Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0380

    P8_TA(2019)0380 L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol (COM(2018)0131 – C8-0118/2018 – 2018/0064(COD)) P8_TC1-COD(2018)0064 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344

    ĠU C 158, 30.4.2021, p. 96–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 158/96


    P8_TA(2019)0380

    L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol ***I

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol (COM(2018)0131 – C8-0118/2018 – 2018/0064(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    (2021/C 158/29)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0131),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 46, l-Artikolu 48, l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0118/2018),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali fuq il-bażi legali proposta,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 46 u 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2018 (1),

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2018 (2),

    wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-21 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0391/2018),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Japprova l-istqarrija konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-kwistjoni wara dik li fiha l-att leġislattiv finali huwa ppubblikat;

    3.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    (1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 128.

    (2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 16.


    P8_TC1-COD(2018)0064

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/1149.)


    ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

    Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jinnotaw li l-proċess għall-għażla tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) kien għadu mhux konkluż fi żmien l-adozzjoni tar-Regolament fundatur tagħha.

    Ifakkru fl-impenn favur kooperazzjoni sinċiera u trasparenti u jfakkru t-Trattati, it-tliet Istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-valur tal-iskambju ta' informazzjoni mill-istadji inizjali tal-proċess għall-għażla tas-sede tal-ELA.

    Tali skambju bikri ta' informazzjoni jagħmilha eħfef għat-tliet Istituzzjonijiet biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont it-Trattati permezz ta' proċeduri relatati.

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jieħdu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li twettaq il-miżuri meħtieġa sabiex ir-Regolament fundatur jforni dispożizzjoni dwar il-lokazzjoni tas-sede tal-ELA, u biex tiżgura li l-ELA topera b'mod awtonomu f’konformità ma' dak ir-Regolament.


    Top