EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC0917(02)

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

C/2018/6044

ĠU C 327, 17.9.2018, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/11


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2018/C 327/07)

Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

Fil-paġna 116, fin-nota ta’ spjega tan-“Nota 2” it-test eżistenti huwa nnumerat mill-ġdid bħala 1. u jiżdied it-test li ġej:

“2.

L-espressjoni “żjut simili” tinkludi fost l-oħrajn, it-taħlitiet li ġejjin ta’ idrokarburi:

diżil paraffiniku sintetiku, b’mod partikolari “Żjut Veġetali Idrotrattati” (HVO) u “Fjuwils GTL (gas to liquid - gass għal likwidu)”;

prodotti minn sorsi rinnovabbli li jirriżultaw mill-proċessi li ġejjin: “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” jew “Fjuwils Bio-GTL (biogass to liquid - bijogass għal likwidu)”;

prodotti mill-koproċessar ta’ materja prima rinnovabbli f’raffineriji b’materja prima petrolifera.

Japplikaw id-definizzjonijiiet li ġejjin rigward il-produzzjoni ta’ “żjut simili”:

“Idrotrattament” tfisser il-konverżjoni termokimika ta’ trigliċeridi bl-idroġenu għall-produzzjoni ta’ alkani; jirreferi għall-ipproċessar tal-fjuwil. B’mod ġenerali, is-sorsi tat-trigliċeridi huma x-xaħmijiet u ż-żjut, l-iskart adattat, il-frazzjonijiet xaħmija tar-residwi u x-xaħam li joriġina mill-alga.

“Fjuwils GTL (gas to liquid - gass għal likwidu)”, “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” u “Fjuwils Bio-GTL (biogass to liquid - bijogass għal likwidu)” ifissru l-konverżjoni tal-gass fi fjuwils likwidi bil-proċess Fischer-Tropsch jew bi proċessi ekwivalenti. Fil-każ ta’ “Fjuwils BTL (biomass to liquid - bijomassa għal likwidu)” jeżisti pass preċedenti li jikkonsisti fil-konverżjoni tal-bijomassa f’gass.”


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 76, 4.3.2015, p. 1.


Top