This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M9096
Prior notification of a concentration (Case M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
ĠU C 347, 28.9.2018, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 347/12)
1.
Fl-20 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Bpifrance Investissement (Franza), |
— |
Vallourec Tubes (Franza), |
— |
Vallourec Umbilicals (Franza), ikkontrollata minn Vallourec Tubes. |
Bpifrance Investissement u Vallourec Tubes jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Vallourec Umbilicals.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— Bpifrance Investissement: fond ta’ investiment li jipprovdi fondi u jagħmel investimenti diretti għal proġetti industrijali,
— Vallourec Tubes: manifattura ta’ tubi tal-azzar mingħajr saldatura u soluzzjonijiet ta’ tubi għas-swieq tal-enerġija u tal-industrija,
— Vallourec Umbilicals: manifatura ta’ tubi rromblati wweldjati tal-azzar li ma jissaddadx maħsuba għal kejbils umbiliċi.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9096 — Vallourec Tubes/Bpifrance Group/Vallourec Umbilicals
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Faks +32 22964301 |
Indirizz postali: |
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).