EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0498

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tar-riżorsi għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

COM/2018/498 final

Brussell, 28.6.2018

COM(2018) 498 final

2018/0265(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tar-riżorsi għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

L-għan tal-proposta huwa li jiġu adattati l-ammonti tar-riżorsi disponibbli għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea stipulati fl-Artikoli 91(1) u 92(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 1 u d-disaggregazzjoni annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn riflessi fl-Anness VI ħalli jiġu riflessi l-bidliet fil-programmazzjoni finanzjarja tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (‘YEI’). B’mod aktar speċifiku, f’konformità mal-baġit adottat għall-2018, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI jenħtieġ li jiżdiedu b’ammont ta’ EUR 116,7-il miljun, li jtella’ l-ammont totali għall-2018 għal EUR 350 miljun. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2020 ġew aġġustati biex jirriflettu l-forniment minn qabel għall-2018.

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu kkoreġuti xi żbalji fir-rigward tal-ammonti u tal-perċentwali tar-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi stipulati fil-punt (2)(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2017/2305, li jemenda l-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Il-konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija r-riżultat tad-deċiżjoni baġitarja tal-2018.

Il-konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Ir-rieżami jirrifletti l-forniment minn qabel tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) fil-baġit tal-UE tal-2018.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Proporzjonalità

Il-proposta hija limitata għall-aġġustamenti tekniċi neċessarji.

L-għażla tal-istrument

L-istrument propost: emenda tar-regolament attwali.

Il-Kummissjoni esplorat l-ambitu għall-immanuvrar provdut permezz tal-qafas legali u tqis li huwa neċessarju li tipproponi emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Ma kien hemm l-ebda valutazzjoni ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ma kienx hemm konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni.

Il-ġbir u l-użu tal-għarfien

L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din mhijiex inizjattiva fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta m’għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Hemm bidliet fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jirriżultaw minn forniment minn qabel għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2018 jenħtieġ li jiżdiedu b’EUR 116,7-il miljun fi prezzijiet attwali u l-ammont għall-2020 jenħtieġ li jitnaqqas bl-istess ammont.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Mhux applikabbli.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-għan tal-proposta huwa li jiġu adattati l-ammonti tar-riżorsi disponibbli għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea stipulati fl-Artikoli 91(1) u 92(5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u d-disaggregazzjoni annwali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn riflessi fl-Anness VI ħalli jiġu riflessi l-bidliet fil-programmazzjoni finanzjarja tal-YEI. B’mod aktar speċifiku, f’konformità mal-baġit adottat għall-2018, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI jenħtieġ li jiżdiedu b’ammont ta’ EUR 116,7-il miljun, li jtella’ l-ammont totali għall-2018 għal EUR 350 miljun. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2020 ġew aġġustati biex jirriflettu l-forniment minn qabel għall-2018.

Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu kkoreġuti xi żbalji fir-rigward tal-ammonti u tal-perċentwali tar-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi stipulati fil-punt (2)(a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2017/2305, li jemenda l-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

L-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, kif emendat mir-Regolament (UE) 2017/2305 jgħid:

"1. Ir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 96,09 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta' EUR 317 103 114 309) u għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a) 48,64 % (jiġifieri, total ta' EUR 160 498 028 177) għar-reġjuni anqas żviluppati;

(b) 10,19 % (jiġifieri, total ta' EUR 33 621 675 154) għar- reġjuni ta' tranżizzjoni;

(c) 15,43 % (jiġifieri, total ta' EUR 50 914 723 304) għar- reġjuni aktar żviluppati;

(d) 20,01 % (jiġifieri, total ta' EUR 66 029 882 135) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta' Koeżjoni;

(e) 0,42 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 378 882 914) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u reġjuni tan-NUTS livell 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.”;

Din id-dispożizzjoni jenħtieġ li tinqara b’mod korrett kif ġej u jenħtieġ għalhekk tiġi kkoreġuta:

"1. Ir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 96,09 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta' EUR 317 073 545 392) u għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a) 51,52 % (jiġifieri, total ta' EUR 163 359 380 738) għar-reġjuni anqas żviluppati;

(b) 10,82 % (jiġifieri, total ta' EUR 34 319 221 039) għar- reġjuni ta' tranżizzjoni;

(c) 16,33 % (jiġifieri, total ta' EUR 51 773 321 432) għar- reġjuni aktar żviluppati;

(d) 20,89 % (jiġifieri, total ta' EUR 66 236 030 665) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta' Koeżjoni;

(e) 0,44 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 385 591 518) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u reġjuni tan-NUTS livell 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.”

2018/0265 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tar-riżorsi għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 2 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 3 ,

Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni u ġenerali applikabbli għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

(2)Ir-Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 emenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li, fost l-oħrajn, fir-rigward tar-riżorsi allokati għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

(3)Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018 6 emenda l-programmazzjoni finanzjarja għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (‘YEI’) billi żid l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI b’ammont ta’ EUR 116,7-il miljun fi prezzijiet attwali u l-ammont globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-YEI fl-2018 għal EUR 350 miljun fi prezzijiet attwali.

(4)L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-2020 jenħtieġ li jiġu aġġustati ‘l isfel biex jirriflettu l-forniment minn qabel għall-2018. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(5)Meta l-Artikolu 92(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2017/2305, ċerta data finanzjarja mniżżla fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/2305 kienet żbaljata. Dik id-data finanzjarja jenħtieġ li tinbidel bid-data korretta. Ir-Regolament (KE) Nru 1303/2013 jenħtieġ għalhekk li jiġi kkoreġut skont dan,

(6)Minħabba l-urġenza li l-programmi li jappoġġaw il-YEI jiġu emendati, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 91, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b’dan li ġej:

"1. Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perjodu 2014 - 2020 għandhom ikunu ta’ EUR 329 982 345 366 fi prezzijiet tal-2011, f’konformità mad-diżaggregazzjoni annwali stabbilita fl-Anness VI, li minnhom EUR 325 938 694 233 jirrappreżentaw ir-riżorsi globali allokati għall-FERŻ, għall-FSE u għall-Fond ta' Koeżjoni u EUR 4 043 651 133 jirrappreżentaw allokazzjoni speċifika għall-YEI. Għall-finijiet ta' programmazzjoni u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit tal-Unjoni, l-ammont tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali għandu jkun indiċizzat għal 2 % kull sena.”;

(2)fl-Artikolu 92, il-paragrafu 5 hu ssostitwit b’dan li ġej:

"5. Ir-riżorsi għall-YEI għandhom jammontaw għal EUR 4 043 651 133 mill-allokazzjoni speċifika għall-YEI u mill-inqas EUR 4 043 651 133 mill-investiment immirat tal-FSE.”;

(3)L-Anness VI jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa kkoreġut kif ġej:

fl-Artikolu 92, il-paragrafu 1 hu ssostitwit b’dan li ġej:

"1. Ir-riżorsi għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 96,09 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta' EUR 317 073 545 392) u għandhom jiġu allokati kif ġej:

(a) 51,52 % (jiġifieri, total ta' EUR 163 359 380 738) għar-reġjuni anqas żviluppati;

(b) 10,82 % (jiġifieri, total ta' EUR 34 319 221 039) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;

(c) 16,33 % (jiġifieri, total ta' EUR 51 773 321 432) għar-reġjuni aktar żviluppati;

(d) 20,89 % (jiġifieri, total ta' EUR 66 236 030 665) għall-Istati Membri sostnuti mill-Fond ta' Koeżjoni;

(e) 0,44 % (jiġifieri, total ta' EUR 1 385 591 518) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u għar-reġjuni tan-NUTS livell 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tar-riżorsi għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ta’ ABM/ABB 7  

4 Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 Politika Reġjonali u Urbana

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 63 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 64 01 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

1.3.Natura tal-proposta/inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

Il-proposta/l-inizjattiva hija dwarazzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta’ tħejjija 8  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Mhux applikabbli

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Nru tal-objettiv speċifiku

Mhux applikabbli

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Mhux applikabbli

1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

Mhux applikabbli

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Mhux applikabbli

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila

Mhux applikabbli

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Mhux applikabbli

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Mhux applikabbli

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2017 sal-31/12/2023

   Impatt finanzjarju fl-2017 - 2020

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ddelegati:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi li huma ħatru;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi rregolati bil-liġi pubblika;

korpi rregolati mid-dritt privat b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk tindika iżjed minn modalità waħda ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Ir-regoli dwar il-ġestjoni u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux applikabbli

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Mhux applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew dawk previsti.

Mhux applikabbli

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarja.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura…..............................................…]

Diff./mhux diff 10 .

minn pajjiżi tal-EFTA 11

mingħand il-pajjiżi kandidati 12

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1 Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 63 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 64 01 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarja.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura…..............................................…]

Diff./Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-allokazzjoni speċifika għall-YEI għall-2018 jenħtieġ li jiżdiedu b’EUR 116,7-il miljun fi prezzijiet attwali u l-ammont għall-2020 jenħtieġ li jitnaqqas bl-istess ammont. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament ġew aġġustati skont dan.

3.2.1.Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

EUR, fi prezzijiet attwali

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DG: EMPL, REGIO

2014

2015

2016

2017

2018 13

2019

2020

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni

Impenji

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

(1)

237 320 881

251 466 089

87 329 881

500 000 000

237 320 880

251 466 089

87 329 881

-26 071 285

242 067 299

256 495 412

89 076 479

350 000 000

242 067 299

256 495 411

89 076 479

-26 592 711

246 908 645

261 625 320

90 858 008

233 333 333

246 908 645

261 625 320

90 858 009

-27 124 565

251 846 817

266 857 826

92 675 169

116 666 667

251 846 645

266 857 826

92 675 168

-27 667 056

978 143 642

1 036 444 647

359 939 537

1 200 000 000

978 143 469

1 036 444 646

359 939 537

-107 455 617





Pagamenti

04 02 60 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 61 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 62 – Fond Soċjali Ewropew – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

04 02 64 – Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI)

13 03 60 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni anqas żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 61 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni fi tranżizzjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 62 – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Reġjuni aktar żviluppati – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 63 - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

13 03 64 01 - Tlestija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni territorjali Ewropea

13 04 60 — Fond ta’ Koeżjoni – Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

(2)

85 000,000 tunnellati

25 285 013

26 792 094

9 304 437

329 000 000

25 285 013

26 792 094

9 304 437

-2 777 728

50 887 923

53 921 033

18 725 854

231 000 000

50 887 923

53 921 033

18 725 854

-5 590 378

108 495 693

114 962 440

39 924 494

175 000 000

108 495 693

114 962 440

39 924 493

-11 918 977

184 668 629

195 675 567

67 954 785

820 000 000

184 668 629

195 675 567

67 954 785

-20 287 083

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi 14  

Mhux applikabbli

(3)

Approprjazzjonijiet TOTALI
għad-DĠ EMPL, REGIO

Impenji

=1+1a +3

1 626 162 416

1 498 685 668

1 404 992 715

1 311 759 062

5 841 599 861

Pagamenti

=2+2a

+3

85 000 000

448 985 360

472 479 242

689 846 276

1 696 310 879



TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

(5)

0

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

0

0

0

0

0

0

0

0

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

=5+ 6

0

0




Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

0

0



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DG: <…….>

•Riżorsi umani

•Nefqa amministrattiva oħra

TOTALI DĠ <….>

Approprjazzjonijiet

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena
N 15

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI
skont l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL    

OUTPUT

Tip 16

Kost medju

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Le

Kost

Nru totali

Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 17

- Output

- Output

- Output

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Sottototal għall-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Sena
N 18

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Sottototal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

’Il barra mill-INTESTATURA 5 19
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
’il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikunu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien, jekk ikun hemm bżonn, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.    

3.2.3.2.Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għall-full time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 20

XX 01 02 01 (AC, ENS, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  21

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti minn persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ikun ġie ridistribwit fid-DĠ, u jekk ikun hemm bżonn, flimkien ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tad-diffikultajiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega xi programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva jkollha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq l-introjtu mixxellanju

Miljuni ta' EUR (sa tliet pożizzonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 22

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju ‘assenjat’, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

(1)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 320), Kif emedat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u għall-mira ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 335, 15.12.2017, p. 1).
(2)    OJ C […], […], p. […].
(3)    OJ C […], […], p. […].
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 320).
(5)    Ir-Regolament (UE) 2017/2305 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta' tibdil fir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fir-riżorsi għall-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi u għall-mira ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 335, 15.12.2017, p. 1).
(6)    ĠU L 57, 28.2.2018, p. 1.
(7)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(10)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(11)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 il-prefinanzjament għandu jkun ġustifikat (approvat) bin-nefqa tal-Inizjattiva YEI iddikjarata sal-31/12/2018.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(15)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(16)    L-outputs huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: in-numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(17)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(18)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta / tal-inizjattiva.
(19)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(20)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(21)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu linji "BA").
(22)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.
Top

Brussell, 28.6.2018

COM(2018) 498 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jikkoreġi dak ir-Regolament fir-rigward tar-riżorsi għall-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi


"ANNESS VI

DIŻAGGREGAZZJONI ANNWALI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA' IMPENN GĦAS-SNIN 2014 SAL-2020

Profil annwali aġġustat (inkluż żieda għall-YEI)

2014

2015

2016

2017

EUR, prezzijiet tal-2011

34 108 069 924

55 725 174 682

46 044 910 736

48 027 317 164

2018

2019

2020

Total

EUR, prezzijiet tal-2011

48 341 984 652

48 712 359 314

49 022 528 894

329 982 345 366

"

Top