Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M9095

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9095 — UPL/Arysta LifeScience) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    ĠU C 454, 17.12.2018, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 454/23


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9095 — UPL/Arysta LifeScience)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 454/08)

    1.   

    Fis-7 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    United Phosphorus Corporation Ltd, sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ United Phosphorus Ltd (“UPL”, l-Indja)

    Arysta LifeScience Inc. (“Arysta”, l-Istati Uniti tal-Amerika)

    UPL takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Arysta kollha kemm hi.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    UPL hija attiva madwar id-dinja fil-manifattura ta’ prodotti għall-ħarsien ta’ pjantaġġuni, sustanzi intermedji, kimiċi ta’ speċjalità u sustanzi kimiċi industrijali oħra, inklużi insettiċidi, fungiċidi, erbiċidi, fumiganti, regolaturi tat-tkabbir tal-pjanti u rodentiċidi.

    Arysta hija fornitur dinji ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’, inklużi bio-soluzzjonijiet u trattamenti taż-żerriegħa. Arysta tispeċjalizza fl-iżvilupp, il-formulazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ sustanzi kimiċi għall-ħarsien tal-uċuħ tar-raba’ differenzjati għal varjetà ta’ uċuħ tar-raba’ u applikazzjonijiet.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9095 — UPL/Arysta LifeScience

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz tal-posta:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top