This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019AP0053
European Parliament legislative resolution of 31 January 2019 on the proposal for a Council Decision on the association of the overseas countries and territories with the European Union, including relations between the European Union, on the one hand, and Greenland and the Kingdom of Denmark, on the other (‘Overseas Association Decision’) (COM(2018)0461 — C8-0379/2018 — 2018/0244(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS))
ĠU C 411, 27.11.2020, p. 698–736
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 411/698 |
P8_TA(2019)0053
Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni tal-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (COM(2018)0461 – C8-0379/2018 – 2018/0244(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2020/C 411/59)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0461), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0379/2018), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 78 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0480/2018), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 16
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 18
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 19
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 20
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 21
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 25
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 32
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-“assoċjazzjoni”), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja. |
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni (l-“assoċjazzjoni”), li tikkostitwixxi sħubija, imsejsa fuq l-Artikolu 198 tat-TFUE, sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE kif ukoll jiġu promossi l-valuri , il-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni mad-dinja. |
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni. |
1. L-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE għandha tissejjes fuq objettivi, prinċipji u valuri kondiviżi mill-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Unjoni. Hija tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli kif definiti fl-Aġenda 2030 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. |
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali. |
3. Fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-imsieħba għandhom jitmexxew mill-prinċipji tat-trasparenza, is-sussidjarjetà u l-ħtieġa ta' effiċjenza u għandhom jindirizzaw it-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli tal-PTEE bl-istess mod: l-iżvilupp ekonomiku, l-iżvilupp soċjali u kulturali u l-ħarsien ambjentali. |
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha. L-assoċjazzjoni għandha ssegwi dan l-objettiv ġenerali permezz tat-titjib tal-kompetittività tal-PTEE, it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-PTEE, it-tnaqqis tal-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali tagħhom u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejniethom u mal-imsieħba. |
4. Skont l-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-objettiv ġenerali ta' din id-Deċiżjoni hija l-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej u l-istabbiliment ta' relazzjonijiet ekonomiċi mill-qrib bejnhom u l-Unjoni fit-totalità tagħha. |
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt bc (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 3 – paragrafu 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tal-libertà , id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom. |
6. Fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, l-assoċjazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija , approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha , l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli, li kollha kemm huma huma komuni għall-PTEE u għall-Istati Membri li huma marbuta magħhom. Dan jgħodd ukoll għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, oriġini etnika, reliġjon, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Minħabba l-kapaċitajiet amministrattivi u umani limitati tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha tqis dan kif xieraq fil-proċess tal-ipprogrammar u tal-implimentazzjoni u, b'mod partikolari, fl-adozzjoni tal-linji gwida tagħha. |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali. |
2. Għal dan il-għan, l-Unjoni u l-PTEE jistgħu jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattika jew jistabbilixxu kwalunkwe sura oħra ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib ma' sħab oħrajn fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tal-PTEE f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, fejn xieraq permezz ta' ftehimiet internazzjonali , sabiex jikkontribwixxu għall-integrazzjoni armonjuża tal-PTEE fl-ambjent ġeografiku rispettiv tagħhom . |
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tfittex li tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP kif ukoll dawk mhux tal-AKP , u mar-reġjuni ultraperiferiċi, fejn xieraq. |
3. L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tappoġġa l-kooperazzjoni bejn il-PTEE u sħab oħrajn fl-oqsma tal-kooperazzjoni stabbilita fil-Partijiet II u III ta' din id-Deċiżjoni. F'dak ir-rigward, l-objettiv tal-assoċjazzjoni hija l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-PTEE u r-reġjuni ultraperiferiċi, imsemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-istati u territorji tal-AKP u mhux tal-AKP. Sabiex tikseb dan l-objettiv, l-Unjoni għandha ttejjeb il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn il-programmi rilevanti tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tassoċja l-PTEE fl-organi tagħhom ta' djalogu mal-pajjiżi ġirien tagħhom, sew jekk ikunu Stati u territorji tal-AKP u sew jekk ma jkunux , u mar-reġjuni ultraperiferiċi fejn xieraq , billi tipproponi li tagħtihom l-istatus ta' osservatur . |
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 7 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Trattament speċifiku |
Trattament speċifiku għal PTEE iżolati |
Emenda 28
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 9a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 9a Trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati 1. L-assoċjazzjoni għandha tqis id-diversità tal-PTEE f'termini tal-livell tal-iżvilupp tagħhom u tal-limiti strutturali tagħhom. 2. Għandu jiġi definit trattament speċifiku għall-PTEE l-inqas żviluppati. 3. Sabiex il-PTEE l-anqas żviluppati jkunu jistgħu jirkupraw id-dewmien fl-iżvilupp tagħhom, u jiffaċċjaw il-limitazzjonijiet strutturali permanenti tagħhom, l-ispeċifiċitajiet tagħhom għandhom jitqiesu kif xieraq meta jiġi determinat il-volum tal-assistenza finanzjarja kif ukoll il-kundizzjonijiet marbuta ma' din l-għajnuna. 4. Il-PTEE meqjus bħala l-inqas żviluppat huwa t-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna. |
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 10 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu u konsultazzjoni wiesa' dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom u l-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). |
1. L-assoċjazzjoni għandha tissejjes fuq djalogu fuq firxa wiesgħa u konsultazzjoni dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku bejn il-PTEE, l-Istati Membri li huma marbuta magħhom , il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew u, fejn xieraq, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). |
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Responsabbiltajiet tal-atturi mhux governattivi |
Responsabbiltajiet tas-soċjetà ċivili u tal-atturi mhux governattivi |
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 12 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali. |
1. Is-soċjetà ċivili, is-settur privat u l-atturi mhux governattivi jista' jkollhom rwol fl-iskambju ta' informazzjoni u konsultazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni, b'mod partikolari għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' assistenza għal kooperazzjoni, proġetti u programmi. Huma jistgħu jirċievu deroga ta' setgħat ta' ġestjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi għall-fini li jingħata appoġġ għal inizjattivi ta' żvilupp lokali. |
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni. |
3. Id-djalogu għandu jippermetti lill-PTEE biex jieħdu sehem fl-implimentazzjoni tal-assoċjazzjoni kif ukoll fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji reġjonali tal-Unjoni fiż-żoni fejn jinsabu l-PTEE . |
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali għall-ksib tal-objettivi tal-assoċjazzjoni. |
4. Id-djalogu għandu jiffoka, fost l-oħrajn, fuq kwistjonijiet politiċi ta' interess reċiproku jew ta' sinifikat ġenerali biex jinkisbu kemm l-objettivi tal-assoċjazzjoni kif ukoll l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli . |
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-enerġija, it-tibdil fil-klima u l-ambjent , ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet. |
5. Id-djalogu ma' Greenland għandu, b'mod partikulari, jipprovdi l-bażi għal kooperazzjoni u djalogu wesgħin f'oqsma li jikkonċernaw, fost oħrajn, l-edukazzjoni, l-enerġija, it-tibdil fil-klima , l-ambjent, in-natura , ir-riżorsi naturali, inkluża l-materja prima u l-istokkijiet tal-ħut, it-trasport marittimu, ir-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll id-dimensjoni tal-Artiku ta' dawk il-kwistjonijiet. |
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Id-djalogu mal-PTEE tal-Karibew b'mod partikolari għandu jservi biex tissaħħaħ l-istrateġija Ewropea fir-reġjun tal-Karibew u biex ikun hemm kooperazzjoni fuq kwistjonijiet relatati mal-bijodiversità, mat-tibdil fil-klima, mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi, mal-prevenzjoni u mal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, mad-dimensjoni soċjali kif ukoll mal-promozzjoni ta' governanza tajba, speċjalment fil-qasam tat-tassazzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5b. Id-djalogu mal-PTEE tal-Paċifiku għandu jservi b'mod partikolari biex tiġi definita u implimentata strateġija Ewropea ambizzjuża fir-reġjun tal-Paċifiku billi tissaħħaħ il-preżenza Ewropea, u biex ikun hemm kooperazzjoni b'mod partikolari fuq il-kwistjonijiet soċjali, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u tal-art, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, l-ambjent u l-ekonomija blu. |
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 39
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 1 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TA' DIŻASTRI |
IL-KWISTJONIJIET AMBJENTALI, IT-TIBDIL FIL-KLIMA, L-OĊEANI U T-TNAQQIS TAR-RISKJI TA' DIŻASTRI |
Emenda 40
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri tista' tikkonċerna: |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ambjent, it-tibdil fil-klima , it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-titjib fir-reżiljenza tista' tikkonċerna: |
Emenda 41
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 42
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 43
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 17 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u l-kontroll tad-deżertifikazzjoni , l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam. |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-immaniġġar sostenibbli tal-foresti tista' tikkonċerna l-promozzjoni tal-konservazzjoni u l-immaniġġar sostenibbli ta' foresti, inkluż ir-rwol tagħhom fil-konservazzjoni tal-ambjent mill-erożjoni u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni , l-afforestazzjoni u l-immaniġġar tal-esportazzjonijiet tal-injam , u l-ġlieda kontra l-isfruttament illegali tal-foresti . |
Emenda 44
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 45
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 46
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 47
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 4 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
ŻGĦAŻAGĦ, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U S-SIKUREZZA TAL-IKEL |
ŻGĦAŻAGĦ, NISA, EDUKAZZJONI, TAĦRIĠ, SAĦĦA, IMPJIEGI, SIGURTÀ SOĊJALI, IS-SIKUREZZA TAL-IKEL U S-SIGURTÀ TAL-IKEL |
Emenda 48
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Unjoni u l-PTEE għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol sabiex jiġġieldu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ. |
Emenda 49
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 32a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 32a Ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa 1. L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi l-ugwaljanza u l-ekwità bejn in-nisa u l-irġiel fil-PTEE, kif ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u opportunitajiet politiċi u ekonomiċi ndaqs għan-nisa. 2. L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, b'mod partikolari kontra kull forma ta' vjolenza. 3. L-assoċjazzjoni għandha wkoll l-għan li tippromwovi t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b'mod partikolari fir-rwoli tagħhom ta' atturi fl-iżvilupp sostenibbli u fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju. L-inizjattivi kollha għandhom jinkorporaw id-dimensjoni tal-ġeneru. |
Emenda 50
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 51
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 52
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Arti tal-ispettaklu |
Belle arti |
Emenda 53
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-arti tal-ispettaklu tista' tikkonċerna: |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-belle arti tista' tikkonċerna: |
Emenda 54
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 55
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 56
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki permezz ta': |
Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u monumenti storiċi għandha l-għan li tippromwovi skambji ta' għarfien espert u tal-aħjar prattiki u l-valorizzazzjoni sostenibbli tas-siti permezz ta': |
Emenda 57
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
Emenda 58
Proposta għal deċiżjoni
Parti II – kapitolu 6 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
IL-ĠLIEDA KONTRA L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA |
IL-PROMOZZJONI TAL-ISTAT TAD-DRITT |
Emenda 59
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu - 40 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu - 40 a Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt 1. L-assoċjazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali li fuqhom hija bbażata, permezz tad-djalogu u tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE. 2. Il-PTEE bħala ċentri mbiegħda avvanzati tal-Unjoni huma atturi ewlenin fit-tixrid tal-valuri u tal-prinċipji tal-Unjoni fir-reġjuni rispettivi tagħhom. |
Emenda 60
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 41 – titolu
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni |
Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-traffikar ta' bnedmin, abbuż sesswali mit-tfal u l-isfruttament sesswali, it-terroriżmu u l-korruzzjoni u l-prevenzjoni korrispondenti tagħhom |
Emenda 61
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 41 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-kriminalità organizzata tista' tikkonċerna: |
1. Fil-kuntest tal-assoċjazzjoni, il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-prevenzjoni tagħha tista' tikkonċerna: |
Emenda 62
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 42a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 42a Negozjar ta' ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi Meta negozjar ta' ftehimiet kummerċjali jew tas-sajd ma' pajjiżi terzi jhedded li jikkawża ħsara serja lill-integrazzjoni reġjonali jew lil setturi sensittivi tal-PTEE, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt, filwaqt li tqis l-impatt kumulattiv ta' dawn il-ftehimiet fuq l-ekonomiji tal-PTEE. Ladarba titlesta din l-analiżi, il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-riżultati tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-awtoritajiet governattivi u lokali tal-PTEE qabel il-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali kkonċernati. |
Emenda 63
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 53 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandha jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu. |
2. Kooperazzjoni relatata mal-kummerċ għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-objettivi aħħarija tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli . Dan jista' jestendi wkoll għal kooperazzjoni dwar oqsma oħra relatati mal-kummerċ ta' ftehimiet ambjentali multilaterali, bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ għall-Ispeċijiet fil-Periklu. |
Emenda 64
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 59 – paragrafu 1 – punt 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. għajnuna mogħtija permezz ta' riżorsi tal-istat minn PTEE li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi, sa fejn dan għandu effett negattiv sinifikanti fuq il-kummerċ jew l-investiment. |
imħassar |
Emenda 65
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 70 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-evazjoni u l-iskartar tat-taxxa. “Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek” tal-Kumitat ta' Basilea, “Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni” tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, “L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, “Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa” tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, “l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji” tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja. |
L-Unjoni u l-PTEE se jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex jaraw li fit-territorju tagħhom jiġu implimentati u applikati l-istandards li dwarhom hemm qbil internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni fis-settur tas-servizzi finanzjarji u fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa. “Il-Prinċipji għal Superviżjoni Effettiva tal-Banek” tal-Kumitat ta' Basilea, “Il-Prinċipji Ewlenija tal-Assigurazzjoni” tal-Assoċjazzjonijiet Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni, “L-Objettivi u l-Prinċipji tar-Regolament dwar it-Titoli” tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, “Il-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa” tal-OECD, "Id-Dikjarazzjoni dwar it-Trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal finijiet fiskal tal-G20, “l-Attributi Ewlenin tas-Sistemi ta' Riżoluzzjoni Effettivi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji” tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja jew saħansitra l-Konvenzjoni tan-NU Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-protokolli tagħha . |
Emenda 66
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 67
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 68
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 69
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 72 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Din id-Deċiżjoni tista' tikkontribwixxi wkoll għal miżuri stabbiliti skont programmi oħra tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. F'każijiet bħal dawn, il-programm ta' ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta' regoli għandu jiġi applikat. |
Emenda 70
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 73 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR 500 000 000 , f'termini ta' prezzijiet attwali. |
1. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu 2021-2027, għandu jkun ta' EUR 669 000 000 , f'termini ta' prezzijiet attwali. |
Emenda 71
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 72
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74 – paragrafu 1 – punt g
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 73
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 74a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 74a Prinċipju ġenerali Sakemm mhux speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) (“ir-Regolament Finanzjarju”) u l-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni. |
Emenda 74
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 – paragrafu 3 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 75
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 – paragrafu 4a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
4a. Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jingħata bit-tipi ta' finanzjament previsti fir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari permezz ta': |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
Bħala parti mill-għajnuna programmabbli, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni prinċipalment tieħu l-forma ta' appoġġ baġitarju għall-PTEE. |
||
|
L-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni tista' wkoll tiġi pprovduta, skont ir-Regolament Finanzjarju, permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, minn pajjiżi u reġjuni msieħba, jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, sabiex jiġu attirati finanzjamenti konġunti minn diversi donaturi, jew minn fondi stabbiliti minn donatur wieħed jew aktar għat-twettiq konġunt ta' proġetti. |
||
|
L-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, direttament mid-dipartimenti tagħha, mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-aġenziji eżekuttivi, fil-qafas ta' ġestjoni konġunta mal-Istati Membri, jew indirettament billi jiġu fdati kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lill-entitajiet elenkati fir-Regolament Finanzjarju. Dawn l-entitajiet għandhom jiżguraw il-kompatibbiltà mal-politika esterna tal-Unjoni u jistgħu jafdaw kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lil entitajiet oħra, b'termini ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-Kummissjoni. |
||
|
L-azzjonijiet iffinanzjati jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt. Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni għandha tinqasam f'bosta komponenti identifikabbli b'mod ċar, li kull wieħed minnhom għandu jiġi ffinanzjat mill-imsieħba ta' kofinanzjament differenti sabiex jiġi żgurat li d-destinazzjoni tal-finanzjament tibqa' dejjem identifikabbli. Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn l-imsieħba li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi għandhom jiġu akkomunati b'mod li ma jibqax aktar possibbli li jkun identifikat is-sors ta' finanzjament ta' kwalunkwe attività speċifika mwettqa bħala parti mill-azzjoni. F'każ bħal dan, il-pubblikazzjoni sussegwenti tal-ftehimiet tal-għotja u tal-kuntratti pubbliċi, kif imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, għandha tirrispetta r-regoli tal-entità responsabbli, fejn applikabbli. |
||
|
Il-finanzjament tal-UE la għandu jiġġenera u lanqas jixpruna l-ġbir ta' taxxi, dazji jew tariffi speċifiċi. |
Emenda 76
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 75 a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 75a |
|
Differimenti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta' impenn, rimborżi u riċevuti minn strumenti finanzjarji |
|
1. Flimkien mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-pagamenti mhux użati taħt din id-Deċiżjoni għandhom jiġu trasferiti b'mod awtomatiku u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja sussegwenti. L-ammont diferit għandu jintuża bħala prijorità matul is-sena finanzjarja sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-approprjazzjonijiet ta' impenn trasferiti f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju. |
|
2. Minbarra r-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar id-disponibbiltà mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, l-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta' diżimpenji magħmula wara n-nuqqas totali jew parzjali ta' implimentazzjoni ta' azzjoni taħt din id-Deċiżjoni għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja oriġinali. Kwalunkwe referenza għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni. |
|
3. L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f'pagamenti akkont annwali, f'konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
|
It-tielet paragrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma japplikax għal tali azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kwalunkwe parti ta' impenn baġitarju relatat ma' azzjoni li, sal-31 ta' Diċembru tal-ħames sena ta' wara s-sena li fiha jkun ġie adottat l-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-pagament prefinanzjament jew għal pagamenti interim jew għal pagament li għalih ma tkun tressqet ebda dikjarazzjoni ċertifikata ta' nfiq jew ebda pretensjoni għall-pagament. |
|
Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-pagamenti annwali. |
Emenda 77
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 76 – paragrafu 1 – punt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 78
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 77 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli dwar dawn l-oqsma. |
2. L-Unjoni għandha tappoġġa l-isforzi tal-PTEE fl-iżvilupp ta' dejta statistika affidabbli u pubblikament aċċessibbli dwar dawn l-oqsma. |
Emenda 79
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 77 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom. |
3. L-Unjoni tista' tappoġġa l-PTEE fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-komparabbiltà tal-indikaturi makroekonomiċi tagħhom , b'mod partikolari billi tiffaċilita l-analiżi tal-PGD tal-PTEE permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist jekk din tkun disponibbli . |
Emenda 80
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 78 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni , kif ukoll nefqa fil-kwartieri ġenerali u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv meħtieġa għall-programm, u għall-ġestjoni ta' operazzjonijiet iffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, u sistemi tat-teknoloġija u tal-informazzjoni korporattiva. |
1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-Unjoni jista' jkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għall-ilħuq tal-objettivi tagħha, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat ma' preparazzjoni, segwitu, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni li huma meħtieġa għal tali implimentazzjoni. |
Emenda 81
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 79 |
imħassar |
Prinċipju ġenerali |
|
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din id-Deċiżjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi implimentata f'konformità mal-objettivi u l-prinċipji ta' din id-Deċiżjoni, ir-Regolament Finanzjarju, u [ir-Regolament NDICI] b'mod partikolari, it-Titolu II, Kapitolu I, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 13, 14(1), 14(4) u 15, il-Kapitolu III, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 21(2), 21(2) (a) u (b) u 21(3), u tal-Kapitolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 31(1), 31(4), 31(6), 31(9) u 32(3). Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 80 ta' din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 21(2)(c) tar-[Regolament NDICI]. |
|
Emenda 82
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
Artikolu 79a |
||
|
Adozzjoni ta' dokumenti ta' programmar |
||
|
1. Fil-qafas tas-sħubija bejn l-Unjoni u l-PTEE, l-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-formulazzjoni u mill-adozzjoni ta' politiki settorjali fl-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni msemmija fil-Parti II ta' din id-Deċiżjoni filwaqt li jiżguraw il-monitoraġġ adegwat tagħhom. |
||
|
Fuq din il-bażi, kull PTEE għandu jipprepara u jippreżenta dokument ta' programmar għall-iżvilupp sostenibbli tat-territorju tiegħu. Dan id-dokument ta' programmar għandu jipprovdi qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-PTEE kkonċernat, li jirrispetta l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-prinċipji u l-politiki tal-Unjoni. |
||
|
Kull dokument ta' programmar għandu jiddefinixxi: |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
2. Id-dokument ta' programmar għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba u l-prattiki tajba, u għandu jkun ibbażat fuq konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u ma' atturi oħra, kif ukoll fuq djalogu magħhom sabiex jiġu żgurati l-involviment suffiċjenti min-naħa tagħhom u l-ħidma ulterjuri fuq id-dokument indikattiv ta' programmar. |
||
|
3. L-abbozz ta' dokument ta' programmar għandu jkun s-suġġett ta' skambju ta' fehmiet bejn l-awtoritajiet ta' kull PTEE, l-Istat Membru konness miegħu u l-Kummissjoni. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom ikunu responsabbli mill-finalizzazzjoni tad-dokument ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika fil-linji gwida l-arranġamenti ta' programmar għall-PTEE b'mod li tippermetti l-approvazzjoni rapida tad-dokumenti ta' programmar. |
||
|
4. Ladarba jkun iffinalizzat, id-dokument ta' programmar għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni, li għandha tivverifika li dan ikun konsistenti mal-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni u mal-politiki rilevanti tal-Unjoni, u li jkun fih l-elementi kollha meħtieġa għall-adozzjoni tad-deċiżjoni finanzjarja annwali. L-awtoritajiet tal-PTEE għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe studju ta' fattibbiltà mwettaq, għall-finijiet ta' din il-verifika. |
||
|
5. Id-dokument ta' programmar għandu jkun approvat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. |
||
|
Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet sostanzjali li jkollhom l-effett li jbiddlu b'mod sinifikanti l-istrateġija jew il-programmar. |
||
|
Il-proċedura ta' eżami ma għandhiex tapplika għal bidliet mhux sostanzjali fid-dokument indikattiv ta' programmar li jinvolvu aġġustamenti tekniċi, ir-riallokazzjoni ta' fondi fl-allokazzjonijiet indikattivi skont il-qasam prijoritarju, jew żieda jew tnaqqis fl-ammont tal-allokazzjoni indikattiva inizjali ta' inqas minn 20 %, dment li dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji jew l-objettivi stabbiliti fid-dokument indikattiv ta' programmar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-bidliet mhux sostanzjali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni rilevanti. |
Emenda 83
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 79b (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||||||
|
Artikolu 79b |
||||||||
|
Pjanijiet ta' azzjoni u miżuri |
||||||||
|
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri partikolari, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet mixtieqa, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-modi ta' implimentazzjoni, il-baġit u l-ispejjeż kollha ta' appoġġ relatati. |
||||||||
|
2. Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq dokumenti ta' programmar. |
||||||||
|
3. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Mhuwiex meħtieġ li tiġi applikata l-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 għal: |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
Fil-każ ta' pjanijiet ta' azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafu 3(a) u (b)(iii) għandhom japplikaw fuq bażi annwali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri adottati skont dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u l-bidliet tekniċi għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom. |
||||||||
|
4. Qabel ma tadotta jew testendi miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali li l-ispiża tagħhom ma taqbiżx l-EUR 20 000 000 , il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel xi bidliet importanti fil-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ strateġiku adottat fil-kwistjoni mill-Kunsill kemm meta tippjana dawn il-miżuri kif ukoll meta timplimentatahom aktar tard, filwaqt li għandha tiżgura li tinżamm il-konsistenza fl-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat, kif xieraq u fil-ħin, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali taħt dan l-Artikolu, inkluż dwar l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinfurmah ukoll fil-każ ta' bidla jew estensjoni sostanzjali ta' din l-assistenza. |
||||||||
|
5. Fil-każ ta' urġenza debitament ġustifikata, bħal kriżijiet ikkawżati minn diżastri naturali jew mill-bniedem, jew fil-każ ta' theddid imminenti għad-demokrazija, għall-istat tad-dritt, għad-drittijiet tal-bniedem jew għal-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri jew bidliet fil-pjanijiet ta' azzjoni eżistenti u fil-miżuri eżistenti, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(5). |
Emenda 84
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 80
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 80 |
imħassar |
L-adozzjoni ta' programmi indikattivi pluriennali, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri |
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, skont din id-Deċiżjoni, fil-forma ta' “dokumenti ta' programmar individwali”, programmi indikattivi pluriennali kif imsemmija fl-Artikolu 12 tar-[Regolament NDICI] flimkien mal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri korrispondenti msemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 88(5) ta' din id-Deċiżjoni. Dik il-proċedura għandha tapplika wkoll għal rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 14(3) tar-[Regolament NDICI] li jkollhom l-effett li jimmodifikaw b'mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali. |
|
Fil-każ ta' Greenland, pjanijiet ta' azzjoni u miżuri kif imsemmija fl-Artikolu 19 tar-[Regolament NDICI] jistgħu jiġu adottati separatament minn programmi indikattivi pluriennali. |
|
Emenda 85
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 81 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni. |
1. L-awtoritajiet pubbliċi tal-PTEE kollha għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju previst f'din id-Deċiżjoni. |
Emenda 86
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 81 – paragrafu 2 – punt e
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 87
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 82 – paragrafu 1 – punt c – sottopunt iii
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 88
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fi programmi tal-Unjoni u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE. |
1. Il-persuni fiżiċi minn PTEE, kif definiti fl-Artikolu 50, u, fejn xieraq, il-korpi u l-istituzzjonijiet pubbliċi u/jew privati rilevanti f'PTEE, għandhom ikunu eliġibbli għal parteċipazzjoni fil-programmi kollha tal-Unjoni , inkluż fil-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u għal finanzjament min-naħa tal-Unjoni suġġett għar-regoli u l-objettivi tal-programmi u l-arranġament possibbli li jkunu applikabbli għall-Istat Membru li jkollu rabtiet mal-PTEE. |
Emenda 89
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 2a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura aċċess effettiv u effiċjenti tal-PTEE għall-programmi u għall-istrumenti kollha ta' kooperazzjoni tal-Unjoni ma' pajjiżi oħra billi tipprevedi miżuri speċifiċi fejn ikun meħtieġ. |
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-trasparenza tal-informazzjoni u l-viżibbiltà tas-sejħiet għall-proposti mnedija taħt id-diversi programmi tal-Unjoni permezz ta' portal ta' aċċess aġġornat u ddedikat għall-PTEE. |
Emenda 90
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 83 – paragrafu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-PTEE għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar din il-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni , kull sena mill-2022 . |
3. Abbażi tal-informazzjoni provduta mill-PTEE, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar il-parteċipazzjoni tal-PTEE fil-programmi tal-Unjoni. |
Emenda 91
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 86 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, biex temenda l-Artikolu 3 tal-Anness I bil-għan li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. |
Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress ta' din id-Deċiżjoni lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 87, sabiex tiddetermina l-indikaturi tal-prestazzjoni kif previst fl-Artikolu 3 tal-Anness I jew biex tirrieżaminahom jew tikkomplementahom fejn jitqies meħtieġ, u biex tissupplimenta din id-Deċiżjoni b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni. |
Emenda 92
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Jannar 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża impliċitament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Kunsill ma joġġezzjonax għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni tiegħu. |
Emenda 93
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill b'dan. |
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'dan. |
Emenda 94
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 87 – paragrafu 5
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill. |
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 86 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Kunsill. Jekk il-Kunsill ikollu l-intenzjoni li jfassal xi oġġezzjoni, il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fi żmien raġonevoli qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali, billi jindika l-att delegat li jkun biħsiebu joġġezzjona għalih u r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tiegħu. |
Emenda 95
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 90 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (46). |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandu jiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura l-unità, il-koerenza u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni . |
Emenda 96
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 92 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021. |
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2021 u tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2027 . |
Emenda 97
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR 500 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej: |
1. Għall-finijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta' seba' snin mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027, l-ammont globali ta' assistenza finanzjarja tal-Unjoni ta' EUR 669 000 000 fi prezzijiet attwali għandu jiġi allokat kif ġej: |
Emenda 98
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
||||
|
Dan l-ammont għandu jkun allokat fuq il-bażi tal-ħtiġijiet u l-prestazzjoni tal-PTEE skont il-kriterji li ġejjin: id-daqs tal-popolazzjoni, il-livell tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) permezz tal-parità tal-kapaċità tal-akkwist (PPA) jekk din tkun disponibbli, il-livell ta' allokazzjonijiet preċedenti u l-limitazzjonijiet minħabba l-iżolament ġeografiku tal-PTEE kif imsemmija fl-Artikolu 9 ta' din id-Deċiżjoni , il-livell baxx ta' żvilupp tal-PTEE msemmi fl-Artikolu 9a ġdid ta' din id-Deċiżjoni, id-daqs tat-territorji u l-kwistjonijiet klimatiċi u ambjentali. |
||||
|
4 % għal Aruba |
||||
|
1,5 % għal Bonaire |
||||
|
5 % għal Curaçao |
||||
|
48 % għal Greenland |
||||
|
10,75 % għal New Caledonia |
||||
|
10,85 % għall-Polineżja Franċiża |
||||
|
1,2 % għal Saba |
||||
|
2 % għal Saint Barthélemy, |
||||
|
0,8 % għal Sint Eustatius |
||||
|
7,5 % għal Saint Pierre u Miquelon |
||||
|
2,5 % għal Sint Maarten |
||||
|
0,4 % għat-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika |
||||
|
5,5 % għat-Territorju tal-Gżejjer Wallis u Futuna |
Emenda 99
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt b
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 100
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt c
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 101
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – sottopunt d
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 102
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 103
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 1 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni, wara rieżami, tista' tiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu. |
2. Il-Kummissjoni, wara rieżami li għandu jitwettaq qabel l-2025 , tista' tiddeċiedi , wara li tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew, dwar l-allokazzjoni tal-fondi mhux allokati msemmija f'dan l-Artikolu. |
Emenda 104
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 tad-Deċiżjoni għandu jitkejjel permezz: |
F'konformità mal-għanijiet ta'żvilupp sostenibbli, se titfassal lista ta' indikaturi ta' prestazzjoni ewlenin skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 86 u użata biex tgħin fl-evalwazzjoni ta' kemm l-Unjoni tkun ikkontribwiet għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3.5 ta' din id-Deċiżjoni. |
Emenda 105
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 106
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
(1a) Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(46) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(1) Minn dan l-ammont, EUR 9 725 000 huma riżervati għall-Kummissjoni biex tkopri assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE, ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.