Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9159

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9159 — CVC/MUFG/Ngern Tid Lor) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 425, 26.11.2018, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 425/18


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9159 — CVC/MUFG/Ngern Tid Lor)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 425/09)

    1.   

    Fis-16 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) (il-Lussemburgu),

    Mitsubishi UFJ Financial Group, Inc. (“MUFG”, il-Ġappun);

    Ngern Tid Lor Company Limited (“Ngern Tid Lor”, it-Tajlandja).

    CVC u MUFG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Ngern Tid Lor kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    CVC tipprovdi pariri u tiġġestixxi fondi u pjattaformi ta’ investiment. CVC għandha interessi f’għadd ta’ kumpaniji f’bosta industriji, inklużi sustanzi kimiċi, il-kura tas-saħħa, sottoskrizzjoni tal-assigurazzjoni, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni, prinċiplament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti tal-Amerika u fir-reġjun tal-Asja-Paċifiku;

    MUFG tipprovdi fuq livell dinji firxa komprensiva ta’ soluzzjonijiet finanzjarji, inklużi servizzi bankarji u fiduċjajri, fis-settur tat-titoli, karti ta’ kreditu, u kiri;

    Ngern Tid Lor Company Limited prinċipalment jipprovdi self tat-titoli — jiġifieri self ta’ flus kontanti mogħtiija lil dawk li jissellfu flus fit-Tajlandja bi skambju għad-drittijiet ta’ sjieda ta’ vettura.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9159 — CVC/MUFG/Ngern Tid Lor

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU L 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top