Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0252

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)

    COM/2018/0252 final - 2018/061 (COD)

    Brussell, 14.3.2018

    COM(2018) 252 final

    2018/0061(COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)

    {SWD(2018) 77 final}
    {SWD(2018) 78 final}


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ir-raġunijiet u l-objettivi tal-proposta

    Il-Kodiċi dwar il-Viżi hu element ċentrali tal-politika komuni dwar il-viżi: huwa jistabbilixxi proċeduri u kundizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viżi u l-ħruġ ta’ viżi. Huwa daħal fis-seħħ fl-5 ta’ April 2010, bl-objettivi ġenerali li jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu u li tiġi ffaċċjata l-immigrazzjoni irregolari, tittejjeb it-trasparenza u ċ-ċertezza legali, jissaħħu l-garanziji proċedurali u jissaħħaħ it-trattament indaqs tal-applikanti għal viża.

    Il-Kodiċi dwar il-Viżi jobbliga lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tiegħu sentejn wara li d-dispożizzjonijiet kollha tar-Regolament ikunu saru applikabbli. Hija ppreżentat l-evalwazzjoni tagħha f’rapport 1 u f’dokument ta’ ħidma tal-persunal 2 li jmur miegħu, fl-1 ta’ April 2014. Abbażi ta’ din l-evalwazzjoni, fl-istess data l-Kummissjoni adottat proposta 3 għal riformulazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi bl-għan li jittejjeb l-ivvjaġġar lejn l-UE permezz ta’ faċilitazzjonijiet tal-politiki dwar il-viżi (biex b’hekk jingħata kontribut lit-turiżmu, il-kummerċ, it-tkabbir u l-impjiegi fl-UE) u għall-armonizzazzjoni tal-implimentazzjoni tar-regoli komuni. Madankollu, minħabba diverġenzi fil-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, in-negozjati ma mxewx ’il quddiem. Sadanittant, l-isfidi akbar fejn jidħlu s-sigurta u l-migrazzjoni għamluha ċara li l-approċċ li ġie segwit fl-2014 ma għadux jirrifletti r-realtà. Dawn il-fatturi xprunaw lill-Kummissjoni biex tħabbar li kienet irtirat il-proposta ta’ riformulazzjoni tagħha fil-programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2018 4 . L-irtirar formali se jsir f’April 2018.

    Filwaqt li l-objettivi relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà saru dejjem aktar importanti, wieħed ma għandux jinjora l-fatt li l-maġġoranza l-kbira tal-applikanti għall-viża ma joħolqu l-ebda riskju ta’ sigurtà u/jew ta’ migrazzjoni lejn l-UE u qegħdin iġibu benefiċċji sinifikanti għall-UE. Għalhekk, din il-proposta tiffoka fuq ir-razzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-aspetti operattivi tal-proċedura tal-viża u tieħu kont tar-riżultati tan-negozjati dwar il-proposta ta’ riformulazzjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi. Żdiedu elementi ġodda li kienu ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2017 dwar it-Twettiq tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni 5 u fil-konsultazzjonijiet tagħha, bħalma hija l-ħtieġa ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex isostnu l-ipproċessar tal-viża mill-Istati Membri, regoli ċari dwar il-ħruġ ta’ viżi bi dħul multiplu b’validità għal perjodu fit-tul u r-rwol ta’ vantaġġ li l-politika dwar il-viżi tista’ toffri fil-politika ta’ riammissjoni tal-UE.

    Il-proposta tal-Kummissjoni għal riforma tal-qafas legali tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (li għandha tiġi ppreżentata fir-rebbiegħa tal-2018) se tkompli ssaħħaħ is-sigurtà u l-effiċjenza tal-proċedura tal-viża, b’mod partikolari billi tieħu kont tal-iżviluppi teknoloġiċi u billi tisfruttahom għall-benefiċċju tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-applikanti bona fide, tagħlaq il-lakuni ta’ informazzjoni f’xi oqsma, issaħħaħ il-kontrolli fuq il-persuni u tħaffef il-kwalità u r-riżultat tal-proċedura.

    Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti f’dan il-qasam ta’ politika

    Il-politika komuni dwar il-viżi hija sett ta’ regoli armonizzati li jirregolaw:

    il-“listi tal-viżi” komuni ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom jirrikjedu viża biex jivvjaġġaw lejn l-UE u dawk li huma eżenti minn dan ir-rekwiżit 6 ;

    il-Kodiċi dwar il-Viżi li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal żjajjar qosra;

    il-format uniformi għall-istiker tal-viża 7 ; kif ukoll

    il-VIS 8 , li fiha jiġu rreġistrati l-applikazzjonijiet kollha u d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri, inkluż id-data personali tal-applikanti, ritratti u marki tas-swaba.

    Filwaqt li jdaħħlu elementi ġodda, l-emendi proposti mhux se jbiddlu b’xi mod fundamentali l-Kodiċi dwar il-Viżi, li għalhekk dan jibqa’ leali lejn il-prinċipji eżistenti għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża.

    Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

    Filwaqt li jħarsu s-sigurtà fil-fruntieri esterni u jiżguraw il-funzjonament bla skossi taż-żona ta’ Schengen, l-emendi proposti jagħmlu l-ivvjaġġar aktar faċli għall-vjaġġaturi leġittimi u jissimplifikaw il-qafas ġuridiku fl-interess tal-Istati Membri, pereżempju billi jippermettu regoli aktar flessibbli fejn tidħol il-kooperazzjoni konsulari. Il-politika komuni dwar il-viżi għandha tibqa’ tikkontribwixxi biex tiġġenera t-tkabbir iżda għandha wkoll tkun koerenti ma’ politiki oħra tal-UE dwar ir-relazzjonijiet esterni, il-kummerċ, l-edukazzjoni, il-kultura u t-turiżmu.

    Madankollu, it-tibdil fis-sitwazzjoni fejn tidħol il-migrazzjoni u t-theddida akbar għas-sigurtà f’dawn l-aħħar snin xeħtu d-dibattitu politiku fejn tidħol iż-żona Schengen, b’mod ġenerali, u l-politika dwar il-viżi, b’mod partikolari, lejn valutazzjoni mill-ġdid tal-bilanċ bejn il-preokkupazzjonijiet li jolqtu l-migrazzjoni u s-sigurtà, il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u r-relazzjonijiet esterni ġenerali. Sa minn meta kienet ġiet ippubblikata l-evalwazzjoni tal-2014, l-objettivi, tal-Kodiċi dwar il-Viżi, ta’ prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u r-riskji għas-sigurtà saru aktar importanti. Il-kuntest politiku mibdul fisser li bdiet tinxteħet attenzjoni fuq il-politika dwar il-viżi bħala għodda biex jinkiseb progress fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, kif diġà ntwera bl-esperjenza fejn tidħol il-liberalizzazzjoni tal-viżi.

    B’hekk kien hemm sejħiet biex l-UE tuża b’mod aktar effettiv il-politika dwar il-viżi fil-kooperazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi, b’mod speċifiku fil-qasam tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2017 appella għal “valutazzjoni ġdida tal-politika dwar il-viżi fil-każ ta’ pajjiżi terzi, kif meħtieġ”. Dan ikun jippermetti l-kisba ta’ progress reali fejn tidħol il-politika ta’ ritorn u ta’ riammissjoni filwaqt li jittieħed kont tar-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi kkonċernati. Peress li l-Kodiċi dwar il-Viżi ma kienx maħsub biex jintuża għall-kisba ta’ vantaġġ ma’ pajjiżi terzi individwali, iżda pjuttost bħala mezz biex jiġu standardizzati l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-viżi, dan mhux għal kollox idoneju fil-kuntest politiku l-ġdid. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet din il-bidla fir-realtà fil-Komunikazzjoni dwar it-Twettiq tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tagħha, li ħarġet f’Settembru 2017, li fiha hija stqarret li “jenħtieġ li xi regoli dwar il-ħruġ ta’ viżi (pereżempju dawk relatati ma’ viżi li jkollhom validità twila u l-miżati għall-viżi) jiġu riveduti sabiex jiġi żgurat li jistgħu jkollhom sehem fil-politika ta’ riammissjoni tagħna.” L-opzjonijiet dettaljati fir-rigward tal-implimentazzjoni leġiżlattiva huma analizzati fil-valutazzjoni tal-impatt mehmuża 9 .

    2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

    Bażi ġuridika

    Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta huwa l-Artikolu 77(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-proposta temenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) 10 li kien ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet ekwivalenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jiġifieri l-Artikolu 62(2)(a) u (b)(ii).

       Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

    L-Artikolu 77(2)(a) TFUE jagħti s-setgħa lill-Unjoni li tiżviluppa miżuri li jikkonċernaw “il-politika komuni dwar viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira”.

    Il-proposta attwali hija fil-limiti stabbiliti minn din id-dispożizzjoni. L-objettiv huwa li jiġu ulterjorment żviluppati u mtejba r-regoli tal-Kodiċi dwar il-Viżi rigward il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi għal soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta’ 180 jum. Dan ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom minħabba li hija biss l-Unjoni li tista’ temenda Att tal-Unjoni li diġà jkun jeżisti (il-Kodiċi dwar il-Viżi).

    Proporzjonalità

    L-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistipula li l-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ sabiex jitwettqu l-objettivi tat-Trattati. Il-forma magħżula għal din l-azzjoni trid tippermetti li l-proposta tilħaq l-għan tagħha u li tiġi implimentata bl-iktar mod effettiv possibbli.

    L-istabbiliment tal-Kodiċi dwar il-Viżi fl-2009 ħa l-forma ta’ Regolament sabiex jiġi żgurat li jkun applikat bl-istess mod fl-Istati Membri kollha li japplikaw l-acquis ta’ Schengen. L-inizjattiva proposta tikkostitwixxi emenda ta’ Regolament li diġà jeżisti u għalhekk trid tieħu l-forma ta’ Regolament.

    Fir-rigward tal-kontenut, din l-inizjattiva tkopri titjib tar-Regolament eżistenti abbażi tal-objettivi ta’ politika indirizzati fil-proposta ta’ riformulazzjoni tal-2014. Il-proporzjonalità tat-tliet aspetti l-ġodda li ġew miżjuda hija evalwata fil-valutazzjoni tal-impatt hawn mehmuża 11 ; fil-qosor:

    iż-żieda proposta fit-tariffa tal-viża hija proporzjonata peress li tikkorrispondi għal dak li kienet tkun iż-żieda sa mill-2006 (meta kien ġie stabbilit il-livell preżenti) abbażi tar-rata ta’ inflazzjoni ġenerali madwar l-UE;

    il-proposta ta’ viża standard “kaskata” għal dħul multipu, valida madwar l-UE kollha, hija proporzjonata, peress li tikkorrispondi b’mod ġenerali għall-prassi kurrenti f’għadd ta’ Stati Membri u tista’ tiġi adattata għaċ-ċirkostanzi lokali b’mod aktar favorevoli jew aktar restrittiv; kif ukoll

    il-miżuri proposti biex titjieb il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari huma proporzjonati, peress li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ġenerali għandu jiġi adattat b’mod immirat, flessibbli u gradwali. Dawn ma jaffettwawx il-possibbiltà li l-applikant jingħata viża, bħala tali, iżda jkopru ċerti faċilitazzjonijiet fil-proċedura tal-ħruġ tal-viża jew il-livell tat-tariffa tal-viża.

    Għażla tal-istrument

    Din il-proposta tirriformula r-Regolament Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi). Bħala konsegwenza, jista’ jingħażel biss Regolament bħala strument ġuridiku.

    3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

    Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati hija koperta fil-valutazzjoni tal-impatt 12 li takkumpanja din il-proposta.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Din il-proposta hija sostnuta minn valutazzjoni tal-impatt li tiffoka fuq it-tliet oqsma problematiċi ewlenin indirizzati. Elementi oħra marbuta jew mal-iffaċilitar tal-proċeduri tal-viżi jew mal-kjarifika u r-razzjonalizzazzjoni ta’ dispożizzjonijiet eżistenti, ġew trasferiti mill-proposta ta’ riformulazzjoni tal-2014 13 . Il-biċċa l-kbira minnhom jikkonċernaw pjuttost kwistjonijiet proċedurali li ma jħallux ħafna lok għall-kunsiderazzjoni ta’ għażliet ta’ politika differenti u għalhekk ma ġewx eżaminati fid-dettall fil-valutazzjoni tal-impatt.

    Abbażi tad-data disponibbli u r-riżultati ta’ konsultazzjoni miftuħa u mal-partijiet interessati, ġew eżaminati l-impatti ta’ dawn l-opzjonijiet ta’ politika li ġejjin:

    Qasam problematiku 1: Riżorsi finanzjarji insuffiċjenti biex jappoġġaw l-ipproċessar tal-viżi

    opzjoni 1A: status quo – it-tariffa komuni tal-viża tibqa’ EUR 60;

    opzjoni 1B: tariffi nazzjonali tal-viża bbażati fuq l-ispejjeż amministrattivi;

    opzjoni 1C: żieda fit-tariffa komuni tal-viża, b’diversi opzjonijiet subordinati: EUR 80, EUR 100, EUR 120 jew kombinazzjoni ta’ EUR 80 għal viżi sa massimu ta’ sitt xhur u EUR 120 għal viżi bi dħul multiplu għal minn sena waħda sa ħamsa.

    L-opzjoni preferuta hija żieda moderata fit-tariffa komuni tal-viża għal EUR 80. Din mhix l-opzjoni l-aktar effettiva, peress li żidiet ogħla fit-tariffi ovvjament se jiġġeneraw aktar riżorsi finanzjarji. Madankollu, din twassal għal żieda soda fid-dħul għall-Istati Membri (+26 %) u għalhekk tappoġġa l-integrità tal-ipproċessar tal-viża u s-sigurtà taż-żona Schengen. Fl-istess ħin żieda moderata (EUR 20) mhux se tkun ta’ deterrent għall-parti l-kbira tal-applikanti għal viża, li għalihom mhix se jkun fattur deċiżiv meta mqabbel mal-prezz tal-biljetti tal-ajru lejn l-Ewropa u spejjeż oħra involuti fl-ivvjaġġar. L-impatt negattiv fuq l-imġiba fl-ivvjaġġar u b’hekk l-industrija tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu tal-UE ikun mill-anqas. F’paragun internazzjonali t-tariffa se tibqa’ relattivament baxxa u għalhekk kompetittiva.

    Qasam problematiku 2: Proċeduri ripetuti għall-viża għal vjaġġaturi regolari

    opzjoni 2 A: status quo – l-Istati Membri jiddeterminaw il-metodu tagħhom għall-ħruġ ta’ viżi bi dħul multiplu b’validità twila;

    opzjoni 2 B: l-aħjar prassi rrakkomandata;

    opzjoni 2C: kaskati komuni ta’ viżi bi dħul multiplu b’diversi għażliet subordinati (kaskata ġenerali ta’ viżi bi dħul multiplu, kaskati ġenerali u tal-pajjiż ta’ viżi bi dħul multiplu, kaskati tal-pajjiż ta’ viżi għal dul multiplu);

    opzjoni 2D: viżi bi dħul multiplu standard b’validità ta’ sentejn jew ħames snin.

    L-opzjoni ppreferuta hija kaskata ta’ viżi bi dħul multiplu “waħda, tajba għal kulħadd” fil-livell tal-UE u l-possibbiltà li l-kaskata tiġi adottata għal pajiżi speċifiċi. Għalkemm mhix l-aktar opzjoni effettiva (meta mqabbla ma’ opzjonijiet li jkunu jippreskrivu viżi bi dħul multiplu b’validità twila bħala l-viża standard maħruġa), hija tersaq ħafna lejn it-twettiq tal-objettiv li jiżdied l-għadd ta’ viżi bi dħul multiplu, b’validità twila. Barra minn dan hija tikkombina standard minimu applikabbli għall-pajjiżi terzi kollha bil-possibbiltà ta’ soluzzjonijiet aktar favorevoli għal pajjiżi terzi speċifiċi, adattati għaċ-ċirkostanzi lokali u għar-riskju migratorju. Minħabba tnaqqis fin-numru ta’ proċeduri tal-viża għal vjaġġaturi frekwenti, dan se jwassal għal iffrankar fl-ispejjeż għall-Istati Membri u l-applikanti. Fl-istess waqt hija ser tippermetti l-ivvjaġġar spontanju minn detenturi ta’ viżi bi dħul multiplu u b’hekk issostni l-kompetittività tal-industrija tat-turiżmu tal-UE.

    Qasam problematiku 3: Livelli insuffiċjenti ta’ ritorn ta’ migranti irregolari lejn ċerti pajjiżi ta’ oriġini

    opzjoni 3A: status quo – l-hekk imsejjaħ approċċ “toolbox” (mekkaniżmu kkoordinat mill-Kunsill biex jiġu applikat miżuri marbuta mal-proċedura tal-viżi għal pajjiżi terzi li ma jikkooperaw fir-riammissjoni, fi ħdan il-limiti tal-qafas legali eżistenti);

    opzjoni 3B: inċentivi pożittivi fil-politika dwar il-viża;

    opzjoni 3C: inċentivi negattivi fil-politika dwar il-viża b’diversi opzjonijiet subordinati (approċċ massimu li jħares lejn il-passaporti kollha mill-bidu jew approċċ immirat f’żewġ fażijiet: passaporti diplomatiċi u passaporti tas-servizz, imbagħad il-passaporti ordinarji).

    L-opzjoni ppreferuta hija dik ta’ inċentivi negattivi mmirati. Huwa probabbli li l-aktar strument effettiv biex gvernijiet ta’ pajjiżi terzi jibdlu l-imġiba tagħhom u jibdew jikkooperaw mal-Istati Membri fir-rigward tar-riammissjoni ta’ migranti irregolari ikun l-użu ta’ miżuri negattivi fil-qasam tal-viżi, għalkemm dawn jista’ jkollhom bżonn jiġu kkombinati ma’ miżuri f’oqsma oħra ta’ politika biex ikunu kompletament ta’ suċċess. Fl-istess ħin, l-approċċ flessibbli li l-ewwel jimmira lejn l-uffiċjali tal-gvern tal-pajjiż ikkonċernat jew lejn il-popolazzjoni ġenerali huwa l-aktar approċċ xieraq u proporzjonat u se jkun jinvolvi l-anqas konsegwenzi negattivi fejn jidħlu l-ivvjaġġar, is-setturi ekonomiċi u l-pożizzjoni u r-reputazzjoni tal-UE.

    Fil-proposta, l-approċċ fil-mira jinżamm, iżda pjuttost milli jiġi stabbilit l-approċċ f’żewġ fażijiet fl-att legali, it-test jippermetti l-flessibbiltà fir-rigward tal-applikazzjoni fil-prattika tal-miżuri.

    Drittijiet fundamentali

    L-emendi proposti jirrispettaw id-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    4.IMPLIKAZZJONIJIET GĦALL-BAĠIT

    L-emenda proposta ma għandha l-ebda effett fuq il-baġit tal-UE.

    5.ELEMENTI OĦRA

    Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

    Peress li ma kien hemm l-ebda bidla sostantiva fil-Kodiċi dwar il-Viżi mill-2004 lil hawn, il-kostatazzjonijiet tiegħu għadhom ġeneralment validi llum. Ara wkoll l-Anness 4 tal-valutazzjoni tal-impatt mehmuża. 

    L-emendi proposti jikkonċernaw il-Kodiċi dwar il-Viżi li l-implimentazzjoni tiegħu hija evalwata wkoll permezz tal-mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 14 , bla ħsara għar-rwol tal-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-Trattati (l-Artikolu 17(1) TUE).

    Il-konsegwenzi tad-diversi protokolli annessi mat-Trattati u tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni konklużi ma’ pajjiżi terzi

    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi għal soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta’ 180 jum.

    Peress li l-bażi ġuridika għal din il-proposta tinsab fit-Titolu V tat-Tielet Parti tat-TFUE, tapplika s-sistema ta’ “ġeometrija varjabbli”, kif isir provediment għaliha fil-protokolli dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, u fil-protokoll ta’ Schengen. Il-proposta hija msejsa fuq l-acquis ta’ Schengen. Il-konsegwenzi tad-diversi protokolli u tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ma’ Schengen għalhekk għandhom jiġu kkunsidrati fir-rigward tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit, l-Iżlanda u n-Norveġja; kif ukoll l-Iżvizzera u l-Liechtenstein. Bl-istess mod, il-konsegwenzi għad-diversi Atti ta’ Adeżjonijiet iridu jiġu kkunsidrati. Is-sitwazzjoni dettaljata ta’ kull wieħed mill-Istati kkonċernati hija stabbilita fil-premessi 18-26 ta’ din il-proposta.

    Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

    Artikolu 1 – Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

    Il-paragrafu (1) bidla orizzontali: Matul it-test kollu, ir-referenza għal “tranżitu” bħala skop tal-ivvjaġġar tħassret peress li d-distinzjoni artifiċjali bejn tranżitu u soġġorn (it-tranżitu jimplika soġġorn) hija mwarrba (u l-viża speċifika ta’ tranżitu kienet ġiet abolita fil-Kodiċi dwar il-Viżi, adottat fl-2009).    

    Artikolu 2 – Definizzjonijiet

    Il-Paragrafu 2, il-punt (a): ara l-ispjega taħt l-Artikolu 1(1).

    Il-Paragrafu 7: tiddaħħal referenza għal bażi ġuridika xierqa (id-Deċiżjoni Nru 1105/2011).

    Il-Paragrafu 11 jitħassar peress li jiġi superfluwu minħabba li l-kunċett ta’ “intermedjarju kummerċjali” huwa deskritt fl-Artikolu 45.

    Il-Paragrafu 12: tiddaħħal definizzjoni ta’ “baħħar” sabiex jiġi żgurat li l-persunal kollu li jaħdem fuq il-bastimenti jibbenefika minn faċilitazzjonijiet proċedurali varji.

    Artikolu 3 - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi meħtieġa li jkollhom viża għal tranżitu fl-ajruport

    Il-Paragrafu 5(b) u (c): tiddaħħal referenza għall-partijiet fil-Karibew tar-Renju tan-Netherlands.

    Artikolu 4 – Awtoritajiet kompetenti biex jieħdu sehem fil-proċedimenti marbuta mal-applikazzjonijiet

    Il-Paragrafu 2: tiddaħħal referenza għall-Artikolu 36a il-ġdid li jippermetti l-ħruġ ta’ viżi fil-fruntieri esterni taħt skema speċifika.

    Artikolu 5 – L-Istat Membru kompetenti biex jeżamina u jiddeċiedi dwar applikazzjoni

    Il-Paragrafu 1(b) huwa emendat biex jinżamm kriterju oġġettiv wieħed biss, jiġifieri t-tul tas-soġġorn, biex jiġi determinat l-Istat Membru kompetenti biex jeżamina applikazzjoni meta l-vjaġġ previst ikopri aktar minn destinazzjoni waħda. L-għan huwa li tissaħħaħ iċ-ċarezza għall-applikanti tal-viża u li jiġi evitat nuqqas ta’ ftehim fost l-Istati Membri dwar il-kompetenza.

    Barra minn dan, tiġi ċċarata l-kompetenza fil-każijiet fejn persuna jkollha tagħmel diversi vjaġġi mhux konnessi lejn Stati Membri differenti fi ħdan perjodu qasir meta l-applikazzjoni għal viża għal kull vjaġġ mhux biss tkun impossibbli minħabba restrizzjonijiet ta’ ħin, iżda wkoll tkun ta' piż eċċessiv.

    Artikolu 8 – Arranġamenti ta’ rappreżentazzjoni

    Il-paragrafu 2 kif qiegħed bħalissa jitħassar sabiex jiġi żgurat li l-Istat Membru rappreżentanti jkun għal kollox responsabbli mill-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viża f’isem l-Istat Membru rrappreżentat, u dan jirrazzjonalizza l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-viża taħt rappreżentanza u hu konformi mal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka li fuqu huwa bbażat l-acquis ta’ Schengen.

    Il-paragrafu 3 jirregola l-ġbir u t-trażmissjoni ta’ fajls u data fost l-Istati Membri f’sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jirrappreżenta ieħor biss fejn jidħol il-ġbir tal-applikazzjonijiet u tal-identifikaturi bijometriċi.

    Il-paragrafu 4 jiġi emendat biex titqies it-tneħħija tal-possibbiltà ta’ Stat Membru rappreżentat li jitlob li jkun involut f’każijiet ipproċessati skont rappreżentanza.

    Il-paragrafu 7 jistabbilixxi skadenza minima li fiha l-Istati Membri rappreżentat jkollu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-konklużjoni jew it-terminazzjoni ta’ arranġamenti ta’ rappreżentanza.

    Il-paragrafu 8 jipprovdi li l-Istati Membri rappreżentanti fl-istess ħin għandhom jinnotifikaw lil Stati Membri oħrajn u lid-Delegazzjoni tal-UE fil-ġurisdizzjoni kkonċernata dwar il-konklużjoni jew it-terminazzjoni ta’ arranġamenti ta’ rappreżentanza.

    Il-paragrafu 10 jiddaħħal għall-prevenzjoni ta’ interruzzjoni prolongata ta’ operazzjonijiet u għall-ħruġ manwali ta’ stikers tal-viża.

    Artikolu 9 – Modalitajiet prattiċi għall-preżentazzjoni ta' applikazzjoni

    Il-paragrafu 1 jestendi għal sitt xhur l-iskadenza massima għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni biex tippermetti lill-vjaġġaturi jippjanaw bil-quddiem u jevitaw il-perjodi tas-sena l-aktar attivi; minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tax-xogħol tagħhom, il-baħħara jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom disa’ xhur qabel il-vjaġġ intenzjonat. L-iskadenza minima għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni ġiet stabbilita sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien għall-valutazzjoni xierqa tal-applikazzjonijiet u l-organizzazzjoni tal-ħidma.

    Il-paragrafu 4 jiġi emendat biex jiġu ċċarati r-regoli dwar min jista’ jippreżenta applikazzjoni f’isem l-applikant u ssir referenza għal assoċjazzjonijiet jew istituzzjonijiet professjonali, kulturali, sportivi jew edukattivi, distinti minn intermedjarji kummerċjali.

    Il-paragrafu 5 ġie trasferit minn dak li kien l-Artikolu 40(4) u ġie emendat biex jiġi jenfasizzat il-prinċipju bażiku li applikant ikollu jmur f’post wieħed biss biex jippreżenta applikazzjoni.

    Artikolu 10 - Regoli ġenerali għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni

    Il-paragrafu 1 ġie sostitwit b’test ġdid sabiex jittieħed kont tal-abolizzjoni tal-prinċipju ġenerali li l-applikanti kollha jkollhom jippreżentaw l-applikazzjoni personalment kull darba li japplikaw għal viża. Din il-bidla hija bla ħsara għall-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-Direttiva 2004/38/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha. L-applikanti huma obbligati jidhru personalment fil-konsulat jew għand il-fornitur ta’ servizzi esterni għall-ġbir tal-marki tas-swaba’ li għandhom jiġu maħżuna fil-VIS.

    Il-paragrafu 2 jitħassar b'konsegwenza tal-emenda fil-paragrafu 1.

    Artikolu 11 – Il-formola tal-applikazzjoni

    Huwa emendat il-paragrafu 1 biex tiżdied referenza għall-possibbiltà li timtela u tiġi ffirmata l-formola tal-applikazzjoni b’mod elettroniku.

    Jiżdied il-paragrafu 1a sabiex jiġi enfasizzat li l-kontenut tal-formoli ta’ applikazzjoni elettroniċi għandu jikkorrispondi mal-kontenut tal-formola ta’ applikazzjoni uniformi fl-Anness I u li ma jistgħu jiddaħħlu l-ebda entrati addizzjonali.

    Il-paragrafu 3 ġie ssimplifikat biex jiġi żgurat li l-formola ta’ applikazzjoni tkun dejjem, bħala minimu, disponibbli fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab il-viża, u dik tal-istat ospitanti.

    Jitħassar il-paragrafu 4 b'konsegwenza tat-tibdil fil-paragrafu 3.

    Artikolu 14 – Dokumenti ta’ sostenn

    Huwa emendat il-paragrafu 4 biex jiġi ċċarat u armonizzat ulterjorment il-kontenut tal-formoli nazzjonali ta’ sponsorizzazzjoni u/jew l-istedina.

    Huwa sostitut il-paragrafu 5 biex jilqa’ għar-rwol imsaħħaħ tal-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen (l-Artikolu 48(1)).

    Iddaħħal il-paragrafu 5a sabiex jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni stipulati fl-Artikolu 52(2).

    Artikolu 15 – Assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar

    Fil-Paragrafu 1, ir-referenza għal “żewġ” entrati tħassret bħala konsegwenza tat-tħassir tal-istess referenza mill-Artikolu 24(1).

    Il-Paragrafu 2 ġie emendat sabiex jiġi ċċarat li l-applikanti li japplikaw għal viżi bi dħul multiplu għandhom jipprovdu prova li jkollhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar biss fil-każ tal-ewwel żjara maħsuba.

    Artikolu 16 – It-tariffa tal-viża

    Il-Paragrafu 1: it-tariffa tal-viża se tiżdied minn EUR 60 għal EUR 80 sabiex tiġi żgurata kopertura aħjar tal-ispejjeż tal-Istati Membri; dan se jżid tar-riżorsi tal-Istati Membri (+26 %), filwaqt li ma jirrappreżentax xi deterrent għall-maġġoranza kbira ta’ applikanti għal viża, meta mqabbla mal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u spejjeż oħra involuti. Qiegħed jiddaħħal mekkaniżmu biex tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li t-tariffa tiġi riveduta kull sentejn, fil-kunsiderazzjoni ta’ kriterji bħal ma huma r-rata ta’ inflazzjoni tal-UE. Dan jippermetti li jsir monitoraġġ regolari kif ukoll reviżjoni tat-tariffa fejn ikun xieraq. Fost affarijiet oħra, iż-żieda proposta fit-tariffa se tippermetti li l-Istat Membru jżomm livelli adegwati ta’ persunal konsulari biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal viża fi ħdan il-perjodu stipulat fl-Artikolu 23.

    Il-Paragrafu 2: it-tariffa tal-viża għal minorenni (bejn 6 u 12-il sena) se tiżdied minn EUR 5 għal EUR 40.

    Jitħassar il-paragrafu 3 peress li r-referenza għal “spejjeż amministrattivi” hija artifiċjali meta wieħed jikkunsidra li r-riċerka qiegħda turi li l-ispejjeż amministrattivi preċiżi ma jistgħux jiġu kkalkolati. Ir-referenza impreċiża għal reviżjonijiet regolari tiġi sostitwita b’mekkaniżmu ta’ reviżjoni aktar ċar fil-paragrafu 8a.

    Il-Paragrafu 4(c): it-test huwa emendat biex ikun żgurat li r-riċerkaturi li jipparteċipaw f’seminars/konferenzi huma wkoll ikunu koperti mill-eżenzjoni mit-tariffa tal-viża u tiddaħħal referenza għall-bażi ġuridika t-tajba.

    Jitħassar il-paragrafu 5 peress li l-eżenzjonijiet ġenerali fakultattivi tat-tariffa tal-viża jiġu deċiżi l-aktar fil-livell ċentrali u għalhekk mhix possibbli l-armonizzazzjoni lokali.

    Il-Paragrafu l-ġdid 8a jistabbilixxi mekkaniżmu dwar ir-reviżjoni f’intervalli regolari (ta’ sentejn) u jirreferi għall-kriterji li fuqhom tali reviżjoni tkun ibbażata.

    Artikolu 17 – Tariffa ta’ servizz

    Fil-paragrafu 1, tħassret ir-referenza għal tariffa ta’ servizz "addizzjonali", peress li din tista’ tagħti impressjoni falza.

    Jitħasssar il-paragrafu 3 peress li l-esperjenza wriet li tali armonizzazzjoni lokali ta’ tariffi ta’ servizz stabbiliti f’kuntratti ġenerali magħmula fil-livell ċentrali ma tkunx fattibbli.

    Jiddaħħal paragrafu 4a ġdid sabiex il-fornituri ta' servizzi esterni jitħallew jitolbu tariffa ta’ servizz ogħla meta joperaw f’pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom ikunu obbligati jkollhom il-viża u fejn l-ebda Stat Membru ma jkun preżenti biex jiġbor l-applikazzjonijiet tal-viża. Tariffa ta’ servizz ogħla se tkopri t-trasferiment tal-fajls tal-applikazzjoni u r-ritorn tad-dokument tal-ivvjaġġar lejn/minn il-konsolat fejn ikun qiegħed jiġi ttrattat il-każ, li jkun jinsab f’pajjiż ieħor.

    Jitħassar il-paragrafu 5 peress li l-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li jżommu l-possibbiltà ta’ aċċess dirett għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet fil-konsulat f’postijiet fejn ikun ingħata mandat lil fornitur ta' servizzi esterni biex jiġbor l-applikazzjonijiet tal-viża. Dan ma jwaqqafhomx milli joffru l-possibbiltà ta’ aċċess dirett.

    Artikolu 21 - Verifika tal-kundizzjonijiet tad-dħul u l-evalwazzjoni tar-riskju

    Il-paragrafu 3(e) huwa emendat b'konsegwenza tal-emenda tal-Artikolu 15(2).

    Il-paragrafu 4 huwa emendat biex tiġi ċċarata d-distinzjoni bejn soġġorni preċedenti taħt viżi għal soġġorn qasir u tipi oħra ta’ viżi jew permessi ta’ residenza.

    Il-paragrafu 8 huwa emendat biex jippermetti li l-Istati Membri jużaw mezzi moderni ta' komunikazzjoni għall-intervisti tal-applikanti, minflok jobbligawhom biex imorru personalment fil-konsulat.

    Artikolu 22 – Konsultazzjoni minn qabel

    Il-paragrafu 2 huwa emendat biex l-Istati Membri jiġu obbligati jwieġbu għat-talbiet ta’ konsultazzjoni mill-aktar fis possibbli u mhux iżjed tard minn sebat ijiem kalendarji.

    Il-paragrafu 3 jobbliga lill-Istati Membri jinnotifikaw talbiet għal konsultazzjoni minn qabel mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel l-introduzzjoni tal-miżura sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jiġu mgħarrfa fi żmien opportun u Stati Membri oħra jkunu jistgħu jagħmlu tħejjijiet fil-livell tekniku.

    Il-paragrafu 5 tħassar minħabba li sar obsolet

    Artikolu 23 - Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni

    Il-paragrafu 1 jipprovdi li ż-żmien li fih tittieħed deċiżjoni ġeneralment ma għandux ikun ta’ aktar minn għaxart (10) ijiem. Il-medja ta’ żmien tat-teħid tad-deċiżjonijiet huwa ta’ ħamest (5) ijiem skont l-informazzjoni rreġistrata fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża. Xi Stati Membru jużaw perjodi qosra ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet bħala mezz maħsub apposta biex jattiraw il-vjaġġaturi, u meta jkun hemm diskrepanzi eċċessivi bejn il-perjodi li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet dan iwassal biex l-applikanti joqogħdu jfittxu fejn ikun hemm l-iqsar perjodu (“visa shopping”). Iż-żieda proposta fit-tariffa tal-viża se tippermetti lill-Istati Membri jżommu jew iżidu l-għadd ta’ persunal li jieħu d-deċiżjonijiet fil-konsulati sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet jittieħdu fi ħdan l-iskadenza massima.

    Il-paragrafu 2 huwa emendat sabiex ikun jista’ jiġi estiż għal 45 jum il-perjodu massimu li fih ikollha tittieħed deċiżjoni, u titħassar l-aħħar sentenza b'konsegwenza tat-tħassir tad-dispożizzjoni li tippermetti li Stat Membru rappreżentat jitlob li jiġi kkonsultat dwar każijiet trattati f’rappreżentanza (Artikolu 8(4)).

    Jitħassar il-paragrafu 3 peress li perjodu ta’ 60 jum kalendarju biex matulu tiġi eżaminata applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir huwa eċċessiv.

    Jiddaħħal punt ġdid ba) fil-paragrafu 4 biex tiddaħħal referenza għal viżi għal tranżitu fl-ajruport li hija nieqsa fil-Kodiċi dwar il-Viżi attwali.

    Jitħassar il-punt (d) fil-paragrafu 4 b’konsegwenza tat-tħassir tad-dispożizzjoni li tippermetti li Stat Membru rappreżentat jiġi kkonsultat; dan ineħħi r-rekwiżit li ċerti każijiet ikollhom jiġu trażmessi biex jiġu trattati mill-Istat Membru rappreżentat minflok mill-Istat Membru rappreżentanti.

    Artikolu 24 – Ħruġ ta’ viża uniformi

    Fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kelma “tnejn” bħala ammont ta’ dħul li għalih tinħareġ viża għandha titħassar peress li hija superfluwa – hija koperta mill-kliem “jew aktar” u tista’ tillimita l-ħruġ ta’ viżi bi dħul multiplu.

    It-tielet subparagrafu jitħassar b’konsegwenza tat-tħassir tal-istess referenza għal “tranżitu” mill-Artikolu 1(1).

    Il-formulazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 1 hija ċċarata billi titneħħa r-referenza għal “addizzjonali” minħabba li twassal għal fehim ħażin rigward il-kalkolu tal-validità tal-assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar.

    Ir-riformulazzjoni tal-paragrafu 2 tistabbilixxi regoli ġenerali għall-ħruġ gradwali ta’ viżi bi dħul multiplu b’validità twila, jiġifieri “kaskata”. Tali regoli armonizzati jipprevjeni l-“visa shopping” u l-imġiba frodulenti fejn l-applikanti jippruvaw jaħbu l-Istat Membru fejn tassew ikunu jridu jmorru sabiex japplikaw fil-konsulat meqjus bħala li jagħti viżi bl-itwal validità.

    Jiddaħħal paragrafu gdid 2a biex ikun hemm lok ta’ diverġenza mill-paragrafu 2 fejn ikun hemm dubju raġonevoli dwar jekk l-applikant ikunx jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul matul il-perjodu kollu ta’ validità tal-viża

    Jiddaħħal paragrafu ġdid 2b biex ikun hemm lok għal adattazzjoni lokali tal-“kaskata” sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali u r-riskji migratorji u tas-sigurtà.

    Jiddaħħal paragrafu ġdid 2c biex ikopri każijiet oħra ta’ applikanti għall-viża eliġibbli għall-għoti ta’ viża għal dħul multiplu b’validità twila.

    Paragrafu ġdid 2d jirreferi għall-proċeduri għall-adozzjoni ta’ tali “kaskati” lokali. Qiegħda ssir referenza għall-ħtieġa li jittieħed f’kunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-adattament lokali, tar-riskju migratorju u tas-sigurtà u l-kooperazzjoni tal-pajjiż terz fejn tidħol ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari.

    Artikolu 25a – Il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni

    Il-Paragrafu 1: id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar in-numru limitat ta’ dokumenti ġustifikattivi, it-tariffa tal-viża kif stabbilita fl-Artikolu 16(1), l-eżenzjoni mit-tariffa għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, żmien ta’ għaxart (10) ijiem għall-ipproċessar u l-ħruġ ta’ viżi bi dħul multiplu ma japplikawx għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fejn tidħol ir-riammissjoni abbażi ta’ kriterji oġġettivi u rilevanti. L-implimentazzjoni preċiża tal-miżuri restrittivi tiġi stabbilita fl-att ta’ implimentazzjoni, li ssir referenza għalih fil-paragrafu 5.

    Il-Paragrafu 2: il-Kummissjoni għandha b’mod regolari tivvaluta l-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi fejn tidħol ir-riammissjoni, bil-kunsiderazzjoni ta’ għadd ta’ indikaturi.

    Il-Paragrafu 3: L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw problemi prattiċi sostanzjali u persistenti fejn tidħol ir-riammissjoni ma’ pajjiż terz partikolari abbażi tal-istess indikaturi kif stabbilit fil-paragrafu 2.

    Il-Paragrafu 4: il-Kummissjoni għandha tivvaluta n-notifiki mill-Istati Membri fi żmien xahar.

    Il-Paragrafu 5: abbażi tal-analiżi tagħha ta’ notifiki mill-Istati Membri, meta jidhrilha li tkun meħtieġa azzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi temporanjament/li japplika d-dispożizzjonijiet rilevanti (ara l-paragrafu 1) għaċ-ċittadini kollha jew kategoriji ta’ ċittadini tal-pajjiż terz in kwistjoni.

    Il-Paragrafu 6: il-Kummissjoni għandha tivvaluta kontinwament il-kooperazzjoni effettiva tal-pajjiż terz fejn tidħol ir-riammissjoni sabiex tadatta jew tħassar l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi.

    Il-Paragrafu 7: mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fejn tidħol il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni.

    Artikolu 27 – Il-mili tal-istiker tal-viża

    Il-paragrafu 1 jiġi sostitwit u jitħassar l-Anness VII dwar il-mili tal-istiker tal-viża u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta d-dettalji għall-mili tal-istiker tal-viża permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

    Jiġi emendat il-paragrafu 2 biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet dwar il-kummenti nazzjonali fuq l-istiker tal-viża.

    Jiġi emendat il-paragrafu 4 biex jiġi żgurat li jkunu biss il-viżi għal dħul wieħed biss li jinħarġu b’mod manwali.

    Artikolu 29 – It-twaħħil ta’ stiker tal-viża

    Jiġi emendat il-paragrafu 1 biex jitqies it-tħassir tal-Anness VIII.

    Jiddaħħal paragrafu 1a biex tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta l-istruzzjonijiet operattivi dwar kif għandu jwaħħal l-istiker tal-viża permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

    Artikolu 31 — Għoti ta’ informazzjoni lill-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħra

    Jiġi emendat il-paragrafu 2 biex jiġi żgurat li tingħata informazzjoni f’waqtha lil Stati Membri oħrajn, f’konformità mat-tibdil li sar fl-Artikolu 22 (konsultazzjoni minn qabel).

    Artikolu 32 – Ċaħda ta’ viża

    Jiddaħħal il-punt ġdid iia fil-paragrafu 1, punt 1(a), biex tiġi rimedjata ommissjoni preċedenti relatati mat-tranżitu fl-ajruport.

    Il-paragrafu 3 jiġi sostitwit sabiex issir referenza għall-ħtieġa li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar proċeduri ta’ appell u biex tali proċeduri jkunu jiggarantixxu appell ġudizzjarju effettiv (ara s-sentenza tal-QĠE fil-Kawża C- 403/16).

    Il-paragrafu 4 jitħassar bħala konsegwenza tat-tħassir tad-dispożizzjoni li titlob li ċerti każijiet jiġu trażmessi biex jiġu trattati mill-Istat Membru rappreżentat minflok l-Istat Membru rappreżentanti.

    Artikolu 36 – Viżi maħruġa lill-baħħara fi tranżitu, fil-fruntieri esterni

    Il-paragrafu 2 jitħassar.

    Jiddaħħal paragrafu 3 biex tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta l-istruzzjonijiet operattivi dwar kif għandhom jinħarġu viżi lill-baħħara fil-fruntieri.

    Artikolu 36a – Applikazzjonijiet għal viżi fil-fruntieri esterni taħt xi skema speċifika

    Sabiex jiġi promoss turiżmu ta’ żjarat qosra (massimu ta’ sebat ijiem), iddaħħlet dispożizzjoni ġdida li tidderoga mir-regoli ġenerali dwar il-ħruġ tal-viżi fil-fruntiera esterna. L-Istati Membri se jitħallew joħorġu viżi fil-fruntieri esterni taħt skemi speċifiċi soġġetti għal kriterji stretti u b’notifika u pubblikazzjoni tal-modalitajiet organizzattivi tal-iskema. Id-dispożizzjonijiet dettaljati jistabbilixxu salvagwardji biex jiġu minimizzati r-riskji tal-migrazzjoni u għas-sigurtà, b’mod partikolari billi jiġi limitat il-perjodu ta’ validità ta’ tali skemi għal erba’ xhur u billi l-ambitu tagħhom jiġi ristrett għal ċittadini tal-pajjiżi li għandhom fruntiera fuq l-art mal-post fejn tinqasam il-fruntiera, jew li jkunu ċittadini ta’ pajjiż li jkollu konnessjoni regolari diretta bil-baħar mal-punt ta’ qsim tal-fruntiera tal-baħar. Persunal imħarreġ apposta jkun irid jagħmel eżami sħiħ tal-osservanza tal-kundizzjonijiet kollha tad-dħul li jkun irid isir fl-ambitu ta’ strutturi xierqa. Il-viża li eventwalment tinħareġ għandha tkun valida biss għall-Istat Membru emittenti għal dħul wieħed biss u soġġorn ta’ mhux aktar minn sebat ijiem. L-iskemi jistgħu japplikaw biss għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu kkonkludew ftehim ta’ riammissjoni u li għalihom il-mekkaniżmu msemmi fl-Artikolu 25a ma jkunx ġie attivat.

    Artikolu 37 – Organizzazzjoni tat-taqsimiet tal-viżi

    Il-paragrafu 3 huwa emendat biex jippermetti ż-żamma ta’ dokumentazzjoni elettronika u sabiex jitnaqqas il-perijodu minimu ta’ arkivjar.

    Artikolu 38 – Riżorsi għall-eżami tal-applikazzjonijiet u l-monitoraġġ tal-konsulati

    Jiddaħħal paragrafu 1a ġdid biex jiġi żgurat li l-integrità tal-proċedura tal-viża tkun infurzata u mmonitorjata kif xieraq.

    Artikolu 40 – Organizzazzjoni u kooperazzjoni konsulari

    Iddaħħlu regoli aktar flessibbli li jippermettu li l-Istati Membri jottimizzaw l-użu tagħhom tar-riżorsi, iżidu l-kopertura konsulari u jiżviluppaw kooperazzjoni.

    Fil-paragrafu 1, it-tieni sentenza saret obsoleta, peress li l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-konsulati ma għadhiex il-prinċipju bażiku, u għalhekk qiegħda titħassar.

    Il-punt (b) tal-paragrafu 2 huwa fformulat mill-ġdid b'konsegwenza tat-tħassir tal-Artikolu 41 preċedenti u tat-tneħħija tal-użu tal-esternalizzazzjoni bħala “l-aħħar soluzzjoni possibbli”.

    Artikolu 41 – Koperazzjoni bejn l-Istati Membri

    Dan l-Artikolu tħassar minħabba li ingħatat prova li l-opzjonijiet stipulati ma kinux fattibbli. L-Artikolu 40 rivedut jippermetti lill-Istati Membri jiżviluppaw kooperazzjoni b’mod aktar flessibbli.

    Artikolu 43 – Kooperazzjoni ma’ fornituri ta' servizzi esterni

    Il-paragrafu 3 jitħassar għaliex l-Istati Membri ġeneralment ifasslu kuntratti globali ma’ fornituri ta' servizzi esterni f’livell ċentrali.

    Fil-punt (a) fil-paragrafu 6 tiddaħħal referenza għall-informazzjoni obbligatorja li għandha tingħata lill-applikanti.

    Huwa emendat il-punt (e) tal-paragrafu 6 b'konsegwenza tal-emenda tal-Artikoli 10 u 40.

    Il-paragrafu 7 huwa emendat sabiex tiġi estiża l-firxa ta’ entitajiet li jistgħu jipparteċipaw f’sejħiet għall-offerti.

    Il-paragrafu 9 huwa emendat biex titqies il-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-protezzjoni tad-dejta u sabiex ikun żgurat li r-rispett mill-fornituri tas-servizzi esterni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta ikun issorveljat mill-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-dejta tal-Istati Membri.

    Huwa emendat il-paragrafu 11 biex issir enfażi li l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-fornituri ta’ servizzi esterni jipprovdu lill-applikanti bl-informazzjoni kollha meħtieġa skont l-Artikolu 47(1) u sabiex jissaħħaħ l-obbligu tal-Istati Membri li jimmonitorjaw lill-fornituri ta’ servizzi esterni.

    Jiżdied il-paragrafu ġdid 11a li jobbliga lill-Istati Membri jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni tagħhom mal-fornituri ta' servizzi esterni u dwar il-mod kif jissorveljawhom.

    Artikolu 44 – Kriptaġġ u trasferiment sigur ta’ dejta

    Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma emendati sabiex tiġi kkunsidrata t-tneħħija mill-Artikolu 8 ta’ referenzi għall-involviment tal-Istat Membru rappreżentat.

    Artikolu 45 – Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri ma’ intermedjarji kummerċjali

    Il-paragrafu 1 huwa emendat b'konsegwenza tat-tħassir tal-Artikolu 2(11) preċedenti, jiġifieri d-definizzjoni ta’ intermedjarju kummerċjali.

    Il-paragrafu 3 huwa emendat minħabba li jidduplika r-regola ġenerali stabbilita fl-Artikolu 21(3)(e) dwar il-verifika jekk l-applikant ikollux assigurazzjoni medika ta’ l-ivvjaġġar adegwata.

    Artikolu 47

    Il-punt (c) tal-paragrafu 1 huwa emendat biex jitqies it-tħassir tal-Artikolu 41 preċedenti.

    Artikolu 48 – Il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen

    Il-paragrafu 1 huwa riformulat biex tiġi ċċarata n-natura obbligatorja tal-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen (LSC).    

    Il-Paragrafu 1a, l-ewwel sentenza u l-punti (a) u (b) huma emendati biex jipprovdu li fi ħdan l-LSC, jitfasslu listi armonizzati ta’ dokumenti ta' sostenn u l-implimentazzjoni lokali ta’ “kaskati” ta’ viża għal dħul multiplu.

    Il-paragrafu 2 jitħassar u l-kontenut jiddaħħal fil-paragrafu 1a.

    Il-punt (a) tal-paragrafu 3 huwa emendat sabiex jipprovdi għal ġabriet kull tliet xhur (minflok kull xahar) ta’ statistika dwar il-viżi fil-livell lokali.

    Il-punt (b) tal-paragrafu 3 huwa emendat biex jiġi enfasizzat liema aspetti għandhom jiġu diskussi (u evalwati) fl-LSC.

    Il-paragrafu 6a huwa emendat sabiex jipprovdi li fuq il-bażi tar-rapporti annwali mfassla fid-diversi kuntesti ta’ LSC, il-Kummissjoni tfassal rapport annwali wieħed li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    L-Artikolu 50 jitħassar bħala konsegwenza tat-tħassir tal-Annessi VII, VIII u IX. Wara proċedura leġiżlattiva sħiħa ssegwi emenda tal-Annessi li jifdal.

    L-Artikoli 50a u 50b – Eżerċitar ta’ delega u proċedura ta’ urġenza

    Dawn l-Artikoli qegħdin jiddaħħlu biex jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 290 TFUE.

    Artikolu 51 – Struzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika tal-Kodiċi dwar il-Viżi

    Dan l-Artikolu huwa emendat sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(2).

    Artikolu 52 – Proċedura ta’ kumitat

    Dan l-Artikolu huwa emendat sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 2 - Monitoraġġ u evalwazzjoni

    Dawn huma d-dispożizzjonijiet standard dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ strumenti ġuridiċi.

    Artikolu 3 - Dħul fis-seħħ

    Il-Paragrafi 1, 2 u 4. dawn huma l-klawżola standard dwar id-dħul fis-seħħ u l-applikabbiltà diretta. L-applikazzjoni tar-Regolament hija differita għal [sitt xhur] wara d-dħul fis-seħħ.

    Annessi

    L-Anness I (formola ta’ applikazzjoni) huwa sostitwit sabiex il-kontenut jiġi ssimplifikat u ċċarat.

    L-Anness V (permessi ta’ residenza maħruġa minn ċerti pajjiżi terzi li d-detenturi tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa ta’ viża ta’ transitu ta’ ajruport) huwa sostitwit b’informazzjoni aġġornata.

    L-Anness VI (formola standard bir-raġunijiet għal ċaħda, annullament jew revoka ta’ viża) biex tkun tista’ tingħata aktar informazzjoni dettaljata dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u l-proċeduri ta’ appell kontra deċiżjonijiet negattivi.

    L-Annessi VII, VIII u IX jitħassru.

    Anness X (lista ta’ rekwiżiti minimi li għandhom ikunu inklużi fl-istrument legali li jkopri l-kooperazzjoni ma’ fornituri ta' servizzi esterni) huwa sostitwit sabiex jiddaħħlu aktar dettalji fir-rigward ta’ ċerti aspetti li għandhom jiġu koperti mill-istrument legali.

    2018/0061 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 16 ,

    Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-viża komuni għal żjarat qosra kienet parti integrali fl-istabbiliment ta’ żona mingħajr fruntieri interni. Jenħtieġ li l-politika dwar il-viża tibqa’ strument essenzjali għall-iffaċilitar tat-turiżmu u tan-negozju, filwaqt li li tkun ta’ għajnuna kontra riskji ta’ sigurtà u r-riskju tal-migrazzjoni irregolari lejn l-Unjoni.

    (2)Jenħtieġ li l-Unjoni tuża b’mod aħjar il-politika tagħha tal-viża fil-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi, u li jiġi żgurat bilanċ aħjar bejn il-preokkupazzjonijiet ta’ migrazzjoni u ta’ sigurtà, konsiderazzjonijiet ekonomiċi u relazzjoni esterni ġenerali.

    (3)Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi għal soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum f'kull perjodu ta’ 180 jum.

    (4)Jenħtieġ li l-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża tkun kemm jista’ jkun faċli għall-applikanti. Jenħtieġ li jkun ċar liema Stat Membru jkun kompetenti li jeżamina applikazzjoni għall-viża b’mod partikolari meta ż-żjara intenzjonata tkun tkopri diversi Stati Membri. Fejn possibbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu li l-formoli tal-applikazzjonijiet jimtlew u jiġi ppreżentati b’mod elettroniku. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għad-diversi passi tal-proċediment b’mod partikolari sabiex il-vjaġġaturi jkollhom iż-żmien biżżejjed biex jippjanaw minn qabel u jevitaw iż-żminijiet meta jkun hemm l-akbar attività fil-konsulati.

    (5)Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati li jżommu l-possibbiltà ta’ aċċess dirett għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet fil-konsulat f’postijiet fejn fornitur ta’ servizziesterni jkun ingħata mandat li jiġbor l-applikazzjonijiet għall-viża f’ismu, bla ħsara għall-obbligi imposti fuq l-Istati Membri bid-Direttiva 2004/38/KE 18 ,, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha.

    (6)Jenħtieġ li t-tariffa tal-viża tiżgura li jkun hemm disponibbli riżorsi finanzjarji suffiċjenti sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-iproċessar tal-viża, inklużi strutturi xierqa u għadd suffiċjenti ta’ membri tal-persunal sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-integrità tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-viża. L-ammont tat-tariffa tal-viża jenħtieġ li jiġi rivedut fuq bażi ta’ kull sentejn, abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

    (7)Sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu tal-viża jkunu jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom tal-viża fil-post ta’ reżidenza tagħhom, anki jekk l-ebda Stat Membru ma jkun preżenti għall-iskop tal-ġbir tal-applikazzjonijiet, jenħtieġ li l-fornituri ta’ servizzi esterni jkunu jistgħu jipprovdu s-servizz neċessarju wara l-ħlas ta’ tariffa, li tkun teċċedi l-livell massimu ġenerali.

    (8)Jenħtieġ li jiġu razzjonalizzati arranġamenti ta’ rappreżentazzjoni u jenħtieġ li jiġu evitati l-ostakoli quddiem il-konklużjoni ta’ tali arranġamenti fost l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Istat Membru rappreżentanti jkun responsabbli għall-proċess kollu kemm hu tal-applikazzjonijiet tal-viża, mingħajr l-involviment tal-Istat Membri rappreżentat.

    (9)Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-konsulati tal-Istati Membri u sabiex jiġi ffaċilitat ivvjaġġar bla skossi għal vjaġġaturi frekwenti jew regolari, jenħtieġ li jinħarġu viżi ta’ dħul multiplu b’perjodu twil ta’ validità skont kriterji komuni stabbiliti b’mod oġġettiv u li ma jkunux ristretti għal skopijiet speċifiċi ta’ vjaġġar jew għal xi kategoriji ta’ applikanti.

    (10)Meta jitqiesu d-differenzi fiċ-ċirkostanzi lokali, notevolment għar-rigward tar-riskji ta’ migrazzjoni u dawk ta’ sigurtà, kif ukoll ir-relazzjonijiet li l-Unjoni żżomm ma’ pajjiżi speċifiċi, jenħtieġ li l-missjonijiet diplomatiċi u l-postijiet konsulari tal-Istati Membri f’postijiet individwali jevalwaw il-ħtieġa li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet ġenerali sabiex dawn ikunu jippermettu applikazzjoni aktar favorevoli jew aktar restrittiva. Jenħtieġ li l-approċċi aktar favorevoli fil-ħruġ ta’ viżi bi dħul multiplu b’perjodu twil ta’ validità jieħdu f’kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ ftehimiet ta’ kummerċ li jkopru l-mobbiltà tal-persuni tan-negozju kif ukoll tal-kooperazzjoni tal-pajjiż terz fejn tidħol ir-riammissjoni tal-migranti irregolari.

    (11)Fil-każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi fejn tidħol ir-riammisjsoni taċ-ċittadini tagħhom li jinqabdu f’sitwazzjoni irregolari, u n-nuqqas ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jikkooperaw b’mod effettiv fil-proċess ta’ ritorn, jenħtieġ li tiġi applikata applikazzjoni restrittiva u temporanja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, abbażi ta’ mekkaniżmu trasparenti bbażat fuq kriterji oġġettivi, sabiex titjieb il-kooperazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat fejn tidħol ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari.

    (12)Jenħtieġ li l-applikanti li tkun inċaħditilhom viża jkollhom id-dritt ta’ appell li, f’ċerti stadju tal-proċedimenti, jenħtieġ li jiggarantixxi appell ġudizzjarju effettiv. Jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-raġunijiet ta’ ċaħda u proċeduri ta’ appell fil-każ ta’ deċiżjonijiet negattivi fin-notifika taċ-ċaħda.

    (13)Jenħtieġ li l-ħruġ ta’ viżi fil-fruntiera esterna, fil-prinċipju, jibqa’ każ eċċezzjonali. Madankollu, biex jippromwovu t-turiżmu ta’ żjarat qosra, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li joħorġu viżi fil-fruntiera esterna abbażi ta’ skemi temporanji, li dwarhom jenħtieġ li l-arranġamenti organizzattivi jiġu nnotifikati u ppubblikati. Jenħtieġ li tali skemi ikunu limitati fl-ambitu tagħhom u jkunu konformi mar-regoli ġenerali għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet tal-viża. Jenħtieġ li l-validità tal-viża maħruġa tkun limitata għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha.

    (14)Il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen hija kruċjali għall-applikazzjoni armonizzata tal-politika komuni dwar il-viżi u biex issir valutazzjoni tajba tar-riskji migratorji u/jew ta’ sigurtà. Jenħtieġ li l-kooperazzjoni u l-iskambji fost il-missjonijiet diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri jkunu kkoordinati minn Delegazzjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn jevalwaw l-applikazzjoni operattiva ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fid-dawl taċ-ċirkostanzi lokali u tar-riskju migratorju.

    (15)Jenħtieġ li l-Istati Membri jissorveljaw mill-qrib u jissorveljaw b’mod regolari l-operazzjonijiet tal-fornituri ta’ servizzi esterni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istrument legali li jirregola r-responsabbiltajiet fdati f’idejn il-fornitur ta' servizzi esterni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar il-kooperazzjoni mal-fornituri ta' servizzi esterni, u s-sorveljanza fuqhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaraw li l-proċedura kollha għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-viża u l-kooperazzjoni mal-fornituri ta’ servizzi esterni jkunu ssorveljati minn membri tal-persunal espatrijati. 

    (16)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli flessibbli li jippermettu li l-Istati Membri jottimizzaw il-qsim tar-riżorsi u tiżdied il-kopertura konsulari. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (Ċentri ta’ Viżi ta’ Schengen) tista’ tieħu kull forma adattata għaċ-ċirkostanzi lokali sabiex tiżdied il-kopertura ġeografika konsulari, jitnaqqsu l-kosti tal-Istati Membri, tiżdied il-viżibilità tal-Unjoni u jitjieb is-servizz offrut lill-applikanti tal-viża. 

    (17)Is-sistemi elettroniċi ta’ applikazzjoni tal-viża żviluppati mill-Istati Membri jgħinu biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-applikazzjoni għall-applikanti kif ukoll għall-konsulati. Jenħtieġ li tiġi żviluppata soluzzjoni komuni li tippermetti d-diġitizzazzjoni sħiħa, bl-użu sħiħ tal-iżviluppi legali u teknoloġiċi riċenti. 

    (18)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea  TUE  u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea  dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) , id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu, u lanqas ma hija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen skont id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skont  l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda fuq dan ir-Regolament tkunx se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

    (19)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE 19 . Għaldaqstant ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha.

    (20)Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda mhijiex qed tipparteċipa fihom, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 20 . Għalhekk l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tar-Regolament u mhijiex marbuta minnu jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

    (21)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn it-tnejn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis 21 ta’ Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 22 .

    (22)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis 23 ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt B tal-Artikolu 1, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE 24 .

    (23)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis, ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/KE 25 dwar l-iffirmar ta’ dak il-Protokoll.

    (24)Fir-rigward ta' Ċipru, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq jew inkella huwa relatat mal-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(12) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

    (25)Fir-rigward tal-Belġju u r-Rumanija dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq jew inkella huwa relatat mal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Artikolu 4(12) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005,

    (26)Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta' Schengen, jew li hu b’xi mod ieħor relatat miegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.

    (27)Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

    “1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi għal soġġorni previsti fit-territorju tal-Istati Membri li ma jeċċedux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.”;

    (2)L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)fil-punt 2, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    “(a) soġġorn previst fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum; jew”.;

    (b)il-punt 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “7. “dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut” tfisser dokument tal-ivvjaġġar rikonoxxut minn Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri għall-fini tal-qsim tal-fruntieri esterni u  li fih jitwaħħlu l-viżi f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 26 .”;

    (c)il-punt (11) huwa mħassar;

    (d)Għandu jiżdied il-punt il-ġdid li ġej:

    “12. “baħħar”’ tfisser kwalunkwe persuna li tkun impjegata, ingaġġjata jew taħdem fi kwalunkwe kapaċità abbord vapur li jbaħħar jew vapuri li jbaħħru f’ibħra interni internazzjonali.”

    (3)fl-Artikolu 3(5), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(b) ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pussess ta’ permess ta’ residenza validu maħruġ minn Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jew minn Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-pussess ta’ wieħed mill-permessi ta’ residenza validi elenkati fl-Anness V maħruġa mill-Andorra, il-Kanada, il-Ġappun, San Marino jew l-Istati Uniti tal-Amerika li jiggarantixxu r-riammissjoni mhux kondizzjonata tad-detentur, jew li huma fil-pussess ta’ permess ta' residenza għall-partijiet fil-Karibew tar-Renju tan-Netherlands (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba);

    (c) ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-pussess ta’ viża valida għal Stat Membru li ma jiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew għal Stat Membru li għadu mhux qed japplika d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ,  jew għal pajjiż li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea  jew għall Kanada, il-Ġappun jew l-Istati Uniti tal-Amerika,  jew detenturi ta' viża valida għall-partijiet tal-Karibew tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Aruba, Curaçao, Sint Maarten, Bonaire, Sint Eustatius u Saba), meta jivvjaġġaw lejn il-pajjiż li jkun ħareġ il-viża jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor, jew meta, wara li jkunu għamlu użu mill-viża, jirritornaw mill-pajjiż li jkun ħareġ il-viża;”;

    (4)fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq il-persuni jistgħu jeżaminaw u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri, skont l-Artikoli 35, 36 u 36a.”;

    (5)fl-Artikolu 5(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’li ġej:

    “(b) jekk iż-żjara tinkludi aktar minn destinazzjoni waħda,  jew jekk għandhom jitwettqu diversi żjarat separati f'perjodu ta' xahrejn, l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jikkostitwixxi d-destinazzjoni prinċipali taż-żjara(t) fir-rigward tat-tul jew l-għan taż-żjara, magħdudin fi ġranet; jew”;

    (6)L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 2 huwa mħassar;

    (b)il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej:    

    “3. Meta r-rappreżentanza tkun limitata għall-ġbir tal-applikazzjonijiet, il-ġbir u d-dejta kif ukoll it-trażmissjoni tagħhom lill-Istat Membru rappreżentat għandhom jitwettqu b'konformità mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-dejta u r-regoli tas-sigurtà.

    4. Għandu jiġi stabbilit arranġament bilaterali bejn l-Istat Membru rappreżentant u l-Istat Membru rappreżentat. Dak l-arranġament :

       (a) għandu jispeċifika t-tul tal-perjodu tar-rappreżentanza, anki jekk temporanju, u l-proċeduri għat-terminazzjoni tagħha;

       (b) jista’, b’mod partikolari meta l-Istat Membru rappreżentat ikollu konsulat fil-pajjiż terz ikkonċernat, jipprovdi għal uffiċċji, persunal u ħlasijiet mill-Istat Membru rappreżentat.”;

    (c)il-paragrafi 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “7.    L-Istat Membru rappreżentat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-arranġamenti tar-rappreżentazzjoni jew it-terminazzjoni ta’ dawk l-arranġamenti mill-anqas xahar    qabel ma jidħlu fis-seħħ jew li jiġu tterminati, ħlief fil-każijiet ta’ force majeure.

    8. Il-konsulat tal-Istat Membru rappreżentanti għandu, fl-istess ħin li sseħħ in-notifika msemmija fil-paragrafu 7, jinforma kemm lill-konsulati tal-Istati Membri l-oħrajn kif ukoll lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-ġurisdizzjoni kkonċernata dwar l-arranġamenti ta’ rappreżentanza jew dwar it-terminazzjoni ta’ tali arranġamenti.

    (d)il-paragrafu l-ġdid li ġej huwa miżjud:

       “10. F’każijiet ta’ force majeure teknika li jdumu, Stat Membru għandu jfittex    rappreżentanza temporanja minn Stat Membru ieħor fil-post indikat għal kull jew    għal xi kategoriji ta’ applikanti tal-viża.”;

    (7)L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati mhux aktar minn sitt xhur, u fil-każ ta’ baħħara fil-qadi ta’ dmirijiethom, mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel il-bidu taż-żjara prevista u, bħala regola ġenerali, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel din tibda.”;

    (a)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    (b)“4. Bla ħsara għall-Artikolu 13, l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati:

    (a) mill-applikant;

    (b) minn intermedjarju kummerċjali akkreditat, kif imsemmi fl-Artikolu 45;

    (c) minn xi assoċjazzjoni jew istituzzjoni professjonali, kulturali, sportiva jew edukattiva f’isem il-membri tagħha.”;

    (c)il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

    “5. Applikant ma jkunx obbligat li jidher personalment f’aktar minn post wieħed biex ikun jista’ jippreżenta applikazzjoni.”;

    (8)L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “L-applikanti għandhom jidhru personalment meta jippreżentaw applikazzjoni għall-ġbir ta’ marki tas-swaba’, skont l-Artikolu 13(2), (3) u (7) (b).”;

    (b)il-paragrafu 2 huwa mħassar;

    (9)L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a)l-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 hija ssostitwita b'dan li ġej:

    “1. Kull applikant għandu jippreżenta formola tal-applikazzjoni mimlija b’mod manwali jew elettroniku, u iffirmata b’mod manwali jew elettroniku, kif stipulat fl-Anness I.”;

    (b)Jiddaħħal il-paragrafu 1a l-ġdid li ġej:

    “1a. Il-kontenut tal-verżjoni elettronika tal-formola tal-applikazzjoni, jekk applikabbli, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I.”;

    (c)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    (d)“3. Il-formola għandha bħala minimu tkun disponibbli fil-lingwi li ġejjin:

    (a) bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru li għalih tkun qiegħda tintalab viża; kif ukoll

    (b) bil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ospitanti;.

    Barra mil-lingwa/i msemmijin fil-punt (a), il-formola tista’ tkun disponibbli fi kwalunkwe lingwa jew lingwi oħra uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;”;

    (e)il-paragrafu 4 huwa mħassar;

    (10)L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “4. L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-applikanti jippreżentaw prova ta’ sponsorizzazzjoni u ta’ akkomodazzjoni privata, jew it-tnejn li huma billi jimlew formola mfassla minn kull Stat Membru. Dik il-formola għandha tindika b’mod partikolari:

    (a) jekk l-iskop tagħha huwiex li tipprovdi prova ta’ sponsorizzazzjoni jew ta’ akkomodazzjoni privata;

    (b) jekk l-isponsor/il-persuna li stiednet tkunx individwu, kumpannija jew organizzazzjoni;

    (c) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-isponsor/tal-persuna li stiednet;

    (d) l-applikant(i);

    (e) l-indirizz tal-akkomodazzjoni;

    (f) it-tul u l-għan tas-soġġorn;

    (g) irbit familjari possibbli mal-isponsor/il-persuna li stiednet.

    (h) l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

    Minbarra l-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru, il-formola għandha titfassal mill-anqas b'lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għandu jintbagħat kampjun tal-formola lill-Kummissjoni.

    5. Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen, kif imsemmi fl-Artikolu 48, jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, u r-riskji migratorji u tas-sigurtà.”;

    (b)Jiddaħħal il-paragrafu 5 a l-ġdid li ġej:

    “5a. Fejn meħtieġ sabiex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi lokali kif imsemmija fl-Artikolu 48, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta lista armonizzata ta’ dokumenti ta’ sostenn li għandhom jiġu użati f’kull ġurisdizzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).”;

    (11)L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1. L-applikanti għal viża uniformi għal dħul wieħed għandhom jagħtu prova li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri kwalunkwe spiża li tista’ tinqala’ marbuta mar-ripatrijazzjoni għal raġunijiet mediċi, attenzjoni medika urġenti u/jew trattament ta’ emerġenza jew mewt, fi sptar matul is-soġġorn previst tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri.

    (b)fil-paragrafu 2, l-ewwel sottoparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2. L-applikanti għal viża uniformi bi dħul multiplu għandhom jagħtu prova li jkollhom fil-pussess tagħhom assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida li tkopri l-perijodu tal-ewwel żjara prevista tagħhom.”;

    (12)L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1. L-applikanti għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta’ EUR 80.

    2. Tfal mill-età ta’ sitt snin sa mhux akbar minn 12-il sena għandhom iħallsu tariffa tal-viża ta’ EUR 40.

    (b)Jiddaħħal il-paragrafu 2 a l-ġdid li ġej:

    “2a Għandha tapplika tariffa tal-viża ta’ EUR 160 meta l-Kummissjoni tiddeċiedi hekk skont l-Artikolu 25a(5).”;

    (c)il-paragrafu 3 jitħassar.

    (d)fil-paragrafu 4, il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “(c) riċerkaturi minn pajjiżi terzi, kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE 27 , li jivvjaġġaw għall-iskop li jwettqu riċerka xjentifika jew li jipparteċipaw f’xi seminar jew konferenza xjentifika;”;

    (e)fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

    (f)jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li ġej:

    “8a. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi l-ammont tat-tariffa tal-viża stipulat fl-Artikolu 16(1), (2) u (2a) kull sentejn, billi tieħu f’kunsiderazzjoni kriterji oġġettivi, bħalma huma ir-rata tal-inflazzjoni ġenerali madwar l-UE kollha, kif ippubblikata mill-Eurostat, u l-medja ponderata tas-salarji tal-uffiċjali pubbliċi tal-Istati Membri u, fejn xieraq, temenda l-ammont tat-tariffi tal-viża permezz ta’ atti delegati.”;

    (13)L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

    (a)L-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 hija mibdula b'dan li ġej:

    “Tista’ tiġi imposta tariffa għas-servizz fornitur ta' servizzi esterni kif issir referenza fl-Artikolu 43.”;

    (b)il-paragrafu 3 huwa mħassar;

    (c)jiddaħħal il-paragrafu 4a ġdid li ġej:

    “4a. B’deroga mill-paragrafu 4, it-tariffa għas-servizz ma għandhiex taqbeż l-ammont tat-tariffa tal-viża, f’pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma suġġetti għall-ħtieġa tal-viża fejn l-ebda Stat Membru ma jkollu konsulat għall-fini tal-ġbir ta’ applikazzjonijiet tal-viża.” ;

    (d)il-paragrafu 5 huwa mħassar;

    (14)L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

    (a)fil-paragrafu 3, il-punt (e) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “(e) li l-applikant ikun fil-pussess ta’ assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli, li tkun tkopri l-perjodu tas-soġġorn previst, jew, jekk issir applikazzjoni għal viża uniformi għal dħul multiplu, il-perjodu tal-ewwel żjara intenzjonata.”;

    (b)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4. Fejn meħtieġ, il-konsulat għandu jivverifika t-tul tas-soġġorni preċedenti u dawk previsti sabiex jivverifika li l-applikant ma qabiżx it-tul massimu tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, irrispettivament mis-soġġorni potenzjali awtorizzati minn viża nazzjonali għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza.”;

    (c)il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “8. Waqt l-eżami ta’ applikazzjoni, il-konsulati jistgħu, f’każijiet li jkunu ġustifikati, jibagħtu għall-applikant biex jagħmlulu intervista, u jitolbu dokumenti addizzjonali.”;

    (15)L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “2. “L-awtoritajiet ċentrali kkonsultati għandhom iwieġbu b’mod definit mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji minn meta jiġu kkonsultati. In-nuqqas ta’ tweġiba qabel din l-iskadenza għandha tfisser li huma ma jkollhomx raġunijiet biex joġġezzjonaw għall-ħruġ tal-viża.

    3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni jew it-tneħħija tar-rekwiżit ta’ konsultazzjoni minn qabel, bħala regola, mill-inqas 15-il jum kalendarju qabel ma ssir applikabbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.”;

    (b)il-paragrafu 5 huwa mħassar;

    (16)L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu deċiżi fi żmien għaxart (10) jiem kalendarji mid-data li fiha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni li tkun ammissibbli skont l-Artikolu 19.

    Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż sa massimu ta’ 45 jum kalendarju f’każijiet individwali, b’mod notevoli meta jkun meħtieġ skrutinju ulterjuri tal-applikazzjoni.”;

    (b)il-paragrafu 3 huwa mħassar;

    (c)Il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

    (i)    jiddaħħal il-punt il-ġdid ba) li ġej:

    “(ba) tinħareġ viża għal tranżitu fl-ajruport skont Artikolu 26; jew”;

    (ii)    il-punt (d) jitħassar;

    (17)L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)    fit-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Tista’ tinħareġ viża għal dħul wieħed jew dħul multiplu.”

    (ii)    it-tielet subparagrafu jitħassar;

    (iii)    ir-raba' subparagrafu hu sostitwit b'dan li ġej:

    “Bla ħsara għall-Artikolu 12(a), il-perijodu ta’ validità ta’ viża għal dħul wieħed  għandu jinkludi “perijodu ta’ konċessjoni” addizzjonali ta’ 15-il jum kalendarju.

    (b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2. Viżi bi dħul multiplu b’validità twila għandhom jinħarġu għal perjodi ta’ validità li ġejjin, sakemm il-validità tal-viża ma tkunx taqbeż dak tad-dokument tal-ivvjaġġar:

    (a) għal perjodu ta’ validità ta’ sena, dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment tliet viżi fi żmien is-sentejn ta’ qabel;

    (b) għal perjodu ta’ validità ta’ sentejn dment li l-applikant ikun kiseb u uża legalment viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sena;

    (c) għal perjodu ta’ validità ta’ ħames snin, dment li l-applikant ikun kiseb u uża skont il-liġi viża bi dħul multiplu preċedenti valida għal sentejn.”;

    (c)Jiddaħħlu l-paragrafu l-ġodda li ġejjin:

    “2a. B’deroga mill-paragrafu 2, il-perijodu ta’ validità tal-viża maħruġa jista’ jitqassar f’każijiet individwali fejn ikun hemm dubju raġonevoli dwar jekk il-kundizzjonijiet tad-dħul ikunux se jiġu ssodisfati għall-perijodu kollu.

    2b B’deroga mill-paragrafu 2, il-konsulati tal-Istati Membri għandhom fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen kif imsemmi fl-Artikolu 48, jikkunsidraw jekk ir-regoli dwar il-ħruġ ta’ viżi bi dħul multiplu stipulati fil-paragrafu 2 għandhomx jiġu adattati biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, u r-riskju migratorju u tas-sigurtà, fid-dawl tal-adozzjoni ta’ regoli aktar favorevoli jew aktar restrittivi skont il-paragrafu 2d.

    2c Bla ħsara għall-paragrafu 2, viża bi dħul multiplu valida għal massimu ta’ ħames snin tista’ tinħareġ lil applikanti li jagħtu prova tal-ħtieġa jew jiġġustifikaw l-intenzjoni tagħhom li jivvjaġġaw ta’ spiss u/jew regolarment dment li jagħtu prova tal-integrità u l-affidabbiltà tagħhom, b’mod partikolari l-użu legali ta’ viżi preċedenti, is-sitwazzjoni ekonomika fil-pajjiż tal-oriġini u l-intenzjoni ġenwina tagħhom li jitilqu mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża li jkunu applikaw għaliha.

    2d Fejn ikun meħtieġ, abbażi tal-kunsiderazzjoni msemmija fil-paragrafu 2b, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar il-kundizzjoni għall-ħruġ ta’ viżi bi dħul multiplu stipulati fil-paragrafu 2 li għandhom jiġu applikati f’kull ġuriżdizzjoni sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali, ir-riskji migratorji u tas-sigurtà u l-kooperazzjoni tal-pajjiż terz inkwistjoni fejn tidħol ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari fid-dawl tal-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 25a(2), u tar-relazzjoni kumplessiva tiegħu mal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).”;

    (18)jiddaħħal l-Artikolu l-ġdid li ġej:

    “Artikolu 25a

    Il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni

    1.    L-Artikolu 14(6), l-Artikolu 16(1) u (5), il-punt (b), l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) ma għandhomx japplikaw għal applikanti jew kategoriji ta’ applikanti, li jkunu ċittadini ta’ pajjiż terz li jkun meqjus bħala li ma jikkollaborax biżżejjed mal-Istati Membri dwar ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari, abbażi ta’ dejta rilevanti u oġġettiva, f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Dan l-Artikolu huwa bla ħsara għas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni permezz tal-Artikolu 24(2d).

    2.    Il-Kummissjoni għandha regolarment tivvaluta l-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi fir-rigward tar-riammissjoni, fil-kunsiderazzjoni, b’mod partikolari, tal-indikaturi li ġejjin:

    (a)l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa lil persuni li jkunu qegħdin jirrisjedu illegalment fit-territorju tal-Istati Membri mill-pajjiż terz inkwistjoni;

    (b)l-għadd ta’ ritorni reali ta’ persuni li jkunu nħarġulhom deċiżjonijiet ta’ ritorn bħala perċentwal tal-għadd ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa lil ċittadini tal-pajjiż terz inkwistjoni inkluż, fejn xieraq, abbażi ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni tal-Unjoni jew bilaterali, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu għaddew mit-territorju tiegħu;

    (c)l-għadd ta’ talbiet ta’ riammissjoni aċċettati mill-pajjiż terz bħala perċentwal tal-għadd ta’ applikazzjonijiet sottomessi lilu.

    3.    Stat Membru jista’ wkoll jinnotifika lill-Kummissjoni jekk jiġi konfrontat bi problemi prattiċi sostanzjali u persistenti fil-kooperazzjoni ma’ pajjiż terz fir-riammissjoni ta’ migranti irregolari abbażi tal-istess indikaturi bħal dawk elenkati fil-paragrafu 2.

    4.    Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 3 fi żmien perjodu ta’ xahar.

    5.    Meta, abbażi tal-analiżi li ssir referenza għaliha fil-paragrafi 2 u 4, il-Kummissjoni tiddeċiedi li pajjiż ma jkunx ikkollabora biżżejjed, u li għalhekk tkun meħtieġa azzjoni, hija tista’, anki b’kunsiderazzjoni tar-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, tadotta att ta’ implimentazzjoni, skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2):

    (a)li jissospendi temporanjament l-applikazzjoni ta’, jew tal-Artikolu 14(6), tal-Artikolu 16(5) punt (b), tal-Artikolu 23(1) jew tal-Artikolu 24(2), jew ta’ xi wħud minn dawk id-dispożizzjonijiet, jew kollha kemm huma, għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom, jew

    (b)li japplika t-tariffa tal-viża stabbilita fl-Artikolu 16(2a) għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat jew għal ċerti kategoriji minnhom.

    6.    Il-Kummissjoni għandha kontinwament tivvaluta, abbażi tal-indikaturi stabbiliti fil-paragrafu 2, jekk ikunx jista’ jiġi stabbilit li jkun seħħ titjib sinifikanti fil-kooperazzjoni tal-pajjiż terz partikolari fejn tidħol ir-riammissjoni ta’ migranti irregolari u, fil-kunsiderazzjoni ukoll tar-relazzjonijiet kumplessivi tal-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, tista’ tiddeċiedi li tirrevoka jew temenda l-att ta’ implimentazzjoni li ssir referenza għalih fil-paragrafu 5.

    7.    Mhux aktar tard minn sitt xhur wara tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni li ssir referenza għalih fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress miksub fejn tidħol il-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ma’ dak il-pajjiż terz.”;

    (19)L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “1. Il-Kummissjoni tadotta dettalji għall-mili tal-istiker tal-viża permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

    2. L-Istati Membri jistgħu jżidu annotamenti nazzjonali fit-taqsima tal- “kummenti” fl-istiker tal-viża. Dawn l-annotamenti la għandhom jiddupplikaw l-annotamenti obbligatorji stabbiliti skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 u lanqas jindikaw skop speċifiku għall-ivvjaġġar.”;

    (b)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4. L-istikers tal-viża għal dħul wieħed jista’ jimtela bl-idejn fil-każ biss ta’ force majeure teknika. Ma għandha ssir l-ebda bidla fi stiker tal-viża li jkun imtela bl-idejn.”;

    (20)L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1. L-istiker tal-viża stampat għandu jitwaħħal mad-dokument tal-ivjaġġar.”

    (b)Jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li ġej:

    “1a. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-arranġamenti dettaljati għat-twaħħil tal-istiker tal-viża. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).”;

    (21)L-Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni jew it-tneħħija tal-obbligu li tingħata tali informazzjoni mill-inqas 15-il jum kalendarju qabel ma dik il-miżura ssir applikabbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata wkoll fi ħdan il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen fil-ġurisdizzjoni kkonċernata.”;

    (b)il-paragrafu 4 huwa mħassar;

    (22)L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:

    (a)Fil-paragrafu 1(a), jiddaħħal il-punt (iia) li ġej:

    “(iia) ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kundizzjonijiet tat-tranżitu mill-ajruport previst;

    (b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3. L-applikanti li tkun inċaħditilhom viża għandu jkollhom id-dritt ta’ appell li, f’ċerti stadju tal-proċedimenti, għandu jiggarantixxi appell ġudizzjarju effettiv. L-appelli għandhom jinfetħu kontra l-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-applikanti b’informazzjoni dettaljata dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita f’każ ta’ appell, kif speċifikat fl-Anness VI.”;

    (c)il-paragrafu 4 huwa mħassar;

    (23)L-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

    (a)    il-paragrafu 2 huwa mħassar;

    (b)    jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li ġej:

    “2 a. Il-Kummissjoni tadotta struzzjonijiet operattivi għall-ħruġ ta' viżi fil-fruntiera għall-baħħara permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).”;

    (24)Jiddaħħal l-Artikolu l-ġdid li ġej:

    “Artikolu 36a

    Applikazzjonijiet għal viżi fil-fruntieri esterni taħt skema speċifika

    1.    Sabiex jippromwovu t-turiżmu ta’ żjarat qosra u soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi temporanjament li jippermetti l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet tal-viża f’punti ta’ qsim speċifiċi fuq l-art jew tal-baħar għall-persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 .

    2.    Il-perjodu ta’ validità tal-iskema għandu jkun limitat għal erba’ xhur f’kull sena kalendarja u l-kategoriji tal-benefiċjarji għandhom ikunu definiti b’mod ċar u jkunu jeskludu ċittadini ta’ pajjiż terz li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ persuni li għalihom tkun meħtieġa konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22, u persuni mhux reżidenti fil-pajjiż li jmiss mal-punt ta’ qsim tal-fruntiera fuq l-art jew fil-pajjiż li jkollu konnessjoni diretta bil-vapur mal-punt ta’ qsim tal-fruntiera fuq il-baħar. Dawk l-iskemi għandhom japplikaw biss għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li magħhom ikunu ġew konklużi ftehimiet ta’ riammissjoni u li għalihom il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 25a(5).

    3.    L-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi strutturi xierqa u jiskjera persunal imħarreġ apposta għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża u t-twettiq tal-verifiki kollha u l-valutazzjoni tar-riskju, kif stabbilit fl-Artikolu 21.

    4.    Viża li tkun inħarġet skont skema speċifika għandha tippermetti biss dħul wieħed, tkun valida biss għat-territorju tal-Istat Membru li joħroġha u għandha tawtorizza żjara ta’ mhux aktar minn sebat ijiem kalendarji. Ma għandu jkun inkluż l-ebda “perjodu ta’ konċessjoni” fil-perjodu ta’ validità tal-viża.

    5.    Meta l-viża tkun miċħuda fil-fruntiera esterna skont skema speċifika, l-Istat Membru ma jistax jimponi fuq il-kumpanija tat-trasport l-obbligi stipulati fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen.

    6.    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe skema mhux aktar tard minn sitt xhur qabel il-bidu tal-implimentazzjoni tagħha. In-notifika għandha tispeċifika l-kategoriji tal-benefiċjarji, l-ambitu ġeografiku, l-arranġamenti organizzattivi tal-iskema u l-miżuri previsti biex jiżguraw il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika din in-notifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    7.    Tliet xhur minn tmiem l-iskema, l-Istat Membru kkonċernat jissottometti rapport ta’ implimentazzjoni dettaljat lill-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet tal-viża, il-viżi maħruġa u miċħuda (inkluża ċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati), it-tul tas-soġġorn u r-rata tat-tluq (inkluża ċ-ċittadinanza ta’ persuni li ma jitilqux mit-territorju ta’ Stat Membru malli l-viża tiskadi).”;

    (25)fl-Artikolu 37, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    (a)“3. Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom iżommu arkivji tal-applikazzjonijiet jew stampati jew inkella f’format elettroniku. Kull fajl individwali għandu jkun fih l-informazzjoni rilevanti li tippermetti r-rikostruzzjoni, jekk ikun hemm bżonn, tal-isfond għad-deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni.

    Il-fajls individwali tal-applikazzjonijiet għandhom jinżammu għal minimu ta’ sena mid-data tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, kif issir referenza f-Artikolu 23(1) jew, fil-każ ta’ appell, sat-tmiem tal-proċedura ta’ appell.”;

    (26)fl-Artikolu 38, jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li gej:

    “1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura kollha, inkluż il-kooperazzjoni mal-fornituri ta' servizzi esterni, tkun issorveljata minn persunal espatrijat biex tiġi żgurata l-integrità tal-istadji kollha tal-proċedura.” ;

    (27)L-Artikolu 40 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 40

    Organizzazzjoni u kooperazzjoni konsulari

    1.    Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jorganizza l-proċeduri relatati mal-applikazzjonijiet.

    2.    L-Istati Membri għandhom:

       (a) jgħammru lill-konsulati u lill-awtoritajiet responsabbli tagħhom għall-ħruġ tal-viżi fil-fruntieri bil-materjal meħtieġ għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi, kif ukoll lill-uffiċċji tal-konsli onorarji tagħhom, fejn jagħmlu użu minnhom, biex ikunu jistgħu jinġabru l-identifikaturi bijometriċi skont l-Artikolu 42;

       (b) jikkooperaw ma’ Stat Membru wieħed jew aktar taħt arranġamenti ta’ rappreżentazzjoni jew kull forma oħra ta’ kooperazzjoni konsulari.

    3.    Stat Membru jista’  wkoll jikkoopera ma’ fornitur ta' servizzi esterni f’konformita mal-Artikolu 43.

    4.    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-organizzazzjoni u l-kooperazzjoni konsulari tagħhom lill-Kummissjoni f’kull rappreżentanza konsulari.

    5.    Fil-każ li tintemm il-kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, l-Istati Membri għandhom jassiguraw il-kontinwità ta’ servizz sħiħ.”;

    (28)L-Artikolu 41 jitħassar;

    (29)L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 3 huwa mħassar;

    (b)Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)    il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(a) jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar ir-rekwiżiti għall-viża, f’konformità mal-Artikolu  47(1)(a) – (c), u formoli tal-applikazzjoni.” ;

    (ii)    il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(e) jiġġestixxi l-appuntamenti għall-applikant, meta applikabbli, fil-konsulat jew għand il-fornitur ta' servizzi esterni.”;

    (c)il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “7. Fl-għażla tal-fornitur ta' servizzi esterni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jivvaluta l-affidabbiltà u s-solvenza tal-organizzazzjoni jew il-kumpanija u għandu jiżgura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta’ interess. L-iskrutinju għandu jinkludi, kif xieraq, il-liċenzji neċessarji, ir-reġistrazzjoni kummerċjali, l-istatuti u l-kuntratti bankarji.”;

    (d)il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “9. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali u jiżguraw li l-fornitur ta' servizzi esterni jkun soġġett għal sorveljanza mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.”;

    (e)il-paragrafu 11 huwa emendat kif ġej:

    (i)    “(a) l-informazzjoni ġenerali dwar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri biex issir applikazzjoni għal viża, kif stabbilit fl-Artikolu 47(1)(a), (b) u (c), u l-kontenut tal-formoli ta’ applikazzjoni pprovduti mill-fornitur ta' servizzi esterni lill-applikanti.”;

    (ii)    it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “Għal dan l-iskop, il-konsulat(i) tal-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandu/hom, fuq bażi regolari u bħala minimu kull sitt xhur, iwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fil-kwartieri tal-fornitur ta' servizzi esterni. L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jaqsmu bejniethom l-oneru ta’ dan il-monitoraġġ regolari.”;

    (f)Jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li ġej:

    “11a. Mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni u s-sorveljanza tagħhom (kif imsemmi fl-Anness X, il-punt C) tal-fornituri ta' servizzi esterni madwar id-dinja.”;

    (30)L-Artikolu 44 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 44

    Kriptaġġ u trasferiment sigur ta’ dejta

    1.    Fil-każ ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri u kooperazzjoni ma’ fornitur ta’ servizzi esterni u r-rikors għal konsli onorarji, l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-dejta tkun kompletament kriptata, kemm jekk trasferita elettronikament jew fiżikament fuq mezz ta’ ħżin elettroniku.

    2.    F’pajjiżi terzi li jipprojbixxu l-kriptaġġ ta’ dejta li għandha tiġi trasferita elettronikament l-Istat jew Stati Membri kkonċernati ma għandhomx jippermettu li d-dejta tiġi trasferita elettronikament.

    F’tali każijiet, l-Istat jew Stati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li d-dejta elettronika tiġi ttrasferita fiżikament f’forma kompletament kriptata fuq mezz ta’ ħżin elettroniku minn uffiċjal konsulari ta’ Stat Membru jew, fejn trasferiment bħal dan ikun jirrikjedi miżuri sproporzjonati jew mhux raġonevoli, b’mod sigur ieħor, pereżempju bl-użu ta’ operaturi stabbiliti li jkollhom esperjenza fit-trasport ta’ dokumenti u dejta sensittiva fil-pajjiż terz ikkonċernat.

    3.    Fil-każijiet kollha l-livell ta’ sigurtà għat-trasferiment għandu jiġi adattat għan-natura sensittiva tad-dejta.”;

    (31)L-Artikolu 45 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw il-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet, iżda mhux il-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi, minn xi aġenzija amministrattiva privata, kumpanija tat-trasport jew aġenzija tal-ivvjaġġar, bħal ma hu operatur turistiku jew bejjiegħ bl-imnut (intermedjarji kummerċjali).”

    (b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “3. L-intermedjarji kummerċjali akkreditati għandhom ikunu sorveljati regolarment permezz ta’ kontrolli fuq il-post li jinvolvu intervisti wiċċ imb’ wiċċ jew bit-telefon mal-applikanti, il-verifika tal-vjaġġi u tal-akkomodazzjoni, u kulfejn jitqies neċessarju, il-verifika tad-dokumenti li jirrelataw mar-ritorn tal-grupp.”;

    (32)fl-Artikolu 47(1), il-punt (c) jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    “(c) fejn l-applikazzjoni tkun tista’ tiġi ppreżentata (il-konsulat kompetenti jew il-fornitur ta' servizzi esterni);”

    (33)L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

    (a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1. Il-konsulati tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkooperaw fi ħdan kull ġurisdizzjoni sabiex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata tal-politika komuni dwar il-viżi filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi lokali.

    Għal dan il-għan, f’konformità mal-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427 29 , il-Kummissjoni għandha toħroġ struzzjonijiet lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni biex iwettqu l-kompiti ta’ koordinazzjoni rilevanti previsti f’dan l-Artikolu.”;

    (b)jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li ġej:

    “1a. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, b’mod partikolari, jikkooperaw sabiex:

    (a) jippreparaw lista armonizzata ta’ dokumenti ta’ sostenn li għandhom ikunu ppreżentati mill-applikanti, fil-kunsiderazzjoni tal-Artikolu 14;

    (b) iħejju l-implimentazzjoni lokali tal-Artikolu 24(2) rigward il-ħruġ ta’ viżi ta’ dħul multiplu;

    (c) jiżguraw traduzzjoni komuni tal-formola tal-applikazzjoni, fejn rilevanti;

    (d) jistabbilixxu l-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-pajjiż ospitant, u jaġġornawha regolarment;

    (e) ifasslu skeda informattiva komuni;

    (f) jissorveljaw, fejn rilevanti, l-implimentazzjoni tad-derogi stipulati fl-Artikolu 25a(5) u (6).”;

    (c)il-paragrafu 2 jitħassar.

    (d)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    (e)“3. L-Istati Membri taħt il-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen għandhom jiskambjaw l-informazzjoni li ġejja:

    (a) statistika kull kwart dwar il-viżi uniformi, il-viżi b’validità territorjali limitata, u l-viżi għal tranżitu fl-ajruport li għalihom tkun saret applikazzjoni, kemm inħarġu u kemm inċaħdu;

    (b) informazzjoni rigward il-valutazzjoni tar-riskji migratorji u/jew ta’ sigurtà, b'mod partikolari dwar:

    (i) l-istruttura soċjo-ekonomika tal-pajjiż ospitant;

    (ii) is-sorsi tal-informazzjoni fil-livell lokali, inklużi is-sigurtà soċjali, l-assigurazzjoni tas-saħħa, ir-reġistri fiskali u r-reġistrazzjonijiet tad-dħul u l-ħruġ;

    (iii) l-użu ta’ dokumenti foloz jew kontrafatti;

    (iv) ir-rotot tal-immigrazzjoni irregolari;

    (v) ix-xejriet fl-imġiba frodulenti;

    (vi) ix-xejriet fejn jidħlu ċaħdiet;

    (c) informazzjoni dwar il-kooperazzjoni mal-kumpanniji tat-trasport;

    (d) informazzjoni dwar il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li jipprovdu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata, inkluża l-verifika tat-tip ta’ kopertura u l-ammont possibbli tal-eċċess.”;

    (f)jiddaħħal il-paragrafu il-ġdid li ġej:

    “6a. Għandu jitħejja rapport annwali f’kull ġuriżdizzjoni sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena. Abbażi ta’ dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-istat tal-kooperazzjoni lokali ta’ Schengen li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”;

    (34)L-Artikolu 50 jitħassar;

    (35)Jiddaħħlu l-Artikoli l-ġodda li ġejja:

    “Artikolu 50 a

    Eżerċitar tad-delega

    1.    Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati kif issir referenza fl-Artikolu 16(8a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indefinit.

    3.    Id-delega tas-setgħa li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 16(8a) tista' titneħħa fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata hemmhekk. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.

    4.    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.    Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 16(8a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 50b

    Proċedura ta’ urġenza

    1.    Atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma ssir l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

    2.    Jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 50a(5). F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”;

    (36)L-Artikoli 51 u 52 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    “Artikolu 51

    Istruzzjonijiet dwar l-applikazzjoni prattika ta' dan ir-Regolament

    Il-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta struzzjonijiet operattivi dwar l-applikazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

    Artikolu 52

    Il-proċedura tal-kumitat

    1.    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat, (“il-Kumitat tal-Viża”). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”;

    (37)L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

    (38)L-Anness V huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    (39)L-Anness VI huwa sostitwit bit-test fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;

    (40)L-Annessi VII, VIII u IX jitħassru;

    (41)It-test stabbilit fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament jissostitwixxi l-Anness X.

    Artikolu 2

    Monitoraġġ u evalwazzjoni

    1.    Tliet snin wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tlesti evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Din l-evalwazzjoni kumplessiva għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

    2.    Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa.

    Artikolu 3

    1.    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.    Għandu jibda japplika [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

    Il-President    Il-President

    (1)    Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Politika aktar intelliġenti dwar il-viżi għat-tkabbir ekonomiku. COM(2014)165 finali.
    (2)    Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) SWD(2014)101 finali.
    (3)    COM(2014) 164 finali.
    (4)    COM(2017) 650 finali, 24.10.2017, Anness IV.
    (5)    COM(2017)558 finali.
    (6)    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom jkollhom viża fil-pusses tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa, ĠU L 81, tat-21.3.2001, p. 1.
    (7)    ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża, ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.
    (8)    Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
    (9)    SWD(2018) 77; sommarju eżekuttiv: SWD(2018) 78.
    (10)    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viża), ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.
    (11)    il-Punti 7.1, 7.2 u 7.3.
    (12)    SWD (2018) 77.
    (13)    SWD (2014) 67 u SWD 68.
    (14)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27.
    (15)    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
    (16)    ĠU C , , p. .
    (17)    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).
    (18)    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, ĠU L 229, 29.6.2004, p.35.
    (19)    Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
    (20)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
    (21)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
    (22)    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
    (23)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
    (24)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
    (25)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
    (26)    Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta' dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b'viża u dwar it-twaqqif ta' mekkaniżmu għall-istabbiliment ta' din il-lista ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9.
    (27)    Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).
    (28)    Ir-Regolament (KE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
    (29)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
    Top

    Brussell,14.3.2018

    COM(2018) 252 final

    ANNESSI

    tal-

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    li temenda r-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi)

    {SWD(2018) 77 final}
    {SWD(2018) 78 final}


    ANNESS I

    “ANNESS I

    Formola armonizzata tal-applikazzjoni

    Applikazzjoni għal Viża ta’ Schengen

    Din il-formola tal-applikazzjoni hija bla ħlas

    1

    Membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE, iż-ŻEE jew CH ma għandhomx jimlew il-partijiet nru 21, 22, 30, 31 u 32 (immarkati b’*).

    Il-partijiet 1-3 għandhom jimtlew skont kif jidher fid-dokument tal-ivvjaġġar.

    l. Kunjom (Isem tal-familja)

    Għal użu uffiċjali biss

    Data tal-applikazzjoni:

    Numru tal-applikazzjoni għall-viża:

    Applikazzjoni ppreżentata lil

    □ Ambaxxata/konsulat

    □ Fornitur tas-servizz

    □ Intermedjarju

    □ Fruntiera (Isem):

    ………………………….

    □ Oħrajn

    Fajl ġestit minn:

    Id-dokumenti ta’ sostenn:

    □ Dokument tal-ivvjaġġjar

    □ Mezzi ta' sussistenza

    □ Stedina

    □ TMI

    □ Mezzi ta' trasport

    □ Oħrajn:

    Deċiżjoni dwar viża:

    □ Miċħuda

    □ Maħruġa:

    □ A

    □ C

    □ VTL

    □ Valida:

    Minn

    Sa

    Għadd ta’ dħul:

    □ l □ Multipli

    2. Kunjom fit-twelid (Kunjom(ijiet) preċedenti)

    3. L-ewwel isem/ismijiet (Isem/ismijiet moghti(ja))

    4. Data tat-twelid (jum-xahar-sena)

    5. Post tat-twelid

    6. Il-pajjiż tat-twelid

    7. Ċittadinanza attwali

    Ċittadinanza fit-twelid, jekk tkun differenti:

    Ċittadinanzi oħra:

    8. Sess

    □ Raġel □ Mara

    9. Status ċivili

    □ Ġuvni/Xebba □ Miżżewweġ/Miżżewġa □ Unjoni Ċivili □ Separat/a □ Divorzjat/a □ Armel/Armla □ Ieħor (jekk jogħġbok speċifika)

    10. Persuni bis-setgħa tal-ġenitur/it-tutur: Kunjom, isem, indirizz (jekk ikun differenti minn dak tal-applikant), numru tat-telefon, indirizz elettroniku u ċ-ċittadinanza

    11. Numru tal-identità nazzjonali, fejn applikabbli

    15. Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

    16. Data tal-ħruġ

    17. Jiswa sa

    18. Maħruġ fi (pajjiż)

    12. Dejta personali tal-membru tal-familja li huwa ċittadin tal-UE, taż-ŻEE jew CH

    Kunjom    

    Isem/ismijiet

    Data tat-twelid    

    Ċittadinanza    

    Numru tad-dokument tal-ivvjaġġar jew tal-karta tal-identità

    13. Parentela familjari ma' ċittadin tal-UE, ŻEE jew CH

    □ konjugi ……………..□ wild ………..□ neputi ………………□ axxendent dipendenti

    □ Unjoni ċivili ................. □ oħra

    14. Tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

    □ Passaport ordinarju □ Passaport diplomatiku □ Passaport tas-servizz □ Passaport Uffiċjali □ Passaport speċjali

    □ Dokument tal-ivvjaġġar ieħor (speċifika)

    19. Indirizz tad-dar u l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant

    Numru/i tat-telefown

    20. Residenza f’pajjiż li mhuwiex il-pajjiż taċ-ċittadinanza attwali

    □ Le

    □ Iva. Permess ta' residenza jew l-ekwivalenti … Nru ….. Jiswa sa

    *21. Impjieg attwali

    * 22. Isem l-impjegatur u l-indirizz u n-numru tat-telefon tiegħu. Għall-istudenti, l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment edukattiv

    23. (...) Skop(ijiet) tal-vjaġġ:

    □Turiżmu…...□Negozju…....□ Żjara lill-familja jew lill-ħbieb….□ Kulturali….....□ Sports….....

    □ Żjara uffiċjali □ Raġunijiet mediċi □ Studju  □ Tranżitu f'ajruport........□ Ieħor (jekk jogħġbok speċifika):

    24. Informazzjoni addizzonali dwar l-iskop tas-soġġorn:

    25. Stat(i) Membru/i ta’ destinazzjoni prinċipali (u l-Istati Membri l-oħra ta’ destinazzjoni, jekk applikabbli)

    26. Stat Membru tal-ewwel dħul

    27. Numru ta' daħliet mitluba

    □ Daħla waħda □ Daħliet multipli

    Tul ta’ żmien tas-soġġorn (indika n-numru ta’ jiem):

    Data prevista tal-wasla fiż-żona Schengen:

    Data prevista tat-tluq miż-żona Schengen:

    28.Marki tas-swaba' miġbura preċedentement bl-għan li ssir applikazzjoni għal viża ta' Schengen jew [viża itineranti]

    □ Le □ Iva.

    Data, jekk magħrufa …....................... In-numru tal-istiker tal-viża, jekk magħruf.................................

    29. Permess ta' dħul għall-pajjiż finali tad-destinazzjoni, fejn applikabbli

    Maħrug minn …...................................Jiswa minn…..................sa........................

    * 30. Kunjom u isem il-persuna/i li qed tistieden/jistiednu fl-Istat(i) Membru/i. Jekk mhux applikabbli, isem il-lukanda/i jew l-akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i fl-Istat(i) Membru/i

    L-indirizz u 1-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna/i jew lukanda/i jew akkomodazzjoni(jiet) temporanja/i li qed tistieden/jistiednu

    Telefown u telefaks

    *31. Isem u indirizz tal-kumpanija/organizzazzjoni li qed tistieden

    Telefown u telefaks tal-kumpanija/organizzazzjoni

    Kunjom, isem, indirizz, telefown, telefaks u 1-indirizz tal-posta elettronika tal-persuna ta' kuntatt fil-kumpanija/fl-organizzazzjoni

    *32. L-ispiża tal-ivvjaġġar u tal-għajxien matul is-soġġorn tal-applikant hi koperta

    □ mill-applikant stess

    Mezzi ta' sussistenza

    □ Flus kontanti

    □ Traveller's cheques

    □ Karta ta' kreditu

    □ Akkomodazzjoni mħallsa minn qabel

    □ Trasport imħallas minn qabel

    □ Affarijiet oħra (jekk jogħġbok speċifika)

    □ minn sponsor (ospitant, kumpanija, organizzazzjoni), speċifika

    …….□ imsemmi fil-parti 32 jew 33

    …….□ oħrajn (j.j. speċifika)

    Mezzi ta' sussistenza

    □ Flus kontanti

    □ Akkomodazzjoni pprovduta

    □ L-ispejjeż kollha koperti waqt is-soġġorn

    □ Trasport imħallas minn qabel

    □ Affarijiet oħra (jekk jogħġbok speċifika)



    Jiena konxju/a li l-ħlas għall-viża ma jingħatax lura jekk il-viza tiġi miċħuda.

    Applikabbli f’każ fejn issir applikazzjoni għal viża bi dħul multiplu:

    Jien konxju/a tal-ħtieġa li jkolli assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata għall-ewwel soġġorn tiegħi u għal kwalunkwe żjara sussegwenti fit-territorju tal-Istati Membri.

    Jiena konxju/a u nagħti l-kunsens tiegħi għal dan li ġej: il-ġbir tad-dejta meħtieġa minn din il-formola tal-applikazzjoni u t-teħid tar-ritratt tiegħi u, jekk applikabbli, it-teħid tal-marki tas-swaba’, huma obbligatorji għall-eżami tal-applikazzjoni għal viża; u kull dejta personali li tikkonċernani li tidher fil-formola tal-applikazzjoni għall-viża, kif ukoll il-marki tas-swaba’ tiegħi u r-ritratt tiegħi, jintbagħtu lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u pproċessati minn dawk l-awtoritajiet, għall-finijiet li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħi għall-viża

    Din id-dejta kif ukoll id-dejta li tikkonċerna d-deċiżjoni meħuda fl-applikazzjoni tiegħi jew deċiżjoni dwar jekk viża li tkun inħarġet tiġix annullata, revokata jew estiża se jiddaħħlu, u jinħażnu fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għal perijodu massimu ta' ħames snin, li matulu jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-viża u l-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq ta' kontrolli fuq viżi fil-fruntieri esterni u fl-Istati Membri, għall-awtoritajiet tal-immigrazzjoni u l-ażil fl-Istati Membri għall-finijiet ta’ verifika dwar jekk il-kundizzjonijiet għad-dħul, għall-waqfa u għar-residenza legali fit-territorju tal-Istati Membri ntlaħqux, għall-identifikazzjoni ta' persuni li ma jissodisfawx, jew li ma għadhomx jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet, għall-eżami ta' applikazzjoni għall-ażil u biex tkun determinata r-responsabbiltà għal dan l-eżami. F’ċerti kundizzjonijiet, id-dejta se tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejba u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħrajn. L-awtorità tal-Istat Membru li hija responsabbli mill-ipproċessar tad-dejta hija: [(…………………………………………………………………………………………………………………………………..…)].

    Jiena konxju li għandi d-dritt li fi kwalunkwe Stat Membru nkun mgħarraf bid-dejta relatata miegħi li hija rreġistrata fil-VIS u bl-Istat Membru li ttrażmetta d-dejta, u li nitlob li dejta relatata miegħi li ma tkunx eżatta tiġi korretta u li d-dejta relatata miegħi li kienet ipproċessata illegalment titħassar. Fuq talba espressa tiegħi, l-awtorità li teżamina l-applikazzjoni tiegħi se tgħarrafni bil-mod li bih nista’ neżerċita d-dritt tiegħi biex nikkontrolla d-dejta personali li tikkonċernani u nagħmel mezz biex nikkorreġiha jew inħassarha, inklużi r-rimedji relatati skont il-liġi nazzjonali tal-Istat ikkonċernat. L-awtorità nazzjonali ta’ superviżjoni ta’ dak l-Istat Membru [dettalji ta’ kuntatt: ....................................................................................................................................................................] tisma’ pretensjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ dejta personali.

    Niddikjara li sa fejn naf jien id-dettalji kollha mogħtija minni huma korretti u kompluti. Jiena konxju li kull dikjarazzjoni falza twassal biex l-applikazzjoni tiegħi tiġi miċħuda jew għall-annullament ta’ viża diġà mogħtija u tista’ wkoll tagħmilni suġġett għall-prosekuzzjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jittratta l-applikazzjoni.

    Nimpenja ruħi li nitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel ma tiskadi l-viża, jekk tingħathali. Ġejt mgħarraf li l-pussess ta’ viża huwa biss wieħed mill-prerekwiżiti għad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri. Is-sempliċi fatt li ngħatatli viża ma jfissirx li jiena se nkun intitolat għal kumpens jekk nonqos milli nikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 (il-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen) u għalhekk niġi rifjutat id-dħul. Il-prerekwiżiti għad-dħul jerġgħu jiġu verifikati mad-dħul fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri.

    Post u data

    Firma

    (firma tal-persuna bis-setgħa tal-ġenituri/it-tutur legali, jekk applikabbli):


    ANNESS II

    “ANNESS V

    LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA LI JINTITOLAW LID-DETENTURI GĦAL TRANŻITU MILL-AJRUPORTI TAL-ISTATI MEMBRI MINGĦAJR MA JKUN MEĦTIEĠ LI JKUNU FIL-PUSSESS TA’ VIŻA GĦAL TRANŻITU FL-AJRUPORT

    L-ANDORRA:

    Autorització temporal (permess ta' immigrazzjoni temporanja – aħdar).

    Autorització temporal per a treballadors d’empreses estrangeres (permess ta' immigrazzjoni temporanja għall-impjegati ta' intrapriżi barranin – aħdar).

    Autorització residència i treball (permess ta' residenza u tax-xogħol – aħdar.

    Autorització residència i treball del personal d’ensenyament (permess ta' residenza u tax-xogħol għall-persunalli jgħallem – aħdar).

    Autorització temporal per estudis o per recerca (permess ta' immigrazzjoni temporanja għall-istudju jew ir-riċerka – aħdar).

    Autorització temporal en pràctiques formatives (permess ta' immigrazzjoni temporanja għal apprendistati u taħriġ – aħdar).

    Autorització residència (permess ta' residenza – aħdar).

    IL-KANADA:

    Permanent resident (PR) card (karta ta’ resident permanenti).

    Permanent Resident Travel Document (PRTD) (dokument ta' vvjaġġar għal resident rermanenti).

    IL-ĠAPPUN:

    Karta ta' residenza.

    SAN MARINO:

    Permesso di soggiorno ordinario (validità ta' sena, jista' jiġġedded dakinhar li jiskadi).

    Permessi ta' residenza speċjali għar-raġunijiet li ġejjin (validità ta' sena, jista' jiġġedded dakinhar li jiskadi): attendenza ta' kors universitarju, sports, kura tas-saħħa, motivi reliġjużi, persuni li jaħdmu bħala infermiera fi sptarijiet pubbliċi, funzjonijiet diplomatiċi, koabitazzjoni, permess għal persuni taħt l-età, motivi umanitarji, permess għall-ġenituri.

    Permessi tax-xogħol staġjonali u temporanji (validità 11-il xahar, jista' jiġġedded dakinhar li jiskadi).

    Karta tal-identità maħruġa għal nies b'residenza uffiċjali f'San Marino (validità ta' 5 snin).

    L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA:

    Viża ta' immigrant valida, mhux skaduta.

    Tista' tkun ivvalidata fil-port tad-dħul għal sena bħala evidenza temporanja ta' residenza, filwaqt li l-karta I-551 tkun qiegħda fil-proċess li tkun prodotta.

    Formola I-551 valida, mhux skaduta (Permanent Resident Card - Karta ta' Resident Permanenti).

    Tista tiswa sa minn sentejn (2) għal 10 snin – skont il-klassi tal-ammissjoni.

    Jekk fuq il-karta ma jkunx hemm data ta' meta tiskadi, il-karta tkun valida għall-ivvjaġġar.

    Formola I-327 valida, mhux skaduta (Re-entry Permit - permess ta' dħul mill-ġdid).

    Formola I-571 valida, mhux skaduta (Dokument ta' Vvjaġġar għal Refuġjat ivvalidat bħala “Permanent Resident Alien” - barrani residenti permanenti).

    ANNESS III


    “ANNESS VI



    FORMOLA STANDARD GĦAN-NOTIFIKAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET GĦAL ĊAĦDA,
    ANNULLAMENT JEW REVOKA TA' VIŻA

    ĊAĦDA/ANNULLAMENT/REVOKA TA’ VIŻA

    Sinjura/Sur _____________________________,

    L-Ambaxxata/il-Konsulat Ġenerali/il-Konsulta/[awtoritàkompetenti oħra ta' ________________ fi _________ ______________;

    [Awtorità kompetenti oħra] ta' ____________________;

     L-awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli fuq persuni fi _____________________

     eżaminaw l-applikazzjoni għal viża tiegħek;

    eżaminaw il-viża tiegħek, bin-numru: ___________, maħruġa:____________ [sena/xahar/jum];

     Il-viża ġiet miċħuda Il-viża ġiet annullata Il-viża ġiet irrevokata

    Din id-deċiżjoni hija bbażata fuq ir-raġuni(jiet) li ġejja/in:

    1.         ġie ppreżentat dokument tal-ivvjaġġar falz/iffalsifikat

    2.         ma ngħatatx ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kundizzjonijiet għas-soġġorn previst

    3.        ma ngħatatx biżżejjed prova ta’ mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, għat-tul tas-    soġġorn previst jew għar-ritorn fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-    tranżitu lejn pajjiż terz li fih inti żgur li titħalla tidħol

    4.        ma pprovdejtx prova li inti tinsab f’pożizzjoni li takkwista b’mezzi legali mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza, għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih inti żgur li titħalla tidħol

    5.        diġà qgħadt għal 90 jum waqt il-perjodu attwali ta' 180 jum fit-territorju tal-    Istati Membri abbażi ta' viża uniformi jew viża b’validita territorjali limitata

    6.        inħarġet twissija fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) sabiex            ikun miċħud id-dħul minn (indikazzjoni tal-Istat Membru)

    7.        Stat Membru jew aktar jikkunsidrawk bħala theddida għall-politika pubblika        jew is-sigurtà interna…………………………… (indikazzjoni tal-Istat/i            Membru(i))

    8.        Stat Membru wieħed, jew aktar, jikkunsidrawk bħala theddida għas-saħħa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(19) tar-Regolament (KE)    Nru 562/2006 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) ………………..……. …..…… (indikazzjoni tal-Istat/i Membru(i))

    9.        Stat Membru wieħed. jew aktar, jikkunsidrawk bħala theddida għar-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu/tagħhom: ……………………….(indikazzjonni tal-Istat/i Membru(i))

    10.        l-informazzjoni sottomessa rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u            l-kundizzjonijiet tas-soġġorn previst ma kinitx affidabbli

    11.        jeżistu dubji raġjonevoli dwar l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet li saru fir-rigward ....... (speċifika)

    12.        jeżistu dubji raġjonevoli dwar l-affidabbiltà fir-rigward tal-awtentiċtà tad-            dokumenti ta’ sostenn ippreżentati, jew dwar kemm il-kontenut tagħhom huwa        vera

    13.        l-intenzjoni tat-tluq tiegħek mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza        tal-viża ma setgħetx tiġi aċċertata

    14.        ma ġietx ipprovduta prova suffiċjenti li inti ma kontx f’pożizzjoni li tapplika    għal viża minn qabel, li tiġġustifa l-applikazzjoni għal viża fil-fruntiera, ma    ġietx ipprovduta

    15.        ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kundizzjonijiet għat-tranżitu fl-ajruport previst        ma ngħatatx

    16        Ma pprovdejtx prova li għandek fil-pusses tiegħek assigurazzjoni medika            għall-ivvjaġġar adegwata u valida

    17.        ir-revoka tal-viża ntalbet mid-detentur tal-viża

    Rimarki addizzjonali:

    -------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

    Inti tista’ tappella kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda/annullament/revika ta’ viża.

    Ir-regoli dwar l-appell kontra deċiżjonijie ta’ ċaħda/annullament/revoka ta’ viża huma mfissra fi: (referenza għal-liġi nazzjonali):

    L-awtorità kompetenti li quddiema jista’ jiġi ppreżentat appell: (dettalji ta’ kuntatt) …………………………………………………………………………………………………

    L-informazzjoni dwar il-proċedura li trid tiġi segwita tinstab hawn: (dettalji ta’ kuntatt) …………………………………………………………………………………………………

    Proċedura ta’ appell tkun trid tiġi ppreżentata fi żmien: (indikazzjoni tal-limitu ta’ żmien)

    ………………………………………………………………………………………………… 

    Data u timbru tal-ambaxxata/konsulat-ġenerali/konsulat/ tal-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fuq il-persuni/ta’ awtoritajiet kompetenti oħra:

    Firma tal-persuna kkonċernata: ……………………………………………………………..”

    ANNESS IV


    “ANNESS X

    LISTA TA’ REKWIŻITI MINIMI LI GĦANDHOM JIĠU INKLUŻI FL-ISTRUMENT LEGALI FIL-KAŻ TA’ KOOPERAZZJONI MA’ FORNITURI ESTERNI TAS-SERVIZZI.

    A. L-istrument legali għandu:

    (a)jenumera l-kompiti li għandhom jitwettqu mill-fornitur estern tas-servizzi, skont l-Artikolu 43(6) ta’ dan ir-Regolament;

    (b)jindika l-postijiet minn fejn ikun se jopera l-fornitur estern tas-servizzi u għal liema konsulat iċ-ċentru individwali tal-applikazzjoni jirreferi;

    (c)jelenka s-servizzi koperti mit-tariffa ta’ servizz mandatorja

    (d)jagħti struzzjonijiet lill-fornitur tas-servizzi biex jagħti informazzjoni ċara lill-pubbliku li s-servizzi mhux obbligatorji oħra huma koperti minn tariffi oħra.

    B. Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, għar-rigward tal-protezzjoni tad-dejta:

    (a)jara li fl-ebda ħin ma jippermettu li jkun hemm qari, ikkuppjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ dejta, b’mod partikolari matul it-trażmissjoni tagħha lill-missjoni diplomatika jew lir-rappreżentanza konsulati tal-Istat(i) Membru/i kompetenti għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni;

    (b)f’konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), jittrażmentti d-dejta,

    elettronikament, f’forma kkriptata, jew

    fiżikament, b’mod sikur;

    (c)jittrażmetti d-dejta mill-aktar fis possibbli:

    fil-każ ta’ dejta trasferita fiżikament, mill-anqas darba fil-ġimgħa,

    fil-każ ta’ dejta kkriptata trasferita b’mod elettroniku, mill-anqas fi tmiem il-ġurnata meta tkun inġabret;

    jiżgura li jkun hemm mezzi xierqa għall-intraċċar ta’ fajls ta’ applikazzjonijiet individwali lil u mill-konsulat.

    (d)iħassar id-dejta ħamest ijiem wara li din tkun ġiet trażmessa u jara li jkunu biss l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-applikant għall-iskopijiet tal-arranġamenti biex isir appuntament, kif ukoll in-numru tal-passaport, li jinżammu sakemm il-passaport jiġi rritornat lill-applikant u li dawn jitħassru ħamest ijiem wara dan;

    (e)jara li jittieħdu l-miżuri ta’ sigurtà kollha tekniċi u organizzattivi meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta personali kontra distruzzjoni aċċidentali jew kontra l-liġi, jew telf, alterazzjoni, żvelar mhux awtorizzat jew aċċess aċċidentali, b’mod partikolari meta l-kooperazzjoni tkun tinvolvi t-trażmissjoni ta’ fajls u dejta lill-missjoni diplomatika jew rappreżentanza konsulari tal-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i) u kontra kull forma oħra mhux skont il-liġi ta’ pproċessar ta’ dejta personali;

    (f)jipproċessa d-dejta biss għall-iskopijiet tal-ipproċessar tad-dejta personali tal-applikanti f’isem l-Istat(i) Membru/i kkonċernati;

    (g)japplika standards ta’ protezzjoni tad-dejta li jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti bir-Regolament (UE) 2016/679 2 ;

    (h)jipprovdi lill-applikanti bl-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

    C. Rigward it-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu, fir-rigward tal-imġiba tal-persunal:

    (a) jara li l-persunal tiegħu jkun imħarreġ b’mod adatt;

    (b) jara li l-persunal tiegħu, fit-twettiq tal-obbligi tiegħu:

    jilqa' lill-applikant b’korteżija,

    jirrispetta d-dinjità umana u l-integrità tal-applikanti, ma jiddiskriminax kontra persuni fuq raġunijiet ta’ sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u

    jirrispetta r-regoli ta’ kunfidenzjalità li għandhom japplikaw ukoll ladarba l-membri tal-persunal ikunu telqu mix-xogħol tiegħu jew wara s-sospensjoni jew it-tmiem tal-istrument legali;

    (C) jipprovdi identifikazzjoni għall-persunal li jaħdem mal-fornitur estern tas-servizzi    f’kull ħin;

    (d) jagġti prova l-persunal tiegħu ma jkollux kondotta kriminali mtebba’ u għandu l-kompetenza meħtieġa;

    D. Rigward tal-verifika tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

    (a) jipprovdi aċċess minn persunal intitolat mill-Istat jew Stati Membri kkonċernati għall-kwartieri tiegħu fil-ħinijiet kollha mingħajr avviż preċedenti, b’mod partikolari għal finijiet ta’ spezzjoni;

    (b) jara li jkun hemm il-possibbiltà ta’ aċċess mill-bogħod għas-sistema tiegħu ta’ appuntamenti għal finijiet ta’ spezzjoni;

    (c) jara li jintużaw il-metodi ta’ sorveljanza rilevanti (eż. eżami tal-applikanti; webcam);

    (d) jara li jkun hemm aċċess għal prova ta’ konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta mill-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta tal-Istati Membru, inklużi obbligi ta’ rappurtar, verifiki esterni u verifiki fuq il-post regolari;

    (e) jirrapporta bil-miktub lill-Istat jew Stati Membri kkonċernati mingħajr dewmien kwalunkwe ksur ta’ sigurtà jew kwalunkwe lment mill-applikanti dwar użu ħażin ta’ data jew aċċess mhux awtorizzat, u jikkoordina mal-Istat jew Stati Membri kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni u jingħataw spjegazzjonijiet fil-pront lill-applikanti li jilmentaw.

    E. Rigward rekwiżiti ġenerali, il-fornitur estern tas-servizzi għandu:

    (a) jaġixxi skont l-istruzzjonijiet tal-Istat jew Stati Membri kompetenti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni;

    (b) jadotta miżuri adatti kontra l-korruzzjoni (eż. dispożizzjonijiet dwar rimunerazzjoni tal-persunal; kooperazzjoni fl-għażla ta’ membri tal-persunal assenjat għal tali kompitu; two-man-rule; il-prinċipju ta’ rotazzjoni);

    (c) jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-istrument legali, li għandu jkun fih klawsola ta’ sospensjoni jew terminazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur tar-regoli stabbiliti, kif ukoll klawsola ta’ reviżjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-istrument legali jirrifletti l-aħjar prattika.”

    (1)    Mhi meħtieġa l-ebda emblema għan-Norveġja, għall-Islanda u għall-Isvizzera.
    (2)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
    Top