Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0411

    P8_TA(2019)0411 L-adattament ta' għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-TFUE ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0798 – C8-0525/2016 – 2016/0399(COD)) P8_TC1-COD(2016)0399 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 158, 30.4.2021, p. 832–838 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 158/832


    P8_TA(2019)0411

    L-adattament ta' għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-TFUE ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' April 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (COM(2016)0798 – C8-0525/2016 – 2016/0399(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 158/58)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0798),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0525/2016),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0012/2018),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    P8_TC1-COD(2016)0399

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ġie trażmess lill-parlamenti nazzjonali,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

    Billi:

    (1)

    It-Trattat ta' Lisbona mmodifika b'mod sostanzjali l-qafas ġuridiku li jirregola s-setgħat ikkonferiti lill-Kummissjoni mil-leġiżlatur, u introduċa distinzjoni bejn is-setgħat delegati lill-Kummissjoni biex tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv (atti delegati), u s-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni legalment vinkolanti (atti ta' implimentazzjoni). [Em. 1]

    (2)

    Il-miżuri li jistgħu jkunu koperti minn delegi ta’ setgħat, kif imsemmi fl-Artikolu 290(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkorrispondu fil-prinċipju ma' dawk koperti mill-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (2).

    (3)

    Proposti preċedenti relatati mal-allinjament tal-leġiżlazzjoni li ssemmi l-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta’ Lisbona (3) ġew irtirati (4) minħabba l-istaġnar tan-negozjati interistituzzjonali.

    (4)

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sussegwentement qablu dwar qafas ġdid għal atti delegati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (5) u għarfu l-bżonn ta' allinjament tal-leġiżlazzjoni eżistenti kollha mal-qafas legali introdott mit-Trattat ta' Lisbona. B'mod partikolari, qablu dwar il-bżonn li tingħata prijorità għolja għall-allinjament fil-pront tal-atti bażiċi kollha li għadhom jirreferu għall-proċedura regolatorja bi skrutinju. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tħejji proposta għal dak l-allinjament sa tmiem l-2016.

    (5)

    L-awtorizzazzjonijiet fl-atti bażiċi li jistipulaw l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 290 tat-TFUE u jenħtieġ li jiġu adottati għal dik id-dispożizzjoni.

    (5a)

    Il-ġbir f'daqqa u l-preżentazzjoni ta' għotjiet ta' setgħa li mhumiex marbuta mill-qrib ma' xulxin f'att delegat wieħed tal-Kummissjoni jxekklu l-eżerċitar tad-dritt ta' skrutinju tal-Parlament, peress li dan ikollu sempliċiment jaċċetta jew jirrifjuta l-att delegat kollu, u dan ma jħallix lok lill-Parlament li jesprimi opinjoni dwar kull għotja ta' setgħa b'mod individwali. [Em. 2]

    (6)

    Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-proċeduri pendenti li l-kumitat diġà ta l-opinjoni tiegħu dwarhom skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (7)

    Jenħtieġ li għalhekk l-atti kkonċernati jiġu emendati skont dan.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-atti elenkati fl-Anness huma emendati kif stabbilit fihom.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-proċeduri pendenti li kumitat ikun diġà ta l-opinjoni tiegħu dwarhom skont l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi …,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2019.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

    (3)  COM(2013)0451 final, COM(2013)0452 final u COM(2013)0751 final.

    (4)  ĠU C 80, 7.2.2015, p. 17.

    (5)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    ANNESS

    1.   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (1)

    Sabiex jiġi aġġornat ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat tiġi delegata lill-Kummissjoni biex jiġi emendat l-Anness ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard jew sabiex isiru bidliet tekniċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri u l-esperti tagħhom ikollhom b’mod sistematiku aċċess għal-laqgħat tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu involuti fit-tħejjija ta’ atti delegati.

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 19 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    it-titolu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “Manwal”;

    (b)

    jitħassar il-paragrafu 2;

    (2)

    jiddaħħlu l-Artikoli 19a u 19b li ġejjin:

    “Artikolu 19a

    Atti delegati

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19b li jemenda l-Anness sabiex taġġorna l-formoli standard jew sabiex tagħmel bidliet tekniċi għal dawn il-formoli.”;

    "Artikolu 19b

    L-eżerċitar tad-delega

    1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa li jiġu adottat adottati atti delegati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 19a għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data ta' ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza ta' kull perjodu. [Em. 3]

    3.   Id-delega ta' setgħa li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 19a tista’ tiġi rrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel tadotta xi att delegat, il-Kummissjoni tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membri f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (*1).

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 19a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn tliet xhur wara n-notifikazzjoni ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiżdied b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 4]

    (*1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

    (3)

    Jitħassar l-Artikolu 20.

    2.   Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (2)

    Sabiex jiġi aġġornat ir-Regolament (KE) Nru 805/2004, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat tiġi delegata lill-Kummissjoni biex jiġu emendati l-Annessi ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri u l-esperti tagħhom ikollhom b’mod sistematiku aċċess għal-laqgħat tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu involuti fit-tħejjija ta’ atti delegati.

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 31 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 31

    Emendi għall-Annessi

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 31a biex temenda l-Annessi sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard.”;

    (2)

    jiddaħħal l-Artikoli 31a li ġej:

    “Artikolu 31a

    L-eżerċitar tad-delega

    1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa li jiġu adottat adottati atti delegati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 31 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data ta' ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza ta' kull perjodu. [Em. 5]

    3.   Id-delega ta' setgħa li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 31 tista’ tiġi rrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel tadotta xi att delegat, il-Kummissjoni tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membri f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (*2).

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn tliet xhur wara n-notifikazzjoni ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiżdied b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 6]

    (*2)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

    (3)

    Jitħassar l-Artikolu 32.

    3.   Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (3)

    Sabiex jiġi aġġornat ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat tiġi delegata lill-Kummissjoni biex jiġu emendati l-Anness I u II ta’ dak ir-Regolament sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard jew sabiex isiru bidliet tekniċi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri u l-esperti tagħhom ikollhom b’mod sistematiku aċċess għal-laqgħat tal-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu involuti fit-tħejjija ta’ atti delegati.

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 17 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 17

    Emendi għall-Annessi

    Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17a biex temenda l-Annessi I u II sabiex taġġorna l-formoli standard jew sabiex tagħmel bidliet tekniċi għal dawn il-formoli.”;

    (2)

    jiddaħħal l-Artikoli 17a li ġej:

    “Artikolu 17a

    L-eżerċitar tad-delega

    1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa li jiġu adottat adottati atti delegati li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 17 għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data ta' ħames snin minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza ta' kull perjodu. [Em. 7]

    3.   Id-delega ta' setgħa li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 17 tista’ tiġi rrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel tadotta xi att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membri f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (*3).

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn tliet xhur wara n-notifikazzjoni ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiżdied b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 8]

    (*3)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

    (3)

    Jitħassar l-Artikolu 18.


    (*1)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

    (*2)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;

    (*3)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;”


    (1)  ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 15.

    (3)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.


    Top