Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019AP0028

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2018)0437 – C8-0380/2018 – 2018/0226(NLE))

    ĠU C 411, 27.11.2020, p. 552–564 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 411/552


    P8_TA(2019)0028

    Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom 2021-2025 *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (COM(2018)0437 – C8-0380/2018 – 2018/0226(NLE))

    (Konsultazzjoni)

    (2020/C 411/47)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0437),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0380/2018),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0406/2018),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

    3.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    4.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    Emenda 1

    Proposta għal regolament

    Premessa 1a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a)

    Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jiġi kkonsultat matul il-passi kollha rilevanti fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm. Il-Kunsill talab lill-Parlament Ewropew biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perjodu 2021-2025. Madankollu, peress li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja ma tapplikax skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-Parlament Ewropew mhuwiex meqjus li huwa fl-istess livell mal-Kunsill meta jadotta leġiżlazzjoni relatata mal-enerġija atomika. Minħabba r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur fir-rigward ta' kwistjonijiet baġitarji u sabiex jiġu żgurati disinn u implimentazzjoni koerenti tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni, il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom jenħtieġ li jiġi adottat ukoll permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    Emenda 2

    Proposta għal regolament

    Premessa 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2)

    Ir-riċerka nukleari tista' tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali , il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini u dik ir-riċerka issa tista' twassal għal titjib f'setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Daqstant importanti huwa l-kontribut potenzjali tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

    (2)

    Ir-riċerka nukleari tista' tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali u l-prosperità ekonomika billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari. Ir-riċerka nukleari tagħti kontribut importanti lis-sostenibbiltà ambjentali u lill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima billi tnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-enerġija importata, filwaqt li r-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini u dik ir-riċerka issa tista' twassal għal titjib f'setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. Daqstant importanti huwa l-kontribut tar-riċerka nukleari għad-dekarbonizzazzjoni fuq perjodu fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

    Emenda 3

    Proposta għal regolament

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4)

    Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom 2014-18 (COM(2017)0697) jipprovdi sett ta' prinċipji gwida għall-Programm. Dawn jinkludu: li tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari; li jkomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; li jkomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari; li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħrajn tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom.

    (4)

    Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ ta' Euratom 2014-18 (COM(2017)0697) jipprovdi sett ta' prinċipji gwida għall-Programm. Dawn jinkludu: li tkompli tiġi appoġġata r-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, il-prestazzjoni, is-salvagwardji, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv , il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari; li jkomplu jittejbu, flimkien mal-benefiċjarji, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; li jkomplu u jissaħħu l-azzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ ta' Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' ħiliet b'mod partikolari fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-inġiniera ; li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn il-programm Euratom u oqsma tematiċi oħrajn tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u li jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-programm Euratom , li jgħin jiżgura l-konsistenza u l-effettività tul il-Programm Euratom .

    Emenda 4

    Proposta għal regolament

    Premessa 4a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4a)

    Il-proġetti tal-ġestjoni tal-iskart tal-Euratom jikkontribwixxu għal fehim aħjar tal-kwistjonijiet tal-ġestjoni tal-iskart radjuattiv fl-Unjoni, bħas-sikurezza tal-faċilitajiet tad-disponiment ġeoloġiku futuri, il-kundizzjonament tal-iskart radjuattiv u l-imġiba fit-tul tal-fjuwil użat ġewwa landfill.

    Emenda 5

    Proposta għal regolament

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5)

    Il-kunċett u d-disinn tal-Programm huwa determinat skont il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika tal-attivitajiet appoġġati. Dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' għadd limitat ta' għanijiet speċifiċi ffokati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-potenza elettrika u mhux tal-potenza elettrika, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert neċessarju, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari

    (5)

    Il-kunċett u d-disinn tal-Programm huwa determinat skont il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika tal-attivitajiet appoġġati. Dan jinkiseb permezz tal-istabbiliment ta' għadd limitat ta' għanijiet speċifiċi ffokati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għall-applikazzjonijiet tal-potenza elettrika u mhux tal-potenza elettrika, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert neċessarju, it-trawwim tal-enerġija mill-fużjoni u appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari , inkluż l-iżvilupp ta' għarfien dwar dekummissjonar sikur, effettiv u kosteffiċjenti tal-installazzjonijiet li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom, qasam li fih id-dispożizzjonijiet u l-investiment għadhom lura.

    Emenda 6

    Proposta għal regolament

    Premessa 5a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5a)

    Il-Programm huwa parti kruċjali mill-isforzi tal-Unjoni biex iżżomm u ttejjeb it-tmexxija xjentifika u industrijali fil-qasam tat-teknoloġiji tal-enerġija. Sabiex jiġi appoġġat l-operat sigur tal-enerġija eżistenti ta' fissjoni u tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija, ir-riċerka fil-fissjoni jenħtieġ li tkompli tifforma parti integrali mill-programm Euratom.

    Emenda 7

    Proposta għal regolament

    Premessa 5b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5b)

    L-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u ta' applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inklużi s-sikurezza nukleari u d-dekummissjonar, jenħtieġ li jiġi appoġġat permezz ta' spezzjonijiet transkonfinali strutturali u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattiki relatati mas-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u ċ-ċikli tal-fjuwil li jintużaw attwalment, speċjalment fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu fil-viċinanza ta' fruntiera waħda jew aktar bejn Stati Membri.

    Emenda 31

    Proposta għal regolament

    Premessa 5c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5c)

    Aċċidenti nukleari serji jistgħu jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, is-sikurezza nukleari u, fejn xieraq, l-aspetti tas-sigurtà ttrattati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-“JRC”) jenħtieġ li jingħataw l-ikbar attenzjoni possibbli fil-Programm.

    Emenda 8

    Proposta għal regolament

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7)

    Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

    (7)

    Billi jappoġġa r-riċerka nukleari, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet ta' Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (“Orizzont Ewropa”) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), b'mod partikolari billi jippromwovi l-eċċellenza u x-xjenza miftuħa, u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

    Emenda 9

    Proposta għal regolament

    Premessa 8

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (8)

    Il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji ma' Orizzont Ewropa u programmi oħrajn tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. Bil-ħsieb li jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni u jiżdied l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-UE, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa. F'tali każijiet dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa.

    (8)

    Il-Programm jenħtieġ li jfittex sinerġiji u allinjament aktar mill-qrib ma' Orizzont Ewropa u programmi oħrajn tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. Huwa essenzjali li l-prinċipji ewlenin ta' eċċellenza u ta' xjenza miftuħa jinżammu fil-programmi kollha . Bil-ħsieb li jiġu evitati t-trikkib u d-duplikazzjoni u jiżdied l-ingranaġġ tal-finanzjament tal-UE, jistgħu jseħħu trasferimenti minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' Orizzont Ewropa. F'tali każijiet dawn isegwu r-regoli ta' Orizzont Ewropa.

    Emenda 33

    Proposta għal regolament

    Premessa 12a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12a)

    L-attivitajiet żviluppati fl-ambitu tal-Programm jenħtieġ li jimmiraw li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, billi jindirizzaw b'mod partikolari l-kawżi sottostanti fl-iżbilanċ tas-sessi, billi jisfruttaw il-potenzjal kollu kemm tar-riċerkaturi nisa kif ukoll tal-irġiel u billi jintegraw id-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tal-proġetti sabiex itejbu l-kwalità tar-riċerka u jistimulaw l-innovazzjoni. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu mmirati wkoll lejn l-implimentazzjoni tal-prinċipji relatati mal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropa u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    Emenda 10

    Proposta għal regolament

    Premessa 17a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (17a)

    Il-JRC jipprovdi appoġġ għall-istandardizzazzjoni, aċċess miftuħ għax-xjenzjati tal-Unjoni għal faċilitajiet nukleari individwali u attivitajiet ta' taħriġ f'oqsma bħall-garanziji nukleari, il-forensika jew id-dekummissjonar.

    Emenda 11

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    li potenzjalment jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

    (b)

    li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-sistema tal-enerġija b'mod sikur, effiċjenti u sigur.

    Emenda 12

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    li jtejjeb l-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u tal-applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u l-iskart radjuattiv sikuri, nukleari;

    (a)

    li jtejjeb l-użu sikur, sigur u effiċjenti tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta' potenza elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, is-salvagwardji, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni u d-dekummissjonar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv sikuri, nukleari;

    Emenda 13

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d)

    li jappoġġa l-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari.

    (d)

    li jappoġġa l-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari , inkluż l-iżvilupp ta' għarfien dwar dekummissjonar sikur, effettiv u kosteffiċjenti tal-installazzjonijiet li jkunu waslu fi tmiem il-ħajja tagħhom .

    Emenda 14

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta' EUR 1 675 000 000 fil-prezzijiet attwali.

    1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għandu jkun ta' EUR 1 516 000 000 fil-prezzijiet tal-2018 (EUR 1 675 000 000 fil-prezzijiet attwali).

    Emenda 15

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

    Id-distribuzzjoni tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:

    Emenda 16

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a)

    EUR 724 563 000 għar-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni;

    (a)

    43 % għar-riċerka u l-żvilupp tal-fużjoni;

    Emenda 17

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b)

    EUR 330 930 000 għall-fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

    (b)

    25 % għall-fissjoni, sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari;

    Emenda 18

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c)

    EUR 619 507 000 għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

    (c)

    32 % għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

    Emenda 19

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni ma tistax tiddevja, fil-proċedura tal-baġit annwali, mill-ammont imsemmi fil-paragrafu  2 (c) ta' dan l-Artikolu.

    Il-Kummissjoni tista' tiddevja, fil-proċedura tal-baġit annwali, mill-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu  2 ta' dan l-Artikolu b'massimu ta' 10 % .

    Emenda 20

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c – inċiż 3a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    rispett għall-prinċipji tal-Istat tad-dritt;

    Emenda 34

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 8a

    L-ugwaljanza bejn is-sessi

    Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni tas-sessi fil-kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni.

    Emenda 35

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 8b

    Prinċipji etiċi

    1.     L-attivitajiet kollha ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa fl-ambitu tal-Programm għandhom jikkonformaw mal-prinċipji etiċi u mal-liġi nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-Protokolli Supplimentari tagħha.

    Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipju tal-proporzjonalità, id-dritt għall-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-integrità fiżika u mentali ta' persuna, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni u l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli għoljin ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

    2.     L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa fl-ambitu tal-Programm għandhom ikunu ffokati esklussivament fuq applikazzjonijiet ċivili.

    Emenda 21

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Programm għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Komunità (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

    (1)   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Programm għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u  jindikaw l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni sabiex jiżguraw il-viżibbiltà tiegħu (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

    Emenda 22

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2)   Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Komunità, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

    (2)   Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu maħsuba kemm għal riċevituri speċjalisti kif ukoll għall-pubbliku . Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta' politika tal-Komunità, sa fejn dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

    Emenda 23

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu fil-ħin sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

    1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu kull sentejn sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-programm, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.

    Emenda 24

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2.    L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-implimentazzjoni tal-programm, kif xieraq.

    2.    L-ewwel evalwazzjoni tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-estensjonijiet u tal-implimentazzjoni tal-programm, kif xieraq.

    Emenda 25

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3.   Fi tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti.

    3.   Fi tmiem tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi preċedenti.

    Emenda 26

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Sabiex jikseb l-għanijiet speċifiċi, il-Programm se jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka fir-risolviment ta' sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti, se jkunu żgurati ma' Orizzont Ewropa. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju fornut mill-Fondi skont ir-Regolament [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] sa fejn ikunu konformi mal-għanijiet u r-regolamenti ta' dawn il-Fondi.

    Sabiex jikseb l-għanijiet speċifiċi, il-Programm se jappoġġa attivitajiet trażversali li jiżguraw sinerġija tal-isforzi tar-riċerka fir-risolviment ta' sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti, se jkunu żgurati ma' Orizzont Ewropa. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju fornut mill-Fondi skont ir-Regolament [Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] jew programmi oħra u strumenti finanzjarji tal-Unjoni, sa fejn dawn ikunu konformi mal-għanijiet u r-regolamenti ta' dawk il-Fondi , programmi u strumenti .

    Emenda 27

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-prijoritajiet ta' politika tagħha, inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari f'korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi, l-assoċjazzjonijiet, l-inizjattivi u l-forums tekniċi Ewropej tat-teknoloġija għas-sistemi u s-sikurezza nukleari, il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-fjuwil nukleari użat u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta' doża baxxa, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, ir-riċerka fil-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta' partijiet ikkonċernati nukleari .

    Il-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi tal-prijoritajiet ta' politika tagħha, inputs minn awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari f'korpi jew oqfsa bħall-pjattaformi, l-assoċjazzjonijiet, l-inizjattivi u l-forums tekniċi Ewropej tat-teknoloġija għas-sistemi u s-sikurezza nukleari preżenti u futuri , il-ġestjoni tal-iskart radjuattiv, il-fjuwil nukleari użat u l-protezzjoni mir-radjazzjoni/riskju ta' doża baxxa, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, ir-riċerka fil-fużjoni, jew kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta' partijiet ikkonċernati rilevanti .

    Emenda 28

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 5 – punt a – punt 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1)

    Sikurezza nukleari: sikurezza tas-sistemi nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, fl-użu fil-Komunità jew, sa fejn huwa neċessarju sabiex jinżamm għarfien espert nukleari mifrux fil-Komunità, dawk it-tipi ta' reatturi u ċikli tal-fjuwil, li jistgħu jintużaw fil-futur, li jiffokaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni.

    (1)

    Sikurezza nukleari: sikurezza tas-sistemi nukleari u ċ-ċikli tal-fjuwil, fl-użu fil-Komunità jew, sa fejn huwa neċessarju sabiex jinżamm u jiġi żviluppat għarfien espert nukleari mifrux fil-Komunità, dawk it-tipi ta' reatturi u ċikli tal-fjuwil, li jistgħu jintużaw fil-futur, li jiffokaw esklussivament fuq l-aspetti tas-sikurezza, inkluż l-aspetti kollha taċ-ċiklu tal-fjuwil bħas-separazzjoni u t-trażmutazzjoni; appoġġ għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki relatati mas-sikurezza tas-sistemi tar-reatturi u ċ-ċikli tal-fjuwil li qed jintużaw bħalissa, speċjalment fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu fil-viċinanza ta' fruntiera waħda jew aktar bejn Stati Membri.

    Emenda 29

    Proposta għal regolament

    Anness I – paragrafu 5 – punt a – punt 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3)

    Dekummissjonar: riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-għarfien dwar id-dekummissjonar.

    (3)

    Dekummissjonar: riċerka għall-iżvilupp u l-evalwazzjoni tat-teknoloġiji għad-dekummissjonar u r-rimedju ambjentali tal-faċilitajiet nukleari; appoġġ għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u tal-għarfien dwar id-dekummissjonar , inkluż il-kondiviżjoni tal-għarfien fil-każ ta' faċilitajiet nukleari li jinsabu qrib fruntiera waħda jew aktar bejn l-Istati Membri u permezz tal-ġbir komuni ta' riżorsi u persunal f'ċentri ta' eċċellenza .

    Emenda 30

    Proposta għal regolament

    Anness II – sottotitolu 4 – tabella

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdiji ta' impatt

    Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdiji ta' impatt

    Progress tal-UE lejn 3 % ta' PDG dovut għall-programm Euratom

    Progress tal-UE lejn mira ta' nfiq għal riċerka u żvilupp (R&Ż) ta' 3 % ta' PDG dovut għall-programm Euratom


    (20)  Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li jistabbilixxi l-FP9 tal-UE – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (ĠU […]).

    (20)  Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] li jistabbilixxi l-FP9 tal-UE – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 (ĠU […]).


    Top