha l-għan li tagħmel affarijiet differenti u li tagħmilhom b’mod differenti 1 . B’enfasi determinata fuq għaxar prijoritajiet politiċi, aħna ksibna riżultati konkreti dwar il-kwistjonijiet li huma l-aktar importanti għall-Ewropej. Waħda minn dawk il-prijoritajiet kienet il-bidla demokratika, u matul l-aħħar mandat, poġġejna prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar fil-qalba tal-proċessi ta’ tfassil ta’ politika tagħna, minħabba li tfassil ta’ politika bbażat fuq evidenza aktar miftuħa u parteċipattiva għandu rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-leġittimità tal-azzjoni tal-UE. Ittrasformajna l-metodi ta’ ħidma interni u l-proċessi ta’ ppjanar tagħna biex nibnu regolamentazzjoni aħjar f’kull stadju taċ-ċiklu ta’ ppjanar u programmazzjoni u biex inwettqu programmi ta’ ħidma annwali razzjonalizzati.

L-introduzzjoni ta’ prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar kellha l-oriġini tagħha fix-xewqa għal governanza Ewropea aħjar 2 u biex l-iżvilupp sostenibbli jiġi ankrat fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni 3 billi wieħed iħares lejn l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali flimkien. Regolamentazzjoni aħjar tikkonċerna l-professjonalizzazzjoni ta’ kull aspett tat-tfassil tal-politika tagħna u li jibqa' adatt għad-dinja tal-lum. Din mhix proċedura burokratika oskura. Regolamentazzjoni aħjar hija dwar il-leġiżlazzjoni meta din tkun meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet komuni, li jistgħu jinkisbu b’mod effettiv biss permezz ta’ azzjoni komuni fil-livell Ewropew. Mhijiex aġenda deregolatorja moħbija. Regolamentazzjoni aħjar hija wkoll dwar il-konsiderazzjoni ta’ modi alternattivi biex jinkisbu r-riżultati peress li l-leġiżlazzjoni m’għandha qatt tkun għan fiha nnifisha. L-azzjonijiet fil-livell tal-UE għandhom dejjem iżidu l-valur meta mqabblin ma’ dak li jista’ jsir fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Din il-Kummissjoni għalhekk kienet ambizzjuża fejn kellna bżonn li nkunu u modesta kull meta stajna. L-għan tagħna kien li nipprovdu riżultati aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji tagħna. Fittixna li nibnu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni. U aħna fittixna l-involviment attiv taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati biex jifformaw dak li tagħmel l-Unjoni, dak li għandha tagħmel, dak li għandha tagħmel b’mod differenti jew dak li m’għandhiex tibqa’ tagħmel. Bl-istabbiliment ta’ qafas għat-twassil tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u t-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, l-impenn tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar u l-implimentazzjoni tal-miżuri ewlenin imħabbra f'Mejju 2015 4 ippermettielna nagħmlu progress reali lejn dawn l-għanijiet.

Kaxxa 1. Miżuri ewlenin taħt ir-regolamentazzjoni aħjar imħabbra f’Mejju 2015

·Parteċipazzjoni mtejba tal-partijiet interessati permezz ta’ (i) opportunitajiet ta’ feedback matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ politika, inkluż dwar l-abbozzi ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni; (ii) impenn li ssir konsultazzjoni għal perjodu ta’ 12-il ġimgħa dwar il-proposti u l-evalwazzjonijiet ġodda kollha; u (iii) portal komuni ġdid ibbażat fuq l-internet fejn il-partijiet interessati kollha jistgħu jiksbu informazzjoni dwar inizjattivi ġodda u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom;

·Linji gwida integrati u sett ta’ għodod komprensiv għall-persunal tal-Kummissjoni dwar kif għandha tiġi applikata regolamentazzjoni aħjar matul iċ-ċiklu tal-politika;

·Impenn imġedded biex tiġi evalwata l-leġiżlazzjoni eżistenti qabel ma jiġu proposti l-bidliet (“l-ewwel evalwa”);

·Bord tal-Iskrutinju Regolatorju indipendenti li jirrevedi l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-evalwazzjonijiet ewlenin kollha, li jinkludi seba’ membri full-time li mhumiex involuti fil-proċess tat-tfassil ta’ politika, inklużi tlieta maħtura minn barra l-istituzzjonijiet tal-UE;

·Impenn ġdid 5 biex jiġu vverifikati b’mod sistematiku l-opportunitajiet għas-simplifikazzjoni u aktar effiċjenza meta tiġi riveduta l-leġiżlazzjoni eżistenti mingħajr ma jiddgħajjef l-għan tagħha;

·Pjattaforma REFIT biex tipprovdi appoġġ minn isfel għal fuq lill-Kummissjoni fil-kompitu msemmi hawn fuq; u

·Proposta li fuq il-bażi tagħha ntlaħaq Ftehim Interistituzzjonali ġdid dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea fit-13 ta’ April 2016 6 .

Ippreżentajna Komunikazzjonijiet li jistabbilixxu r-riżultati miksuba fl-aħħar snin 7 u rapporti annwali għat-tnaqqis tal-piżijiet mill-2017 ’l hawn 8 .

Illustrazzjoni 1. Ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ta’ regolamentazzjoni aħjar, 2015–2018

·Aktar minn 70 % tal-konsultazzjonijiet pubbliċi ġew tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha fl-2018.

·Aktar minn tliet kwarti tal-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw il-proposti għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni jirrispettaw “l-ewwel evalwa”

Issa wasal iż-żmien li naraw kif qed jaħdmu d-diversi għodod u l-proċessi ta’ regolamentazzjoni aħjar. L-għan kien li jiġi identifikat x’qed jaħdem tajjeb, x’inhu problematiku u x'inhuma l-lezzjonijiet ewlenin li wieħed għandu jitgħallem. B’mod ġenerali, il-messaġġ huwa pożittiv: regolamentazzjoni aħjar tejbet il-mod kif issir il-politika u għandha tibqa’ fil-qalba tal-metodi ta’ ħidma tagħna għall-futur. Iżda hemm lok għal aktar titjib u għalhekk identifikajna oqsma li għandhom jiġu esplorati f’dibattitu usa’ dwar titjib futur. Dawn se jiddependu fuq sforz kondiviż aktar b’saħħtu minn dawk kollha involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ politika.

Matul dan l-eżerċizzju ta’ rendikont, aħna eżaminajna mill-ġdid il-letteratura, ikkonsultajna pubblikament, u tlabna l-fehmiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kif ukoll dawk tad-dipartimenti tal-Kummissjoni li jintegraw ir-regolamentazzjoni aħjar fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Tqiesu wkoll il-konklużjonijiet tat-“Task Force dwar is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u li jsir inqas b’mod aktar effiċjenti” (minn hawn ’il quddiem “it-Task Force”) 9 u l-impenji li l-Kummissjoni għamlet bħala reazzjoni 10 .

Nixtiequ nirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet interessati fl-eżerċizzju ta’ rendikont li pprovda feedback wiesa’ dwar kif ir-regolamentazzjoni aħjar qed taħdem bħalissa. Ir-riżultati dettaljati tar-rendikont huma ppreżentati fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal akkumpanjanti 11 . Din il-Komunikazzjoni l-ewwel tenfasizza l-lezzjonijiet ġenerali li jistgħu jinkisbu u mbagħad tqis xi oqsma speċifiċi ta’ regolamentazzjoni aħjar fejn jista’ jsir aktar titjib.

2.Lezzjonijiet ġenerali meħuda

Hemm rikonoxximent ġenerali li sar progress f’diversi dimensjonijiet mill-2015 ’l hawn. Hemm domanda daqstant mifruxa biex ir-regolamentazzjoni aħjar titkompla bħala parti integrali tal-mod kif taħdem il-Kummissjoni, b’impenn sostnut biex jinkiseb aktar titjib fil-futur. 

Lil hinn minn tħassib individwali speċifiku, din il-fehma hija kondiviża b’mod wiesa’ fost il-gruppi tal-partijiet interessati kollha. Dan jikkuntrasta mal-fehmiet aktar polarizzati tal-imgħoddi u jirrifletti n-natura komprensiva u bbilanċjata tas-sistema ta’ regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni. Il-persunal tal-Kummissjoni li ħa sehem fl-istħarriġ qies li d-diversi għodod u prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar huma dawk it-tajba, filwaqt li offra bosta suġġerimenti utli li se jiġu kkunsidrati fil-ħsieb tagħna dwar kif jistgħu jittejbu l-għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar u l-użu tagħhom fil-futur. Analiżi tal-letteratura 12 wriet ukoll li l-komunità ta’ esperti tilqa’ l-impenn imsaħħaħ tal-Kummissjoni għal tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza, il-gwida pprovduta fil-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar u s-sett ta’ għodod, il-valur tal-prinċipju “l-ewwel evalwa” u ż-żieda sinifikanti fl-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni fit-tfassil tal-politika tal-UE. Fl-aħħar nett, valutazzjoni komparattiva tal-OECD tal-2018 tas-sistemi ta’ regolamentazzjoni aħjar fil-pajjiżi membri tagħha 13 turi wkoll li r-riformi tal-Kummissjoni tal-2015 ġabu titjib sinifikanti. B’mod ġenerali, il-politika regolatorja tal-Kummissjoni issa tinsab fost l-aħjar waħda fl-OECD 14 .

L-apprezzament ta’ regolamentazzjoni aħjar u t-talba għall-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni tagħha u aktar titjib huma evidenti mir-rendikont. Ir-raġuni għal regolamentazzjoni aħjar hija fil-fatt saħansitra aktar b’saħħitha milli fil-passat. F’dinja ta’ “postfatti”, fejn id-diżinformazzjoni, l-awli tar-repetizzjoni fuq il-midja soċjali u l-propaganda diretta jingħaqdu biex idgħajfu n-nisġa tad-dibattitu demokratiku u l-awtorità xjentifika, it-tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza la huwa biss prijorità tal-passat u lanqas prattika professjonali normali tal-lum. Dan jibqa’ imperattiv ewlieni għall-futur.

Għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar huma applikati f’dinja li dejjem tinbidel fejn l-isfidi u l-prijoritajiet politiċi jevolvu b’mod kostanti. L-ilħuq tal-miri klimatiċi tagħna u l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU qed isiru dejjem aktar urġenti. Fl-istess ħin, il-pass tat-trasformazzjonijiet teknoloġiċi qed jaċċellera. F’dinja dejjem aktar kumplessa, huwa dejjem aktar importanti li wieħed jifhem l-impatti transsettorjali u li jidentifika l-opportunitajiet biex jiġu żviluppati sinerġiji u jiġu implimentati t-tweġibiet politiċi xierqa matul iċ-ċiklu sħiħ tal-politika, mill-evalwazzjoni sal-implimentazzjoni. Huwa importanti, pereżempju, li jkun hemm regolamentazzjoni li trawwem u, fl-istess ħin, tikkontrolla l-innovazzjoni għall-benefiċċju tal-ambjent, l-ekonomija u ċ-ċittadini tal-UE. Jew biex titkompla d-dimensjoni diġitali tal-leġiżlazzjoni tagħna. Dawn huma xi wħud mill-bidliet li se jisfidaw il-mod kif nagħmlu l-politika u jappoġġjaw il-proposti tagħna b’evidenza mill-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt.

Il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar għandhom ikunu parti integrali mill-kultura istituzzjonali ta’ kwalunkwe awtorità pubblika li jkollha t-tip ta’ dmirijiet fdati lill-Kummissjoni Ewropea. Is-sejbiet tar-rendikont, speċjalment tal-intervisti tal-persunal, jindikaw b’mod ċar li f’dawn l-aħħar snin, kien hemm bidla kulturali bħal din fil-Kummissjoni. Madankollu, din il-bidla għadha mhix irreversibbli. Biex tiżgura dan il-pass finali, il-Kummissjoni Ewropea se jkollha bżonn tkompli tenfasizza internament u esternament l-importanza tar-regolamentazzjoni aħjar għal xi żmien.

Għodod u proċeduri ta’ regolamentazzjoni aħjar qegħdin hemm biex jappoġġjaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi, u mhux biex jissostitwuh. Il-kompitu ewlieni tagħhom huwa li jipprovdu l-aħjar bażi possibbli għal deċiżjonijiet politiċi sodi u f’waqthom. Il-kisba ta’ dan fil-prattika tista’ xi kultant tkun ta’ sfida, minħabba l-ħtiġijiet ta’ politika urġenti u ġodda li dejjem qed jitfaċċaw u t-tul ta’ żmien twil tal-proċessi ta’ regolamentazzjoni aħjar. Xi adattamenti u eċċezzjonijiet għal proċeduri ta’ regolamentazzjoni aħjar kienu għalhekk meħtieġa fil-prattika, u realistikament dan se jkun ukoll il-każ fil-futur. Il-Kummissjoni stinkat biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali dwar il-ħtieġa għall-evalwazzjoni, il-konsultazzjoni pubblika u l-valutazzjoni tal-impatt, biex jiġu ġġustifikati l-eċċezzjonijiet b’mod ċar u trasparenti għad-dinja esterna, u biex jiġu ssodisfati kemm jista’ jkun il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar fiċ-ċirkostanzi speċifiċi. Dan ir-rendikont juri li dan kien ġeneralment il-każ, iżda mhux dejjem. Sa fejn ikun possibbli, sforz akbar huwa ġġustifikat fl-ippjanar u fil-komunikazzjoni aħjar fuq aspetti ta’ regolamentazzjoni aħjar.

Il-prattiki tar-regolamentazzjoni aħjar mhumiex mingħajr spejjeż. Dawn jimplikaw investiment f’termini ta’ riżorsi monetarji u umani u jżidu l-ħin meħtieġ biex titħejja inizjattiva għall-adozzjoni, minħabba r-rekwiżiti formali tal-proċess ta’ politika. Dan l-investiment huwa ġġustifikat mill-benefiċċji, mhux inqas billi jappoġġja deċiżjonijiet aktar mgħaġġla u aktar informati mill-koleġiżlaturi dwar il-proposti tal-Kummissjoni. Madankollu, l-ispejjeż iridu jibqgħu proporzjonati. Is-sejbiet tar-rendikont jissuġġerixxu modi li bihom il-proċessi ta’ regolamentazzjoni aħjar jistgħu jsiru aktar effiċjenti mingħajr ma jimminaw l-għanijiet tagħhom. Jeħtieġ li nirrikonoxxu, naqsmu u nisfruttaw aħjar l-esperjenza u l-għarfien espert tal-persunal fil-Kummissjoni kollha kif ukoll dak tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.

Fl-aħħar nett, ir-rendikont reġa’ kkonferma li, biex tirnexxi, ir-regolamentazzjoni aħjar trid tkun sforz komuni. Hekk kif l-għodod u l-proċessi użati mill-Kummissjoni jitjiebu, avvanzi ulterjuri qegħdin dejjem aktar jiddependu fuq titjib li l-Kummissjoni tista’ tiffaċilita iżda li ma tistax tiżgura waħedha. Pereżempju, ir-rendikont wera biċ-ċar li l-kwalità tal-evalwazzjoni tiddependi fuq fehim kondiviż mal-koleġiżlaturi u l-Istati Membri dwar meta l-aħjar li ssir l-evalwazzjoni, x'indikaturi u oqfsa għandhom jintużaw għall-kejl tal-prestazzjoni, u kif tinġabar b’mod effiċjenti l-informazzjoni ta’ monitoraġġ meħtieġa. L-utilità u r-rilevanza tal-valutazzjonijiet tal-impatt jiddependu wkoll fuq jekk l-impatt ta’ emendi sostanzjali għall-proposti tal-Kummissjoni jkunx ivvalutat ukoll, peress li l-koleġiżlaturi impenjaw ruħhom li jagħmlu dan kull meta jkun xieraq u meħtieġ 15 . Jekk il-benefiċċji tal-isforzi ta’ simplifikazzjoni fil-proposti tal-Kummissjoni jaslux jiddependi fuq li d-dispożizzjonijiet rispettivi jinżammu mill-koleġiżlaturi u fuq l-għażliet ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri. L-ilħuq tal-konsultazzjonijiet pubbliċi jiddependi fuq l-involviment proattiv ta’ istituzzjonijiet oħra u l-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali tal-gvernijiet. Hemm bżonn ta' sforzi kollaborattivi ulterjuri f’dawn l-oqsma kollha.

3.Kwistjonijiet u kunsiderazzjonijiet speċifiċi għall-futur

3.1.Niftħu t-tfassil tal-politika

Għan ewlieni ta’ din il-Kummissjoni kien li tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-Ewropej u tas-soċjetà ċivili fl-attivitajiet tagħna ta’ tfassil ta’ politika. Investejna b’mod estensiv biex nipprovdu l-għodod għal dan, u ħloqna opportunitajiet għall-partijiet konċernati biex jikkontribwixxu tul iċ-ċiklu tal-politika. Introduċejna rekwiżit għall-konsultazzjonijiet pubbliċi għall-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt kollha, u żidna b’mod sinifikanti l-għadd ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi tradotti fil-lingwi kollha tal-UE. Il-portal il-ġdid “Semma’ Leħnek 16 issa jipprovdi punt uniku ta’ dħul ibbażat fuq l-internet għall-partijiet interessati biex jitgħallmu dwar l-attivitajiet tal-Kummissjoni fit-tfassil tal-politika u biex iħallu l-kummenti, il-fehmiet u informazzjoni oħra tagħhom.

Jidher li dawn il-miżuri żiedu l-involviment tal-partijiet konċernati. L-għadd ta’ żjarat lill-portal issa huwa aktar minn 800 000 kull sena. L-għadd medju ta’ tweġibiet għall-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-feedback ivarjaw ħafna, iżda x-xejra ġenerali qed tiżdied. Xi konsultazzjonijiet fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 iġġeneraw livelli għolja ħafna ta’ interess pubbliku 17 .

 

Kaxxa 2. Mekkaniżmu ta’ feedback dwar l-abbozzi ta’ atti delegati: eżempju

Id-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar l-Enerġija Rinnovabbli ssaħħaħ il-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijoenerġija permezz ta’ dispożizzjonijiet differenti, inkluż l-impatt li l-produzzjoni tal-bijokarburanti jista’ jkollha minħabba t-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC). Il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta att delegat li jistabbilixxi kriterji speċifiċi biex jiġu identifikati l-bijokarburanti b’riskju għoli u baxx li jikkawżaw l-ILUC. Wara għadd ta’ laqgħat mal-partijiet ikkonċernati, mal-esperti u ma’ pajjiżi terzi, ġie ffinalizzat abbozz ta’ att delegat u dan ġie ppubblikat għal perjodu ta’ feedback ta' erba’ ġimgħat. Wara dan il-proċess robust ta’ konsultazzjoni u l-ħafna feedback li wasal, il-Kummissjoni ddeċidiet li tbiddel għadd ta’ parametri sinifikanti fl-att delegat 18 . Dan kien jikkonċerna l-aktar il-kriterji għaċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti ta’ riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa, sabiex jiġu eliminati l-lakuni potenzjali u jiġi evitat l-abbuż ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Il-valutazzjoni komparattiva tal-OECD ikklassifikat is-sistema ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni fl-ewwel post fl-2018 19 . It-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni stess identifikaw il-konsultazzjonijiet u t-trasparenza bħala ż-żewġ oqsma fejn l-aktar li sar progress mill-2015 'il quddiem. Fl-istess ħin, it-trasparenza u l-konsultazzjoni kienu wkoll iż-żewġ oqsma ssenjalati bħala l-aktar fil-bżonn ta’ titjib fil-futur. Hemm rikonoxximent mifrux li s-sistema hija avvanzata, iżda mhix tilħaq il-potenzjal tagħha.

Il-konsultazzjoni pubblika wriet li għad hemm livell relattivament baxx ta’ għarfien dwar l-opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni fit-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni. Hemm ukoll sejħa għal aktar trasparenza bil-mod li bih il-Kummissjoni tirrapporta dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u t-talbiet għal feedback tagħha u l-użu li sar minnhom, sejħa sostnuta wkoll mir-reviżjoni tal-letteratura. It-Task Force enfasizzat ukoll l-isfida li jinkisbu l-fehmiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Unjoni. Minn dakinhar, il-Kumitat tar-Reġjuni waqqaf Netwerk pilota ta’ Ċentri Reġjonali għal Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-Politika tal-UE (RegHub) biex jivvaluta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-prattika 20 .

Il-Kummissjoni se żżid il-kollaborazzjoni tagħha mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, ir-rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali u assoċjazzjonijiet rappreżentattivi oħra biex titqajjem kuxjenza ġenerali dwar l-opportunitajiet għall-kontribuzzjoni fit-tfassil tal-politika tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, se nfittxu modi kif inħeġġu aktar nies jabbonaw ruħhom għan-notifiki bl-email tal-portal web “Semma’ Leħnek” tal-Kummissjoni sabiex ikunu infurmati dwar it-tnedija ta’ inizjattivi u konsultazzjonijiet rilevanti.

Nirrikonoxxu wkoll li l-konsultazzjonijiet huma attività li tuża ħafna riżorsi għall-partijiet interessati. Aktar ma tkun għolja l-kwalità tal-kwestjonarji ta’ konsultazzjoni, u aktar ma nispjegaw b’mod ċar kif jiġu kkunsidrati r-riżultati, aktar ikun hemm partijiet interessati li jaraw il-valur tal-kontribuzzjoni tagħhom u jkunu jridu jerġgħu jipparteċipaw. Dan iwassal għal reazzjonijiet aktar rikki, u b’hekk jiġi ġġustifikat aktar l-investiment tal-Kummissjoni f’attivitajiet ta’ konsultazzjoni ta’ kwalità għolja.

Strateġiji ta’ konsultazzjoni ppreparati aktar bir-reqqa 21 bl-użu ta’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ konsultazzjoni u għarfien usa’ tal-partijiet ikkonċernati dwar l-opportunitajiet biex jinvolvu ruħhom, flimkien ma’ dokumenti ta’ konsultazzjoni aħjar u tweġibiet aktar sodisfaċenti għall-kontribuzzjonijiet tal-partijiet konċernati, huma mezzi ewlenin biex il-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni jiġu mtejba aktar. Għandna nirriflettu dwar kif nistgħu ntejbu u nissorveljaw il-kwalità tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u r-rappurtar. Biex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-konsultazzjoni jibqgħu proporzjonati mal-għanijiet tagħhom, jista’ jkun hemm il-ħtieġa li jerġa’ jiġi kkunsidrat il-valur miżjud ta’ wħud mir-rekwiżiti attwali.

3.2.Għodod aħjar għal politiki aħjar

Il-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet, l-istrumenti ta’ appoġġ (inklużi l-linji gwida għal regolamentazzjoni aħjar u s-sett ta’ għodod) u l-kontroll tal-kwalità indipendenti pprovdut mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju huma għodod ewlenin użati biex l-evidenza u l-input tal-partijiet konċernati jissarrfu f’analiżi oġġettiva li tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi.

Il-konsultazzjoni pubblika u r-rispons mill-persunal tal-Kummissjoni stess appoġġjaw b’mod qawwi tali tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza u pprovdew opinjonijiet pożittivi b’mod ġenerali dwar il-progress li għamlet il-Kummissjoni biex ittejjeb l-għodod tagħha. Ir-rapporti annwali tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jiddokumentaw progress ta’ dan it-tip. Il-koleġiżlaturi, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u istituzzjonijiet oħra tal-UE, kif ukoll l-OECD, ukoll għandhom opinjonijiet ġeneralment pożittivi, bħalma għandhom ukoll bosta studji indipendenti 22 . Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-opinjonijiet, madankollu, ukoll jindikaw nuqqasijiet u oqsma fejn jista’ jsir titjib.

Valutazzjonijiet tal-impatt

Il-valutazzjonijiet tal-impatt iservu primarjament biex jinformaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi tal-Kummissjoni. Dawn jiġġustifikaw il-ħtieġa u l-valur tal-azzjoni tal-Unjoni u jippreżentaw informazzjoni dwar min se jiġi affettwat u kif, bl-iżgurar li l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali jitqiesu flimkien. Dawn issa qed jiġu diskussi b’mod sistematiku fid-deliberazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposti tal-Kummissjoni. Fehim aħjar tal-evidenza u l-impatti li jirfdu l-għażliet ta’ politika jiffaċilita l-proċedura leġiżlattiva. Il-valutazzjonijiet tal-impatt huma wkoll għodda importanti ta’ komunikazzjoni għal-leġittimità tal-azzjoni tal-UE peress li jispjegaw il-kontenut tal-proposti tal-Kummissjoni u kif intiżnet l-evidenza li tirfed l-għażliet li saru.

Madankollu, mhux kull inizjattiva trid tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt. Xi kultant dan ma jkunx rilevanti 23 , u f’xi każijiet, sempliċement ma jkunx possibbli. Bejn l-2015 u l-2018, 8.5 % tal-proposti tal-Kummissjoni mħabbra fil-programmi ta’ ħidma tal-Kummissjoni 24 ma kinux appoġġati minn valutazzjoni tal-impatt fejn seta’ kien mistenni 25 . Dan il-proporzjon huwa ogħla milli xtaqna, iżda għandu jitqies fil-kuntest politiku prevalenti u l-ħtieġa urġenti ta’ rispons rapidu għall-iżviluppi esterni bħal dawk fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà. Dejjem se jkun hemm sitwazzjonijiet li jiġġustifikaw eċċezzjonijiet iżda nirrikonoxxu l-ħtieġa li dan nikkomunikawh u nispjegaw ir-raġunijiet kmieni kemm jista’ jkun 26 . F’każijiet bħal dawn, se niżguraw li d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaw il-proposti tal-Kummissjoni jew il-memoranda ta’ spjegazzjoni msaħħa b’mod xieraq jipprovdu sistematikament l-informazzjoni disponibbli u kemm jista’ jkun analiżi tal-għażliet alternattivi. F’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda intenzjoni li titwettaq valutazzjoni tal-impatt, il-pubbliku jiġi infurmat permezz ta’ pjanijiet direzzjonali. Għalhekk huwa importanti li jiżdied l-għarfien tal-pjanijiet direzzjonali u li tiġi żgurata l-pubblikazzjoni immedjata tagħhom.

It-tieni kwistjoni ewlenija hija l-profondità tal-analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt u kemm jinqraw tajjeb ir-rapporti. Il-partijiet interessati jridu li l-valutazzjonijiet tal-impatt ikunu aktar faċli għall-utent, iżda fl-istess ħin jippreżentaw analiżi aktar profonda ta’ sett ta’ impatti differenti. Dawn iż-żewġ obbligi diverġenti jeħtieġ li jkunu bbilanċjati bir-reqqa. Madankollu, joħorġu żewġ lezzjonijiet ġenerali.

L-ewwel nett, il-valutazzjonijiet tas-sussidjarjetà ppreżentati fil-valutazzjonijiet tal-impatt huma ta’ spiss pjuttost ġenerali, legalistiċi u formalistiċi żżejjed. Dawn ikunu wkoll separati mill-valutazzjoni tal-proporzjonalità tad-diversi għażliet ta’ politika. Aħna diġà rrispondejna b’mod pożittiv għar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force biex nindirizzaw din il-kwistjoni 27 u b’mod partikolari ħadna l-impenn li ninkorporaw il-“grid” komuni li pproponiet it-“Task Force” biex jiġu vvalutati s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħna, fil-memoranda ta’ spjegazzjoni, u fil-gwida għal regolamentazzjoni aħjar.

It-tieni nett, meta jitqies il-livell xieraq ta’ analiżi, hemm bżonn li jitqies id-daqs tal-impatt mistenni u l-limitu għall-fond ta’ analiżi impost minn restrizzjonijiet fid-disponibbiltà ta’ data, ħin u riżorsi, filwaqt li titqies l-importanza li jinżamm il-bilanċ u l-komprensività tal-proċess tal-valutazzjoni tal-impatt.

Evalwazzjonijiet

L-evalwazzjoni hija waħda mill-pilastri ewlenin ta’ regolamentazzjoni aħjar. Din tippermettilna niċċekkjaw jekk il-leġiżlazzjoni Ewropea u l-programmi ta’ finanzjament jagħtux ir-riżultati kif suppost u jibqgħux rilevanti u tajbin għall-iskop tagħhom. Hija tidentifika l-problemi u l-kawżi tagħhom li mbagħad iwasslu għal valutazzjonijiet tal-impatt u eventwalment proposti li jistgħu jwasslu għal riżultati aħjar. Hija tipprovdi wkoll l-evidenza li għandna bżonn biex nissemplifikaw u nindirizzaw l-ispejjeż mhux meħtieġa mingħajr ma nimminaw l-objettivi ta’ politika. Fl-2015 introduċejna approċċ komuni għall-evalwazzjonijiet kollha u impenjajna ruħna li sistematikament nevalwaw il-leġiżlazzjoni qabel ma nipproponu reviżjoni. Sa tmiem l-2018, il-Kummissjoni kienet ipproduċiet 259 evalwazzjoni. Madwar tliet kwarti tal-valutazzjonijiet tal-impatt li jappoġġaw reviżjonijiet leġiżlattivi issa huma akkumpanjati minn evalwazzjoni.

Għalhekk, il-prinċipju “l-ewwel evalwa” qed jaħdem. Iżda huwa ċar ukoll mir-rendikont li hemm il-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-evalwazzjonijiet (b’mod partikolari fir-rigward tad-disinn u l-oġġettività), li l-ħin tagħhom mhux dejjem ikun xieraq, u li jistgħu jsiru aktar effiċjenti fil-prattika. Madankollu, għad hemm ostakli prattiċi u politiċi importanti li jridu jingħelbu biex dan jinkiseb.

L-ewwel nett, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għad m’għandhomx approċċ konsistenti għall-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni, minkejja l-impenji li saru fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 28 . F’ħafna każijiet, il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni adegwata dwar kif taħdem il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-Istati Membri minħabba li l-leġiżlazzjoni kif adottata mill-koleġiżlaturi ma żżommx il-miżuri proposti biex tippermetti l-ġbir tad-data meħtieġa biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tajba. Il-kisba ta’ data dwar il-prestazzjoni u l-impatt tal-liġi tal-UE fil-prattika fl-Istati Membri kollha tibqa’ sfida. F’każijiet oħra, il-koleġiżlaturi jżidu rekwiżiti għal firxa ta’ rieżamijiet differenti jew jimponu skadenzi għall-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni, li jaqgħu qabel ma jkun hemm biżżejjed esperjenza prattika fl-applikazzjoni tar-regoli. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri dan l-aħħar irrikonoxxiet dawn in-nuqqasijiet. Is-soluzzjoni tirrikjedi grad ta’ kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni 29 , li tmur lil hinn minn dak li ġie offrut fil-konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill 30 . Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni speċjali lill-inklużjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar fil-proposti futuri tagħha, u b’mod partikolari se tagħmel pressjoni kostanti fuq iż-żamma ta’ tali dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur.

It-tieni nett, filwaqt li l-prinċipju “l-ewwel evalwa” qed jiġi applikat, l-evalwazzjonijiet mhux dejjem jintużaw bl-aħjar mod. Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-evalwazzjonijiet bħala bażi għad-definizzjoni tal-problema, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ġeneralment ma jqisux l-evalwazzjonijiet f’xogħolhom 31 . L-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu marbuta aħjar sabiex is-sejbiet minn waħda jintużaw b’mod aktar effettiv mill-oħra. Imbagħad id-dipendenza fuq l-evalwazzjonijiet min-naħa ta’ dawk li jfasslu l-politika se tiżdied, u se ttejjeb l-inċentivi għal evalwazzjonijiet ta’ kwalità għolja u utli. Il-kwalità tal-evalwazzjonijiet tiddependi ħafna fuq id-disinn inizjali tagħhom, fuq jekk informazzjoni ta’ kwalità tajba hijiex disponibbli dwar kif taħdem il-leġiżlazzjoni, fuq ir-rilevanza tal-mistoqsijiet li jsiru għat-tfassil tal-politika attwali u dwar l-ambitu tal-analiżi. Jekk dan ikun dejjaq wisq, jistgħu jintilfu fatturi importanti. L-evalwazzjonijiet dejjem għandhom iħarsu lejn il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha, inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni, kif ukoll l-implimentazzjoni nazzjonali tal-liġi tal-Unjoni peress li dan ukoll jista’ jkun is-sors tal-problemi. F’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force 32 , jenħtieġ li jitqies kif jista' jkun hemm involviment aħjar minn dawk li huma direttament involuti fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-livelli lokali u reġjonali sabiex jinkiseb l-għarfien espert dirett tagħhom.

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

Fl-2015 waqqafna l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju 33 biex jieħu post dak li kien il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu, il-Bord il-ġdid għandu indipendenza sostanzjalment akbar u għandu aktar kapaċità bħala riżultat tal-fatt li huwa magħmul minn seba’ membri full-time li huma separati minn kwalunkwe responsabbiltà tat-tfassil tal-politika, li tlieta minnhom huma reklutati minn barra l-Kummissjoni. Il-kompiti ewlenin tal-Bord ġew estiżi biex jiskrutinizzaw il-kwalità tal-evalwazzjonijiet ewlenin, u mhux biss il-valutazzjonijiet tal-impatt kif kien il-każ fil-passat. Permezz tas-sorveljanza kritika u rigoruża tiegħu tal-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt u bit-trawwim tat-titjib meħtieġ, il-Bord għandu rwol ewlieni fl-iżgurar tal-oġġettività u l-kredibilità tal-bażi ta’ evidenza li tirfed id-deċiżjonijiet politiċi tal-Kummissjoni. F’għadd limitat ħafna ta’ każijiet fejn il-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni politika li timxi ’l quddiem b’inizjattiva minkejja n-nuqqas ta’ opinjoni pożittiva tal-Bord li kienet tiżgura l-adegwatezza tal-valutazzjoni tal-impatt sottostanti, aħna spjegajna pubblikament ir-raġunijiet għall-għażla tagħna. Adattajna ħafna drabi wkoll il-proposti tagħna biex jirriflettu bażi ta’ evidenza inqas soda, pereżempju billi nipproponu miżuri inqas intrużivi fid-dawl tat-tħassib tal-Bord dwar il-proporzjonalità tal-alternattiva ppreferuta f’xi valutazzjonijiet tal-impatt 34 .

Ir-rapporti stess tal-Bord urew li l-iskrutinju tiegħu għandu influwenza pożittiva fuq il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-evalwazzjonijiet 35 . It-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika kkonfermaw ukoll il-benefiċċju li jġib il-Bord. Il-persunal tal-Kummissjoni indika li l-fatt li kellu jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Bord huwa tħejjija tajba biex jispjega l-għażliet ta’ politika tal-Kummissjoni fin-negozjati leġiżlattivi sussegwenti. Il-kontribut pożittiv tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju biex tiżdied il-kwalità tal-proposti leġiżlattivi huwa rikonoxxut b’mod sħiħ, għalkemm xi partijiet interessati jippreferu li l-Bord ikollu struttura differenti. Ir-rendikont enfasizza fl-istess ħin il-ħtieġa li jiżdied l-għarfien pubbliku tal-Bord u li jkun hemm mobilizzazzjoni aħjar tal-għarfien espert u l-esperjenza tiegħu fil-Kummissjoni sabiex ikun hemm appoġġ aħjar għat-titjib ġenerali tal-valutazzjonijiet tal-impatt u tal-evalwazzjonijiet.

3.3.Iż-żamma tal-istokk ta’ leġiżlazzjoni eżistenti adatta għall-iskop tagħha

Il-leġiżlazzjoni għandha tibqa’ adatta għall-iskop tagħha u twassal ir-riżultati li riedu dawk li jfasslu l-liġi tal-UE u li jistenna l-pubbliku. Din il-Kummissjoni ffokat fuq l-indirizzar ta’ spejjeż mhux meħtieġa mingħajr qatt ma tikkomprometti l-objettivi ambizzjużi tal-politika tagħna. Tajna attenzjoni partikolari biex progressivament niżguraw li l-leġiżlazzjoni tkun adattata għall-era diġitali. Il-fatt li l-leġiżlazzjoni tkun aktar sempliċi u inqas ta’ piż, itejjeb ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar, u finalment tikseb riżultati aħjar. Dan huwa partikolarment il-każ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Għal dan il-għan, ilħaqna progressivament il-programm REFIT, appoġġajnieh billi waqqafna grupp ta’ esperti ta’ livell għoli, il-Pjattaforma REFIT, li r-rwol tagħha huwa li tissuġġerixxi miżuri biex jitnaqqsu l-piżijiet eżistenti mingħajr ma jiġu affettwati l-objettivi tal-politika, u kkomunikajna b’mod aktar estensiv ir-riżultati miksuba.

Il-Kummissjoni ppreżentat madwar 150 miżura biex tissimplifika l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bejn l-2015 u l-2018. Il-pjattaforma REFIT appoġġat dawn l-isforzi. Hija pproċessat 684 sottomissjoni minn partijiet konċernati u adottat 89 opinjoni 36 li l-Kummissjoni weġbithom inkluż fil-kuntest tal-programmi ta’ ħidma annwali tagħha. Il-Kummissjoni tirrapporta b’mod trasparenti r-riżultati ta’ dawn l-isforzi kull sena 37 u f’tabella ta’ valutazzjoni 38 li issa hija disponibbli onlajn u hija aktar faċli biex tintuża. Il-kaxxa ta’ hawn taħt tippreżenta ftit eżempji illustrattivi.

Kaxxa 3. Eżempji ta’ simplifikazzjoni regolatorja li daħlu fis-seħħ fl-2018.

It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-kummerċ elettroniku transfruntiera bejn negozju u konsumatur 39 . Proposta oriġinarjament fl-2016, din il-leġiżlazzjoni tistabbilixxi punt uniku ta’ servizz li bih il-kummerċjanti li jbigħu prodotti onlajn lill-konsumaturi tagħhom ikunu jistgħu jittrattaw l-obbligi tal-VAT tagħhom permezz ta’ portal onlajn wieħed li jkun faċli biex jintuża. In-negozjanti onlajn mhux se jkollhom għalfejn jirreġistraw għall-VAT f’kull wieħed mill-Istati Membri li fihom ibigħu l-prodotti. Fi żmien il-proposta tagħna, il-Kummissjoni stmat li l-punt uniku ta’ kuntatt se jiġġenera ffrankar kumplessiv ta’ EUR 2.3 biljun għan-negozji u EUR 7 biljun żieda fid-dħul mill-VAT għall-Istati Membri. 

Portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, assistenza u servizzi ta’ soluzzjoni tal-problemi 40 . Din il-leġiżlazzjoni, oriġinarjament proposta fl-2017, introduċiet portal diġitali uniku li jiżgura aċċess ċentralizzat għaċ-ċittadini tal-UE u n-negozji għall-informazzjoni li jeħtieġu biex jeżerċitaw id-drittijiet tal-UE tagħhom. Il-portal jintegra diversi netwerks u servizzi mil-livell nazzjonali u tal-UE. Huwa jipprovdi interfaċċa faċli għall-utent fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Fi żmien il-proposta tagħna, il-Kummissjoni stmat li l-portal diġitali uniku jista’ jnaqqas b’60 % il-1.5 miljun siegħa li n-nies attwalment iqattgħu fir-riċerka onlajn qabel ma jsiefru u n-negozji jistgħu jiffrankaw bejn EUR 11 u EUR 55 biljun fis-sena.

Il-kooperazzjoni għall-protezzjoni tal-konsumatur 41 : Oriġinarjament proposta fl-2016, il-leġiżlazzjoni timmodernizza l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni biex titnaqqas il-ħsara kkawżata lill-konsumaturi minn ksur transfruntiera. Ir-regolament jiżgura protezzjoni aktar rapida tal-konsumaturi, filwaqt li jiġu ffrankati l-ħin u r-riżorsi tal-Istati Membri u tan-negozji. Bis-saħħa tas-setgħat ta’ kooperazzjoni addizzjonali, l-awtoritajiet jistgħu jaġixxu aktar malajr u jiffrankaw l-ispejjeż biex iwaqqfu b’mod konġunt il-ksur mifrux onlajn. In-negozji li joperaw fl-Istati Membri kollha, jew parti kbira minnhom, se jkollhom il-possibbiltà li jinnegozjaw impenji fil-livell tal-UE, ħaġa li se tagħmilha aktar sempliċi, veloċi u irħas biex jissolvew il-kwistjonijiet tal-konsumaturi.

Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 42 . Oriġinarjament propost fl-2016, ir-Regolament iressaq ’il quddiem dispożizzjonijiet konkreti ta’ simplifikazzjoni biex jagħmel l-użu tal-Fondi aktar sempliċi għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet u r-regoli finanzjarji aktar flessibbli. Fiż-żmien tal-proposta, il-Kummissjoni stmat li dawn is-simplifikazzjonijiet inaqqsu l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni tar-regoli tal-UE kif ukoll l-għadd ta’ żbalji li jikkontribwixxu għall-ottimizzazzjoni tal-impatt tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014–2020.

Ir-rendikont juri li l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissimplifika u tnaqqas il-piżijiet bla bżonn huma apprezzati u taw riżultati. Madankollu, dawn la kienu kkomunikati sew u lanqas ma huma ġeneralment meqjusa bħala suffiċjenti.

Għalhekk hemm bżonn li jiġi kkunsidrat għaliex is-simplifikazzjoni hija ħafna drabi kkumplikata u ta’ piż għat-tnaqqis tal-piżijiet. Huwa importanti li jiġi evitat l-isforz biex jiġu kkwantifikati l-ispejjeż u l-benefiċċji lil hinn minn limitu raġonevoli. Is-simplifikazzjoni hija l-objettiv, mhux il-kwantifikazzjoni per se. Filwaqt li hija utli, il-kwantifikazzjoni hija ħafna drabi limitata min-natura kwalitattiva ta’ ċerti impatti jew mid-disponibbiltà u r-robustezza tad-data. Dan huwa partikolarment diffiċli meta wieħed jipprova jikkwantifika l-benefiċċji, fejn il-metodi kwalitattivi ħafna drabi jkunu aktar xierqa.

Għadna m'aħniex konvinti li t-tipi ta’ approċċi mmirati lejn it-tnaqqis tal-piż li l-Kunsill u xi Stati Membri b’mod partikolari talbuna nintroduċu jkunu partikolarment ta’ għajnuna. Stabbilejna r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħna fid-dettall fl-2017 u l-ebda waħda minn dawn ma nbidlet 43 . Approċċi bbażati fuq il-miri għandhom it-tendenza li jinjoraw il-fatt li huwa leġittimu u meħtieġ li jiġu imposti xi spejjeż biex jintlaħqu objettivi soċjetali importanti. Il-Kummissjoni tippreferi tiffoka fuq l-ispejjeż li mhumiex meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni, fuq il-bażi ta’ evidenza u bl-involviment tal-partijiet interessati. Dan huwa aktar trasparenti, inqas arbitrarju u improbabbli li jwassal għal effetti deregolatorji li jdgħajfu t-twettiq tal-objettivi ta’ politika mixtieqa.

Il-Kummissjoni se tkompli tirrifletti dwar kif l-aħjar tidentifika l-potenzjal ta’ simplifikazzjoni u ssarrfu f’objettivi ta’ REFIT jew kif tagħmel l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni eħfef u aktar viżibbli. Titjib fl-identifikazzjoni ta’ spejjeż eċċessivi fl-evalwazzjonijiet ikun ukoll ta’ benefiċċju. Ir-rapport tat-Task Force indika l-effetti kkombinati tal-leġiżlazzjoni (inklużi atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni) li l-impatt tagħhom jaf ma jkunx ivvalutat jew evalwat biżżejjed. Il-programm REFIT probabbilment jista’ jkollu rwol akbar fl-identifikazzjoni u fl-indirizzar tad-densità leġiżlattiva 44 bl-għajnuna tal-Pjattaforma REFIT.

Is-sejbiet li ħarġu mir-rendikont juru appoġġ għall-Pjattaforma REFIT. Il-Pjattaforma nnifisha hija sodisfatta bil-kontribuzzjoni tagħha għall-isforz REFIT u tqis li għandha tkompli fil-forma attwali tagħha 45 . Il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati jridu li l-Pjattaforma tkun aktar produttiva, biex jinġabru aktar ideat għas-simplifikazzjoni u biex joħorġu aktar malajr bidliet konkreti minn dawk l-ideat. Il-Kummissjoni taqbel ma' dawn l-għanijiet.

Il-pjattaforma għandha l-kapaċità li timmobilizza u tidderieġi l-għarfien tal-implimentazzjoni prattika u l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Iżda hemm bżonn ta’ sforz akbar biex dan il-potenzjal jiġi sfruttat bis-sħiħ b’mod li jkun aktar effettiv u effiċjenti. Il-pjattaforma teħtieġ investiment konsiderevoli mill-membri tagħha u mill-Kummissjoni. Kwalunkwe suċċessur għandu għalhekk jissimplifika l-metodi ta’ ħidma tiegħu, ikun magħruf aħjar lill-pubbliku ġenerali u jipprovdi feedback f’waqtu. Dan għandu jiffoka aktar fuq kwistjonijiet bħas-sussidjarjetà, il-proporzjonalità, id-densità leġiżlattiva flimkien mal-enfasi eżistenti fuq is-simplifikazzjoni 46 . Għal dan il-għan, jistgħu jiġu esplorati modi kif tiżdied il-firxa tal-għarfien espert tagħha u l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ ħafna leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

L-attivitajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jistgħu jistimulaw il-ħidma tal-Pjattaforma. Il-membri tal-pjattaforma stess jistgħu jibdew xogħol marbut mal-evalwazzjonijiet ippjanati tal-leġiżlazzjoni, biex b’hekk iservu ta’ lieva għall-kuntatti tagħhom ma’ netwerks eżistenti fl-Istati Membri. Is-sottomissjonijiet magħmula lit-Task Force jistgħu jipprovdu punt ta’ tluq tajjeb 47 .

3.4.Regolamentazzjoni aħjar bħala sforz komuni

Il-Ftehim Interistituzzjonali tal-2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 48 jinkorpora r-responsabbiltà konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea biex jipprovdi leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ kwalità għolja bbażata fuq il-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, trasparenza u kooperazzjoni matul iċ-ċiklu leġiżlattiv. Il-Ftehim għadu pjuttost ġdid, iżda kellu xi suċċessi notevoli. Id-dikjarazzjoni Konġunta annwali ffirmata mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni telenka l-proposti li għandhom jingħataw trattament prijoritarju fil-proċess leġiżlattiv. Fil-qasam tal-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni, sar progress biex jiġu sostitwiti proċeduri antiki ma’ dawk previsti fit-Trattat ta’ Lisbona 49 , biex ikun hemm qbil dwar kriterji għal meta jintużaw atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni 50 u biex jinfetaħ il-proċess biex isiru atti delegati 51 . Il-Kummissjoni issa qed tippreżenta stħarriġ annwali dwar il-piżijiet marbutin mas-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

F'oqsma oħrajn tal-Ftehim, il-progress huwa mħallat. Pereżempju, is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew regolarment jipprovdi stimi inizjali tal-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea u jwettaq 40 valutazzjoni tal-impatt fuq emendi sostanzjali proposti mill-Parlament Ewropew. Il-Kunsill stabbilixxa l-kapaċità tiegħu stess biex jivvaluta l-emendi sostanzjali tiegħu iżda għadu ma użahiex.

Kif imsemmi hawn fuq, hija meħtieġa aktar kooperazzjoni biex tiġi stabbilita l-bażi u tiġi pprovduta data għal evalwazzjoni aħjar tal-liġijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għadhom mhumiex qed jirrapportaw b’mod trasparenti meta jmorru lil hinn mir-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni fil-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali tagħhom (“gold-plating”) 52 . Il-Kummissjoni investiet fi pjattaforma tal-IT biex tiffaċilita aktar trasparenza hawnhekk iżda żewġ Stati Membri biss innotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet matul l-aħħar tliet snin 53 . Huwa importanti li l-għażliet ta’ traspożizzjoni u implimentazzjoni tal-Istati Membri ma jżidux livelli ta’ kumplessità mhux ġustifikati.

Hemm ukoll lok biex jitjieb il-mod kif il-proċeduri ta’ regolamentazzjoni aħjar fil-livell tal-UE u dawk nazzjonali jistgħu jinteraġixxu b’mod pożittiv. Kif irrimarka dan l-aħħar l-OECD, diversi Stati Membri jistgħu jinfurmaw aħjar lill-partijiet interessati tagħhom dwar l-opportunitajiet offruti mill-konsultazzjonijiet u l-mekkaniżmi ta’ feedback tal-Kummissjoni, jew jipprovdu evidenza u informazzjoni aħjar matul it-tfassil regolatorju biex jikkumplimentaw il-prattiki eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea 54 .

4.Konklużjonijiet

Din il-Kummissjoni poġġiet ir-regolamentazzjoni aħjar fil-qalba tat-tfassil tal-politika tagħha. Dan għen biex jinkisbu riżultati aħjar iffukati fuq l-għaxar prijoritajiet politiċi stabbiliti fil-bidu tal-mandat tagħna.

B’ħarsa ’l quddiem, il-ħtieġa għal tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza li tappoġġja l-prijoritajiet politiċi tal-UE qed dejjem tiżdied. Ir-regolamentazzjoni aħjar hija dejjem aktar parti integrali mill-kultura istituzzjonali tal-Kummissjoni u hija appoġġjata b’mod wiesa’ mill-partijiet konċernati li jridu jkunu aktar involuti fit-tfassil tal-politika tagħna u b’mod aktar sinifikanti. Madankollu, hemm lok għal aktar titjib f’kif jiġu organizzati l-proċessi ta’ regolamentazzjoni aħjar. Sforzi kondiviżi aktar b’saħħithom, li jibdew mill-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jgħinu wkoll biex titjieb aktar il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Din il-Komunikazzjoni identifikat xi prinċipji trasversali li għandhom jiġu kkunsidrati u fasslet toroq possibbli biex jiġi sostnut l-impenn tagħna għal regolamentazzjoni aħjar fis-snin li ġejjin.

(1)      COM(2014) 910 final: Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu ġdid
(2)      COM(2001) 428: Il-Governanza Ewropea — White Paper: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=celex:52001DC0428
(3)      COM(2002) 276: Komunikazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-impatt:  https://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2002:0276:FIN
(4)      COM(2015) 215 final: Regolamentazzjoni aħjar għal riżultati aħjar — Aġenda tal-UE: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2015:0215:FIN  
(5)      L-impenn li jsir dan kull meta tiġi riveduta biċċa leġiżlazzjoni eżistenti ġie adottat fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni tal-2017 wara konsolidazzjoni inizjali tal-programm REFIT eżistenti fil-pakkett ta’ Mejju 2015.
(6)       https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2016.123.01.0001.01.ENG  
(7)      COM(2017) 651 final: It-tlestija tal-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar — soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar; u COM(2016) 615 final: Inwasslu riżultati aħjar għal Unjoni iktar b'saħħitha. https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/completing-the-better-regulation-agenda-better-solutions-for-better-results_en.pdf ; https://ec.europa.eu/transparency/regdoc/rep/1/2016/EN/1-2016-615-EN-F1-1.PDF  
(8)       ://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/evaluating-and-improving-existing-laws/refit-making-eu-law-simpler-and-less-costly_en
(9)      https://ec.europa.eu/commission/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-and-doing-less-more-efficiently_mt
(10)      COM(2018) 703: Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità: It-tisħiħ tar-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tal-UE.
(11)      SWD(2019) 156
(12)      Listorti G., Basyte Ferrari E., Acs S., Munda G., Rosenbaum E., Paruolo P., Smits P. (2019). The debate on the EU Better Regulation Agenda: a literature review, EUR 29691 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2019, ISBN 978-92-76-00840-8, doi:10. 2760/46617, JRC116035
(13)       http://www.oecd.org/governance/oecd-regulatory-policy-outlook-2018-9789264303072-en.htm  
(14)      Meta mqabbla mal-valutazzjoni tal-OECD preċedenti (pakkett ta’ regolamentazzjoni aħjar ta’ qabel Mejju 2015), il-Kummissjoni issa tinsab fl-ewwel post fl-OECD għall-involviment tal-partijiet konċernati, instab li kompliet tirfina u ttejjeb il-politika tagħha ta’ valutazzjoni tal-impatt li kienet fit-tielet post, u tejbet ukoll il-klassifikazzjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni għar-raba’ post. L-ebda pajjiż jew pajjiż assoċjat ma għandu punteġġi ogħla f’dawn it-tliet dimensjonijiet.
(15)      Ara l-paragrafu 15 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet
(16)       https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say_mt  
(17)      Pereżempju, il-konsultazzjoni tal-2018 dwar l- arranġamenti għall-ħin tas-sajf fl-UE ġibdet 4.6 miljun tweġiba; il-konsultazzjoni tal-2016 dwar il- leġiżlazzjoni tan-natura attirat 550 000 tweġiba u dik tal- politika agrikola komuni fl-2017 attirat aktar minn 300 000 tweġiba.
(18)      C(2019) 2055 final, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13/03/2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ materja prima ta’ riskju għoli tat-tibdil indirett tal-użu tal-art li għaliha qed tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju u ċ-ċertifikazzjoni ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa ta’ riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art.
(19)      OECD (2018), OECD Regulatory Policy Outlook 2018, Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, https://doi.org/10.1787/9789264303072-en .
(20)       https://cor.europa.eu/mt/engage/Pages/network-regional-hubs-implementation-assessment.aspx
(21)      Id-dipartimenti jużaw firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ konsultazzjoni, inklużi konsultazzjonijiet pubbliċi u mmirati. L-għan tal-istrateġija ta’ konsultazzjoni huwa li jitfassal approċċ ta’ konsultazzjoni effettiv u effiċjenti billi jiġu identifikati l-ambitu u l-objettivi tal-konsultazzjoni, il-partijiet interessati rilevanti, l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni previsti, iż-żmien u r-reġim lingwistiku tagħhom.
(22)      Ara SWD(2019) 156, b’mod partikolari t-taqsima 4.
(23)      Il-Kummissjoni żviluppat gwida preċiża dwar meta valutazzjoni tal-impatt tkun meħtieġa jew le fl-Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar, l-Għodda #9; https://ec.europa.eu/info/files/better-regulation-toolbox-9_en  
(24)      Proposti tal-Anness 1 u l-Anness 2 tal-programmi ta’ ħidma tal-Kummissjoni.
(25)      Għal 19.5 % oħra, valutazzjoni tal-impatt ma ġietx meqjusa meħtieġa. Għal aktar dettalji ara SWD(2019) 156, taqsima 4.
(26)      SWD(2017) 350: Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, Kaxxa 1; https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/better-regulation-guidelines.pdf
(27)      COM(2018) 703: Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità: It-tisħiħ tar-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tal-UE.
(28)      Ara l-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
(29)      Ir-Rapport Speċjali 16/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Analiżi ex-post tal-leġiżlazzjoni tal-UE: sistema stabbilita sew, iżda mhux kompleta. Ara l-paragrafi 52 sa 56; 85 sa 87 u r-Rakkomandazzjoni Nru 1: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR18_16/SR_BETTER_REGULATION_EN.pdf  
(30)      Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29/30 ta’ Novembru 2018 st14137/18 approvati mill-COREPER fl-14 ta’ Novembru 2018: http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-14137-2018-INIT/en/pdf  
(31)      Il-paragrafi 63 u 69 sa 70 tar-Rapport Speċjali Nru 16/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Analiżi ex-post tal-leġiżlazzjoni tal-UE: sistema stabbilita sew, iżda mhux kompluta
(32)      COM(2018) 703: Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità: It-tisħiħ tar-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tal-UE: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/en/ALL/?uri=CELEX%3A52018DC0703
(33)       https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/regulatory-scrutiny-board_mt  
(34)      Għal aktar eżempji ara t-taqsima 4.3 tal-SWD(2019) 156
(35)       https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/rsb-report-2017_en.pdf  
(36)      Dawn koprew 129 sottomissjoni billi diversi sottomissjonijiet minn partijiet ikkonċernati sempliċiment inkludew talbiet għall-informazzjoni jew indirizzaw suġġetti lil hinn mill-mandat tal-Pjattaforma REFIT.
(37)      Ara pereżempju, l-Istħarriġ Annwali dwar il-Piżijiet tal-2018: https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/evaluating-and-improving-existing-laws/refit-making-eu-law-simpler-and-less-costly/2018-annual-burden-survey_en  
(38)       http://publications.europa.eu/webpub/com/refit-scoreboard/en/index.html  
(39)      COM(2016) 757
(40)      COM(2017) 256
(41)      COM(2016) 283
(42)      COM (2016) 605; Il-ħidma tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ Esperti Indipendenti dwar is-Simplifikazzjoni tal-Monitoraġġ għall-Benefiċjarji tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, stabbilit mill-Kummissjoni f’Lulju 2015, identifikat opportunitajiet biex jiġu definiti r-regoli tal-politika ta’ koeżjoni ta’ kumplessità mhux meħtieġa.
(43)      Għal aktar dettalji, ara COM(2017) 651: It-tlestija tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar: Soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar; https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/completing-the-better-regulation-agenda-better-solutions-for-better-results_en.pdf  
(44)      Id-densità leġiżlattiva hija definita bħala n-numru ta’ biċċiet ta’ leġiżlazzjoni f’qasam ta’ politika partikolari.
(45)      Opinjoni tal-Pjattaforma REFIT XXII.10.a “Stħarriġ tal-Pjattaforma REFIT – Prospetti futuri”, adottata fl-14 ta’ Marzu 2019:  https://ec.europa.eu/info/files/refit-platform-recommendations-horizontal-issues-xxii10a-refit-platform-survey-future-prospects_en
(46)      It-Taqsima 4.5 tal-COM(2018) 703: Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità: It-tisħiħ tar-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tal-UE.
(47)      L-Anness VI tar-Rapport tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u “Li Jsir Anqas b’Aktar Effiċjenza”. https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/report-task-force-subsidiarity-proportionality-and-doing-less-more-efficiently_en.pdf
(48)      Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet; ĠU L 123, 12.5.2016; https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.L_.2016.123.01.0001.01.ENG  
(49)      Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (bħala koleġiżlaturi) jistgħu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti sekondarji tad-dritt tal-Unjoni. Dawn is-setgħat isegwu l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Madankollu, fil-liġi tal-Unjoni għad hemm ħafna setgħat li jsegwu l-proċedura regolatorja eqdem bi skrutinju u dawn għandhom jiġu aġġornati. Il-Kummissjoni għamlet il-proposta meħtieġa biex tallinja total ta’ 168 att (COM(2016) 799) u ftehim dwar l-allinjament ta’ 64 minn dawn l-atti ntlaħaq mill-koleġiżlaturi u bħalissa qed jiġi ffinalizzat.
(50)      Id-diskussjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għażla bejn l-atti delegati (l-Artikolu 290 TFUE) u l-atti ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 291 TFUE) ta’ spiss ikunu diffiċli. Il-kriterji huma maħsuba biex jagħmlu dawn l-għażliet inqas kontenzjużi.
(51)      F’Diċembru 2017 tnieda Reġistru Konġunt ġdid għall-atti delegati b’aċċess pubbliku. Dan ir-reġistru issa jippermetti lill-pubbliku jaċċessa d-diversi passi fit-tħejjija, l-adozzjoni, l-iskrutinju u l-pubblikazzjoni tal-atti delegati: https://webgate.ec.europa.eu/regdel/#/home  
(52)      Opinjoni tal-Pjattaforma REFIT XXII.9.a “Traspożizzjoni Trasparenti (Implimentazzjoni)”, adottata fl-14 ta’ Marzu 2019: https://ec.europa.eu/info/files/refit-platform-recommendations-horizontal-issues-xxii9a-transparent-transposition_en
(53)      Ara l-paragrafu 43 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
(54)      OECD (2019), Better Regulation Practices across the European Union, Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, https://doi.org/10.1787/9789264311732-en .
Top