EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XX0906(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Frar 2018 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Każ AT.40009 — Trasportaturi Marittimi tal-Karozzi

ĠU C 314, 6.9.2018, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 314/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Frar 2018 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni relatata mal-Każ AT.40009 — Trasportaturi Marittimi tal-Karozzi

(2018/C 314/07)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma li jinsabu fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma kien li jliġġmu l-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward it-tul tal-ksur.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

9.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

10.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tad-durata għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi.

12.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li hemm ċirkostanzi mitiganti għal wieħed mid-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

13.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis ta’ multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

14.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis ta’ multi abbażi tal-Avviż ta’ Riżolviment tal-2008.

15.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

16.   

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top